L-MCAST tikkollabora mal-Low Impact Fishers of Europe

Page 1

20

Nisġet artna

L-MCAST tikkollabora

mal-Low Impact Fishers of Europe (LIFE)

fi studju dwar l-Interazzjonijiet bejn iċ-Ċetaċji u s-Sajd MALCOLM BORG U DR ALICIA SAID D.Director u part-time lekċerer fiċ-Ċentru tal-Agrikoltura, Akkwatika u Xjenzi tal-Annimali tal-MCAST

Għajxien prosperu mis-sajd jeħtieġ aċċess sigur għal sajd produttiv u għar-riżorsi. L-għajxien tas-sajjieda mill-baħar qed ikun dejjem aktar diffiċli, speċjalment fil-Mediterran. Is-sajjieda fuq skala żgħira dejjem qegħdin jaffaċċjaw aktar problemi bħal sajd żejjed, tibdil fil-klima, tniġġis u invażjoni ta’ speċi eżotiċi. Riċentement qed ikollhom jikkompetu ma’ mammiferi u għasafar tal-baħar predatorji.

Din l-inizjattiva bdiet f’Awwissu 2019 u qed tiġi implimentata fi tliet żoni tal-Mediterran fosthom f’Andalusija, Spanja, fi Sqallija, fl-Italja, u f’Malta, fejn qed jiġu ddokumentati l-interazzjonijiet bejn is-sajd fuq skala żgħira u ċetaċji

Tista’ tgħid li l-interazzjonijiet bejn l-għasafar, iċ-ċetaċji (dniefel, baleni) u s-sajjieda dejjem kienu eżistenti, però llum il-ġurnata dawn l-interazzjonijiet huma l-kawża ta’ telf ekonomiku kritiku għassajjieda. Dan it-telf jinkludi ħsara kkawżata fuq ix-xbieki tagħhom, ħsara kkawżata lill-qabda tagħhom u periklu potenzjali għall-ħajja. F’kollaborazzjoni bejn l-MCAST u l-LIFE (għaqda Ewropea li taħdem sabiex tagħti vuċi lil sajjieda ta’ skala żgħira u li jużaw metodi ta’ sajd b’impatt baxx) qed jiġi implimentat stħarriġ sabiex nifhmu aktar il-problemi tassajjieda. Fl-istudju se jiġu rreġistrati l-frekwenza talinċidenzi ta’ tħabbil ta’ ċetaċji - qabdiet inċidentali fl-irkaptu tas-sajd - għax dan jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja ta’ dawn l-annimali u jikkawża tbatija. Dan jikkawża wkoll ħsara fit-tagħmir tas-sajjieda u kif ukoll fil-qabdiet tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.