Magazine 2016

Page 1

125 Sena Fostna

Sena 2016 }ar[a Nru 19

SocjetĂ Muzikali Santa Margerita V.M.



FESTA 2016 Werrej Messa[[ mill-President - Is-Sur Wally Terribile . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 5 Messa[[ mis-Segretarju {enerali - Is-Sur Paul Vella . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 7 Messa[[ tas-Surmast Direttur - Mro. George Apap . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 9 Messa[[ mid-Direttur Spiritwali - Mons Lawrence Sciberras . . . . . . . . . . . . 11 Messa[[ mill-Ar`ipriet - Dun Michael Curmi . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 13 Messa[[ mis-Sindku - Is-Sur Philip Vella . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 15 Kumitat So`jeta’ Mu\ikali Santa Margerita . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 17 Servizzi mis-So`jeta’ Mu\ikali Santa Margerita . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 19 Ringrazzjamenti . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 21 Minn Qalbna nifir]u lil dawn ]utna Sannatin . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 23 L-istatwa u s-Simboli ta’ Santa Margerita . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 27 Santa Margerita fl-Awstralja. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 35 Is-Surmast li g]amel unur lil ra]alna . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 37 Il-Pjanta u l-G]asfur Nazzjonali f’Ta Sannat . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 44 Santa Margerita wa]da mill-patruni tal-mard tal-pesta . . . . . . . . . . . . . . . . . 47 L-Ar`ipriet {wann Andrea Vella. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 49 Id-Djalett tar-Ra]al tag]na. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 55 Bi\g]at u superstizzjonijiet tas-Sannatin fl-img]oddi . . . . . . . . . . . . . . . . . . 61 Dun {wann Andrea Vella b’rabta max-xog]ol tal-bizzilla f’Ta Sannat . . . . . . 67 A Short History of Ta’ Sannat - Part Two . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 75 Kronaka tas-So`jeta’ Mu\ikali . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 80 Programm tal-Festa ta’ Santa Margerita . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . 82

So`jeta' Mu\ikali Santa Margerita 24, Pjazza Santa Margerita, Sannat, G]awdex. Email: bandasantamargerita@gmail.com Website: http://bandasantamargerita.wordpress.com Editur: Lawrence Sciberras Koordinatur: Joe Mifsud, Paul Vella Reklami: M.A. Spiteri, Salvinu Xuereb, Wally Terribile, Joseph Mizzi, Dr. Charles Gauci, Dr. Anthony Stellini Setting & Stampar: J. de Bono Printing Press Ltd. Xewkija Tel: 2155 2219

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

3


FESTA 2016

TA~-~ALLU WATER SUPPLIES 24 Hour Service Contact: Lawrence Borg 'Joseph Farm', Qala Road, G]ajnsielem, Gozo. Tel: 21 550338, 21 550352, Mob: 9942 8781

4

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Messa[[ mill-President Is-Sur Wally Terribile B.A.Gen.(Melit.), PGDEcons.(Melit.), MIM(Malta) Għeżież Sannatin Il-mużika ddewwaq lil kulħadd aptit għaliha, dan bla ma tħares lejn ebda razza, kulur jew twemmin. U dan l-aptit mużikali hu dejjiemi minħabba li l-mużika jirnexxilha tgħaqqad flimkien lill-kompożitur jew kompożitriċi tagħha, lis-surmast u l-mużiċisti jew bandisti, kif ukoll lill-udjenza ta' nies li tkun qiegħda hemm sabiex tisma' x-xogħol mużikali. U dan jgħodd għal kollox ibda minn opera sa operetta, minn marċ militari sa marċ brijuż bħal dak li ndoqqu fil-festa tar-raħal tagħna. Meta l-mużika tibda tindaqq u tinstema', ma tibqax iżjed kiesħa bħal xi statwa famuża tal-alabastru jew talirħam, li forsi wieħed jara hemm ġewwa xi mużew Fjorentin jew Franċiz. Bil-maqlub, il-mużika tagħti leħenha mill-bidu nett sabiex mal-ewwel noti toffri sens t'attrazzjoni u affinita, kif ukoll apprezzament immedjat lejha li jieħdok magħha sal-aħħar nota. Il-banda tas-Soċjetà Mużikali tagħna ppruvat fis-sena li għaddiet tagħmel dan ta' hawn fuq. Lill-udjenza tagħha offritilha xogħlijiet ta' mużika li jolqtu l-gosti tagħha, minn marċi brijużi sa mużika kontemporanja. Dan kollu kien possibbli għaliex sibna l-appoġġ ta' kulħadd f' Ta' Sannat, sew dak finanzjarju sa dak ta' natura volontarja. U ma' dan wieħed irid isemmi s-sigħat, mill-ħin liberu tagħhom li l-bandisti tagħna offrew bla ħlas bi preparazzjoni għall-attivitajiet mużikali, ibda minn dawk tal-festa, tal-Milied fil-Knisja Parrokkjali tagħna, sa dak imtella' riċentament flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Sannat. F'din is-sena wkoll, aħna sibna fil-Kunsill Lokali tar-raħal tagħna, kull għajnuna meta tlabnieha. Ħajr imur lejn is-Sindku, is-Sur Philip Vella, kif ukoll lill-Kunsilliera u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali. Jixraq ukoll li nirringrazzja f'isem is-Soċjetà u f'ismi, lil Wisq Reverendu Arċipriet Dun Michael Curmi, għallmod li flimkien, is-Soċjetà u l-Knisja, imxejna matul din is-sena. U ma nistax inħalli barra r-rispons pożittiv lejn it-talbiet tagħna, min-naħa tal-Ministru għal Għawdex u lMinisteru tiegħu lejna bħala soċjetà. Hemm ukoll xi ħaġa oħra li xtaqt nindirizza u li jixirqilha tifħir qabel nagħlaq il-messaġġ annwali tiegħi. Dan hu l-impenn li l-ġenituri għamlu sabiex jaraw li t-tfal tagħhom jattendu għal- lezzjonijiet tal-mużika ġewwa lkażin u dan regolarment, kull ġimgħa. Għad fadal ħafna talent mużikali moħbi ġewwa Ta' Sannat. Tkun ta' sfortuna għalina bħala raħal jekk dan it-talent ma nikkultivawhx wara li nkunu sibnieh. U għalhekk s-soċjetà ser tibqa' din is-sena wkoll impenjata li tgħallem b'xejn il-mużika, f'dik li hi teorija u prattika fuq l-istrument, lill- aljevi tagħha. Ix-xogħol li twettaq din is-sena mis-soċjetà kien possibbli għaliex il-Kumitat tiegħi, is-Surmastrijiet, ilBandisti, il-Ladies Circle, u intom is-Sannatin konna għaqda waħda. Grazzi lil kulħadd tal-interess, tal-impenn u tal-għajnuna tagħkom lejn is-Soċjetà. Nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

5


FESTA 2016

6

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Messa[[ mis-Segretarju Is-Sur Paul Vella Għeżież Sannatin, Bħalissa ninsabu kważi f'nofs is-sajf u dan ifisser ukoll li ninsabu f'nofs il-qofol talfesti li ta' kull sajf jiġu ċċelebrati lill-qaddis jew qaddisa ta' dak ir-raħal jew belt partikulari. Għalina s-Sannatin il-festa ta' din is-sena hija waħda b'sinifikat partikulari minħabba l-fatt li qed infakkru l-mija u ħamsa u għoxrin sena mill-miġja tal-istatwa titulari fostna. Matul din is-sena, bħalma sar fis-snin l-imgħoddija l-kumitat bil-limitazzjonijiet kollha tiegħu kompla jaħdem kemm jiflaħ biex ikabbar u jgħolli l-livell tal-banda tagħna. Dan għamlu f'kull aspett li miegħu hija relatata l-banda, jiġifieri f'dak li jirrigwarda t-tagħlim tal-aljievi, il-livell ta' programmi li qed jittellgħu kif ukoll il-kontribut li nagħtu permezz ta' servizzi fir-raħal tagħna stess. B'mod inġenerali jkolli ngħid li mhux dejjem ikun faċli li tilħaq dawn il-miri peress li hemm diversi fatturi li jtellfu dan l-iskop, u sfortunatament jien inħoss li dawn qed jiżdiedu aktar ma jgħaddi ż-żmien. Illum aktar minn qabel qed insibuha ferm diffiċli biex inħajru tfal u żgħażagħ jingħaqdu mal-banda tagħna kemm bħala aljievi u anke bħala membri fil-kumitat. Jiena ma nixtieqx inkun negattiv, aktar u aktar matul dawn il-jiem ta' festi u ċelebrazzjonijiet, biss ir-realtà hija dik li hi u inutli li noqogħdu npittru kollox ileqq meta dan ma jkunx. Min-naħa l-oħra nixtieq insemmi wkoll li minkejja dawn l-ostakli xorta rnexxielna ntellgħu diversi programmi mużikali matul din is-sena. Dawn kienu l-programm taż-żmien il-Milied, li jidher biċ-ċar li qed jintlaqa' ħafna tajjeb mill-poplu ta' Sannat għax sena wara oħra l-knisja qed tkun litteralment ippakkjata bin-nies. Programm ieħor sar fl-okkażjoni ta' Jum Sannat, fejn it-tema prinċipali kienet il-mużika pop. Rigward dawn iż-żewġ programmi nħoss li għandi pubblikament nirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' raħalna li flimkien magħna l-kumitat tal-banda qed naħdmu id f'id biex ngħollu u ntejbu l-livell tal-bandisti u l-banda tagħna. Permezz tal-għajnuna tiegħu biss dawn iż-żewġ avvenimenti setgħu ġew organizzati. Ovvjament issa bdejna wkoll nagħmlu programm mużikali ieħor l-Erbgħa fil-ġimgħa tal-festa, li din is-sena ser jaħbat fl-20 ta' Lulju, il-jum tal-festa liturġika tal-Patruna tagħna Santa Margerita. Dan il-programm dejjem qed inżidulu l-livell tiegħu bl-għażla ta' mużika impenjattiva li s-Surmast tagħna qiegħed jagħżlilna. F'dak li jirrigwarda s-servizzi fir-raħal kemm matul is-sena kif ukoll fi żmien il-festa, żammejna l-istess servizz bħal tas-sena loħra. Minbarra dawn il-programmi l-banda tagħna tkun ukoll impenjata f'diversi festi titulari f'Għawdex. Xi ħaġa li lili tnissini d-diffikultajiet kollha li niltaqa' magħhom matul is-sena, hija l-fatt li din is-sena għallewwel darba waqt il-purċissjoni ser jingħaqdu mal-banda tagħna sitt bandisti ġodda. Il-bandisti huma lqalb ta' kull banda u avvenimenti bħal dawn ikomplu biss isaħħu l-banda tagħna. Jixraq li nawgura lil dawn il-bandisti ġodda ħafna snin ta' suċċess u sodisfazzjon mal-banda. Nirringrazzja lill-għalliema tagħhom għall-paċenzja, impenn u professjonalità li biha jgħallmu lill-aljievi tagħna. Jixraq ukoll li nirringrazzja lillġenituri ta' dawn l-aljievi u naċċenna għall-fatt tal-importanza li għandhom fil-formazzjoni u suċċess ta' wliedhom. Meta aljiev ikollu lill-ġenituri tiegħu warajh jissapportjawh u jsegwuh, għandu ħafna aktar probabbiltà li jirnexxi u jkompli f'dak li jkun qed jagħmel. Nagħlaq dawn il-kelmtejn tiegħi billi nirringrazzja lill-sħabi tal-kumitat għall-impenn tagħhom matul is-sena kollha u lill-kumitat tal-Ladies Circle li jieħdu ħsieb jorganizzawlna attivitajiet rikreattivi għall-ġbir ta' fondi. Nirringrazzja lis-Surmast Direttur Mro George Apap u lill-għalliema tal-aljievi Mro Antoine Theuma u lBandist tagħna Noel Curmi. Irrid nirringrazzja wkoll lill-sħabi l-bandisti għas-sagrifiċċji li jagħmlu kif ukoll lill-familjari tagħhom. Grazzi wkoll lill-Arċipriet tagħna Dun Michael Curmi u lill-kleru kollu li dejjem sibnieh bil-bieb miftuħ kull meta kellna bżonnu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nirringrazzja lilkom Sannatin li dejjem tkunu warajna u anke lil dawk kollha li għoġobhom jirreklamaw fuq dan il-magażin. Il-festa t-tajba lil kulħadd!

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

7


FESTA 2016 Johnny Bonnici

Authosrised Gozo Distributor for General Soft Drinks Co. Ltd

Mob: 9942 4911

8

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Messa[[ mis-Surmast Direttur Mro. George Apap B.Ed. (Mus.) Hons.

LLCM, ALCM

Għeżież Sannatin, Reġgħet waslet festa oħra u għal sena oħra ġejt mistieden sabiex inwassal ilmessaġġ tiegħi fl-okkażjoni tal-festa tant għażiża għalina: il-festa ta' Santa Margerita Verġni u Martri. Din hija r-raba' festa konsekuttiva tiegħi li fiha ser inkun qed immexxi lill-banda ta' dan ir-raħal. Huwa pjaċir kbir tiegħi naħdem f'din is-Soċjetà Mużikali f'Ta' Sannat. F'dawn il-ftit versi ser nitkellem dwar dak li għaddejna minnu matul dawn l-aħħar tnax-il xahar li, mingħajr ebda dubju, kienu impenjattivi ferm. Wara li għadda l-istaġun tal-festi f'Għawdex li fih il-banda tagħna kienet imħabbta f'għadd ġmielu ta' servizzi, kien imiss li nibdew naħsbu għall-programm mużikali ta' żmien il-Milied li, għat-tieni sena konsekuttiva, ittella' ġewwa l-knisja parrokkjali. Kien kunċert sabiħ li ntlaqa' tajjeb ħafna u li għalih kien hemm attendenza tassew kbira. Fost is-siltiet mużikali li ndaqqu f'dan il-kunċert kellna x-xorti nesegwixxu żewġ Responsorji Pastorali ta' Maestro Vincenzo Caruana Spiteri, Kompożitur li għex għal numru ta' snin f'dan ir-raħal, li din is-sena ser infakkru l-120 mit-twelid tiegħu. Dawn il-kompożizzjonijiet indaqqu grazzi għall-Arċipriet Dun Michael Curmi li għoġbu jgħaddilna kopja ta' dawn ir-Responsorji Pastorali sabiex inkun nista' nirranġahom biex jindaqqu mill-banda. Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta s-sehem tiegħu sabiex stajna ntellgħu dan il-kunċert mużikali: lill-kumitat kollu, lil sħabi l-bandisti, lill-kantanti u s-solisti, kif ukoll lill-kor tat-tfal tal-Parroċċa tagħna: il-Kor Fjur tal-Martri Margerita taħt id-direzzjoni ta' Margaret Camilleri. Hekk kif bdejna Marzu, il-banda bdiet bil-preparamenti tagħha għal programm mużikali ieħor, dak li issa sar appuntament annwali f'Jum Ta' Sannat f'April. Għal dan il-programm l-għażla ta' mużika kienet kollha moderna – mużika pop, rock u anke musicals. Wara dan l-appuntament, il-banda kompliet għaddejja bla waqfien bil-preparazzjoni tagħha għall-Kunċert Mużikali Annwali li jittella' fl-ewwel jum tat-tridu – kunċert li joffri sfidi varji - b'għażla ta' mużika wiesgħa li tvarja mill-klassiku għall-pop u anke soundtracks. Dan ilkunċert qed jittella' għar-raba' sena konsekuttiva u sena wara oħra l-għażla tal-mużika qed tinkludi siltiet mill-aqwa li bla dubju qed ikomplu jgħollu l-isem tal-banda tagħna li grazzi għall-impenn sħiħ tal-bandisti tagħha qegħdin dejjem noħorġu bl-unuri. Din is-sena r-raħal tagħna qed ifakkar il-125 anniverarju mill-miġja tal-istatwa titulari ta' Santa Margerita u għal din l-okkażjoni ser inkun qed nirregala lis-Soċjetà, Innu reliġjuż li jfakkar dan l-anniversarju, kompożizzjoni tiegħi b'lirika tal-ħabib tiegħi Joe Mifsud. Dan l-innu ser jindaqq għall-ewwel darba filkunċert mużikali annwali tal-festa. Dejjem sħaqt li s-Soċjetajiet Mużikali fl-irħula tagħna mhux biss huma benniena ta' kultura, imma wkoll ta' edukazzjoni. Huwa ta' pjaċir kbir tiegħi li ngħid li għall-festa ta' Santa Margerita ta' din is-sena ser jingħaqdu mal-banda tagħna seba' alljievi ġodda. Dawn ser joħorġu jdoqqu għall-ewwel darba f'jum il-festa, eżattament fil-purċissjoni. Dan huwa ta' unur kbir għall-banda tagħna. Ma nistax ma nroddx ħajr u nifraħ lisSurmastrijiet tal-alljievi tagħna Noel Curmi u Antoine Theuma li grazzi għall-ħidma sfiqa tagħhom qed inkomplu nibnu futur sod lil din is-Soċjetà Mużikali tagħna. Hawn irrid nagħmel appell sabiex aktar tfal u żgħażagħ jingħaqdu mal-banda tagħna u jibdew jitgħallmu xi strument mużikali. Irrid inħeġġeġ ukoll lillalljievi kollha tagħna biex ikomplu jieħdu l-istudji mużikali tagħhom bis-serjetà ħalli fil-futur qarib huma wkoll joħorġu jdoqqu mal-banda tagħna. Qabel nagħlaq dan il-messaġġ, nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-kumitat kollu tal-fiduċja li juri fix-xogħol li nwettaq, kif ukoll lill-bandisti kollha tal-impenn kbir tagħhom sabiex inkunu nistgħu nilħqu l-miri tagħna. Fl-aħħar nett nixtieq nawgura l-festa t-tajba lill-President is-Sur Wally Terribile, lill-kumitat kollu' lill-bandisti u lill-familjari tagħhom' lill-Arċipriet Dun Michael Curmi, lilkom is-Sannatin kollha, kif ukoll lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festa ta' Santa Margerita. Viva Santa Margerita!

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

9


FESTA 2016

Pastizzeria Agius St. Rita, Plot 38, Manwala Street, Xewkija, Gozo. Tel. 2155 9421 / Mob. 7932 1176

10

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Messa[[ mid-Direttur Spiritwali Mons Lawrenz Sciberras IL-ĦNIENA MATUL ĦAJJET SANTA MARGERITA Din is-sena r-raħal tagħna Ta' Sannat qed ifakkar il-125 sena minn meta l-istatwa ta' Santa Margerita waslet fostna. Kien l-Arċipriet Dun Ġwann Andrea Vella li ġab din listatwa minn Marsilja fost ferħ u sodisfazzjon kbir tal-antenati tagħna. Hija statwa li minbarra l-ħlewwa tagħha flimkien mal-kisra ta' għajnejha lejn is-salib, l-istatwa torbot magħha numru ta' sinjali u simboli oħra kollha marbutin, kollha jridu jwasslu tagħlim spiritwali qawwi. Ta' min isemmi s-salib u li fuqu hemm titperreċ il-ħamiema, il-palma, is-sinjal tax-xhieda li tat il-qaddisa, kif ukoll ħdejn riġlejha hemm id-dragun, simbolu ieħor tal-qawwa tal-ħażen li kontinwament iddur madwar il-bniedem biex itellfu l-paċi ta' qalbu. Dis-sena wkoll, qegħdin ngħixu s-sena speċjali tal-ħniena. Kien il-Papa Franġisku li nieda din is-sena dejjem biex juri kemm tassew Alla huwa għani fil-ħniena tiegħu magħna l-bnedmin. Matul din is-sena diġà saru u qegħdin isiru diversi funzjonijiet reliġjużi kif ukoll atti oħra ta' għajnuna ma' min hu tassew fil-bżonn. Dan kollu jixhed kemm hija tassew sabiħa l-ħniena. Kemm tħossok aktar kuntent meta tagħti milli meta tirċievi xi ħaġa. Hawn mhux ta' min jinsa li meta nidhru għall-ġudizzju dan ser isir fuq l-opri tal-ħniena, kemm fuq dawk li jmissu lill-ġisem kif ukoll dawk li jmissu lir-ruħ. Mela bil-ġuħ, bil-għatx, marid, bla dar u bla ħwejjeġ... u dawk tar-ruħ, kelma ta' kuraġġ lil min ikun imħasseb, is-sbuħija tat-tagħlim, il-qawwa talħniena, kif ukoll is-sbuħija tal-maħfra eċċ. Dawn huma opri marbutin mar-ruħ. Issa l-patruna tagħna Santa Margerita kif ħaddmet u rabtet dawn l-opri tal-ħniena matul ħajjitha? Ibda biex la darba l-qaddisa tagħna waslet sa dak il-grad hekk għoli ta' qdusija, bilfors li matul ħajjitha ħennet, ħafret u wasslet lil oħrajn biex jagħmlu bħalha. Hija għamlet dan għaliex Margerita kellha min jgħallimha u juriha s-sbuħija ta' min jgħin lil min ikun fil-bżonn, iħenn u jaħfer. F'kelma waħda Margerita setgħet tikkonkludi ssiwi tat-tagħlim ta' Ġesù, liema tagħlim qiegħed reġistat fil-Vanġelu. Kollox kien qed jintiseġ bil-għajnuna ta' dik il-mara li reddgħet u għajxet bil-ħalib ta' sidirha lit-tfajla żgħira afdata taħt il-kura tagħha. Din il-mara konvinta mill-fidi tagħha, mal-ħalib ta' sidirha, liema sustentament jgħaddi, tat ukoll il-ħalib tal-fidi nisranija. Don li verament jibqa'. Għalhekk Margerita l-ewwel ħniena li pprattikat matul ħajjitha kien mal-għażiż missierha Edesio. Hija bilkelma t-tajba imma żgura, u xejn anqas bl-eżempju sħiħ tagħha, uriet lil missierha kemm hija sabiħa l-fidi tagħna l-insara. Waslitlu d-dawl ta' Kristu msallab iva, imma wkoll irxoxtat u rebbieħ. Margerita meta dan missierha keċċieha 'l barra minn daru stess, ħennet għalih u ħafritlu għal dak kollu li għamel magħha. Huwa wasal sa hawn mal-istess bintu l-waħdanija, għaliex dan Edesio ma kienx jaf bi Kristu, ma kienx jaf bit-tagħlim tiegħu speċjalment il-virtù tal-maħfra u l-ħniena, kien ingannat u mqarraq. U din t-tagħlima għad għandna bżonnha aħna wkoll. Min ma jitgħallimx jibqa' miexi fid-dlam, jitqarraq u jitgerfex bil-qawwi. Il-miġja tal-istatwa hija ħaġa sabiħa ħafna li aħna nfakkruha u ngħixuha, imma ma nistgħux nieqfu hemm. Din l-okkażjoni għandha tkun ta' mbuttatura aktar qawwija biex nħaddnu dejjem aktar b'intenzjoni tajba l-opri tal-ħniena, dejjem u ma` kulħadd. Il-Festa t-tajba lil kul]add.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

11


FESTA 2016

Statwa ta'

Santa Margerita Tkun ħaġa sewwa ħafna li kull familja ikollha statwa tagħha d-dar. Min jixtieq jakkwista waħda ikellem il-barman jew xi membru tal-kumitat. Il-prezz huwa ta €35. Kull statwa hija ppakkjata tajjeb ħafna u wieħed jista’ jeħodha miegħu barra minn Malta. Grazzi lil kull min tħabat biex ikollna dawn l-istatwi fostna.

JOHN BAJADA 36 TILLIERA STREET

SANNAT

BUILDING CONTRACTOR TEL: 21554559, Mob: 9984 7085 12

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Messa[[ mill-Ar`ipriet Ar`. Michael Curmi Il-mużika, għall-edukazzjoni hija b'saħħitha aktar minn kull strument ieħor, għaliex ir-ritmu u l-armonija jsibu posthom fl-inħawi ġewwinija tar-ruħ” - Platun Hija grazzja speċjali li din is-sena l-Mulej qed jagħtina li niċċelebraw festa speċjali. L-ewwel nett għax din is-sena hija s-sena tal-Ġublew tal-Ħniena. Il-Mulej irid ifakkarna li ġa wera ħniena kbira magħna (biss biss għall-fatt li neżistu), u se jkompli juriha għal kemm itulu s-snin (eternità). U t-tieni għax din is-sena qed niċċelebraw il-125 sena tal-istatwa titulari ta' Santa Margerita fostna. Inħoss u nemmen li l-banda għandha rwol importanti u partikulari x'taqdi fir-raħal. U dan mhux biss filġranet tal-festa imma wkoll fil-ġranet u fl-okkażjonijiet l-oħra ta' matul is-sena kollha. Nammira l-ħsieb u ttentattivi li jagħmel il-kumitat sabiex jinċentiva lit-tfal u liż-żgħażagħ biex jidħlu jagħmlu parti mill-banda tagħna. Nitnikket meta nara li din is-sejħa ma tiġix milqugħa jew forsi anke injurata. Għeżież ġenituri, tfal u żgħażagħ ejjew ninvestu aktar fil-banda tagħna. Hija l-banda ta' raħalna. Mhux sewwa li nfittxuha biss għall-festa u nistennew minnha li ddoqq marċi mill-aqwa u tferraħ u timla t-toroq tagħna meta mbagħad matul is-sena ninsew li għandna banda ġo raħalna. Hija Soċjetà li tagħmlilna unur u li lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna tista' tħarriġhom kemm f'dik li hi arti talmużika kif ukoll f'dik li hija dixxiplina u responsabilità! Għax anke dik li titgħallem tistenna (pawsiet u aspetti), f'li tidħol fil-ħin iddoqq waħdek jew ma' oħrajn, skont it-taħbita tas-surmast jew tal-katuba... din ukoll hija formazzjoni tal-karattru. Dan biex ma nsemmix l-aspett altruwist tagħha fejn kif jgħidu diversi filosfi bil-mużika tista' tesprimi u tqanqal emozzjonijiet u veritajiet li ma jirnexxilekx tesprimihom bil-kliem. Ilmużika tgħin biex titnissel il-paċi fil-qalb. Nifraħ u nkompli nawgura lill-bandisti dedikati! Nifraħ u nawgura wkoll lis-sitt bandisti ġodda li propju f'din ilfesta speċjali – 2016– daħlu jdoqqu mal-banda tagħna. Filwaqt li nirringrazzja u nifraħ lill-bandisti kollha u lis-Surmast tal-kunċert sabiħ tal-20 ta' Lulju u tal-marċi u l-innijiet kollha f'din il-festa, nawgura lill-kumitat flimkien mal-bandisti kollha festa mill-isbaħ, għax festa qaddisa!

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

13


FESTA 2016

40A, Palm Street, Victoria, Gozo, VCT1307 Tel: 2155 5811 Mob: 7955 5811 Email: info@swancardgallery.com

14

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Messa[[ mis-Sindku Is-Sur Philip Vella Għeżież Sannatin, Waslet il-festa tagħna! Il-festa tant għal qalbna! Il-festa ta' Santa Margerita! Nemmen li din hi okkażjoni ta' għaqda kbira fil-komunità Sannatija u nħossni ferm kburi li nifforma parti minnha. Hi okkażjoni fejn jixraq li nsellem lil dawk il-persuni kollha li joffru b'mod volontarju tant mill-ħin u t-talent tagħhom sabiex ikollna s-suċċess li nistennew mill-festa tagħna. Matul din is-sena attendejna għal bosta avvenimenti organiżżati mill-kumitat ħabrieki tal-banda, li wħud minnhom kienu bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill. Hu ta' unur għalija li bħala Sindku nibqa' nagħti kull għajnuna li nista' lil din il-banda bħala sinjal konkret t'apprezzament lejn din il-ћidma kollha. Din il-banda jixirqilha dan kollu għax fl-aħħar mill-aħħar qiegħda taqdi rwol soċjali, edukattiv u kulturali mill-aktar importanti. Li kieku kellna nħarsu lura lejn dak li għaddejna minnu, insibu ħafna x'nirrakkontaw dwar ħidmet il-banda tagħna. Meta tħares lejn l-istorja kulturali ta' pajjiżna, ma tistax ma tirrikonoxxix is-sehem li taw il-baned biex ilpoplu jagħraf il-valur tal-mużika, biex il-mużika tasal għand il-poplu kollu. Dan kollu jwassalna biex nifhmu, li ma' kull ġurnata li tgħaddi fil-ħajja tagħna ngħaddu minn esperjenza ġdida. Xi wħud mill-esperjenzi jirrekjedu ħafna ħidma u magħhom iġibu wkoll ċertu sodisfazzjon. Xi kultant inkunu nixtiequ li ċertu ġranet ma jgħaddu qatt bħal per eżempju l-festa tal-Patruna Santa Margerita li aħna s-Sannatin magħrufin sew għaliha. Il-baned mhumiex qegħdin hemm biss għall-marċi tal-festa – qegħdin hemm ukoll biex jorganizzaw kunċerti, biex iħarrġu aljievi ġodda, biex iżommu l-poplu viċin il-kultura mużikali. L-appell tiegħi hu biex aktar żgħażagħ jersqu viċin il-banda tagħna u jitgħallmu xi strument sabiex anke huma jkunu parti missuċċess li qed tikseb il-banda tagħna f'raħalna. Nieħu din l-opportunità biex infaħħar u nsellem lill-kumitat tal-banda għall-impenn tagħhom kif ukoll lillbravu Surmast u lill-bandisti kollha. Nagħlaq dan il-messaġġ billi nsellem lil dawk kollha li jippromwovu lkultura f'Ta' Sannat kemm fil-mużika u kemm f'dixxiplini oħrajn bħall-isports. Fl-aħħar nett nawgura f'ismi bħala Sindku, l-Kunsilliera u l-istaff tal-Kunsill Lokali Ta' Sannat lill-poplu kollu Sannati b'tislima speċjali lill-anzjani, lill-morda u lill-emigranti Sannatin li jgħixu barra minn xtutna, festa mill-aqwa. Santa Margerita ħu ħsiebna u berikna!!

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

15


FESTA 2016

16

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Kumitat So`jeta' Mu\ikali Santa Margerita 2016

M'Angelo Spitieri, Mons. Lawrence Sciberras, Patrick Grima, Salvinu Xuereb, Joseph Mizzi, Dr. Charles Gauci, Wally Terribile, Paul Vella.

President Is-Sur Wally Terribile

Vi`i President Dr Charles Gauci

B.A.Gen.(Melit.), PGDEcons.(Melit.), MIM(Malta)

KHS., M.D., FRCA., FIPP. F.P.M

Segretarju {enerali Is-Sur Paul Vella

Arkivista Is-Sur Joe Mifsud

Membri Is-Sur Joseph Mizzi B.A.(Hons),(Melit) Is-Sur Joe Bajada Is-Sur M'Anglu Spiteri Is-Sur Salvinu Xuereb Is-Sur Patrick Grima Surmast Direttur Mro George Apap B.Ed (Hons) Music, LLCM, ALCM

Avukat tas-So`jetà Dr. Anthony Stellini LL.D. Direttur Spiritwali Mons Lawrenz Sciberras M.A. (Rome), S.S.Lic., S.Th.L., Capp. S.S.

Sotto Kumitat Ladies Circle Is-Sinjura Rose Camilleri Is-Sinjura Salvina Curmi Is-Sinjura Frances Galea Is-Sinjura Luigia Sciberras Is-Sinjura Margaret Zammit

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

17


FESTA 2016

18

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

SERVIZZI MIS-SO~JETA' MU|IKALI STA. MARGERITA TA' SANNAT STA{UN 2015 - 2016 DATA

OKKAZJONI

SERVIZZ

POST

14-06-2015

Qalb ta' Ġesù

Marċ u Programm

Il-Fontana

26-06-2015

San Pietru Pawl

Marċ

In-Nadur

05-07-2015

Viżitazzjoni

Marċ filgħodu

L-Għarb

15-07-2015

San Ġorġ

Marċ

Ir-Rabat

16-07-2015

Ħruġ Statwa

Marċi reliġjużi fil-knisja

Ta' Sannat

20-07-2015

Marċ

Pussess tal-Arċipriet

Ta' Sannat

22-07-2015

Festa Santa Margerita

Programm

Ta' Sannat

23-07-2015

Festa Santa Margerita

Marċ Żgħażagħ

Ta'Sannat

24-07-2015

Festa Santa Margerita

Dimostrazzjoni

Ta' Sannat

25-08-2015

Festa Santa Margerita

Marċ u Innu

Ta' Sannat

26-07-2015

Festa Santa Margerita

Innu u purċissjoni

Ta' Sannat

31-07-2015

San Ġużepp

Dimostrazzjoni

Il-Qala

22-08-2015

Santa Marija

Programm

Iż-Żebbuġ

30-08-2015

Madonna Ta' Loretu

Marċ

Għajnsielem

06-09-2015

Madonna tal-Karmnu

Marċ u purċissjoni

Ix-Xlendi

07-12-2015

Immakulata Kunċizzjoni Marċ

11-12-2015

Milied

Programm fil-knisja

Ta' Sannat

25-12-2015

Milied

Għanjiet tal-Milied

Ta' Sannat

26-12-2015

Milied

Purċissjoni Bambin

Ta' Sannat

04-03-2016

Marċ

100 sena Salvu Mercieca Ta' Sannat

29-04-2016

Programm

Jum Ta' Sannat

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

Victoria

Ta' Sannat

19


FESTA 2016

20

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Ringrazzjamenti Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Santa Margerita jirringrazzja mill-qalb lill-benefatturi kollha li matul is-sena 2015-2016 ħadmu bis-sħiħ u mingħajr ebda interess personali għall-ġid tal-banda. Lill-Ladies Circle u magħhom dawk li jgħinuhom, talli matul is-sena jaħsbu biex jorganizzaw diversi attivitajiet bħala fund raising għall-banda. Liż-żewġ għalliema tal-aljevi, għad-dedikazzjoni u l-attenzjoni li biha jgħallmu lill-aljevi tagħna. Mro Antoine Theuma li jgħallem is-sezzjoni tar-ram u lill-bandisti tagħna Noel Curmi li jgħallem is-sezzjoni tal-qasba. Lis-surmast tal-banda Mro George Apap għall-imħabba partikulari u d-dedikazzjoni li qed juri biex il-banda tagħna tibqa` timxi aktar 'il quddiem. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk il-persuni li bil-għajnuna tal-Arċipriet Dun Michael Curmi jqassmu l-fuljett talbanda tagħna fid-djar tar-raħal kull tliet xhur. Hekk kull familja tkun infurmata b'dak kollu li jkun qed jiġri fi ħdan il-banda tagħna. Lill-Kunsill Lokali tar-raħal tagħna li dejjem insibuh ta' spalla u jgħinna billi jgħolli u jippromwovi lill-banda tagħna. Mingħajr l-għajnuna tal-Kunsilli ċerti attivitajiet ma nkunux nistgħu ntellgħuhom. Ringrazzjamenti oħra jmorru għall-Perit Joseph Stellini għall-pariri u x-xogħol li jagħtina kif ukoll għallAccountant Sharon Zammit għar-reviżjoni tal-kontijiet li tagħmel magħna. Nirringrazzjaw lil Maureen Zammit għax-xogħol ta' proof reading ta' dan il-magażin. Minn qalbna nifirħu lil dawk li matul din is-sena ggradwaw f'xi kors mill-Università jew mill-MCAST. Awguri sinċieri! Inħeġġukom għalhekk biex dak li tgħallimtu taqsmuh ma' ħaddieħor. B'dawn ir-riżultati għamiltu unur lilkom, lill-familji tagħkom u xejn anqas lil Ta' Sannat li wellidkom. Nirringrazjaw ukoll lil Dr Charles Gauci, li jokkupa l-kariga ta' Viċi President tas-Soċjetà u lil martu Basia għall-interess qawwi u partikulari li juru fil-banda tagħna, kif ukoll għall-għajnuna finanzjarja li jagħtu lisSoċjetà Mużikali tagħna. Permezz ta' dan il-magażin nixtiequ ningħaqdu ma' ħutna l-emigranti kollha li minkejja li qegħdin 'il bogħod nafu kemm jifirħu bl-aħbarijiet li jkunu qegħdin isiru f'raħalna. Lil dawn ħutna 'l bogħod nixtiqulhom ukoll ilfesta ta' Santa Margerita t-tajba. Grazzi wkoll lil dawk it-talin kollha li jagħtuna l-artikli tagħhom biex nippubblikawhom fuq dan il-magażin. Kull artiklu jitlob ħin ta' riċerka u xogħol ieħor. Dan kollu jsir fis-sikta u bla ebda storbju ta' xejn. Mingħajr dawn l-artikli dan il-magażin ma jkun jappella għal ħadd. Għalhekk mill-ġdid grazzi. Tajjeb li dawn l-artikli jinġabru għal referenzi fil-futur. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li jirreklamaw fuq il-magażin tal-banda tagħna. Hekk din l-għodda tant importanti u ta' tagħrif tkun tista' tkompli u tasal fid-djar tal-familji tagħna. Nifirħu wkoll mas-Sannatin kollha li matul din is-sena kellhom xi mumenti ta' ferħ fil-familji tagħhom kif ukoll naqsmu n-niket ma` dawk kollha li kellhom xi mumenti ta' swied il-qalb. Santa Margerita tikkonslakom.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

21


FESTA 2016

Sokkors Street, Kercem VCT 113, Gozo Tel: 2155 5655 / 2155 1512 Mob: 9945 8131 22

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Minn Qalbna nifirhu lil dawn Hutna Sannatin

Dora Lee Borg, Msc Electrical Engineering

George L. Borg B.Sc Internet Application Development

Chantelle Saliba B.Sc (Hons) Mathematics & Statistics and Operations Research

Rosalie Cauchi Master of Science in Banking & Finance

Ruben Cassar Improving Public Managment and Governance at Local Level

Janice Vella Muscat Postgraduate Certificate in the Teaching of Ethics in Schools

Jason Curmi Improving Public Managment and Governance at Local Level

Lydia Hope Ricards B.A. in English & Communications

Renance Vella Aquilina Postgraduate Diploma in Educational Leadership

Marija Bajada B.Ed(Hons). NFCS

Keith Buttigieg Diploma in Facilitating inclusive Education

Sephora Gauci B.A. (Hons) M.A. (Melit.)

SOCJETĂ€ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

Cynthia Zammit B. in Psy (Hons)

23


FESTA 2016

24

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

25


FESTA 2016

26

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

L-istatwa u s-Simboli ta' Santa Margerita Mons. Lawrenz Sciberras

Dis-sena l-istatwa tant sabiħa, ħelwa u devota ta' Santa Margerita V.M. tagħlaq mija u ħamsa u għoxrin sena fostna. Kienet is-sena 1891 sewwa sew matul ix-xahar ta' Lulju liema xahar huwa tant għażiż u mistenni minna s-Sannatin, meta waslet fost missirijietna l-istatwa tal-patruna tagħna Santa Margerita. U nistgħu ngħidu li minn dakinhar sal-lum, iddevozzjoni, l-imħabba u l-għożża lejn din il-ġawhra tagħna kompliet dejjem tikber, tiżdied u toktor. Huwa kollu minħabba dawn ir-raġunijiet li din is-sena aħna nnies Ta' Sannat qegħdin infakkru b'mod aktar kbir mis-soltu lmiġja ta' Santa Margerita fostna. Din l-istatwa lilna tgħaqqadna flimkien, tiġborna bħal qroqqa taħt ġwejħajha, u fuq kollox tħeġġiġna biex bħalha nħobbu aktar bil-fatti lil Ġesù l-għarus safi tagħha. Kemm tifraħ meta tkun għand xi emigranti minn Ta' Sannat u fid-dar tagħhom tara statwa jew inkella xi ritratt ta' Santa Margerita. Għaliex inbidlet? Hija liġi tal-knisja, li l-Isqof tal-post kull erba' snin jew jekk jara l-bżonn anke qabel, għandu jagħmel vista pastorali fil-parroċċi, knejjes, kappelli, ċimiterji, ċentri parrokkjali, għaqdiet, kif ukoll f'dak kollu li ftit jew wisq huwa marbut mal-kult jew tagħlim ta' dik il-parroċċa partikulari. L-Isqof li jkun imsieħeb minn xi qassisin oħra, wara dawn il-visti jibgħat rapport bil-miktub fejn jgħid dak kollu li ltaqa' miegħu, kif ukoll jiddeskrivi dak li għoġbu, u ħa pjaċir bih, kif ukoll dak li jista' jsir aħjar jew għad-dritt għandu jitneħħa mill-kult. Ir-raġunijiet għal din l-azzjoni jistgħu jkunu varji, eżempju l-oġġett jeqdiem u jikrieh, ma jibqax tajjeb, flok ma jiġbed l-attenzjoni għall- aħjar jista' jbiegħed l-attenzjoni, mela flok jgħin biex wieħed jinġabar aktar jitferrex moħħu. Issa fil-parroċċa tagħna qabel din l-istatwa li għandna fil-preżent, naturalment kien hawn statwa oħra ta' Santa Margerita u li b'din l-istatwa kienet issir il-purċissjoni. Hawn ta' min ifakkar li Ta' Sannat sar parroċċa fis-sena 1688, mela 328 sena ilu. Din l-ewwel statwa kien ordnaha l-Kappillan Dun Franġisk Borg u ħadimha l-magħruf Carlo Darmanin. Din l-statwa waslet fostna fl-1863. Issa ġara li l-isqof Giovanni M. Camilleri meta għamel il-vista pastorali tiegħu fil-parroċċa tagħna fl-1890 u ra listatwa tal-qaddisa, deherlu li kienet xi ftit maħduma skullata u għalhekk ordna biex din l-istatwa titneħħa mill-qima tal-kult. L-Arċipriet Dun Ġwann Andrea Vella ma kellux triq oħra x'jagħżel għajr li jordna statwa ġdida. Issa billi matul dawk is-snin diġà hawn f'Għawdex kienu nġabu xi statwi minn Marsilja mingħand il-fabbrika Gallard et Fils Statuaire u li kienu ntgħoġbu ħafna. Insemmu Santa Marija taż-Żebbuġ, li waslet fl-1863, dik tax-Xagħra li waslet fl-1878, u dik tan-Nadur li waslet hawn Għawdex fl-1881, allura l-Arċipriet Vella għamel l-istess ħaġa. Huwa ordna statwa tal-qaddisa

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

27


FESTA 2016 ·Stationery ·Books & Magazines ·Greeting Cards ·Printing (Colour and B&W from any media) ·Photocopying ·Laminating ·Binding ·Book Covering Service ·Past Papers ·Satchels & Pencil Cases ·Lunch Boxes & Drinking Bottles ·Mobile Top-up Cards ·Toys & Crafts

Also in store: Party Items, Birthday & Seasonal Gifts, Ink Cartridges, Office & Desktop Accessories, and much more!! Dr Anton Tabone Str, Victoria T: 27500530, E: zamd@onvol.net

28

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 tagħna minn Marsilja. U dejjem sabiex l-istatwa kemm jista' jkun fit-tifsila tagħha tkun toqrob lejn ħajjitha u speċjalment lejn il-martirju li tkun għaddiet minnu, l-Arċipriet Ġwann Andrea Vella kiteb lil-fabbrika ta' Marsilja fejn fissrilhom fid-dettall xi waqtiet ċentrali f'ħajjet Margerita. L-istatwa tasal Għawdex. F'kull opra li tkun ser issir dejjem ikun hemm bżonn tal-flus biex dik l-opra tissarraf f'realtà. Għalhekk ħarġet l-idea u tassew saret ġabra fost il-parruċċani ta' dak iż-żmien ħalli l-ħolma tagħhom isseħħ tassew. L-istatwa waslet fostna nhar il-21 ta' Lulju 1891, mela mija u ħamsa u għoxrin sena ilu. Persuna u li llum diġà ilha mejta sitta u tletin sena u li din kellha 90 sena meta mietet darba qaltli li meta fetħu l-kaxxa tal-injam li ġo fiha kien hemm l-istatwa ta' Santa Margerita, meta raha għallewwel darba l-Arcipriet Vella qabiżlu d-dmugħ minn għajnejh. U jien nasal biex nemmen din il-ħaġa, għaliex l-Arċipriet Vella ħalla warajh opri tassew li jagħmlulu unur kbir, opri li aħna għadna ngawduhom sal-ġurnata tal-lum, opri li għadna nużawhom waqt il-funzjonijiet liturġiċi li nagħmlu filknisja tagħna, eżempju l-orgni. Kien l-Isqof Mons. Ġwanni Marija Camilleri Agostinjan li għamel il-funzjoni tat-tberik tal-istatwa talQaddisa. Din iċ-ċerimonja saret ħdejn il-kunvent ta' San Franġisk ir-Rabat Għawdex. Minn hemm imbagħad il-fratelli flimkien man-nies telqu ferħana bl-istatwa lejn raħalna Ta' Sannat. U hekk għal dawn is-snin kollha Santa Margerita qiegħda magħna u fostna, Santa Margerita qiegħda twennisna u tfarraġna, Santa Margerita qiegħda tberikna u tgħinna nkomplu nħarsu 'l quddiem mimlijin b'fidi f'Ġesù. Simboliżmi fl-istatwa tagħna Meta wieħed iħares lejn l-istatwa, jew xi pittura nkella skultura kważi dejjem jara tliet simboli li jridu jwasslu messaġġ. Biss qabel ma nfissruhom sewwa li ngħidu li dawn is-simboli kollha kellhom x'jaqsmu mal-ħajja ta' Santa Margerita. Dawn huma d-dragun, is-salib u l-ħamiema fuqu. ID-DRAGUN Fil-Bibbja d-dragun huwa dak il-monstru jew bhima kerha biex tbeżża` u twerwer minħabba l-kruha tagħha stess. Huwa annimal kbir u feroċi li jibla' saħansitra lin-nies. Hekk bi kliem simboliku naqraw: “Belagħni, ġiebni fix-xejn, Nabukodonosor, Sultan ta' Babilonja; għamel minni ġarra fiergħa. Belagħni bħal dragun” (Ġer 51,34). Xena oħra fejn jidħol id-dragun qiegħda fil-ktieb tal-Apokalissi, “Imbagħad qamet gwerra fis-sema: Mikiel u l-anġli tiegħu jitqabdu mad-dragun. U ddragun u l-anġli tiegħu tqabdu, iżda ma kellhomx ħila jegħlbu” (Apok 12,7). F'ħajjet il-patruna tagħna naqraw li meta din kienet mixħuta l-ħabs dejjem biex iwerwirha u jwassalha għall-ħsieb ħażin tiegħu, deherilha dragun ħabat għaliha iżda hija rebħitlu bis-sinjal tas-salib. IS-SALIB Għalina l-insara s-salib huwa s-simbolu per eċċellenza biex juri dejjem li minn fuqu ġiet irrebħa, il-fidwa u l-glorja. Dak li kien saħta sar barka, dak li minn fuqu daħlet il-mewt (siġra) issa minn fuq l-injama tas-salib daħlet ir-rebħa. Dik il-mara li reddgħet lil Margerita għallmitha li l-qawwa tannisrani qiegħda fis-salib. Għalhekk meta Margerita ġiet ittentata biex iċċedi hija għamlet is-sinjal tassalib u ħarġet rebbieħa. Bħal Sant Elena li sabet is-salib ħdejn il-Golgota, hekk Santa Margerita mara qalbenija ġġib is-salib għelm tar-rebħ tagħha fuq id-dragun. IL-ĦAMIEMA Dan l-għasfur ukoll jissemma` diversi drabi fil-Bibbja. Huwa għasfur li minnu nnifsu jfisser sliem, ferħ, kant u għana. Ġesù stess waqt li kien jitgħammed fil-Ġordan niżel u qagħdet fuqu ħamiema (Mt 3,16). Darb'oħra Ġesù qal: “Kunu għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem” (Mt 10,16). Issa waqt li Margerita kienet qed tieħu tbatijiet l-aktar ħorox u waslet biex ittemm ħajjitha, fissema dehret ħamiema li fil-munqar tagħha kellha kuruna. Kollox kien juri kemm il-martirju ta' Margerita kien qed jiġi milqugħ mis-sema. Dan ifakkar ukoll fil-ħamiema li rritornat għand Noè bilfergħa taż-żebbuġa fil-munqar tagħha. (Ġen 8,11). Mela l-ħamiema fuq is-salib ta' Margerita

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

29


FESTA 2016

Reviving Yesterday's Traditional Food Specializing in Jams, Marmalade, Chutneys, Syrups and Pure Honey, Traditional Sweet and Savoury Pastries such as Honey Rings and Pastizzi. We also cater for parties, where we provide mouth-watering food and can also cater for the cake. Our outlet is in Ta' Dbiegi Crafts Village, Għarb Gozo. m: 99203750 | e: natfar83@live.com Find us and like us on

islandte@gmail.com

30

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Bil-wieqfa mix-xellug: Kapp. D. {u\epp Hili (Fontana), D. {wann Saliba (Qala), D. Bartilmew Saliba (|ebbu[), D. Salv Portelli (S. Lawrenz), D. Fran[isk Mizzi (G]ajnsielem), D. Fran[isk Portelli (Ker`em), Bil-qieg]da mix-xellug: Ar`ip D. Maurizju Cauchi (Xag]ra), Ar`ip D. G. Andrea Vella (Sannat), l-Isqof Pietru Pace, Ar`ip Martin Camilleri (Nadur), Ar`ip Anton Aquilina (Xewkija)

tfakkarna fil-glorja li hemm għal kull min jagħmel it-tajjeb. IL-PALMA Din hija siġra li anke minkejja li tkun imħawla f'postijiet fejn ikun hemm is-sħana qawwija, però l-palma xorta tibda` ħajja u tħaddar. Il-Bibbja ssemmi l-palma ta' Kadex. It-tixjir tal-friegħi talpalm ifisser rebħ u tgawdija għal żmien indefinit. Mela meta lill-martri kollha inkluża Santa Margerita jġibuhom bil-palma tar-rebħa f'idejhom, dan ifisser li minkejja li huma ħallew ħajjithom ukoll f'età żgħira, però huma rebħu l-palma ħadranija tal-glorja. Mela l-palma f'id Santa Margerita tfisser taqbida imma wkoll rebħa, tfisser mewt u demm imma wkoll rebħa u ħajja dejjiema. U għal darb'oħra din is-sena wkoll, il-Qaddisa għaxqa tagħna ser nerġgħu noħorġuha biex immexxuha u ndawruha mat-toroq ta' raħalna. Raħalna se jerġa' jilbes l-ilbies għani u sabiħ talfesta. Raħalna bħas-snin l-imgħoddija se jkun kburi u ferħan BIK, u tassew għandu għaliex u raġun. Raħalna ser jerġa' jilqa' fostu bosta minn uliedu li jiġu minn ħafna 'l bogħod biex jifirħu magħna, u xejn anqas jifirħu bik Santa Margerita! Kemm tkun ħaġa tassew f'waqtha biex f'din l-okkażjoni tal-125 sena fostna, kif ukoll is-sena li qegħdin niċċelebraw il-Ġublew il-Kbir tal-Ħniena ta' Alla, Santa Margerita tkompli tkun ta' pont li tressaqna u twassalna s-sema. Minn hawn u minn qalbi nawgura l-festa ta' Santa Margerita t-tajba lil kulħadd.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

31


FESTA 2016

32

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

33


FESTA 2016

EVERYONE’S ICE-CREAM Factory GXH02, Industrial Estate Xewkija, Gozo, Malta Tel: 2155 7717, 2155 4237, Fax: 2155 9279 Email: granola@maltanet.net

34

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Santa Margerita fl-Awstralja minn Harry Zammit Cordina Eks-President tal-Każin tal-Banda ta' Sun Ġużepp (Il-Ħamrun)

Hemm diversi tradizzjonijiet li l-Maltin u l-Għawdxin ħadu magħhom fl-Awstralja. Fost dawn wieħed isemmi d-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duluri, il-Milied u l-purċissjoni bil-Bambin, it-teams talfootball (magħruf bħala soccer), il-purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa u dan l-aħħar anki l-festa talIrxoxt, il-logħob tat-tombla u tal-boċċi u oħrajn flimkien mal-pastizzi. Imma forsi waħda mill-aktar li tispikka hija dik tal-festa Maltija li niċċelebraw fl-ibliet u l-irħula tagħna. Fid-diversi stati tal-Awstralja nsibu għadd ġmielu ta' għaqdiet Maltin imsemmija għal dak il-qaddis jew qaddisa patrun/a tal-belt jew raħal li l-emigrant ħalla warajh. U meta ngħid li hemm għadd ġmielu minn dawn l-għaqdiet ma nkunx qed nesaġera għax jekk wieħed ifittex f'Sydney jew Melbourne jiltaqa' ma' numru konsiderevoli ta' dawn, l-aktar f'Melbourne li hija l-kapitali tal-istat ta' Victoria u fejn hemm lakbar konċentrazzjoni ta' Maltin u Għawdxin. Meta aħna f'Malta u f'Għawdex il-festa normalment tkun mifruxa fuq ġimgħa t'attivitajiet dan mhux ilkaż fl-Awstralja. Ġeneralment l-ewwel jum tal-festa jkun il-Ġimgħa meta ssir quddiesa u tinħareġ jew titpoġġa l-vara jekk tkun qiegħda f'xi maħżen matul is-sena. L-għada, is-Sibt isir dinner dance kbir f'xi lokal li jesa' lmijiet. Minbarra li jkun hemm xi grupp mużikali għal waqt l-ikla u ż-żfin, tkun mistiedna banda biex tferraħ u tagħmel briju fost dawk preżenti bil-marċi Maltin li ddoqq. L-għada l-Ħadd waranofsinhar ikun hemm quddiesa kantata u l-ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa li normalment tkun fit-toroq ta' madwar il-knisja. Aktar tard il-komunità terġa' tiltaqa' f'sala kbira biex tkompli tiffesteġġja bil-marci popolari. Xi wħud mill-festi jkollhom ukoll il-logħob tan-nar. Għoxrin sena ilu, fl-1996 waqt li kont l-Awstralja ma' marti Josephine biex ikollha aktar filmati ta' Maltin u Għawdxin għall-programm tagħha Waltzing Matilda, konna onorati bi stedina għad-dinner dance kbir li l-għaqda Sannatija ta' Santa Margerita kienet qed tagħmel biex tiċċelebra l-festa tal-istess patruna tagħha. Fuq l-istess mejda flimkien magħna kien hemm il-Konslu Ġenerali ta' Malta fil-Victoria ta' dak iż-żmien Dr Clemente Zammit u s-Sinjura Mary Zammit u l-koppja Joe u Mary Montebello. Joe kien qed jieħu lfilmat kif dejjem għamel kull meta konna nżuru l-istat ta' Victoria. Dakinhar tad-dinner dance ngħatajna merħba mill-President tal-Għaqda Ġuża Theuma li kienet ilha tokkupa din il-kariga għal ħames snin. Wara d-daqq tal-Innu Malti u Advance Australia Fair saru żewġ diskorsi qosra minn Dr Clemente Zammit u minn marti Josephine. Waqt l-ikla sibna l-ħin biex ħadna stqarrija ta' Ġuża Theuma li xxandret aktar tard f'Novembru tal-istess sena fil-programm Waltzing Maltilda. Il-programm kien jinkludi wkoll filmat tal-ikla u tal-briju kbir li kien hemm f'dik l-okkażjoni li baqgħet stampata fil-memorja tagħna. Il-festa t-tajba lis-Sannatin t'Għawdex u dawk kollha fl-Awstralja.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

35


FESTA 2016

Bandisti Godda

Bil-wieqfa mix-xellug: Amy Mizzi, Thomas W. Scerri, Katya Muscat Bil-qieg]da: Mro. George Apap, Mro. Noel Curmi

Bil-wieqfa mix-xellug: Katrina Mifsud, Maximus S. Azzopardi, Marshaun Cauchi Bil-qieg]da: Mro. George Apap, Mro. Antoine Theuma

36

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Is-Surmast li ghamel unur lil rahalna kitba ta’ Joe Mifsud Is-Surmast Vincenzo Caruana Spiteri, jew kif kienu jafuh aħjar isSurmast Ċensu, għalkemm twieled Ħal Luqa, huwa personalità marbuta intrinsikament mar-raħal tagħna Ta' Sannat. Daħal lewwel darba f'Ta' Sannat biex jiġi jmexxi l-iskola primarja ta' raħalna. U min qatt ħaseb li filwaqt li jkun hawn, kien se jagħni lil raħalna b'wirt li ma jtemmu l-ebda żmien? Bħala wirt qed nirreferi għall-arkivju ta' mużika kollha kompożizzjonijiet tiegħu. Vincenzo ġej minn raħal li trid u ma tridx ħafna tfal, speċjalment dak iż-żmien kienu jispiċċaw jitgħallmu jdoqqu xi strument ma' waħda miż-żewġ baned tal-lokal ta' Ħal Luqa. Qed nirreferi għall-Banda Sant Andrija u għall-Banda l-Unjoni. U hekk trawwem iċ-ċkejken Vincenzo, fil-Każin Sant Andrija għad-dell tal-knisja hu tgħallem il-klarinett li ħareġ idoqq mal-istess banda. Anke żewġ ħutu oħra, Ġio Batta u Indrija, spiċċaw bandisti malistess banda. Ta' età żgħira marad bit-tuberkolożi u għalhekk kellu kontra qalbu jħalli l-klarinett peress li kien baqa' jbati binnifs. Iżda l-imħabba għall-mużika ma waqfitx hemm. Vincenzo kompla l-istudji fuq il-pjanu u l-vjolin. Minbarra l-istudji mużikali ttifel kien moħħu tajjeb ukoll fl-iskola. Fl-eżamijiet Vincenzo kien dejjem jiġi fl-ewwel postijiet. Fil-fatt ta' età żgħira laħaq għalliem u wara li kompla jistudja spiċċa surmast. Caruana Spiteri kien jibbrilla fejn tidħol il-Matematika. Xhieda ta' dan hu il-ktieb li ħareġ bħala gwida tal-Aretmatika għall-għalliema f'Mejju tas-sena 1918. Hawn noħroġ spunt fuq l-umiltà bla preċedent li kien jipprofessa s-Surmast. Fuq nota li kiteb fl-aħħar tal-ktieb, hu jgħid li pprova juża metodi ħfief u evita metodi kumplikati biex ma jifxilx lil kull min jużah. Hu kompla billi qal li qagħad ħafna attent li ma jkunx fih żbalji, imma fakkar li hu uman bħal ħaddieħor għalhekk ma jeskludix li għad ikun hemm min isiblu xi żball. Hu spiċċa din innota billi qal “ Jien ma nippretendix li xogħli hu perfett. Żbalji għad jinstabu, u ħafna, għax jekk kienu u għadhom jinstabu difetti saħansitra f'kitbiet ta' nies famużi allura x'tippretendu minni?” Kliem għaref li minnu għandna ħafna x'nitgħallmu. Kienet il-Providenza Divina li tefgħet dan is-Surmast kbir f'raħalna għal tnax-il sena sħaħ. Vincenzo kien iqatta' l-ħin tiegħu jikkomponi diversi biċċiet tal-mużika varji imma primarjament dawk reliġjuzi. L-eqdem biċċa mużika li tippossjedi l-parroċċa tagħna hija Tantum Ergo per Basso li spiċċa jikkomponi fl-14 ta' Novembru 1914 jiġifieri ta' tmintax-il sena. Fis-sena ta' wara reġa' kkompona Tantum Ergo ieħor kif ukoll l-Overture, bl-isem ta' The European Conflagration. Irridu niftakru li dak iżżmien l-Ewropa kienet għadha ħierġa mill-flaġell tal-ewwel gwerra dinjija u għalhekk din ispirat lisSurmast Caruana Spiteri biex jikteb dan il-kapolavur. Kapolavur ieħor hija l-Laudate Dominum li kkompona fl-1920. Id-devozzjoni tas-Surmast lejn il-Madonna tidher fid-diversi kompożizzjonijiet li hu kiteb b'tema Marjana. Fost dawn insibu l-Beata Mater (13 ta' Ġunju 1920), Ave Maris Stella (7 ta' Ġunju 1927) u l-famużi 31 Litanija lill-Madonna biex jindaqqu fix-xhur ta' Mejju u Ottubru. Għalkemm kien minn Ħal Luqa, Vinċenzo bħal kull Sannati ieħor bejjet f'qalbu l-imħabba lejn il-Patruna tagħna Santa Margerita. U hawn Caruana Spiteri narawh jinseġ l-isbaħ innijiet lil Santa Margerita li b'unur

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

37


FESTA 2016

38

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 għadna ngawduhom sal-lum matul il-jiem tal-festa. L-ewwel innu li kien ikkompona kien iġib l-isem Inno a Santa Margerita Veni Sponsa. Dan inkiteb fl-1923 u llum insibuh bħala il-Jesu Corona Virginum, propjament il-kliem tal-ewwel vers ta' dan l-innu. Kiteb ukoll l-innu tal-Matutin li jindaqq biss nhar ilfesta filgħodu kif ukoll ħames salmi bl-isbaħ wieħed il-Laudate Pueri miktub għall-kor u żewġ vuċijiet. Imma bla dubju l-iktar kompożizzjoni għall-qalb is-Sannatin hija lAntifona Veni Sponsa Christi li hu spiċċa jikkomponi fl-4 ta' Lulju 1926. Mur għidlu lis-Surmast Caruana Spiteri kemm għad jimtlew għajnejn bid-dmugħ kull darba li jisimgħu din il-kompożizzjoni!

Caruana Spiteri - Ruma: Sena 1930

Imma bil-miġja tas-Surmast Vinċenzo ġewwa ta' Sannat ma gawdiex biss raħalna iżda Għawdex kollu. Is-surmast tal-Banda La Stella talBelt Victoria, Mro Giuseppe Giardini Vella kien ħabib intimu tas-Surmast Caruana Spiteri. Fil-fatt Vincenzo kien idoqq vjolin prim mal-orkestra tal-istess Giardini Vella. Tant Giardini Vella kien jafda fisSurmast Caruana Spiteri, li meta kien ikun indispost kien jafda lilu biex jidderieġi. Bandisti anzjani mill-banda La Stella kienu qaluli li min jaf kemm Giardini kien imur ta' Sannat biex iġib jew iwassal lil Vincenzo jew lil xi bandisti oħra bil-karozza tiegħu stess. F'dik il-ħabta ta' min isemmi li kien hemm xejn inqas minn sitt bandisti minn ta' Sannat idoqqu mal-banda La Stella. Dawn kienu: Ġuzepp Grima (il-Patrun) li kien idoqq saxafon alto, Ġuzepp Camilleri (iż-Żebbugi) li kien idoqq klarinett prim, Ġorġ Muscat (tad-Diqq) li kien idoqq klarinett ukoll, Pinu Gatt (tad-Dadis) li kien idoqq ewfonju, Ġanni Bajada (ta' Baċċu) li kien idoqq kornu, u Toni Tabone (iċ-Ċinnu) li kien idoqq ewfonju. Iktar tard kien hemm ukoll Wenzu Borg li kien idoqq ewfonju. F'dak iż-żmien karozzi ftit kien hawn u l-biċċa l-kbira tal-bandisti minn ta' Sannat kienu jmorru r-Rabat għall-kunċerti bir-rota. Giardini kien javżahom biex meta jkun il-maltemp ma jinqalgħu xejn u jmur iġibhom hu bil-karozza. Proġett ieħor li ħalla il-marka ta' ħbiberija bejn Giardini u Caruana kien il-miġja tal-qniepen melodjużi ta' raħalna. Kienu Giardini u Caruana li taw il-parir lill-Arċipriet Cassar biex it-ton ikun in La Maggiore. Kien l-istess Caruana Spiteri li ssuġġerixxa d-ditta Baricozzi ta' Milan biex minnha jiġu ordnati ilqniepen. Is-sett qniepen tal-knisja ta' Ħal Luqa huma tal-istess ditta, għalhekk jista' jkun li Caruana Spiteri minn hemm ġab l-idea li jiġu ordnati għand il-Baricozzi. Ħasra li ma laħaqx semagħhom għax kien ġa miet. Jingħad li meta waslu l-qniepen, Giardini kien mar ħdejn iċ-ċimiterju biex jisma' lmelodija tal-qniepen għall-ewwel darba u hemm ikkonferma li dak il-prodott li ssuġġerew hu u Caruana Spiteri laħaq l-aspettattiva tant mixtieqa. Proġett ieħor li għalkemm m'hemm xejn ikkonfermat bil-miktub, għandu l-impronta ta' Giardini u Caruana Spiteri huwa l-Innu l-Kbir lil Santa Margerita. Dan kien l-ewwel innu kbir li kiteb Giardini. Żgur kien is-surmast Ċensu li ħajjar biex jiġi ordnat dan l-innu u ma setax jonqos li jissuġġerixxi lil Giardini. Fatt ieħor li smajt minn bandisti anzjani hu li meta kienet toqrob il-festa Caruana Spiteri kien ilaqqa' l-kor għall-provi tal-innu. Giardini waqt il-kunċerti kien jirreferi għal dan l-innu bħala ix-short and sweet kif fil-fatt hu dan l-innu, bla tul żejjed imma melodjuż ferm. Kien jieħu kafè ġewwa ħanut taxxorb fil-pjazza tat-Tokk flimkien ma' Giardini meta Caruana Spiteri ħalla din id-dinja għal għarrieda. Kien is-17 t'April 1932 fid-9.30 ta' filgħodu. Kif kien xieraq il-Banda La Stella akkumpanjatu waqt ilfuneral kien hemm ukoll rappre\entanza tal-banda Leone, u l-banda San Andrija ta’ }al Luqa, filwaqt li s-Surmast Giardini Vella mexxa l-mużika waqt il-quddiesa funebri. Mro Vincenzo Caruana Spiteri ġie midfun fuq iz-zuntier tal-knisja faċċata tal-Każin tal-Banda. Mur għidlu lis-Surmast Ċensu li ż-żerriegħa li beda jiżrà hu kellha tixxettel u tikber f'Soċjetà Mużikali S. Margerita li tagħmel unur lil raħalna!

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

39


FESTA 2016

40

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

41


FESTA 2016

Jum il-Pussess tal-Ar`. Michael Curmi - 20 ta’ Lulju 2015

Aljievi flimkien ma’ Dr.

Premju Bandist tas-Sena Chrismar Xuereb - 2015

Kun`ert Mu\ikali Annwali Festa Santa Margerita - 2015

42

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

Kun`ert tal-M


r. & Ms Basia Gauci

Milied - 2015

FESTA 2016

Serata’ ta’ rikonoxximent, l-aljievi jddoqqu flimkien - 2015

Il-Kor tat-tfal tal-parro``a fil-kun`ert tal-Milied - 2015

Fl-okka\joni ta’ eg]luq il-100 sena ta’ Salvu Mercieca - 4 ta’ Marzu 2016

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

43


FESTA 2016

Il-Pjanta u l-Ghasfur Nazzjonali f'Ta' Sannat kitba u ritratti ta' Joe Sultana Fil-konfini tar-raħal rustiku ta' Sannat jinstab wieħed mill-aktar siti ta' mportanza ekoloġika f'Għawdex, li tikkonsisti f'wesgħa kbira ta' xagħri kif ukoll sisien għoljin, ta' ġmiel liema bħalhom. Fl-inħawi ta' Ċenċ insibu bijodiversità prezzjuża b'numru kbir ta' speċi mportanti ta' flora u fawna indiġena. Fost dawn insibu kemm il-pjanta nazzjonali – Widnet il-Baħar, kif ukoll l-għasfur nazzjonali – Il-Merill. Widnet il-Baħar hija waħda minn ftit speċi endemiċi Maltin li jikbru f'Għawdex. Bil-kelma endemiċi nifhmu dawk l-ispeċi li ma jikbru mkien fis-selvaġġ f'pajjiżi oħra, ħlief fil-gżejjer Maltin. Widnet il-Baħar ma Widnet il-Ba]ar, il-pjanta nazzjonali, bil-fjuri f'Ta ¬en` tantx hi komuni (ritratt - Joe Sultana) f'Għawdex u tikber biss fix-xfar tas-sisien fin-nofsinhar tal-gżira fl-inħawi f' ta' Ċenċ u tax-Xlendi. Akkwistat it-titlu ta' pjanta nazzjonali fl-1971. Hija arbuxxell żgħir, li jwarrad ġeneralment f'Mejju u Ġunju. L-irjus tal-fjuri vjola jixbħu lill-ward tax-xewk u jkunu fil-ponta taz-zkuk tawwalin. Il-weraq qisu manku ta' mgħarfa, lixx u kemxejn imlaħħam. Twarrad minn Mejju sa Lulju. Din il-pjanta kien skoprieha l-botaniku Malti, it-tabib Stefano Zerafa f'Wied Babu, limiti taż-Żurrieq u ddeskrieviha għallewwel darba fil-ktieb Il-forma sferika ta' Widnet il-Ba]ar bil-blanzuni, qabel tibda twarrad, f'Ta' Cenc. (ritratt - Joe Sultana) F l o r a M e l i t e n s i s Thesaurus fl-1827. Semmieha xjentifikament Centuarea spathulata. Dr Stefano Zerafa (1791-1871) twieled il-Għargħur u mill-1915 sal-1865 kien Professur fl-Università ta' Malta u okkupa l-katedri talmediċina, tal-fiżjoloġija, tal-patoloġija u tal-istorja naturali. L-isem xjentifiku ta' kull speċi ta' flora u fawna jikkonsisti f'żewġ kelmiet , l-ewwel kelma tkun il-ġeneru u t-tieni kelma tispeċifika l-ispeċi. Dan l-isem oriġinali xjentifiku tagħha, kellu jinbidel wara xi żmien għax Il-Merill mara \\oqq il-frieh fil-bejta. (Ritratt - Joe Sultana) kien diġà ntuża għal speċi oħra differenti ta' flora minn botaniku barrani, qabel ma semmieha Zerafa. L-isem spathulata kien jixirqilha għaliex ilweraq tal-pjanta għandhom forma ta' spatula. Wara li kien reġa' nbidel minn botaniċi oħrajn, illum l-isem xjentifiku tagħha huwa Cheirolophus crassifolia, u bl-Ingliż tissejjaħ Maltese Rock-centaury.

Bejta tal-Merill bil-bajd. (Ritratt - Joe Sultana)

44

Il-Merill ukoll akkwista t-titlu tal-għasfur nazzjonali fl-1971, meta fit-18 ta' Settembru l-awtoritajiet tal-posta ta' dak iżżmien kienu ħarġu sett ta' erba' bolli bil-pjanta u l-għasfur

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 nazzjonali. Il-Merill ibejjet l-iżjed fis-sisien u l-irdumijiet ta' fuq il-baħar matul il-kosta partikolarment f'dawk tal-inħawi ta' Sannat, bħalma huma Tal-Bardan, Iċ-Ċnus, Il-Faqma, Tal-Ħajt, Ta' Ċenċ, TalIkbiex, Ras in-Newwiela u Ta' Bolonja. Iżomm f'dawn l-inħawi matul is-sena kollha, 'il bogħod kemm jista' jkun min-nies għax hu għasfur mgerrex. Ftit pari jbejtu wkoll il-ġewwa mill-kosta ta' Għawdex, fis-sisien tal-għoljiet, f'xi dar mitluqa u anki f'xi kampnar tal-knejjes. Ġieli bejjet anki fis-swar taċĊittadella. Il-Merill raġel blu skur, b'denb u ġwienaħ suwed, filwaqt li l-mara hija kannelija fil-griż. Ir-raġel għandu għanja melodjuża u jħobb jgħanni waqt li jkun poġġut imperreċ fuq il-blat jew fuq xi ħajt, kif ukoll waqt it-titjira tan-namra. Jiekol insetti, xagħat, dud, bebbux tal-art u rettili żgħar. L-iżjed li jbejjet f'toqob u xquq u jibni bejta kemxejn goffa u ċatta b'qaleb żgħir fin-nofs. Il-mara tbid ġeneralment minn erba' sa ħames bajdiet, ċelesti, spiss b'tikek irqaq kannella madwar in-naħa l-wiesgħa. Il-mara biss toqgħod fuqhom u r-raġel joqgħod xi mkien fil-qrib għassa. Tghidx kemm ilissen tisfira ta' dwejjaq meta jara lil xi ħadd fl-inħawi tal-bejta. Jibda jaħseb għall-bejta minn Marzu u jbejjet darbtejn f'sena. Il-bajd ifaqqas wara xi tlettax-il jum u wara kemm ir-raġel kif ukoll il-mara iżoqqu l-frieħ, li jieħdu madwar sbatax-il jum biex itajru. Kemm ir-raġel kif ukoll il-mara jibqgħu jakkompanjawhom u jżoqquhom għal xi żmien wara li jħallu l-bejta sakemm jitgħallmu jfittxu u jsibu l-ikel huma. L-isem xjentifiku tal-Merill hu Monticaola solitarius, u bl-Ingliż magħruf bl-isem Blue Rock Thrush. Ilu protett bil-liġi sa mill-1911. Anki Widnet il-Baħar hija mħarsa bil-liġi u naħseb li kulħadd jaqbel li jixraq li napprezzaw l-importanza naturali ta' dawn iż-żewġ speċi – il-pjanta u l-għasfur nazzjonali – li jiffurmaw parti mill-bijodiversità rikka fl-inħawi tar-raħal ta' Sannat.

Is-sisien majestuzi f'Ta' Cenc, Ta' Sannat, fejn isaltnu l-g]asfur u l-pjanta nazzjonali.

SANNAT CENTRAL STORE Mon-Sat 5.30am-Noon 4.00pm-7.00pm

TEL: 2155 9160 SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

45


FESTA 2016

46

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Santa Margerita wahda mill-patruni tal-mard tal-pesta kitba ta' Joe Mifsud

L-epidemija tal-pesta kienet flaġell li fl-antik ħasad il-ħajja ta' eluf ta' nies. F'pajjiżna l-pesta tfaċċat diversi drabi matul issnin. Nafu li l-pesta tfaċċat fl-1592. Wara pajjiżna ntlaqat minn din il-pjaga fl-1623, fl-1655 u fl-1676. Iktar riċenti tibqa tissemma l-epidemija tal-1813 li bdiet sewwa sew f'Marzu. Linsara minn dejjem kienu jduru lejn il-qaddisin u jaħtruhom protetturi f'dawn il-flaġelli. U t-tliet qaddisin protetturi talpesta huma San Bastjan, Santu Rokku u Santa Margerita. Diversi kwadri mifruxa madwar id-dinja jippreżentawlna lil dawn it-tliet qaddisin flimkien. F'Malta waqt li nsibu qima lejn San Bastjan f'Ħal Qormi, Santu Rokku nsibuh l-aktar popolari fiż-Żurrieq. Infatti hemm teżisti kemm fratellanza kif ukoll statwa ta' Santu Rokku li saret mill-Iskultur Għawdxi Wistin Camilleri. Mill-banda l-oħra Santa Margerita nsibuha bħala t-titular ta' diversi kappelli mxerrda madwar Malta kif ukoll fil-Parroċċa ta' Sannat. Fil-kappella ta' Santa Margerita fil-Mosta nsibu kwadru antik li l-oriġinal tiegħu qiegħed fissagristija tal-knisja parrokkjali. Fiċ-ċentru ta' dan il-kwadru naraw lill-Madonna nkurunata mill-anġli b'Ġesù fi ħdanha. Fuq il-lemin hemm il-figuri ta' San Bastjn u Santu Rokku. San Bastjan qiegħed marbut ma' zokk waqt li Santu Rokku qiegħed għarkopptejh. Fuq in-naħa tax-xellug naraw ilfigura ta' Santa Margerita, ittitular ta' din il-kappella. IlQaddisa qiegħda bilwieqfa b'idejha msallbin fuq sidirha u żżomm palma. Fuq rasha għandha kuruna lewn id-deheb u dragun taħt saqajha. Flimgħoddi z-zuntier ta' din il-kappella kien iservi ta' ċimiterju. Kwadru sabiħ tal-pittur Cariani jurina lil dawn it-tliet qaddisin flimkien. Giovanni Cariani kien minn Bergamo u f'dan ilkwadru li jista' jkun li sar bħala ex voto għall-fejqan mill-pesta jagħtina figura ċentrali ta' San Bastjan bil-qaddisin Margerita

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

47


FESTA 2016 u Rokku fil-ġnub. Santa Margerita hija liebsa libsa rjali bilmantell aħmar u bid-dragun ħdejn saqajha waqt li Santu Rokku hu liebes ta' bidwi bil-kelb ħdejn saqajh. Dan ilkwadru hu wieħed mill-aktar magħrufa ta' Cariani. Kwadru ieħor verament sabiħ insibuh fil-mużew tas-Sorijiet Ursolini ta' Macon ġewwa Franza. Dan tpitter mill-pittur Franċiż Guillaume Perrier madwar is-sena 1600. Dan ilkwadru hu magħruf bħala tar-Rużarju. Fih naraw lillMadonna tagħti l-kuruna tar-rużarju lil San Duminku bilqiegħda fuq sħaba. Santa Margerita tidher maġenb San Duminku bil-kuruna fuq rasha b'idejha marbuta. Ħdejn saqajha hemm dragun kbir. Santu Rokku qiegħed għarkopptejh quddiem il-Madonna. Wara Santa Margerita tidher figura ta' soru aktarx Santa Tereża. Milli jidher dan ilkwadru kien ikkummissjonat għal xi kunvent tal-Ordni Dumnikana wara xi mxija tal-pesta peress li flimkien malpatruni kontra l-pesta ġew imdaħħla wkoll San Duminku u Santa Tereża. Ġewwa Colere fil-provinċja ta' Bergamo fl-Italja, sewwa sew fil-knisja prinċipali li hija ddedikata lil San Bartilmew, insibu kwadru mill-isbaħ ukoll relatat mal-flaġell tal-pesta. Dan il-kwadru tpitter fis-sena 1685 aktarx ftit snin wara li ntemmet l-aħħar imxija tal-pesta f'dak is-seklu. Fin-naħa ta' fuq naraw lill-Madonna taċ-Ċintura mdawra bl-anġli. In-naħa t'isfel hemm il-qaddisin patruni tal-pesta: San Bastjan, Santu Rokku u Santa Margerita flimkien ma' Santu Wistin li hu marbut mad-devozzjoni taċ-Ċintura. Fil-fatt kienet Santa Monika, omm Sant Wistin li bdiet id-devozzjoni lejn il-Madonna taċ-Ċintura wara dehra li kellha. Il-Madonna u l-anġli jidhru qed jagħtu ċ-ċintura lill-Qaddisin li hemm taħt ir-riħ tagħhom. Waqt li San Bastjan jidher marbut ħdejn Sant Wistin, Santu Rokku qed juri lferita tal-pesta b'sebgħu il-werrej. Santa Margerita tidher fuq il-lemin b'id waħda żżomm is-salib u bl-oħra ħabel li miegħu hemm marbut id-dragun. Il-pittur ta' dan l-inkwatru mhux magħruf. Dan il-kwadru hu dettaljat ħafna u dan l-aħħar sarlu restawr estensiv. Fil-knisja parrokkjali ta' San Nikola u Santa Margerita di Pampulo nsibu dan il-kwadru antik li hu magħruf bħala lMadonna tas-Sokkors jew tal-Għajnuna. Fih naraw lillMadonna bil-bastun jew marżebba f'idejha qed tkeċċi lixxitan. Żewġ anġli żgħar qed iżommu kuruna fuq rasha. Fuq ix-xellug tal-kwadru naraw lil Santa Margerita bis-salib u lpalma f'idejha, filwaqt li fuq il-lemin hemm Santu Rokku. Ħdejn saqajh għandu kelb marbut. Dan il-kwadru wkoll għadu kemm ġie restawrat dan l-aħħar. Ta' min isemmi li lqima lejn Santa Margerita f'dan ir-raħal tissemma sa missena 1200.

48

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

L-Arcipriet Gwann Andrea Vella mitt sena mill-mewt tieghu kitba ta' Mons. Lawrenz Sciberras Dis-sena jaħbat il-100 sena mill-mewt tal-Kappillan u lewwel Arċipriet Dun Ġwann Andrea Vella li kien min-Nadur. Dan l-Arċipriet verament ħabrieki u kuraġġjuż ħa l-pussess bħala Kappillan ta' Sannat nhar il-Ħadd 3 ta' Mejju 1863. Huwa miet hawn f'Ta' Sannat fid-dar tal-Arċipriet fl-età ta 82 sena nhar l-Erbgħa 16 ta' Frar 1916, mela mitt sena ilu. Huwa kważi dam 53 sena ragħaj tal-parroċċa tagħna. Fil-kappellun tal-Kurċifiss li jiġi n-naħa ta' Ċenċ, hemm ilqabar ta' dan l-Arċipriet. L-uniku wieħed li għad baqa' filknisja. Fuq il-lapida hemm l-arma tiegħu, dik ta' Vella, kif ukoll skrizzjoni dettaljata bil-Latin tal-ħidma tiegħu matul ilparrokkat tiegħu hawn fostna. Opri kbar: L-istatwa ta' Santa Margerita Dan l-Arċipriet tagħna kellu don rari ħafna. Biss biex jilħaq dan il-għan kellu jaħdem, ibati, iseffaq wiċċu malparruċċani u letteralment ibattal butu kollu għall-parroċċa li mexxa u li tant kien iħobb. (Din tal-but imtaqqab nikteb dwarha l-aħħar ħaġa). Ħalli nibda mill-ewwel opra tiegħu. Din l-opra jiġifieri l-istatwa tal-patruna tagħna, kollha kemm aħna sSannatin nissaħħru warajha. U bir-raġun. Hija tassew l-għaxqa tagħna, il-ġawhra tagħna, l-mimmi ta' għajnejna. Hawn qed nirreferi għall-istatwa ta' Santa Margerita V.M. Min ma jammirax is-sbuħija eċċezzjonali ta' wiċċha u l-kisra ta' għajnejha tħares lejn is-salib bil-ħamiema fuqu!! U għaliex qatt saret din l-istatwa ġdida meta qabilha diġà kien hawn statwa oħra? L-Isqof ta' dak iżżmien kien l-Agostinjan Ġwann Marija Camilleri. Fl-1890 huwa għamel l-ewwel vista pastorali fiddjoċesi tiegħu ta' Għawdex. Għalhekk l-Isqof ħass il-bżonn li jinbidlu xi oġġetti mill-knisja tagħna. Fosthom kien hemm l-istatwa ta' Santa Margerita li kienet ta' Karlu Darmanin. Ir-raġuni għaliex din listatwa ta' Santa Margerita ġiet ikkundannata hija li kellha fuqha l-libsa skullata ħafna u xejn ma kienet ta' dekor għall-knisja. Għalhekk ittieħdet deċiżjoni biex l-istatwa ġdida ssir Marsilja għand Galard et Fils Statuaire. Dan kollu seta' jsir grazzi għat-tħabrik tal-Arċipriet Vella. L-istatwa waslet fostna f'Lulju tas-sena 1891. L-orgni tal-knisja It-tieni opra tal-Arċipriet Ġwann Andrea Vella hija l-orgni li hemm fil-knisja, opra li għadna ngawduha anzi nitpaxxew bil-ħoss meludjuż li joħroġ minnu. Dan wasal fostna fix-xahar ta' Lulju tas-sena 1903, mela 113-il sena ilu. Dan l-istrument tant meħtieġ għal waqt il-funzjonijiet tal-liturġija kien u għadu wieħed mill-isbaħ orgnijiet ta' Għawdex.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

49


FESTA 2016 L-orgni tagħna sar għand id-ditta Gaetano Cavalli ta' Lodi ftit 'l bogħod minn Milan. Ilbniedem tekniku bejn l-Arċipriet Vella u lfabrikant ta' Lodi kien Monsinjur Ġużeppi Farrugia tal-Vers. L-ispiża tal-orgni minbarra ttrasport minn Lodi sa ta' Sannat u l-ispejjeż talinjam inkluż dak tal-manfaħ kienet ta' 208 liri. Biex wieħed ikun jista' japprezza din l-opra li tagħmel tassew unur lill-Arċipriet Vella sewwa li nagħtu deskrizzjoni qasira ta' din l-opra tagħna. L-orgni huwa kompost minn żewġ taqsimiet u li kull waħda minnhom fiha għaxar reġistri. Issa meta jien ngħid reġistru dan ifisser li magħqudin miegħu jkun hemm numru ta' kanen żgħar u kbar, tal-metall jew tal-injam, li meta tiftaħ xi reġistru minnhom jipproduċu ħsejjes differenti minn xulxin. Ir-reġistri tal-ewwel taqsima huma il-principale, baxxi tal-injam uħud minnhom twal 16-il pied. Hemm ukoll ir-ripieno, ottava, decima quinta, decima IX, vigesima II, vigesima VI, trigesima IX, u trigesima VI, tromba soprano u tromba bassi. It-tieni taqsima jisimha fondo e concerto. Din it-taqsima wkoll bħall-oħra fiha 10 registri. Dawn huma; tromba, gamba, concerto violini, bordone, voce umana, flauto, aeolina, dublette, canto bassi di 16 piedi, bassi armonici. Hawn ukoll insibu 598 kanna oħra. Il-kitba fuq dawn ir-reġistri hija fuq ilporċellana. Immela l-orgni li sar fi żmien il-parrokkat ta' Vella fih 1196 kanna. Ħalli nsemmi dettall ieħor li juri kemm saret serjetà fil-bini tal-orgni tagħna. Il-kanen li minnhom joħroġ il-ħoss kollu qegħdin ġew. Quddiemhom hemm dik li tissejjaħ espressioni jew kwinti. Dawn jinfetħu u jingħalqu bir-riġel. Għalhekk l-effett tal-kwinti huwa doppju. Permezz tagħhom l-organista jista' jagħmel l-orgni jdoqq aktar piano jew forte. It-tieni funzjoni hi li dawk il-kwinti jippreservaw il-kanen talorgni ta' ġewwa mit-trabijiet inkella dawn jistonaw faċilment. Biex l-orgni jkun komplut hija meħtieġa l-pedaljiera, jiġifieri numru ta' noti li l-organista jagħfashom b'riġlejh. L-orgni tagħna fih 18-il nota bis-sieq. Isfel ukoll u sabiex dawn jiġu mħaddma bis-saqajn l-orgni fih sitt reġistri oħra. Dawn h u m a : t r e m o l o , accompagniamento della

50

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

51


FESTA 2016

NEW SHOP with Sofas & Mattresses Opening Monday 18th July 2016

Free Delivery to Malta and Gozo Triq it-Tabib Anton Tabone, Victoria, Gozo. Tel: 2156 0012 Mob: 7956 4665

52

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 tastiera, piano, mezzo forte, forte, fortissimo jew tutti u pedaljera oħra biex tiftaħ jew tagħlaq il-kwinti li diġà tkellimna dwarhom. L-iskop tal-Arċipriet Vella kien li l-orgni jiżżanżan fil-festa ta' dik is-sena. Iżda ġara li sitt ijiem biss qabel miet il-Papa Ljun XIII, dak il-Papa li għolla l-parroċċa tagħna għal waħda Arċipretali. Għalhekk l-orgni żżanżan billi saret quddiesa funebri għar-ruħ l-imsemmi Papa nhar it22 ta' Lulju 1903. Il-koppla L-Arċipriet Vella, matul is-snin tiegħu Il-koppla li ]allas g]aliha minn butu l-Ar`ip Vella. fostna kien kabbar il-korsija, bena ż-żewġ navi u tella' l-faċċata biż-żewġ kampnari. Kien għad fadallu ħsieb iberren f'moħħu, dak li jtella' koppla biex tiddomina fuq raħalna, kif fil-fatt hekk għadha tagħmel. Il-Perit inkarigat minn dan ix-xogħol kien Ugo Mallia filwaqt li l-bennej kien Pupull Farrugia. Kien hemm il-ħtieġa li jsir xi tibdil biex tissaħħaħ issodda u l-ħnejjiet mibnija minn blokki ta' ġebel kbir li minn fuqhom kellha tinbena l-koppla. Għall-ewwel darba ntuża l-konkrit, xi ħaġa ġdida għalkollox f'Għawdex. Iżda dak li jgħaġġeb u jibqa' jgħaġġeb lil kulħadd huwa l-fatt kif il-koppla hekk kbira preċiża fl-istruttura tagħha u sabiħa fl-iskultura nbniet f'sitt xhur eżatti, minn Mejju sa Ottubru, fejn ingħalqet għal kollox nhar is-Sibt 15 ta' Ottubru 1903. U dakinhar ma kienx hawn ebda forma ta' għodod moderni jaħdmu bilqawwa tal-magni. Kien hawn biss rieda żonqrija daqs il-blat ta' Ċenċ li jdawwar il-raħalna, imma fuq kollox kien hemm ukoll l-imħabba tal-Arċipriet Ġwann Andrea Vella li ried jgħolli u jsebbaħ sal-aħħar ittempju ta' Santa Margerita. U din l-imħabba l-Arċipriet urieha bil-fatti. Dan għaliex huwa ħallas minn butu l-ispejjeż kollha tal-bini tal-ġebel, liema somma telgħet għal 250 lira 5 xelini u 10 soldi. L-unika eċċezzjoni kienu s-sittax-il tieqa tmienja isfel u tmienja fuq, liema twieqi ħallsuhom in-nies. U hawn tidher l-imħabba ta' dan il-benefattur kbir bil-bosta. Huwa ma kien fadallu xejn fil-but tiegħu anqas biex iħalli xi ħaġa tal-flus biex meta jmut isiru quddies b'sufraġju għal ruħu. U bħala rikonoxximent tanġibbli għal dan ix-xogħol kollu l-knisja ta' Sannat ta' kull sena aktarx matul ix-xahar ta' Frar għadha tagħmillu quddiesa kantata. Għal min ma jafx l-Arċipriet Vella huwa midfun filkappellun tal-Kurċifiss taħt l-irħama miktuba bil-Latin li ġġib ismu. Ma' dawn it-tliet opri kbar ta' min ikompli jsemmi t-tużell, biċċa xogħol fuq l-injam, fejn imbagħad ilbellus irrakkmat sar Franza, f'Lyon. L-injam inħadam ir-Rabat Malta. Miegħu hemm il-kanupew li huwa wkoll irrakkmat. Sar ukoll ix-xogħol kollu tad-damask fejn il-knisja ġiet miksija kollha. Jiena niftakar sew lin-nanna Ċetta tgħid li nhar ta' Ħadd kienu jaħdmu sagħtejn xogħol tal-bizzilla u jagħtu xi ħaġa talflus preċiżament għad-damask. Barra dan saru wkoll il-kappa tan-nofs irrakkmata wkoll fi Franza, u magħha is-sitt kappi tal-bellus imma lixxi. Saret ukoll il-pjaneta tal-bellus irrakkmata, fejn aħna insejħulha “ix-xiħa”. Hija tassew ħasra li ma għandna xejn xi jfakkarna f'dan l-Arċipriet żelanti u benefattur illustri talparroċċa tagħna. Mank biss ma semmejna triq għalih, fejn imbagħad insibu ismijiet ta' toroq strambi u bla sens. Arċipriet Vella altru li jixraqlek, imma aħna persważi li Santa Margerita li inti kont tant tħobb bil-fatti u mhux bil-kliem ħaditek biex tgawdi magħha lil Alla għal dejjem.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

53


FESTA 2016

54

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Id-Djalett tar-Rahal Taghna Kitba Ruben Farrugia B'mod sempliċi wieħed jista' jiddefinixxi d-djalett forma ta' lingwa li hija marbuta ma' post jew komunità partikulari. Id-djaletti huma preżenti f'kull lingwa u mhux fil-Malti biss iżda fil-każ ta' pajjiżna, l-istudjużi juru stagħġib kif fi gżira daqshekk żgħira, li għaddiet minn ħafna taqlib tul l-istorja tagħha, mhux biss għandha lingwa iżda wkoll numru ta' djaletti mifruxa mal-irħula tagħha. Ħafna drabi d-djalett ma jgawdix minn prestiġju soċjali għaliex huwa kkunsidrat bħala devjazzjoni minnorma, li fil-każ ta' pajjiżna huwa l-Malti Standard li jiġi mgħallem fl-iskejjel. Fil-fatt f'pajjiżna min jitkellem bid-djalett huwa magħruf fost l-oħrajn li jitkellem 'bl-imgħawweġ' jew li 'jkisser' daqslikieku mhux qed jitkellem kif suppost. Għaldaqstant, din l-idea negattiva mhijiex daqshekk preżenti f'Għawdex għaliex l-Għawdxin, meta jiltaqgħu ma' Għawdxin oħra, jibqgħu jitkellmu bid-djalett u ma jħossuhomx li qed jiġu ġġudikati b'mod negattiv talli jużawh. Dan jiġri għaliex f'Għawdex id-djalett huwa kkunsidrat bħala xi ħaġa li lill-Għawdxin tagħtihom identità u li tagħżilhom mill-Maltin. Numru ta' studji soċjolingwistiċi li saru f'Għawdex jiddeskrivu l-użu tal-'Għawdxi' bħala 'we code' (Xuereb, 1994). L-ispjegazzjoni ta' dan aktarx ġejja mill-fatt li: “Is-soċjetà ta' madwarhom hekk titkellem, hekk kellmithom sa minn ċkunithom u allura, bħala membri tagħha, huma jħossuhom parti minnha proprju billi jitkellmu bl-istess mod bħall-bqija tal-individwi li jagħmlu parti minnha”. (Farrugia, 2010: 51-52) Ta' min jgħid illi minkejja li l-Għawdxin jitkellmu bl-Għawdxi, dawn tal-aħħar huma konxji illi f'din il-gżira mhuwiex biss użat djalett wieħed iżda hemm numru ta' djaletti mifruxa f'kull raħal li huma differenti minn xulxin. Id-Djalett ta' Sannat F'dan il-kuntest jidħol id-djalett ta' Sannat li huwa wieħed mill-ftit djaletti li ġew studjati s'issa. Id-djalett Sannati għal ħdejn id-djaletti Għawdxin oħra, huwa meqjus bħala dak li jixbah l-iktar il-Malti, daqslikieku huwa l-inqas 'imkisser' jew 'mgħawweġ' mid-djaletti Għawdxin oħra. Fil-fatt, il-kelliema Għawdxin l-oħra jirreferu għal min jitkellem bis-Sannati bħala tal-pepè jew tal-platt ċatt, jew b'mod inġenerali bħala 'l-Maltin t'Għawdex'. Dawn l-espressjonijiet juru biċ-ċar din l-idea popolari. Min-naħa tagħhom, meta l-kelliema tad-djalett Sannati ġew mistoqsija dwar x'jaħsbu dwar id-djalett tagħhom, il-maġġoranza assoluta kienu kburin bih proprju minħabba din il-karatteristika. Fil-fatt uħud mill-espressjonijiet li ntużaw minn dawn l-parteċipanti nsibu: “ma nkissrux”, “ma ngħawġux”, “jinstema' aħjar”, “l-iktar ċar” u “l-iktar pulit”. U ladarba l-element ta' 'tkissir' jew 'tagħwiġ' huma assoċjati mal-użu tad-djalett filwaqt li l-'kjarezza' hi sinonima mal-użu tal-Malti Standard, jikkonferma dan kollu. Fi kliem ieħor, l-element ta' kburija jinsab proprju minħabba l-fatt illi 'jixbah' il-Malti. Id-Djalett Sannati minn Lenti Lingwistika Fuq dawn l-karatteristiċi li ssemmew hawn fuq, għalhekk wieħed jistaqsi, x'inhuwa d-djalett Sannati? U kif inhu differenti mill-bqija tad-djaletti l-oħra, speċjalment dawk Għawdxin? In-nixfa ta' studji filqasam tad-djaletti ma jippermettix li dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba b'mod komplut, għaldaqstant, wieħed jista' jħares lejn is-sistema vokalika tad-djalett Sannati (fi kliem sempliċi, in-numru ta' vokali li huma preżenti fih) sabiex jieħu idea ta' x'jikkonsisti d-djalett Sannati meta wieħed iqabblu mal-Malti

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

55


FESTA 2016

ALAN CURMI Wood works 85, Ta’ Cenc Street, Sannat, Gozo. Mob: 9988 3781

MARK

XIBERRAS

No. 1 Triq Dun Luqa, Sannat, SNT 1240, Gozo.

Tel: 2156 9383, 9945 4680

Cafeteria & Snack Bar Dine in or Take away

56

9936 8627

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Figura 1. Is-sistemi vokaliċi tad-djalett tas-Sannati u tal-Malti Standard rispettivament.

Standard.Tabella 1. Il-ħoss tal-vokali li huma preżenti f'Figura 1, skont kif jinstemgħu fi kliem differenti meta jingħadu bid-djalett Sannati.

Figura 1 turi illi d-djalett ta' Sannat iħaddan numru ikbar ta' vokali ħdejn il-Malti u d-djalett Naduri. Filfatt, fi ħdanu hemm preżenti 15-il vokali għall-kuntrarju tal-11 li juża l-Malti u l-14-il vokali li juża d-djalett Naduri, fejn dan tal-aħħar m'għandux il-vokali /æː/ preżenti. Madankollu, dan ma jfissirx illi d-djalett Sannati għandu xi ħaġa iktar jew inqas mill-Malti Standard jew min-Naduri. Sakemm isiru iktar studji, lunika ħaġa li wieħed jista' jgħid hija li n-numru tal-vokali huwa wieħed mill-provi tal-uniċità tad-djalett ta' dan ir-raħal. Hemm konnessjoni bejn id-djalett Sannati u l-Malti Standard? Kif intqal qabel, hemm l-idea popolari li d-djalett Sannati huwa dak li joqrob l-iktar lejn il-Malti. Din lidea tidher l-iktar fil-mod kif dawn il-vokali huma mħaddma fid-djalett tagħna. In-numru tal-vokali huwa l-ewwel prova li d-djalett Sannati huwa differenti mil-Malti iżda l-mod kif ċertu vokali huma mħaddma jidher li jqarrbuh lejh. Għaldaqstant, m'hemm l-ebda prova li hemm xi konnessjoni diretta bejn iddjalett tagħna u l-Malti. Kif jidher mill-eżempji fit-tabella t'hawn fuq, huwa ftit ħafna dak il-kliem li ngħiduh bl-istess mod kif jingħad fil-Malti. Madankollu, hemm xi okkażjonijiet fejn, għal xi raġuni jew oħra, ċertu kliem jingħad bl-istess mod bħal fil-Malti u dan jingħad biss f'dan id-djalett, filwaqt li fiddjaletti Għawdxin l-oħra jingħad b'mod differenti. Dan ġie nnutat l-iktar, meta: 1. Id-distribuzzjoni tal-vokali /ɐ/ tinsab bħala l-unika konsonanti tal-kelma, bħal fi 'platt', 'ċatt', 'imradt', 'ħadt'. Din id-distribuzzjoni hija l-istess bħal tal-MS, għall-kuntrarju tad-djalett tanNadur li, min-naħa tiegħu, fl-istess ambjenti, juża l-vokali /ɔ/. 2. Id-distribuzzjoni tad-dittongi /ɐj/ u /ɛj/. Fi kliem bħal 'bajd' u 'ċajt', id-distribuzzjoni fis-Sannati

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

57


FESTA 2016 tixbah lil dik tal-MS filwaqt li n-Naduri juża d-dittong /ɔj/ (Said, 2007, p.27). L-istess jista' jingħad għad-distribuzzjoni tad-dittong /ɛj/ fejn dik tas-Sannati tixbah lil tal-MS. Min-naħa l-oħra finNaduri, f'dawn l-ambjenti jiġi użat id-dittong /ɐj/. Għalhekk, kliem bħal 'xejn', 'bejn' u 'bennej', finNaduri jingħadu bid-dittong /ɐj/ (ibid). Bla dubju din id-differenza ma tidhirx biss bejn id-djalett Sannati u dak Naduri. L-istess eżempji li ġew imniżżla hawn fuq, li jinsabu fid-djalett Naduri, huwa magħruf li huma preżenti fid-djalett tar-Rabat, t'Għajnsielem, tax-Xagħra u ħafna oħra. Għaldaqstant, ladarba l-unika djalett Għawdxi ieħor li ġie studjat, apparti d-djalett Sannati, huwa dak Naduri, l-unika eżempji li jistgħu jittieħdu sabiex isir tqabbil bejn id-djalett Sannati u djaletti oħra huwa biss minnu. Il-punti li ssemmew f'dan l-artiklu huma biss kummenti ġenerali li fuq il-karatteristiċi li aktarx in-nies jinnutaw l-iktar f'dan id-djalett, speċjalment għaliex hemm l-idea li s-Sannati 'jixbah' lill-Malti. Madankollu, dak li jagħmel id-djalett Sannati ma jiqafx fuq dawn l-affarijiet biss. Id-differenzi bejnu u bejn djaletti oħra jidhru wkoll kemm fl-użu ta' ċertu kliem u kif ukoll fil-grammatika (bħal pereżempju meta jintuża tip differenti ta' plural). Studju iktar reċenti jagħti prova li l-istess djalett jagħmel użu minn vokali li huma 'usa'' minn dak tad-djalett Naduri, madankollu dan hu argument ieħor li jistħoqqlu artiklu għalih innifsu. Apparti dan, hemm ukoll l-idea li, fl-antik, in-nies kienu jitkellmu b'mod differenti anki firraħal stess. Fil-fatt uħud min-nies anzjani li ġew intervistati fi studju li sar fl-2010 ssuġġerew din lidea. Li huwa żgur huwa li d-djalett Sannati huwa djalett li kull min jitkellmu għandu jkun kburi bih mhux għaliex jixbah il-Malti iżda għaliex fl-aħħar mill-aħħar jagħtina identità u jagħżilna mill-bqija ta' kelliema ta' djaletti oħra. Referenzi: Aquilina, J. (1995). Language and Village Dialects. F'L. Briguglio u J. Bezzina (ed.), Gozo and its Culture, pp.106-114. Proceedings of the 1995 Lowenbrau Seminar. Malta: Formatek Ltd. Aquilina, J. u Isserlin, B. (1981). A Survey of Contemporary Dialectal Maltese. Volume 1: Gozo. Leeds: Leeds University Press. Camilleri Grima, A. (2008). Diglossia. Variation on a theme. F'Comrie, B., Fabri, R., Hume, E., Mifsud, M., Stolz, T. & Vanhove, M. (ed.), Introducing Maltese Linguistics, pp.379-391. Amsterdam: John Benjamins. Chambers, J. K. u Trudgill, P. (1998). Dialectology (2ni edizzjoni). Cambridge: Cambridge University Press. Farrugia, R. (2010). Aspetti Soċjolingwistiċi tad-Djalett ta' Sannat u s-Sistema Vokalika tiegħu (Teżi tal-Baċellerat). Malta: Università ta' Malta. Farrugia, R. (2016). Analiżi Akustika u Komparattiva ta' Żewġ Djalett Għawdxin (Teżi tal-Masters). Malta: Università ta' Malta. Said, M. J. (2007). In-Naduri: Is-Sistema Vokalika u Differenzi Lessikali. Teżi tal-Baċellerat mhux ippubblikata. Malta: Università ta' Malta. Spagnol, M. u Attard, K. (2014). Differenzi Lessikali bejn il-Malti u l-Għawdxi. Artiklu ppubblikat f'Leħen il-Malti Għadd 33, 97-118. Malta: Pubblikazzjoni tal-Għaqda tal-Malti, l-Università ta' Malta. Xuereb, J. (1996). A Sociolinguistic Study of select linguistic features in Gozo (Teżi tal-Maġistru). Malta: Università ta' Malta. Radd ta' Ħajr Nirringrazzja lill-ħabib tiegħi Dr. Michael Spagnol tas-suġġerimenti li tani sabiex jissawwar dan l-artiklu u lill-parteċipanti minn Ta' Sannat u tanNadur li ddedikaw ħinhom sabiex jiġu intervistati fl-istudjo tar-radju ta' Sannat u tan-Nadur.

Xlendi 9.30 am till late all week Sun 9.30 am till 4 pm Sunday Roast every Sunday

58

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

59


FESTA 2016

www.flowerzonemalta.com shopping online 60

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Bizghat u superstizzjonijiet tas-Sannatin fl-imghoddi Kitba Dr. George Azzopardi Xejn inqas minn dawk ta' postijiet oħrajn, in-nies Ta' Sannat fl-imgħoddi wkoll kellhom issuperstizzjonijiet tagħhom – aktarx bħal dawk fi bliet u rħula oħrajn f'Malta u Għawdex – imsejsa fuq biżgħat, xewqat, u preokkupazzjonijiet. Kienu wkoll nies reliġjużi u xi drabi, kif ser naraw, issuperstizzjoni kienet titħallat mar-reliġjon. Tradizzjonalment, il-ħajja materjali tal-familja kienet iċċentrata l-iktar fid-dar (ġeneralment inkluż ilmaqjel tal-bhejjem) fejn kienet tiżvolġi l-ħajja domestika u fl-għalqa li kienet is-sors ewlieni talgħajxien tal-familja. Għalhekk kien importanti għall-familja li kemm id-dar kif ukoll fl-għalqa (jew flgħelieqi) li kellhom ikunu mħarsa minn kull deni jew ħsara, partikolarment deni jew ħsara minn sorsi li huma ftit jew xejn kellhom kontroll fuqhom. Dawn is-sorsi kienu jvarjaw minn maltemp jew nuqqas ta' xita sa xorti ħażina jekk mhux ukoll spirti ħżiena. Partikolarlment dawn tal-aħħar kienu jnisslu ħafna biża' għax kienu maħsuba li jnisslu bosta gwaj. X'kienu jagħmlu allura biex ibiegħdu minnhom il-gwaj u l-ħsara? Diġà għidna iktar 'l fuq li xi drabi, s-superstizzjoni kienet titħallat mar-reliġjon. Ta' nies reliġjużi li kienu, kienu jiffrekwentaw is-sagramenti, jitolbu u anke jirrikorru għal devozzjonijiet personali. Iżda minbarra dawn, ġieli kienu jirrikorru wkoll għal għemejjel u anke simboli profani li kienu jattribwixxu lilhom setgħat soprannaturali u għalhekk dawn kienu jaqgħu fil-kategorija ta' għemejjel u simboli superstizzjużi. Niġu issa biex naraw xi wħud minn dawn l-għemejjel u simboli superstizzjużi. Ħarsien ta' wiċċ ir-raba’ Apparti minn theddid ta' natura differenti (bħal serq), wiċċ ir-raba' seta' jkun mhedded minn diversi kundizzjonijiet tat-temp. Biex jilqgħu għal sitwazzjonijiet bħal dawn, il-bdiewa ġieli kienu jirrikorru għal ċerti simboli li huma kienu jnaqqxu ġeneralment mal-ħitan ta' xi kamra li kien ikollhom fl-għalqa. Filwaqt li f'kuntesti oħrajn dawn is-simboli kien jassumu karattru differenti, fil-kuntest tagħna kienu jassumu karattru superstizzjuż. Wieħed minn dawn is-simboli kien it-trija. It-trija hija logħba li tikkonsisti f'settijiet ta' tliet punti f'linji dritti u dijagonali. Wieħed jirbaħ kull meta jirnexxilu jgħaqqad tliet punti f'linja.1 F'ċirkostanzi ordinarji, bħal meta l-linji tat-trija jkunu mnaqqxa (jew impittra) fuq wiċċ orizzontali, it-trija għandha sinifikat ta' logħba għal skop ta' rilassament. Iżda ġeneralment ma jkunx hekk meta l-linji tat-trija jkunu mnaqqxa (jew impittra) fuq wiċċ vertikali li jirrendi diffiċli s-sinjifikat tat-trija bħala logħba għal skop ta' rilassament. Huwa propju meta nsibu l-linji tattrija mnaqqxin fuq wiċċ vertikali li din il-'logħba' ġeneralment tassumi karattru superstizzjuż. Ilkarattru superstizzjuż isir iktar evidenti meta fuq l-istess linji dritti u/jew djagonali (dejjem fuq wiċċ vertikali) jkunu mmarkati – ġeneralment, permezz ta' toqob imħaffrin apposta – tliet punti (jew diversi settijiet ta' tliet punti) li jingħaqdu f'linja dritta jew dijagonali. Kif għidna iktar 'l fuq, tali kombinazzjoni ta' tliet punti (jew diversi settijiet ta' tliet punti) fil-logħba tat-trija tindika rebħ. Meta tassumi karattru superstizzjuż, imbagħad, rebħa fil-logħba tat-trija tindika risq tajjeb. U għaliex kien ikun jixtieq riżq tajjeb għal wiċċ ir-raba' tiegħu (u allura għalih stess u għall-familja tiegħu) il-bidwi ġieli kien inaqqax ittrija b'dan il-mod li għadna kif semmejna ma' xi wieħed mill-ħitan ta' xi kamra li kien ikollu fl-għalqa. Eżempju partikolari għadu jidher sal-lum ħdejn bieb ta' kamra rurali f'għalqa f'Tal-Gruwa, f'Ta' Sannat (ara ritratt nru 1). Il-bidwi konċernat seta' naqqax din it-trija jew b'xewqa ta' risq tajjeb f'termini ta'

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

61


FESTA 2016

www.udsmalta.com

62

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 prodotti agrikoli abbundanti u/jew ta' kwalità tajba jew inkella b'xewqa li jbiegħed il-ħsara bħal dik ikkaġunata mill-maltemp lill-għalqa u lill-prodotti agrikoli tiegħu. Fi żminijiet iktar bikrija, it-trija ma kinitx l-unika logħba li setgħet tassumi karattru superstizzjuż. Anke r-Rumani li kienu jintużaw fil-Mediterran mis-seklu 4 Q.K. sas-seklu 4 W.K. ġieli kien ikollhom rappreżentazzjonijiet ta' dawk li kienu jissejħu 'astragali'. Dawn ir-rappreżentazzjonijiet kienu jkunu fuq id-dirgħajn taċ-ċepp magħmul miċ-ċomb li kien ikollhom dawn l-ankri. Lastragali kienu jkunu għadmiet żgħar millgħekiesi tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li, minħabba ritratt nru 1 li għandhom l-uċuh tagħhom kollha differenti, kienu jintużaw bħala dadi għal-logħob ibbażat fuq kombinazzjonijiet ta' numri rappreżentati rispettivament mill-uċuh differenti ta' kull waħda millgħadmiet. L-arranġament tal-astragali (fuq ankri) b'mod li jġib rebħ waqt il-logħob kien jirrappreżenta (fuq l-ankra konċernata) tefgħa li ġġib risq tajjeb magħrufa bħala iactus veneris (lit. 'it-tefgħa ta' Venere'). Ankra b'arranġament t'astragali bħal dan kienet meqjusa bħala ankra ta' risq tajjeb li ġġib fortuna lill-baħħara. Dan kollu kien jirrifletti l-biża' tal-baħħara superstizzjużi mill-baħar u x-xewqa 2 tagħhom għal vjaġġ mingħajr perikli. Iżda l-użu ta' rappreżentazzjonijiet tal-logħba tat-trija f'kuntest ta' superstizzjoni huwa magħruf fost kulturi oħrajn ukoll. F'Ceylon (illum Sri Lanka), il-logħba tat-trija wkoll kienet tassumi karattru superstizzjuż meta rappreżentazzjonijiet tagħha kienu jintużaw biex ibiegħdu influwenzi ħżiena.3 Xi studjużi wkoll isostnu li rappreżentazzjonijiet ta' din illogħba kellhom ukoll konnessjonijiet maġiċi.4 Ħsara 'l bogħod mid-dar Xejn inqas minn wiċċ ir-raba', id-dar ukoll kienet trid tiġi mħarsa minn kull ħsara u minn spirti ħżiena li kienu maħsuba li jġibu l-ħsara. Kien maħsub ukoll li dawn l-ispirti ħżiena jidħlu fiddjar minn aperturi, bħal bibien jew anke gallariji. ritratt nru 2 Kien għalhekk f'aperturi bħal dawn illi wieħed kien isib simboli superstizzjużi – kultant, flimkien ma' simboli reliġjużi – biex igerrxu, jkeċċu u jżommu lill-ispirti ħżiena milli jidħlu fid-dar. Mad-dar nru 27B, fi Triq ix-Xabbata, f'Ta' Sannat, nilmħu gallarija tas-seklu 18 maħduma fil-ġebel (ara ritratt nru 2). Fuq il-panewiet tagħha, nilmħu simboli ta' karattru superstizzjuż iżda magħhom nilmħu wkoll simboli reliġjużi. Dawn tal-aħħar jikkonsistu f'żewġ monogrammi: M (Nome di Maria) u IHS (Iesus Hominum Salvator). Dawn iż-żewġ monogrammi jinsabu fin-nofs waħda taħt l-oħra filwaqt li fil-ġnub wieħed għandu jara żewġ ċrieki bil-petali ta' warda tal-margerita integrati ġo fihom qishom bsaten ta' rota; dawk li bl-Ingliż jgħidulhom Daisy Wheels jew Hexfoils. Minħabba li jikkonsistu f'linji bla tarf maħsubin li jfixklu lill-ispirti ħżiena waqt li jkunu jippruvaw isegwuhom, dawn iċ-ċrieki kienu simboli superstizzjużi maħsubin biex ibiegħdu l-ħsara u l-ispirti ħżiena. Meta jidhru fuq xi bieb jew ma'

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

63


FESTA 2016 xi gallarija ta' dar (bħalma huwa f'dan il-każ), kienu jkunu intenzjonati biex iżommu l-ħsara jew l-ispirti ħżiena milli jidħlu fid-dar konċernata minn dawk l-aperturi.5 Fil-każ ta' din il-gallarija partikulari, għandna taħlita ta' simboli reliġjużi m'oħrajn superstizzjużi.6 Din it-taħlita tirrifletti taħlit bejn reliġjon u superstizzjoni fejn biex ibiegħdu l-ħsara u l-ispirti ħżiena minn djarhom, kienu jirrikorru mhux biss għal għemejjel jew simboli reliġjużi iżda wkoll għal oħrajn profani li kienu jattribwixxu lilhom setgħat sopranaturali. Simboli oħra għall-istess għan ġieli kienu jkunu jikkonsistu f'żewġ linji f'għamla ta' salib ta' Sant Indrija jew rabta/għoqda. Minħabba li kienu jkunu jixbhu wkoll lill-ġwienaħ ta' farfett, bl-Ingliż huma magħrufin bħala Butterfly marks. Kont issibhom f'bibien, speċjalment ma' lukketti jew firrolli, bl-iskop li jservu ta' tfixkil jew 'jagħlqu'/'jimbarraw' ilpassaġġ għall-ħsara jew l-ispirti ħżiena millbieb.7 F'dan ir-rigward, simbolu kurjuż jidher fuq il-bieb nru 31, fi Triq il-Kbira, Ta' Sannat (ara ritratt nru 3). Dan is-simbolu jikkonsisti f'dak li jidher li huwa salib tal-kavallieri bi tmien ponot kemxejn imdawwar lejn ġenb. Imdawwar b'dan il-mod, l-ispazji bejn l-erba' friegħi ewlenin tassalib jista' jingħad li jiffurmaw għamla ta' salib ta' Sant Indrija jew inkella rabta/għoqda (butterfly mark). Minħabba li mhux soltu li slaleb talkavallieri jidhru b'dan il-mod, jidher li dan larranġament aktarx kien intenzjonat. Jista' jkun li fid-dawl ta' dak li għidna aktar 'l fuq, dan kien maħsub biex 'jagħlaq'/'jimbarra' l-passaġġ jew saħansitra anke jfixkel lill-ispirti ħżiena li jippruvaw jidħlu mill-bieb? ritratt nru 3 Ħarsien mill-maltemp u t-tempesti Ħsara li kienet tnissel ħafna preokkupazzjoni kienet dik ikkaġunata mit-tempesti u mill-maltemp. Jidher li għal dan il-għan, in-nies Ta' Sannat – bħal dawk fi rħula oħra – kellhom il-ħarsien ipprovdut mill-qniepen tal-knisja parrokkjali. Meta kien jidher riesaq il-maltemp jew tinħass riesqa xi tempesta, kienu jindaqqu l-qniepen tal-knisja bil-ħsieb li d-daqq tal-qniepen ibiegħed il-maltemp jew ittempesta.8 Skrizzjoni fuq il-qanpiena l-kbira l-antika li kien hawn Ta' Sannat u li llum tinsab f'wieħed mill-kampnari tal-knisja parrokkjali ta' Ħal Tarxien (Malta) tagħti xhieda ta' dan it-twemmin. Permezz ta' din liskrizzjoni bil-Latin, il-qanpiena telenka l-funzjonijiet tagħha fejn waħda minnhom hija propju dik li tħarrab jew tkeċċi t-tempesti.9 Xewqat ta' risq tajjeb Iżda x-xewqat espressi ma kinux biss dawk biex titbiegħed il-ħsara jew l-ispirti ħżiena. Xewqat oħrajn kienu jiġu espressi wkoll biex jassiguraw riżq tajjeb. Użanza partikolari f'dan il-kuntest kienet marbuta mal-Ewwel tas-Sena. Fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena, kien isir ġbir ta' karità għat-tfal foqra. Dawk li kienu jħabbtu l-bibien biex jitolbu l-karità għat-tfal foqra kienu wkoll ilissnu taqbila indirizzata lin-nies tad-dar fejn ikunu ħabbtu. Iżda nhar l-Ewwel tas-Sena, minbarra li kienu jħabbtu l-bibien u jitolbu l-karità għat-tfal foqra, kienu wkoll jagħmlu sinjal żgħir bil-ġir fuq l-għatba tad-dar (fejn ikunu ħabbtu għall-karità) bħala sinjal ta' xewqat għal sena ġdida mimlija risq.10 Osservazzjonijiet tal-aħħar

64

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 Quddiem sitwazzjonijiet ta' perikli u ta' biża', in-natura umana minn dejjem kienet tinħakem minn sens ta' dgħufija u fraġilità u spontanjament, kienet tirreaġixxi. Din ir-reazzjoni kienet taf tieħu diversi forom. Fost dawn il-forom insibu dawk li jirriflettu twemmin superstizzjuż li bosta drabi kien jitħallat ukoll ma' dak reliġjuż. B'riżultat t'hekk u bosta drabi, reliġjon u superstizzjoni ma kinux jibqgħu identifikabbli. Dan ma kienx fenomenu uniku jew iżolat. Kont issibu wkoll f'soċjetajiet oħra ta' kull post u ta' kull żmien anke jekk il-mod ta' espressjoni kultant kien ivarja. Dan juri li, b'mod estensiv, in-natura umana hija komuni kif daqstant ieħor hija komuni l-esperjenza tal-ħajja li hija ġġarrab. Dawn il-ftit superstizzjonijiet u biżgħat li għadna kif tkellimna dwarhom huma parti minn din l-esperjenza tal-ħajja.

Noti u referenzi: 1

Bell, R.C., 1979. Board and Table Games from many Civilizations, I. New York: Dover Publications, Inc., 91-5; Musser Golladay, Sonja, 2007. Los Libros de Acedrex Dados e Tablas: Historical, Artistic and Metaphysical Dimensions of Alfonso X's Book of Games [=unpublished PhD dissertation submitted to the Faculty of the Department of Spanish and Portuguese at the University of Arizona], 591-627. 2 Brody, Aaron Jed, 1998. “Each Man cried out to his God”. The Specialised Religion of Canaanite and Phoenician Seafarers [=Harvard Semitic Monographs, 58]. Atlanta, GA: Scholars Press, 84, 102; Radic-Rossi, Irena, 2005. “The Mljet shipwreck, Croatia: Roman glass from the sea”. Minverva, XVI/3. London: Aurora Publications Ltd, 34-5. 3 Bell, R.C., 1979. Board and Table Games from many Civilizations, I. New York: Dover Publications, Inc., 93; Musser Golladay, Sonja, 2007. Los Libros de Acedrex Dados e Tablas: Historical, Artistic and Metaphysical Dimensions of Alfonso X's Book of Games [=unpublished PhD dissertation submitted to the Faculty of the Department of Spanish and Portuguese at the University of Arizona], 616. 4 Musser Golladay, Sonja, 2007. Los Libros de Acedrex Dados e Tablas: Historical, Artistic and Metaphysical Dimensions of Alfonso X's Book of Games [=unpublished PhD dissertation submitted to the Faculty of the Department of Spanish and Portuguese at the University of Arizona], 616-7. 5 Robson-Glyde, Shona. Averting Evil. Evidence from Worcestershire Buildings , powerpoint document downloaded from 59 http://www.worcestershire.gov.uk/cms/pdf/2010_averting_evil.pdf [accessed on the 3rd July 2014], slides 25-6, 30. Ara wkoll Champion, Matthew, 2015. Medieval Graffiti. The Lost Voices of England's Churches. London: Ebury Press, 23, 27-8, 37-44, 58 u Gordon, Stephen, 2015. “Domestic magic and the walking dead in medieval England: A diachronic approach”. In Houlbrook, Ceri and Armitage, Natalie (eds), The Materiality of Magic. An artefactual investigation into ritual practices and popular beliefs. Oxford and Philadelphia: Oxbow Books, 72-4 (Fig. 4.1 bottom left). Funzjonijiet ekwivalenti għal dawk ta' dawn iċ-ċrieki (daisy wheels / hexfoils) jistgħu forsi jiġu attribwiti wkoll lill-hekk-imsejħa 'ċrieki / roti tal-fortuna'. 6 Għal eżempji ta' ċrieki (daisy wheels / hexfoils) f'kombinazzjoni ma' simboli reliġjużi jew f'kuntesti reliġjużi, ara Curzi, Gaetano, 2012. “I graffiti figurativi: una lettura simbolica”. In Tedeschi, Carlo (edr), Graffiti templari. Scritture e simboli medievali in una tomba etrusca di Tarquinia. Roma: Viella s.r.l., 137 (Fig. 3), 139 (Fig. 8), 141 (Figs 11-2), 144 (Fig. 16), 147 (Fig. 22), 149-52 (Figs 24-6, 30). 7 Robson-Glyde, Shona. Averting Evil. Evidence from Worcestershire Buildings , powerpoint document downloaded from 59 http://www.worcestershire.gov.uk/cms/pdf/2010_averting_evil.pdf [accessed on the 3rd July 2014], slides 45, 50. Ara wkoll Brighton, Simon, 2008. In Search of the Knights Templar. A Guide to the Sites in Britain. London: Phoenix, 163 (bottom right), 197 (left); Champion, Matthew, 2015. Medieval Graffiti. The Lost Voices of England's Churches. London: Ebury Press, 53, 56-8; u Gordon, Stephen, 2015. “Domestic magic and the walking dead in medieval England: A diachronic approach”. In Houlbrook, Ceri and Armitage, Natalie (eds), The Materiality of Magic. An artefactual investigation into ritual practices and popular beliefs. Oxford and Philadelphia: Oxbow Books, 72-6 (Figs 4.1 middle, 4.3). 8 Azzopardi, George u Xuereb, Angelo, 2005. Dun Ġużepp Grima (1885-1952). Ġawhra fil-Kuruna tas-Saċerdozju Kattoliku. Għawdex: L-Awturi, 26. 9 Bezzina, Joseph, 1989. Sannat fi Ġrajjet Għawdex. Gozo: Parroċċa ta' Sannat, 429. 10 Tagħrif mogħti minn Marija Azzopardi (minn Ta' Sannat) fit-28 ta' Diċembru 1997. Mietet fl-10 ta' Awissu 2007 fl-eta' ta' 92 sena.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

65


FESTA 2016

St. Margaret Band Club Bar & Pizzeria Tel: 2155 9608 Il-Familja Pisani tixtieq tawgura l-Festa it-tajba lil kulhadd.

66

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Dun Gwann Andrea Vella b'rabta max-xoghol tal-bizzilla f'Ta' Sannat Consiglia Azzopardi M.Phil. Ph.D. Din is-sena jaħbat iċ-ċentinarju mill-mewt ta' Dun Ġwann Andrea Vella, id-disa' kappillan ta' Sannat, li mexxa l-parroċċa mill-1863 sal1916. Mons Joseph Bezzina jġib profil dettaljat tiegħu fil-ktieb Sannat Fi Ġrajjiet Għawdex. Kienet ħajja minsuġa mal-kultura tal-bizzilla li kienet qed tiżviluppa fi gżiritna dak iż-żmien. Twieled in-Nadur Għawdex nhar l-4 ta'April 1834 u kien ordnat saċerdot nhar id-19 ta' Diċembru 1857 mill-Isqof ta' Malta, l-Għawdxi Gaetano Pace Forno. Fil-bidu tas-sena 1863, il-parrukkat ta' Sannat kien vakanti minħabba l-ħatra tal-kappillan Dun Franġisk Borg bħala Arċipriet ta' Ħaż-Żebbuġ. Dun Ġwann Andrea nstab l-aktar wieħed li jixraqlu jimla dak il-post minn fost dawk li applikaw għalkemm kien għad lanqas kellu 30 sena, u nhar t-3 ta' Mejju 1863 ingħata lpussess. Is-Sannatin laqgħuh bil-ferħ u għamlu festa doppja billi dakinhar ukoll, l-Arċipriet tal-Matrici Mikiel Buttigieg kien ikkonsagrat f'Ruma bħala Isqof Awżiljarju ta' Pace Forno għal Għawdex. Iżda lPapa Piju IX ħa iżjed minn sena biex fl-aħħar qata' xewqet lGħawdxin li Għawdex isir djoċesi, meta f'Settembru 1864 ħatar lillIsqof Buttigieg bħala l-ewwel Isqof ta' Għawdex. Il-qabar fil-knisja tal-Ar`. Andrea Vella

Ta' Sannat fil-bidu ta' żmien il-Kappillan Vella In-nies kienu jsejħulu sempliċement Dun Indrì. Fir-raħal kien hawn knisja waħda biss, il-parroċċa, u flinħawi tal-Munxar fi Triq Ras il-Bajjada kien hemm kappella privata. Barra l-kappillan kien hawn erba' saċerdoti oħra, imma l-ebda wieħed minnhom ma kellu l-fakultà li jqarar. Parroċċani fl-età tat-tqarbin kien hawn 797. Fl-1869 kien għad m'hawnx skola u ma kien hawn l-ebda għalliem fir-raħal u lanqas kien hawn qwiebel. Għall-bżonn wieħed kien jinqeda mir-Rabat. Il-Kappillan kellu jieħu f'idejh it-tagħlim nisrani għażżgħar u l-kbar bil-katekiżmu fil-Ħdud u l-festi. Il-finanzi tal-knisja xejn ma kienu ċerti. Id-dħul kien jiddependi mill-offerti tal-parroċċani, mill-ġbir talmaħlut u tal-qoton bieb bieb, jissejħu rakkolti. Id-dħul mhux kull sena kien l-istess, kien skont ma jagħti lwiċċ tar-raba' u jiddependi wkoll mis-swieq tal-qoton barra minn Malta. Imma n-nies dejjem ħabbewha 'lknisja. Għalkemm skola ma kinux jafu, kellhom is-sengħa, u kienu jaħdmu minn qalbhom, b'xejn jiġifieri bla ħlas, speċjalment nhar ta' Ħadd jew festa biex jgħinu kemm jistgħu fil-knisja, in-nisa mid-dar u l-irġiel minn fuq il-post madwar il-kappillan. Kien ikun jonqos biss li l-Kappillan ikun inġenjuż (illum ngħidu kreattiv) biex jivvinta kif jiġbor il-fondi meħtieġa. Imma Dun Indrì kien ġej mir-razza tal-merkanti. Andrej Falzon minNadur, aktarx in-nannu tiegħu u hu msemmi Indrì għalih. Fl-1769 kellu negozju tad-drappijiet, ħwejjeġ talqoton minsuġin Għawdex, xi bizzilla u kien isiefer bix-xogħol lejn Spanja. Jibdew jinqalgħu d-diffikultajiet Sa mill-bidu nett deher li l-ħidma tiegħu kienet se tkun waħda diffiċli minħabba li l-knisja kienet fi stat ħażin ħafna. Kien ilha tinħass il-ħtieġa li tissewwa u kull sena kienu qed jintefqu ħafna spejjeż biex isewwu l-bjut qabel tidħol ix-xitwa. Fil-fatt il-Kappillan Dun Alessandru Cauchi (1832–1862), miet kaġun tal-qatgħa li kien ħa meta sajjetta daħlet ġol-knisja waqt li kien iqarar. Dun Indrì fehem li ma jistax ikun jibqgħu sejrin hekk u wara li kien ilhom is-snin itellgħu u jniżżlu qatgħuha li jagħmlu bidla mill-qiegħ – proġett li kellu jieħu fit-tul u nistgħu ngħidu, li fforma l-ħidma prinċipali mwettqa minnu matul il-parrokkat twil tiegħu ta' 'l fuq minn ħamsin sena.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

67


FESTA 2016

Merceica Bros - TM Constructions

For all construction works and crane hiring Tel: 2155 4558, 9945, 3877, 9927 0204

For Wines & Spirits contact

Giovann Cefai Tal-Qajru

Mob: 9945 9549

68

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

Ter]a tal-altar tal-kor. Fiha s-simboli ta’ Santa Margerita; kuruna, salib, palma u [iljuwa.

Kien għadu lanqas beda meta f'Malta tfaċċat il-marda tal-kolera wara li kien ilha x-xhur tattakka 'l-pajjiżi talMediterran. Kienet marda tittieħed u jaħsbu li daħlet f'Malta mat-traffikar tal-qoton lejn nofs is-sena 1865 minkejja l-miżuri ta' kwarantina li ħadu l-Ingliżi. L-ewwel każ f'Għawdex kien fix-Xewkija u t-tieni kien f' Ta' Sannat irrappurtat nhar it-28 ta' Lulju, b'Karmela Bajada tifla ta' 10 snin. Bezzina fl-istorja ta' Sannat iġib dettalji ta' dawk li mietu f'din l-imxija u jgħid li l-aħħar każ f' Ta' Sannat kien f'Settembru. B'kollox 40 kienu ġew infettati u fosthom mietu 25, 7 irġiel u 18-il mara bl-etajiet minn tarbija sa 80 sena, fosthom il-ġenituri tattifla Karmela Bajada. Dan kien ifisser 'faqar kbir' li waqa' fuq ir-raħal minħabba l-iżolament mill-familji infettati, il-qerda bil-ħruq tad-drappijiet u nsiġ tagħhom, it-trażżin tan-negozju u l-ħafna biża' li jittieħdu, fosthom il-kappillan li kien imur jassisti bis-sagramenti lill-moribondi infettati. Lanqas id-dfin ma kien isir filparroċċa, imma kienu jittieħdu fiċ-ċimiterju tal-Għonq fir-Rabat. Meta għadda kollox u f'Ottubru Għawdex kien iddikjarat ħieles mill-kolera, il-Kappillan Vella għamel quddiesa ta' radd il-ħajr. Ta' Sannat wara t-twaqqif tad-djoċesi L-avveniment importanti tad-djoċesi Għawdxija hu marbut mal-ħatra ta' Dun Indrì bħala l-Kappillan ta' Sannat. Qabel it-twaqqif tad-djoċesi kienu jgħaddu s-snin biex ikun hawn vista mill-Isqof ta' Malta, imma bħala djoċesi ġdida l-visti pastorali bdew isiru spissi. Kienet issir tħejjija fil-parroċċa minn żmien qabel, iduru dawra l-oġġetti u l-abiti sagri tal-knisja u wkoll isiru oħrajn ġodda, fuq kollox jorganizzaw laqgħa ta' merħba kif jixraq lill-Isqof. L-ewwel vista saret nhar it-8 t'April 1866 mill-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Mikiel Buttigieg, l-ewwel Isqof ta' Għawdex. It-tieni vista saret fis-17 ta' Ottubru 1869 din id-darba mit-tieni Isqof ta' Għawdex is-Saċerdot Malti Anton Grech Delicata. Nhar it-8 t'April 1877, is-Saċerdot Għawdxi Dun Pietru Pace, li kien ħadem kemm felaħ biex jara sseħħ id-djoċesi, kien ikkonsagrat bħala t-tielet Isqof tal-gżira. Sena wara beda vista pastorali u nhar id-19 ta' Lulju 1883 għamel it-tieni vista tiegħu. Meta l-Isqof Pietru Pace laħaq Isqof ta' Malta, il-Patri Agostinjan Ġwann Marija Camilleri nħatar ir-raba' Isqof ta' Għawdex. Dan għamel mhux inqas minn għaxar visti pastorali, disgħa minnhom fi żmien it-tmexxija tal-Kappillan Vella. F'kull vista pastorali kien jiġi miktub rapport b'dak kollu li l-Isqof ikun sab fil-parroċċa, u s-suġġerimenti li jkunu saru lill-Kappillan. Minn dawn ir-rapporti toħroġ ħafna informazzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-parroċċa f'dak iż-żmien. Hekk nafu, per eżempju, fuq il-bizzilli li kienu jinħadmu għall-knisja min-nies tal-parroċċa, u li l-Kappillan kien jagħmel ir-rakkolta tal-bizzilla. Ir-rakkolta tal-bizzilla F'Għawdex, il-kultura tar-rakkolta tal-bizzilla kienet inbdiet f' ta' Sannat mill-Kappillan Dun Alessandru Cauchi fl-1859, u meta laħaq Dun Indrì kien diġà ilha ssir xi erba' snin. Il-ġabra kienet ssir f'Mejju jew Ġunju meta tkun riesqa l-festa ta' Santa Margerita. Kien joħroġ jiġbor il-Kappillan innifsu u n-nisa kienu

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

69


FESTA 2016

www.thaliastonesartgallery.com

www.minigallery.com/ThaliaStones

Ta’Water Marozz Supplier

Sammy Attard ‘Pace Aparts’ Fl 6, Triq il-Firilla, G]ajnsielem, Gozo Tel: 2156 5830, Mob: 9944 8755

70

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 jagħtuh il-bizzilla li jkunu ħadmu għall-knisja matul dik is-sena. Min jaf kemm kienu jistinkaw ix-xbejbiet biex ikollhom x'jagħtuh! Kull sena Dun Alessandru kien qed idaħħal somma sabiħa. Ħalla miktub li: l-ewwel sena daħħal 113-il skud, 6 tari u 18-il grana mill-bizzilla maħduma gratis mill-poplu ta' Sannat għall-knisja; is-sena ta' wara daħħal 63 skud, 9 tari u 8 grana; u f'Lulju tal-1861 daħħal 82 skud 10 tari u 16 il-grana mill-prezz tal-bizzilla li ħadmu bla ħlas in-nies ta' Sannat. Ma' dan irridu nżidu l-ewwel sett ta' trieħi bil-bizzilla tal-ħarir isfar li ktibt dwarhom fil-ħarġa Parroċċa Santa Margerita Programm tal-Festa 2012, u li għadhom jintramaw fil-festa sal- lum. Imbagħad, il-Kappillan il-ġdid Dun Indrì nhar l-4 ta' Mejju 1864 nefaq skud, 10 tari u 16-il grana biex xtara żewġt islaleb ħa jagħtihom rigal lil żewġ tfajliet talli dawn ħadmu bizzilla għall-artal u ħallsu l-ħarir minn buthom (APS. CO 17, p119). Kien qed jirreferi għat-trieħi bil-bizzilla tal-ħarir isfar u x'aktarx li dawn ħadmu waħda kull wieħed. Dnub li isimhom baqa' ma tniżżilx! Dan kollu juri li f'Ta' Sannat, bħall-bqija ta' Għawdex, il-biċċa l-kbira tat-tfajliet kienu jaħdmu l-bizzilla, filwaqt li x-xebbiet adulti u nisa avanzati kienu mitfugħin fuq l-insiġ. Skont iċ-Ċensiment li kien isir millGvern kull għaxar snin juri li fl-1861 it-total ta' 380 mara kienu mqassmin hekk: 190 jaħdmu l-bizzilla, 14 kienu għażżiela tas-suf jew tat-tajjar u 49 kienu nissieġa. La kienu mniżżla fl-istatistika tal-gvern ifisser li dawn kienu qed jaħdmu bi qliegħ. In-negozju tal-bizzilla f'Għawdex kien qed jieħu r-ruħ, anzi kien beda jieħu post l-insiġ għaliex din is-sengħa li kienet saret popolari fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa kollha, kellha tirrendi qliegħ kbir lill-Għawdxin matul l-aħħar snin tas-seklu dsatax. Fit-tabelli ta' hawn taħt naraw kif innumru ta' dawk li jaħdmu l-bizzilla kien qed jiżdied matul l-ewwel snin tal-Kappillan Vella f'Ta'Sannat.

It-tkabbir tal-knisja u d-dħul mix-xogħol tal-bizzilla Waħda mill-ikbar opri mwettqa minn dan il-Kappillan kienet it-tkabbir tal-knisja li kien ilu jipprepara għalih sa minn meta laħaq fl-1863. Kien qabbad lill-Kanonku Kamil Cassar mir-Rabat, magħruf bħala wieħed millaqwa disinjaturi tal-bizzilla Għawdxija biex jagħmillu disinn għall-prospettiva tal-kor. It-tkabbir proprju talknisja biex jinbnew iż-żewġ kappelluni beda wara l-festa tal-1867 u dam sejjer matul l-1868. Kif intemm għalkollox ix-xogħol, intramaw fihom iż-żewġ artali, jiġifieri l-artal tar-Rużarju u dak tal-Erwieħ. Kienet ħaġa minn ewl id-dinja li kif il-pittur kien imqabbad fuq id-disinn tal-kor, jagħmel ukoll disinn għall-bizzilla tat-trieħi tal-artali l-ġodda. Għalhekk id-disinn tal-bizzilla tal-ħarir isfar tat-trieħi ta' dawn iż-żewġ artali hi maħduma fuq stil differenti mill-bqija. Kamil Cassar aktarx li kien ispirat u joqrob ħafna lejn l-istil tal-Kanonku Salvatore, promotur ewlieni fir-Rabat Għawdex li kien jisħaq li l-bizzilla għandha tkun maħduma fuq disinn, mhux bl-amment, biex tkun eżatta perfetta u tingħoġob. Sa dan iż-żmien Bondì kien diġà miet. Fl-1881, wara qabża ta' 13-il sena, il-Kappillan Vella qatagħha li jkompli jkabbar il-knisja billi jtawwal ilkorsija fejn żdiedu żewġ artali oħra. Id-disinn tal-faċċata l-ġdida tal-knisja ġie afdat f'idejn il-Pittur Clemente Busuttil, li fl-aħħar nofs tas-seklu dsatax allura kien hu l-aqwa disinjatur tal-bizzilla f'Għawdex. Ma setax jonqos għalhekk li għat-tliet artali l-ġodda, jiġifieri dak tal-kor, ta' San Franġisk u ta' San Pawl, tinħadem bizzilla tal-ħarir isfar biex tkompli mas-sett ta' qabel, din id-darba fuq id-disinn ta' Clemente Busuttil. Għalhekk, il-bizzilla ta' dawn l-artali tirrifletti l-istil modern tad-disinn skont ma żviluppah Busuttil. Mal-linji ġeometriċi, issa għandna l-introduzzjoni ta' figuri fis-simboli tal-qaddis li jġib l-isem tal-artal li għalih ġiet

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

71


FESTA 2016 maħduma l-bizzilla, bħalma huma: l-palma u l-kuruna ta' Santa Margerita, l-idejn ta' San Franġisk, is-sejf ta' San Pawl u l-fjuri tal-Madonna. Il-bizzilla tal-knisja Fi żmien il-Kappillan Vella, l-industrija tal-bizzilla f'Għawdex kienet fl-aqwa tagħha. L-ewwel ma kienet tgawdi minn dan kienet il-knisja tal-parroċċa. Kien hemm żewġ tipi ta' bizzilla tal-knisja: dik li l-parroċċani kienu jaħdmu bla ħlas għat-tiżjin fil-knisja bħalma kienu t-trieħi tal-artali u dik kummerċjali maħduma nhar ta' Ħadd biex meta tinbiegħ il-flus tagħha jmorru għall-knisja. Is-sistema kienet li ma kull knisja kien hemm marbut negozjant (aktarx qarib tal-kappillan) li jiġi regolarment jiġbor il-bizzilli maħduma u jħalli ordnijiet ġodda u ħajt biex ix-xebbiet ikollhom x'jaħdmu. Il-biċċa l-kbira n-negozjant ma kienx iħallas lill-kappillan bi flus, minflok kien jibdel il-prezz ma' oġġetti, drapp bħal damask, arġenterija u tiżjin ieħor għall-knisja. Per eżempju fis-26 ta' Diċembru 1878 qata' l-kont ta':

Mill-ewwel tiġi f'moħħna l-mistosija: Kif kienu qed jitgħallmu jaħdmu dawn it-tfajliet? Veru li sa daż-żmien kienu fetħu l-iskejjel tal-gvern fl-irħula, però kien hawn il-mentalità li l-bniet ma kellhomx bżonn skola u aħjar joqogħdu jaħdmu d-dar. Allura kien jieħu f'idejh il-Kappillan, u ħafna drabi fid-dar tiegħu stess, kien jorganizza klassi tal-bizzilla, bil-maestra tagħhom xi xebba li tkun tgħallmet xi mkien ir-Rabat, jew filKonservatorju jew privat għand l-aħwa Marianna u Ġenesia Attard jew aktar tard meta twaqqfu s-sorijiet għand Madre Margherita. Is-suċċess tas-saħħa li kellha l-knisja fuq il-bizzilla deher meta fl-1887 tħabbret li kellha ssir għar-raba' darba Wirja tal-Artiġjanat f'Londra u fost id-disa' kompetituri li daħlu b'kollox minn Malta, kien hemm erba' Għawdxin. Dawn kienu l-erba' Kappillani: Dun Ġwann Andrea Vella ta' Sannat, Dun Giovanni Camilleri tanNadur, Dun Paolo Ciantar tax-Xewkija u Dun Ġużepp Diacono tal-Qala. Milli jidher dawn il-parroċċi kienu għaqda waħda u kienu jikkupjaw minn xulxin is-sistemi li kienu jirnexxu. Kien progress f'waqtu għax tista' tgħid kullimkien kienu qed jibnu jew ikabbru l-knejjes u għal dan kellhom bżonn mhux biss xogħol manwali voluntarju imma wkoll ta' ħafna introjtu. Interessanti li fin-Nadur, meta kienu jibnu n-navi, il-Kappillan qabbad ħafna mħaded bil-bizzilla u x-xogħol kien jorganizzah bixxift: jidħol grupp jaħdem u meta joħroġ jidħol grupp ieħor ikompli fejn ħalla ta' qablu. Hekk kien ikollu l-jum kollu għaddej ix-xogħol fuq l-imħaded kollha. Trid tkun veru Għawdxi biex jgħaddilek minn moħħok tħaddem sistema bħal din li żgur ħalliet ħafna qliegħ! Bejnietna, ma sibtha mkien din, imma mhix ħaġa kbira li hawn f'Ta' Sannat kienu jagħmlu l-istess għax il-Viċi Kurat tan-Nadur Dun Salv Vella, kien ħu Dun Indrì li għamel 40 sena surmast tal-iskola tal-gvern u kien attiv ħafna fil-parroċċa tan-Nadur. Fil-fatt spiċċa hawn Ta' Sannat jgħin lil ħuh u jinsab midfun fil-qabar tal-familja li hemm fil-kappellun tal-Kurċifiss.

Andrea Vella - liebes uffi`jalment b]ala Ar`ipriet Ta’ Sannat

72

L-ewwel Arċipriet ta' Sannat Sadattant kompla x-xogħol fuq il-faċċata. Ġew imtellgħin żewġ kampnari, inbidel l-arloġġ il-qadim tal-knisja, u nħadmet qanpiena kbira għall-kampnar tal-Lvant. Meta temm il-ħlasijiet tal-bini, ilKappillan Vella ħaseb biex ikabbar is-sagristija tan-naħa tal-Lvant u tlestiet qabel il-festa tal-1888, għeluq il-mitejn sena mit-twaqqif tal-parroċċa. Dik is-sena saret festa kbira, iżżanżnet is-sagristija l-ġdida u nfetħet il-pjazza ta' quddiem il-knisja mkabbra kif inhi llum. F'Diċembru 1893 il-parroċċa ta' Sannat ġiet imgħolliha

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 għall-unur arċipretali bil-Kappillan Dun Indrì li kien sar l-iżjed anzjan fost il-kappillani ta' Għawdex bħala lewwel Arċipriet. Kompla d-dħul mill-bizzilla hekk li f'Ġunju 1897 daħħal £10 (l-uniku valuta legali saru l-flus Ingiżi). Fil-15 ta' Lulju 1897 mis-somma ta' £15.4s 101/2d mill-bejgħ tal-bizzilla ħallas ir-rakkmu ta' velu tal-leġiju u ta' velomeral tal-bellus, għamel gwarniċa għat-tron tal-Isqof, u xtara żewġ missali. F'Awwissu daħħal £9 u sena wara mill-bejgħ tal-bizzilla ħallas £4.10s 8d f'gallun tad-deheb fin għal żewġ tuniċelli tal-bellus aħmar. (APS. CO 20, p330) Iktar tard qabdu s-sistema li mal-bizzilla jqassmu l-flieles biex irabbuhom fil-btieħi mat-tiġieġ u meta jinġabru jbigħuhom għall-knisja. Allura kien jirrekordja somma mhux ħażin għal dak iż-żmien mir-rakkolta tal-bizzilla u t-tiġieġ dal profitti di merletti e galline. Minkejja l-piż tal-bini, l-Arċipriet irnexxielu jżid ħafna opri sbieħ fil-knisja u kien jagħmel ħiltu ħalli kull sena għall-festa tiżżanżan xi ħaġa, bħall-orgni tad-Ditta Cavalli. Għal dan kellhom ikabbru l-gallerija bil-pjanta u x-xogħol jitmexxa minn Dun Ġużepp Diacono. Anki dan kien marbut sewwa mal-bizzilla għaliex kien ilfundatur tas-Sorijiet Franġiskani fir-Rabat u wkoll tal-Casa Pia Industriale fix-Xagħra, it-tnejn imwaqqfin apposta għat-tagħlim tal-bizzilla. Pitter ukoll għadd kbir ta' disinni u ħalla dokumentarju fejn semma ssomom ta' flus li l-Għawdxin kienu qed idaħħlu mill-bizzilla. F'Ġunju 1908 ħallsu karozza biex Diacono jiġi jagħmel konsulta fuq il-gallerija. Reġgħu ġabuh f'Marzu ta' wara u f'Lulju 1909 offrewlu 4 tiġiġiet bħala rikonoxxenza għad-direzzjoni u s-sorveljanza tax-xogħol. (APS. CO 20, p332) Il-knisja kien jonqosha ħaġa waħda biss – il-bini tal-koppla. Jekk is-Sannatin kien ilhom jagħtu mill-aħjar li jistgħu, għal dan il-għan stinkaw fuq li stinkaw. Nisa u tfal ilkoll taw sehemhom, sal-Arċipriet li issa kellu 76 sena kien ikun fuq il-bejt. Il-ġebla li għalqet l-anterna tqiegħdet quddiem folla kbira ta' nies nhar is-Sibt 15 ta' Ottubru 1910. L-iktar bniedem ferħan dakinhar kien l-Arċipriet Vella. Fi kliem Bezzina: Il-koppla tista' titqies bħala l-inkurunament ta' ħidmietu fir-raħal u fil-veru sens, il-monument tiegħu. Nhar il-Ħadd 23 ta' Ottubru 1910 l-Isqof Ġwann Marija Camilleri bierek il-knisja u tkanta t-Te Deum b'radd ilħajr lil Alla li kollox intemm b'wiċċ il-ġid. Lejn it-tmiem Billi saħħet l-Arċipriet bdiet tonqsu, l-Isqof Camilleri ħatar lil Dun Salv Portelli minn San Lawrenz bħala Vigarju Kurat biex imexxi minfloku. Għamel ħafna ġid fir-raħal ta' Sannat fejn dam sa Novembru tal-1913 meta laħaq Arċipriet tal-parroċċa tal-Għarb fejn kompla jimxi fuq il-passi tal-Arċipriet Vella f'Ta' Sannat. Warajh laħaq Vigarju Dun Anton Grima mir-Rabat. Dawn il-Vigarji t-tnejn kienu ġejjin minn familja ta' ħames aħwa saċerdoti. L-ewwel Arċipriet ta' Sannat miet it-Tnejn 21 ta' Frar 1916. Il-funeral kien xhieda talimħabba li kellhom lejh in-nies tar-raħal u Għawdex kollu. Wara li tkunu qrajtu dan u fil-festa tinvistaw il-knisja parrokkjali, itfgħu ħarsitkom 'l fuq lejn il-koppla u agħtu daqqa t'għajn lejn il-bizzilla tal-ħarir isfar fuq l-artali, ħalli tiftakru f'kemm ħadmu dawk ta' qabilna biex illum nistgħu ngawdu dawn l-opri sbieħ li ħallewlna. Referenzi: Joseph Bezzina Sannat Fi Ġrajjet Għawdex / Consiglia Azzopardi Teżijiet mhux publikati fuq l-istorja tal-bizzilla / NAG. Ċensimenti / Reġistri tal-Knisja Sannat, Nadur, Għarb / Ħajr lil individwi li għaddewli informazzjoni orali fuq is-suġġett

Ganni s-Singlu G]al kull tip ta xog]ol ta’ Madum, \eba, tik]il u membrane. Scaffolding u crane ta’ fuq il-bjut g]al kiri. ¬empel 79564130, 99564130

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

73


FESTA 2016

74

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016

A Short History of Ta’ Sannat Part Two Dr. Charles A. Gauci KHS MD FRCA FIPP FFPMRCA FSA.Scot Lt. Colonel RAMC (Retd) Vice-President, Saint Margaret's Band Club I ended Part One of this short narrative on the history of our village with the happy event of Ta' Sannat becoming a separate parish in 1688. A few years after this, however, on 11th January 1693 at about 2pm, a terrible earthquake hit Sicily with its epicentre in Noto, a mere 100km away from Gozo. This earthquake was so powerful, that according to contemporary sources, the sea at Xlendi receded by about a kilometre and then returned with violent force – a tsunami. At the same time a large chunk of land at Ta' Ċenċ fell into the sea. The cathedral church in Rabat (Victoria) was badly damaged and had to be levelled and rebuilt; luckily no one was killed. Time as always, kept rolling on and the population of Gozo grew steadily. A census in 1705 revealed that the population of Ta' Sannat (including Munxar & Xlendi) totalled 385 souls out of a total Gozitan population of 6,096; by the year 1800, the population of Ta' Sannat was 850. Life in those days was still quite precarious and as late as 1708, Gozo lived under the sporadic threat of pirate attacks, however these forays gradually became quite rare. A 1723 visitation recorded that the parish church was up and running and that it had been so for a couple of years; it was now endowed with many beautiful statues, paintings and objects d'art several of which are still in existence today. There were three non-ecclesiastical buildings in the village which were of note, viz, 1. Palazzo Ta' Ċenċ; a manor house built during the reign of Grandmaster Perellos (1697-1720); his Coat of Arms are on one of its walls; it was known formally as Palazzo Palina and was used for a long time by the noble Testaferrata family. 2. Torri ta' Ġammajr (in Gruwa) a fortified house, so-called as it apparently belonged to an individual called Gio.Maria (Ġammri). 3. Torri tal-ħofra-a fortified house situated near the parish church Momentous events were now unfolding in Europe and the Maltese islands were soon to be engulfed in the tide of events. On the 9th June 1798, Napoleon Bonaparte and the forces of the French republic invaded Malta. Gozo itself was attacked on 10th. June; the French forces were led by General Reynier (fig. 1) When the French arrived in Gozo they were confronted by 800 soldiers in the local militia, 1200 members of the Dejma (a civil guard) who guarded the coastline and about 300 regular soldiers (30 mounted). The Citadella and Fort Chambray were armed with a number of cannon to guard the shore line. Despite this, the island was soon overwhelmed by the professional French army and surrendered on 11th. June. The Maltese islands formally fell under the control of the French Republic on 12th June 1798. Gozo, unlike Malta, was spared the wholesale plunder of its churches. Fig. 1 General Reynier

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

75


FESTA 2016 Both Malta and Gozo were divided into a number of municipalities by the new French authorities. The island of Gozo had two municipalities viz. Rabat and Xagħra. Ta' Sannat formed part of the municipality of Rabat together with Citadella, Rabat itself, Għarb and Xewkija. The Municipality of Rabat immediately issued directives which concerned Ta' Sannat. The village parish priest was ordered to affix the Coat of Arms of the French Republic to his church's façade (at his expense) and was ordered to purchase French flags (also at his expense) to be flown on his church on the eve of the 14 of July.

Fig. 2 General Emanuele Vitale

The insurrection against the French started in Malta, in Rabat and Mdina on 2nd September 1798, under the leadership of Notary (later General) Emanuele Vitale. (fig. 2) (1)

Gozo followed suite. The Gozitan population, taking the lead from the Maltese, blockaded the Castello and Fort Chambray and on 18th September 1798 set up its own provisional government in a special congress. Canon Saverio Cassar, the archpriest of the Gozo Matrice was elected head of the provisional government and superintendent general of the island of Gozo. (fig. 3) Ta' Sannat's representatives on the provisional government were Angelo Vella and Joseph Muscat. On 28th October 1798 the French Garrison in Gozo (about 217 men) surrendered to the British regular forces, who had come to the assistance of the Maltese insurgents. This day is still commemorated in Gozo as Jum Għawdex (Gozo Day). Gozo, effectively became, for a while, independent from Malta and governed by Canon Saverio Cassar; it was still loyal to Naples with the flag of the Two Sicilies flying from its flagpoles. During the insurrection, a number of Gozitans heeded the national call to arms and joined the Maltese military companies which were being raised by the British.

Fig. 3 General Saverio Cassar

nd

On 2 July 1800, Canon Cassar was asked by Captain Alexander Ball to apprehend a certain Francis Buttigieg from Ta' Sannat who had deserted from one of these Maltese Companies! About 4 Gozitans in total were killed during the insurrection. The French finally capitulated to the allies on 5th September 1800. General Vitale was appointed Governor of Gozo on 21st August 1801, but he died in Rabat (Victoria) less than a year later. The Maltese islands then became part of the British Empire, by virtue of the Treaty of Paris (1815). A Census taken in 1807 revealed that 869 souls lived in the village and this number had increased to 950 souls by 1811. On 3rd May 1813, bubonic plague hit the islands; initially Gozo was not affected but an embargo on trade between Malta and Gozo (in an effort to limit the contagion), produced considerable hardship for the Gozitan population. In February 1814, as the plague was dying down in Malta, it struck in Gozo and it was not brought under control until September of that year. A High Mass of thanksgiving was said in Ta' Sannat on 14th September of that year in memory of the victims. Gozo's economy suffered badly as the embargo on trade between the two islands was not lifted until 1826. This naturally affected general living conditions in Ta' Sannat.

76

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 In 1815, when the Maltese islands formally became part of the British Empire, Malta and Gozo were divided into 6 lieutenancies, of which Gozo was the 6th Lieutenancy. The Lieutenant for Gozo was Baron Pasquale Sceberras Testaferrata, father of Major General Michele Sceberras Testaferrata (2) and of Cardinal Fabrizio Sceberras Testaferra. Another of the Baron's sons was Paolo Sceberras Testaferrata who had been given command of the Maltese Garde Nationale under the French in the rank of Chef de Brigade but who quickly changed sides when the insurrection got under way! (3) The Lieutenant had his deputies and the deputy for Ta' Sannat was Mr. Joseph Muscat, who was also styled Sindku or mayor; this system lasted until 1849. In 1813, work started on the first cemetery in the village; prior to that, burials were actually held inside the church (below the site of the main altar), but as Ta' Sannat was growing in size, this was no longer practical. This small cemetery was sited below the parvis at the (then) front of the small church. In those days the front of the church was on the opposite side of the building to where it is today and the altar faced east. The first burial, in the new cemetery, took place on 9th August 1814. On a lighter note, the horse race is a major event at the Ta' Sannat village festa. The First horse race took place in the festa of Ta' Sannat on 22nd July 1810; the village festa, in honour of St. Margaret, gradually became one of premier feasts of Gozo, renowned both for the religious activities inside the Church as well as for its outdoor celebrations. Cholera hit Gozo in 1837 and the first victim in Ta' Sannat died on 14th July; this was followed by a further 23 cases of whom 10 died. Gozo was declared free of cholera in October of that year. A census held in 1842, showed that the population of Gozo stood 14, 342 of which 899 souls lived in Ta' Sannat (424 men and 475 women); this represented about 6.7% of Gozo's population. These figures displayed a drop when compared to the census of 1811, which showed a village population of 950 souls. Emigration played a part in this population drop; some locals emigrated to Marseille in France and made their fortune there; they returned to Ta' Sannat and one of the village streets is named after them (Triq Marsilja.) The very first general election was held in Malta & Gozo in 1849. Due to the financial qualifications in operation at the time, the parish priest was the only person in Ta' Sannat eligible to vote. In 1832, on the occasion of the feast of St. Margaret, the village parish church was beautifully and impressively decorated in damask for the very first time. Fireworks, another feature of the festa, were first heard at the village celebrations of 1838. That year saw the first recorded presence of a band in Ta' Sannat which entertained the locals during the festa. On this first occasion as well as in the following few years, however, it was a Maltese band which provided the music for the festa. In 1846, a Gozitan band (under the direction of Maestro Diriano Lanzon) played for the first time ever in Ta' Sannat. The first formal procession through the village in honour of Saint Margaret, patron saint of Ta'Sannat took place in 1850. The first statue of St. Margaret, sculpted by Karlu Darmanin (1825-1909) arrived in the village on 7th May 1863 to be carried around the village streets in the festa, much to the delight of the locals. It was carried in procession up until 1890, when it was replaced by the present statue, made by Gallard et Fils of Marseilles. The first procession with the new statue took place on Sunday 26th July 1891. There was a massive lightning strike on the parish church on 20th September 1858, killing a worshipper. A 1901 census showed 1,116 people in Ta' Sannat, with a total Gozitan population of 20,003.

SOCJETĂ€ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

77


FESTA 2016

78

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 A brutal murder was recorded in Ta' Sannat on 9th December 1915; the motive appears to have been robbery, but the killer was never brought to justice. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri settled in Ta' Sannat in 1921. (4) This erudite man made a very large contribution to the village both as an educator (he was the head teacher of the local primary school, 19211932) and as a musician. During his years as head teacher, he produced a number of musical compositions as well as teaching a number of musical instruments to local children. There is a monument to his memory in a small square situated in Cocco Palmieri Street. (fig. 4) (to be concluded) Fig. 4 Mro. Vincenzo Caruana Spiteri

NOTE; I have, once again, relied very heavily on the excellent book (in Maltese) Sannat Fi Ġrajjet Għawdex by Rev. Joseph Bezzina (1989), which is available for purchase at the Parish Office (1) For a detailed biography of General Emanuele Vitale, see my book “…of Maltese Generals and Admirals”, ( Mid Sea Books, 2015) (2) For a detailed biography of Major General Michael Sceberras Testaferrata, a general in the army of the Kingdom of Bavaria, see “…of Maltese Generals and Admirals” (Mid Sea Books, 2015) (3) For details about Chef de Brigade Paolo Sceberras Testaferata Sceberras Testaferrata, see “…of Maltese Generals and Admirals”, (Mid Sea Books, 2015). (4) A detailed biography of Maestro Caruana Spiteri, written by me, can be found on the band club website. An abridged version of this biography was been published in The Gozo Observer, issue no. 32 (Summer 2015) - University of Malta Gozo Campus.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

79


FESTA 2016

Kronaka tas-So`jeta’ Mu\ikali Santa Margerita, Ta’ Sannat Minn {unju 2015 sa Mejju 2016 Il-Ħadd 14 ta' Ġunju 2015 Fl-okkażjoni tal-festa tal-Qalb ta'Ġesù fil-Fontana, il-banda għamlet marċ u programm fuq iz-zuntier. Dan kien it-tieni programm f'dan ir-raħal mill-banda tagħna. Is-serata spiċċat bl-innu marċ tal-Qalb ta' Ġesù. L-Erbgħa 17 ta' Ġunju 2015 Wasal is-CD bil-marċi l-brijużi ġodda. Dawn il-marċi ġew irrekordjati taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Mro George Apap. Is-sett ta' marċi magħżula fihom taħlita ta' diversi surmastrijiet differenti. Il-Ġimgħa 27 ta' Ġunju 2015 Il-banda għamlet marċ fil-festa San Pietru Pawl fin-Nadur.

Il-Ħamis 23 ta' Lulju 2015 Il-marċ hekk imsejjaħ taż-żgħażagħ. Dan jibda mill-Pjazza Santa Margerita, ikompli għal Saguna Plots fejn hemm isib ilqofol tiegħu u jitkompla lejn Triq Marsilja fejn l-istatwa ta' Santa Margerita tittella' fuq pedestall.

Il-Ħadd 5 ta' Lulju 2015 Bħas-snin l-imgħoddija l-banda għamlet il-marċ ta' filgħodu fir-raħal tal-Għarb. Kienet ġurnata tassew sħuna, imma kien marċ mimli briju.

Il-Ġimgħa 24 ta' Lulju 2015 Dimostrazzjoni tal-festa. Il-banda tagħna flimkien mallbanda Mnarja tan-Nadur ħadu sehem fid-dimostrazjoni. Kollox mexa skont in-norma stabbilita.

It-Tlieta 14 ta' Lulju 2015 Wasal il-magażin numru 18. Bħal dawk ta' qablu dan fih numru t'artikli tassew informattivi l-aktar fuq l-andament u listorja Ta' Sannat. Wieħed minnhom huwa dwar Salvu Mercieca li din is-sena għalaq 100 sena. Nifirħulu u nawgurawlu.

Is-Sibt 25 ta' Lulju 2015 Lejlet il-festa. Fid-9.30p.m. beda l-marċ ta' lejlet il-festa. FilPjazza tax-Xelina ingħaqdu ż-żewġ, dik tar-raħal flimkien mal-banda San Ġużepp ta' Għajnsielem u komplew neżlin sal-pjazza ċentrali. Wara li tkanta l-innu Giovannette beda jinħaraq in-nar tal-art.

L-Erbgħa 15 ta' Lulju 2015 Wara li kien ilu għaddej ħafna xogħol fuq l-arblu tal-każin, dan issa reġa' sab postu fuq il-parti ta' quddiem tal-faċċata. Larblu bil-bandiera partikulari tperper miegħu huwa sinjal ta' ħajja li tkun għaddejja fil-każin.

Il-Ħadd 26 ta' Lulju 2015 Jum il-festa. Ir-riħ mill-majjistral qawwa ta' tlieta għal erba' kompla jaħkem, tant li t-tiżjin tad-drapp ma ntramax. Madwar it-7.45p.m. bdiet ħierġa l-purċissjoni. Wara li l-banda tagħna taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Mro George Apap daqqet l-innu kompożizzjoni ta' Ġ. Giardini Vella, l-istess banda akkumpanjat il-purċissjoni. L-element tan-nar din issena kien ukoll wieħed qawwi.

Illum ukoll il-banda tagħna għamlet il-marċ hekk imsejjaħ ta' San Ġorġ taż-Żiemel. Hekk kif il-banda tasal fi Pjazza San Franġisk tingħaqad ukoll il-banda Ċittadina La Stella. Il-Ħamis 6 ta' Lulju 2015 Ħruġ tal-istatwa ta' Santa Margerita. Kif dejjem ġara sa mittwaqqif tal-banda din ħadet sehem fil-ħruġ min-niċċa fejn daqqet marżi reliġjużi. It-Tnejn 20 ta' Lulju 2015 Solennità tal-patruna tagħna Santa Margerita. Illum sar ilpussess tal-arċipriet DUN MICHAEL CURMI. Għalhekk ilbanda tagħna flimkien mal-banda Victory tax-Xagħra laqgħu lill-Arċipriet fit-tarf tar-raħal u wassluh sal-pjazza. Kienet tassew okkażjoni sabiħa u ftit rari. Lill-Arċipriet żagħżugħ Michael Curmi nawgurawlu ħidma fejjieda magħna u fostna.

80

L-Erbgħa 22 ta' Lulju 2015 Sar it-tielet programm mill-banda Santa Margerita fuq ilplancier fil-pjazza. Il-banda kienet taħt it-tmexxija tasSurmast Direttur Mro George Apap. Il-biċċiet mużikali li ntagħżlu kienu jvarjaw ħafna. Matul din is-serata Dr Gauci offra kopja tal-istorja tal-banda tagħna, filwaqt li Rożina Tabone offriet klarinett lill-banda. Grazzi tassew mill-qalb.

Il-Ġimgħa 31 ta' Lulju 2015 Il-banda tagħna għamlet il-marċ tad-dimostrazzjoni fir-raħal tal-Qala. Flimkien mal-banda tagħna kien hemm ukoll dik tar-raħal stess, jiġifieri l-banda Ite ad Joseph. Is-Sibt 22 t'Awwissu 2015 Għall-ewwel darba l-banda tagħna marret iddoqq fir-raħal taż-Żebbuġ. Is-servizz kien jikkonsisti fi programm fuq ilplanċier. Nirringrazzjaw u nawguraw li dan is-servizz ikompli jsir. Il-Ġimgħa 28 t' Awwissu 2015 Wasal il-fuljett numru 72. Fih kien hemm ir-rendikont tal-

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.


FESTA 2016 ispejjeż tal-bandisti barranin li ntużaw fil-festa ta' Santa Margerita mill-banda tagħna. B'kollox is-somma kienet ta' €2736. Minnhom il-parroċċa ħallset €1400. Il-bqija, mela €1336 ħallsithom l-amministrazzjoni tal-banda tagħna. Il-Ħadd 30 t'Awwissu 2015 Is-servizz tal-banda fir-raħal t'Għajnsielem. Dan huwa marċ li jkun segwit minn ħafna nies. Ir-raġuni hija waħda sempliċi ħafna, għaliex il-marċ jispiċċa fil-pjazza tar-raħal preċiż qabel ma tibda ħierġa l-purċissjoni bil-Madonna ta' Loretu. Il-Ħadd 6 ta' Settembru 2015. Sar il-marċ u l-akkumpanjament tal-istatwa fil-festa talMadonna tal-Karmnu fix-Xlendi. Dan is-servizz issa sar wieħed stabbli. B'dan is-servizz il-banda prattikament għalqet staġun ta' impenji fil-festi. Il-Ġimgħa 11 ta' Settembru 2015 Sar barbikju fil-bitħa tal-iskola primarja Ta' Sannat. Kien hemm tassew atmosfera sabiħa u pjaċevoli. In-numru ta' nies kien madwar 80 persuna. L-ikel kien tassew tajjeb u mħawwar sew. Hawn ta' min jirringrazzja lil George Borg għall-għajnuna mill-qalb li nsibu mingħandu. Is-Sibt 17 t' Ottubru 2015 Delegazzjoni mill-kumitat ħadet sehem fil-funeral ta' Joseph Zerafa minn Għajnsielem. Ħadna wkoll l-istendard tal-banda mgħotti bil-krepe. Dan il-bandist li miet ta' età żagħżugħa f'diżgrazzja kien jiġi b'mod regolari jdoqq mal-banda tagħna. R.I.P. Il-Ħamis 19 ta' Novembru 2015 Ħarġet l-aħbar li Noel Curmi klarinettista prim iggradwa millUniversità ta' Malta b'baċellerat bl-unuri. Huwa kiseb wkoll diploma A.L.C.M.; L.L.C.M. in clarinet peformance. Lil Noel nifirħulu u nawgurawlu. Is-Sibt 28 ta' Novembru 2015. Fil-bażilka tan-Nadur saret it-tifkira tal-festa ta' Santa Ċeċilja. Il-konċelebrazzjoni flimkien ma' erba' diretturi spiritwali oħra tal-baned, tmexxiet mill-Arċipriet Jimmy Xerri. Kien hemm rappreżentanza mill-kumitat tal-banda tagħna flimkien ma' erba' kumitati oħra minn Għawdex. It-Tnejn 7 ta' Diċembru 2015 Sar il-marċ ta' lejlet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni firRabat Għawdex. Fi Pjazza San Franġisk ingħaqdet malbanda tagħna l-banda La Stella. It-temp ippermetta bil-kbir għax kienet qisha serata tas-sajf. Il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru 2015 Fil-knisja Ta' Sannat sar Progamm Mużikali tal-Milied. Kien tassew suċċess fejn kien hemm parteċipazzjoni numeruża ħafna. Għall-ewwel darba ħa sehem il-kor tat-tfal talparroċċa Fjur tal-Martri. Indaqqu wkoll għall-ewwel darba biċċtejn mużika miktubin minn Vinċenso Caruana Spiteri. Dawn huma Alma Redemtproris u r-responsorju tal-Milied numru tmienja Verbum Caro.

Il-Ġimgħa 18 ta' Diċembru 2015. Saret l-ikla tal-Milied fil-Lukanda Calypso f'Marsalforn. Lattendenza kienet waħda sabiħa ħafna u l-kummenti dwar likel kienu pożittivi. Il-Ħadd 20 ta' Diċembru 2015 Serata ta' rikonoxximent. Għas-seba' sena konsekuttiva fissala tal-każin tal-banda saret din is-serata. Hawn joħroġ filberaħ kemm l-aljevi dejjem jekk ikunu iridu, għandhom talenti tassew moħbija. Dis-sena wkoll ingħata d-Dr Charles Gauci Award. Il-premju bandist tas-sena mess li Chrismar Xuereb. Il-Ġimgħa 25 ta' Diċembru 2015. Għal darb'oħra reġ' sar il-Christmas caroling mat-toroq. Din is-sena il-banda marret iddoqq fiż-żona ta' Cocco Palmeri u Xamgħan. It-temp sħun kompla għen ħafna għal din lokkażjoni. Is-Sibt 26 ta' Diċembru 2015 Il-purċissjoni bil-Bambin tal-Milied organizzata mill-membri tal-MUSEUM. Hawn ukoll bħas-snin l-imgħoddija l-banda tagħna akkumpanjat din id-dimostrazzjoni qaddisa. F'din ilpurċissjoni ħarġu jdoqqu tliet bandisti ġodda. L-Erbgħa 27 ta' Jannar 2016-05-06 Dr Charles Gauci, Viċi President tal-banda ppreżenta lill-E.T. il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca ktieb dwar il-Ġenerali u l-Admirali ta' Malta. Is-Sibt 30 ta' Jannar 2016. Saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali. Il-proċedura tal-laqgħa imxiet bħas-soltu. Inqraw ir-rapporti tas-segretarju u tatteżorier. Din il-laqgħa spiċċat b'bibita għal dawk preżenti. Il-Ġimgħa 4 ta' Marzu 2016 Il-banda għamlet marċ t'awgurju fl-okkażjoni ta' għeluq il-mitt sena ta' Salvu Mercieca. Il-marċ beda minn quddiem irresidenza tiegħu minn Triq V. Caruana Spiteri u wasal sa quddiem iz-zuntier tal-knisja. Kemm il-familjari ta' Salvu kif ukoll in-nies apprezzaw ħafna dan il-ġest ġej mill-kumitat u mill-bandisti. Lil Salvu nawgurawlu, Ad Multos Annos! Il-Ġimgħa 29 t' April 2016 Il-Kunsill Lokali fakkar Jum Ta' Sannat. Is-serata saret fissala tal-iskola primarja. Il-banda tagħna tellgħet programm sabiħ ħafna b'mużika pop. Is-Sibt 30 t' April 2016 Fis-sala tal-banda San Ġużepp t'Għajnsielem saret tifkira f'għeluq il-ħmistax-il sena li ilu jixxandar il-programm Marċi u Bandalori. Għal din is-serata l-kumitat tagħna kien preżenti. Kien hemm ukoll l-istendard tal-banda tagħna flimkien ma' numru ta' stendardi oħra.

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.

81


FESTA 2016 PROGRAMM TAL-FESTA TA' SANTA MARGERITA V. u M. LULJU 2016 L-ERBGĦA, 13 ta' Lulju Fis-7.30pm Velja ta' talb. IL-ĦAMIS, 14 ta' Lulju, bidu tan-Novena. JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ Fis-6.30pm Rużarju, Kurunella lil Santa Margerita V.M. Fis-7.00pm Quddiesa tan-Novena. Fit-7.45pm Ħruġ tal-Istatwa ta' Santa Margerita min-Niċċa tagħha, akkumpanjata mill-Banda Santa Margerita Ta' Sannat. IT-TNEJN, 18 ta' Lulju Fis-7.00pm Quddiesa tan-Novena Fid-8.30pm Ikla tal-festa fil-Pjazza. IT-TLIETA, 19 ta' Lulju. Fis-6.00pm Quddiesa tan-Novena Fis-8.00pm kunċert vokali u strumentali fl-okkazjoni tal-120 sena mit-twelid tas-Surmast Vincenzo Caruana Spiteri. Tieħu sehem lorkestra taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Debrincat, bis-sehem tas-solisti u l-Kor Ulied Margerita. L-ERBGĦA, 20 ta' Lulju, l-Ewwel Jum tat-Tridu. Sollennita' Liturġika ta' Santa Margerita V.M. Fis-6.30pm Għasar u Kurunella lil Santa Margerita. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet, bis-sehem tal-orkestra. Il-priedka tat' tridu issir min Dun Richard N. Farrugia. Wara, kant tal-Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Fit-8.30pm Tberik tal-Kappella ta' l-Ewkaristija. Fid-9.30pm Programm mużikali annwali mill-Banda Santa Margerita fuq il-planċier fil-Pjazza tal-Knisja. IL-ĦAMIS, 21 ta' Lulju, it-Tieni Jum tat-Tridu. Fis-6.30pm Għasar u Kurunella lil Santa Margerita. Fis-7.00pm Quddiesa tat-Tridu, mill-vigarju [enerali Mons. Tar`isju Camilleri. Kant tal-Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Fid-9.30pm Marċ mill-Banda Santa Margerita ta' Sannat li jibda mill-Pjazza tax-Xelina, lejn il-Plots ta' Saguna u mbagħad ikompli lejn Triq Xabbata u Triq Marsilja fejn isir it-tlugħ tal-istatwa ta' Santa Margerita fuq il-pedestall f'din l-istess triq. Wara jkun hemm logħob tan-nar ta' l-art, feature u spettaklu ta dwal. IL-ĠIMGĦA, 22 ta' Lulju, it-Tielet Jum tat-Tridu. JUM IL-MORDA U L-ANZJANI Fil-5.00pm Quddiesa bis-sehem tal-morda. Fis-6.30pm Għasar u Kurunella lil Santa Margerita. Fis-7.00pm Quddiesa tat-Tridu, minn Mons. Lawrenz Sciberras, kant, antifona, barka sagramentali. Fid-9.30pm Dimostrazzjoni bl-istatwa ta' Santa Margerita li tgħaddi mit-toroq Main, Xabbata, Marsilja, Ċenċ u Pjazza Santa Margerita, fejn isir it-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestall. Jieħdu sehem il-baned Santa Margerita ta' Sannat, u l-Banda 'Mnarja' tanNadur. IS-SIBT, 23 ta' Lulju. LEJLET IL-FESTA Fl-10.30am Quddiesa li fiha ssir il-preżentazzjoni tat-tfal u tat-trabi lil Santa Margerita. Fl-aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum. Fis-6.30pm Translazzjoni Solenni bir-relikwija ta' Santa Margerita V.M. mill-Kappella ta' l-Ewkaristija. Isir il-kant tal-Għasar, Antifona u Barka Sagramentali. Imexxi l-Vigarju Ġenerali, il-Kan. Dun Tarcisio Camilleri. Fit-7.45pm Quddiesa. Fid-9.30pm Marċ mill-Banda Santa Margerita Ta' Sannat li jgħaddi mit-toroq Ċenċ, Marsilja, Xabbata, Dun Xand Aquilina u Pjazza Santa Margerita. Fid-9.30pm Marċ mill-Banda san Ġuzepp ta' Għajnsielem li jgħaddi mit-toroq Main, Dun Xand Aquilina, u Pjazza Santa Margerita. F'11.45pm Il-Banda Santa Margerita ddoqq l-Innu l-Kbir bis-sehem tas-Sopran Georgina Gauci u l-kor 'Ulied Margerita'. Wara jsir il-logħob tan-nar tal-art. IL-ĦADD, 24 ta' Lulju. JUM IL-FESTA Quddies: 5.30am, 6.15am, 7.00am., 8.00am. Fid-9.00am Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex, Tiġi esegwita 'Missa in honorem Sanctae Margaritae' tal-Mro Charles Camilleri, taħt it-tmexxija tas-Surmast Joseph Debrincat. Il-Paniġierku isir minn Mons Joseph Sultana, Arċipriet ta' l-Għarb. Fil-11.00am Quddiesa. Fis-2.00pm Tiġrija tal-bhejjem. Fis-5.45pm Quddiesa mill-E.T. Mons. Ar`isqof Pawlu Cremona. Fis-6.30pm Għasar Solenni bil-mużika u kant tal-Antifona. Fis-7.00pm Il-Banda Ċittadina 'La Stella', tal-Belt Victoria tagħmel marċ li jgħaddi mit-toroq 28 t'April, Falkun, Xaman, Vincenzo Caruana Spiteri, Cocco Palmeri u jasal fi Pjazza Santa Margerita. Fit-7.45pm Tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa ta' Santa Margerita mmexxija mill-Arċipriet Don Giuseppe Cicala Arċipriet talParroċċa ta' Santa Margerita ġewwa Pozzillo fi' Sqallija. Il-Banda Santa Margerita ddoqq l-Innu tal-qaddisa, Versi ta' A. Farrugia u mużika tal-Mro Giuseppe Giardini Vella, bis-sehem tal-Kor 'Ulied Margerita' u s-Sopran Georgina Gauci. Takkompanja l-purċissjoni lBanda Santa Margerita Ta' Sannat. Il-Banda Ċittadina La Stella waqt il-purċissjoni ddoqq programm fi Pjazza Santa Margerita. Fid-9.30pm Il-Banda 'Ite Ad Joseph' tal-Qala tagħmel Programm fi Pjazza Santa Margerita. Fl-10.00pm Dħul tal-istatwa fil-knisja filwaqt li titkanta l-Antifona. Wara ssir l-Barka Sagramentali. Fl-10.30pm Il-Banda 'Ite Ad Joseph' tagħlaq il-festi b'marċ brijuż.

66 82

SOCJETÀ MUZIKALI SANTA MARGERITA V.M.




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.