St Benedict College Ħal Għaxaq Primary Ikel rakkomandat għall-iskola L-iskola tagħna temmen li ikel tajjeb huwa essenzjali sabiex it-tfal jikbru b’saħħithom. Lill-istudenti nixtiequ ngħallmuhom li dieta bbilanċjata hija l-aħjar għażla għal saħħithom. Għaldaqstant qed nitolbu lkooperazzjoni tagħkom ħalli nilħqu dan lgħan flimkien. Fil-ġenb qed nippreżentawlkom lista ta’ ikel li huwa rakkomandat u permess fl-iskola. Bħala xorb l-ilma biss huwa permess. Iced tea, ilma bil-flavour u soft drinks mhux permessi. Fl-okkażjonijiet speċjali bħal birthdays, l-ikel xorta għandu jibqa’ sustanzjuż. Għalhekk il-kjek, kemm jista’ jkun għandu jkun plain u mingħajr ħafna krema, ċikkulata jew ġelu. Tajjeb li t-tfal jibdew il-ġurnata b’kollazzjon tajjeb u għalhekk nirrakomandaw li t-tfal jieħdu ċ-ċereali filgħodu kmieni qabel jiġu għall-iskola.
Ħobż abjad u ismar Galletti u ġobon Crackers (mingħajr ħafna melħ u b’ammont żgħir ta’ xaħam) Rice Cakes Lewż (mingħajr melħ) Frott frisk u frott niexef Ħaxix (bħal karrotti, ħjar, cherry tomatoes) Yoghurts
At St Benedict College Ħal Għaxaq Primary, we strive to keep our standards high! www.ghaxaqprimary.wordpress.com