Newsletter October 2012

Page 1

Dati importanti biex tingħaqdu magħna 16 Ottubru 2012

Bidu tal-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

19.10.12

Qari ma’ Natalie Portelli fil-Kinder 1 & 2, Years 1 u 2 Ġenitur wieħed għal kull student/a hu mistieden jattendi.

22.10.12

It-tfal tal-Year 3 flimkien ma’ ġenitur wieħed għandhom ħarġa edukattiva fil-Home Economics Centre.

23.10.12

Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

25.10.12

Laqgħa għall-ġenituri kollha dwar Internet Safety fid-9am

30.10.12

Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

01.11.12—02.11.12

Vaganzi tal–Mid-term

05 Novembru 2012

Laqgħa għall-ġenituri tal-Kinder 1 & 2 u Year 4 minn CSS (Child Safety Services) fid-9am; It-tfal kollha jispiċċaw f’nofsinhar għaliex l-għalliema għandhom laqgħa; jintbagħtu l-istudent progress cards

06.11.12

Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

07.11.12

08:45—13:00—Coffee Morning, Cerviola Hotel, M’Scala (Biljetti mgħand il-Ġenituri tal-Kunsill)

07.11.12—09.11.12

Fiera tal-Pjanti fl-Iskola miftuħa għall-qraba tal-istudenti

09.11.12

Ċelebrazzjoni ta’ San Martin fl-Iskola tagħna

09.11.12

PARENTS’ AFTERNOON bejn in-12:30 u s-14:30—it-tfal kollha jispiċċaw f’nofsinhar. Il-ġenituri mitluba jġibu lura magħhom liStudent Progress Cards. Laqgħa għall-ġenituri tas-6 sena mis-Sedqa mill-5pm sat-8pm

13.11.12

Ikompli l-kors għall-ġenituri mis-Sedqa fid-9am

15.11.12

Bidu tal-kors Let me Learn għall-ġenituri tal-Year 2 u 3 fid-9am

27.11.12

Ħarġa kulturali għall-ġenituri organizzata mill-kumitat talġenituri tal-Kulleġġ San Benedittu fiż-Żebbiegħ u l-Baħrija

28.11.12

Laqgħa għall-ġenituri “L-effetti tal-firda” fid-9am

20 Diċembru 2012

Il-kunċert tal-Milied 2012 għall-ġenituri u qraba tal-istudenti

Awguri għas-sena skolastika l-ġdida Aħna għandna għal qalbna d-dehra tal-iskola tagħna. Das-Sajf bdejna nagħtu dehra ġdida lill-bibien tal-klassijiet kollha. L-għalliema kollha rranġaw il-klassijiet tagħhom bl-aqwa mod possibbli. Intom ukoll tistgħu tgħinu. Jekk għandkom xi ġugarelli, kotba jew kostumi li għadhom f’kundizzjoni tajba u m’għandkomx aktar użu għalikom tistgħu tagħtuhom bħala donazzjoni lill-iskola. Aħna naċċertawkom li qed nagħmlu użu siewi minn kull donazzjoni ta’ affarijiet li nirċievu mingħandkom. Uliedkom stess żgur li jiġu d-dar jirrakkontawlkom kemm għandhom affarijiet sbieħ fil-klassi u fl-iskola in ġenerali. Nirringrazzjawkom ukoll tal-appoġġ li sibna fikom fil-ġbir ta’ tappijiet tal-plastik. Fadal l-aħħar ftit ġimgħat cans li ġġibu dawn it-tappijiet l-iskola. Grazzi tassapport. Il-kumpannija GreenPak se tagħti donazzjoni fi flus lill-Istrina 2012 għal kull kilo tappijiet tal-plastik li se tiġbor mill-iskejjel lokali. Nifirħu mill-ġdid lill-istudenti kollha tagħna li s-sena li għaddiet kienu fir-raba’, lħames u s-sitt klassi tar-riżultati sbieħ li kisbu. Kif rajna fil-preżentazzjoni tal-bidu tas-sena, il-medja tal-iskola tagħna taqbeż fis-suġġetti kollha l-medja tal-Kulleġġ u l-medja Nazzjonali. Dan jawgura tajjeb imma jfakkarna wkoll li biex nilħqu u naqbżu dawn il-miri rridu nkomplu naħdmu bir-reqqa bħal ma dejjem għamilna. Il-lezzjonijiet tax-Xjenza u l-użu tal-IT huma żewġ oqsma li qed niffukkaw sew fuqhom ukoll f’din is-sena skolastika. L-istudenti wrew interess kbir f’dawn iżżewġ oqsma u aħna qed ngħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fihom ukoll. Infakkrukom li l-ġranet tat-Tlieta u l-Ħamis għadhom iddedikati għalikom ilġenituri li tkunu tixtiequ tkellmu lill-amministrazzjoni tal-iskola. Inħeġġukom tagħmlu appuntament mal-iskrivan tal-iskola b’hekk inżommu mal-ħin. Intennulkom il-motto tal-iskola tagħna: dak li nibqgħu pożittivi fil-ħsieb, fil-ħidma u fl-għemil. B’hekk biss nistgħu nserrħu rasna li qed inkunu ta’ ġid għallistudenti tagħna. Rwol il-ġenituri jibqa’ importanti għalina għax b’hekk biss nistgħu nserrħu rasna li dak li qed nibnu l-iskola qed ikompli jissaħħaħ id-dar ukoll. Nagħlqu l-messaġġ tagħna għal dan ix-xahar billi nistiednu lil dawk li għandhom it-talent li joħolqu presepji biex jitkellmu ma’ xi ħadd minnha t-tlieta b’hekk nagħmlu lezzjonijiet ta’ krafts mat-tfal dwar il-bini ta’ presepju sempliċi għal żmien il-Milied. Filwaqt li kumpanniji li lesti jagħtu daqqa t’id għall-borża ta’ San Martin jistgħu jkellmuna wkoll ħalli nimlew il-boroż tat-tfal kollha tal-iskola!

Mr D Grech

Ms E Vassallo

Mr S Sammut


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Newsletter October 2012 by ghaxaqprimary ghaxaqprimary - Issuu