Pariri għas-sajf

Page 1

[St Benedict College Ħal Għaxaq Primary]

[PARIRI GĦAS-SAJF] www.ghaxaqprimary.wordpress.com 1. Żuru l-librerija flimkien b’mod regolari u agħżlu kotba interessanti kemm bil-Malti u wkoll bl-Ingliż; 2. Żuru xi mużew mill-ħafna li għandna f’pajjiżna u ddiskutu flimkien mat-tfal x’qed taraw; 3. Naqqsu l-ħin bilqiegħda quddiem it-TV, kompjuter jew logħob diġitali. Morru għumu u nkibtu filKumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop jew xi kumpless ieħor għall-attivitajiet sportivi flimkien; 4. Meta tkunu qed taraw xi DVD flimkien, araw li jkollhom is-subtitles bl-Ingliż mixgħula. Dan jgħin lit-tfal fil-ħiliet tal-qari u l-fehim mis-smigħ; 5. Żommu journal tas-sajf. Dan m’għandux jieħu aktar minn ftit minuti kuljum. Ibdewh fuq pitazz ġdid, li t-tfal jistgħu jżejnuh b’dekorazzjonijiet tassajf. Wara aqraw dak li kitbu flimkien u faħħruhom għall-kitba tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.