Pjanti rari
fil-Gżejjer Maltin
Robbja tax-Xagħri
Fjurdulis tal-Bosk
Kitba ta’
ARNOLD U JEFFREY SCIBERRAS
Meta naħsbu fuq il-Gżejjer Maltin minn aspett ambjentali, l-ewwel stampa li tiġi f’moħħna hija ħafna nħawi mibnijin. Il-bini kullimkien jirrifletti nuqqas t’ambjent naturali, u li joħloq pressjoni fuq l-ambjent naturali ta’ pajjiżna. Minkejja dan l-iżvilupp antropoġeniku, xorta waħda nsibu ekosistemi sinjuri, u komunitajiet ta’ pjanti slavaġ tipiċi Mediterranji b’saħħithom, xi wħud huma endemiċi għall-arċipelagu tagħna. Fost dawn l-ekosistemi importanti, permezz ta’ topografija varjata tal-gżejjer, insibu rkejjen ċkejknin fejn pjanti rarissmi
Ilsien il-Fart tax-Xtut
sabu l-qasam ekoloġiku tagħhom u ppersistew, minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi li jaffaċċjaw, bħallintroduzzjoni ta’ speċi invażivi li jistgħu jieħdu posthom. Pjanti rarissimi, bħal kull speċi oħra jistgħu jkunu endemiċi, indiġeni u saħansitra introdotti wkoll. L-ambjent tipiku ta’ pjanti rari huwa dak li għandu l-inqas disturbanza, għalkemm xi wħud minnhom jistgħu jkunu opportunisti jekk it-tibdil fl-ambjent ikun favurihom. Il-widien, il-boskijiet, issisien u l-irdumijiet huma l-iktar ambjenti ideali għal dawn l-ispeċi. Però xi wħud ħadu l-opportunità li jkattru f’postijiet urbani u rurali li ġew abbandunati, partikolarment il-fortifikazzjonijiet, il-ħitan tas-sejjieħ, il-mogħdijiet u l-giren. Ċerti ambjenti huma wkoll rari f’pajjiżna, bħall-għadajjar salmastri u
tal-ilma ħelu, u l-għaram tarramel, allura l-ispeċi tipiċi ta’ dawn l-ambjenti huma awtomatikament rari wkoll. Pjanti rari jvarjaw fid-daqs, fl-għamla, u msieħba f’diversi familji ta’ pjanti. Xi wħud huma magħrufin sew, oħrajn pjuttost misterjużi. Dawk li nikkunsidraw magħrufin, huwa minħabba ċertu għajdut folkloristiku jew b’xi forma ta’ popolarità. Madanakollu, dawk li huma bla fama, jista’ jkun minħabba l-fatt li nqerdu għal żmien, intesew, imma reġgħu tfaċċaw. Eżempju magħruf ta’ pjanta rari u lokalizzata huwa l-Għerq Sinjur (Cynomorium coccineum), li f’pajjiżna tinstab biss fuq il-Ġebla tal-Ġeneral. B’forma ta’ faqqiegħ stramb, din hija proprjament pjanta parasitika li tgħix biss fuq arbuxelli kostali, xi wħud huma komuni bħax-Xorbett (Limbardia crithmoides). Dan il-fatt huwa