14
Nisġet artna
Il-Lampuka Coryphaena hippurus Dan l-artiklu nkiteb minn
HAZEL FARRUGIA, NAIM GRIXTI U LUCA PISANI Uffiċjali Xjentifiċi fi ħdan id-Dipartment tas-Sajd u Akkwakultura
Il-lampuka, ħuta ferm popolari mal-Maltin, issibha f’ibħra tropikali u subtropikali madwar id-dinja, fosthom fl-Oċean Paċifiku, fl-Atlantiku, flIndjan, u kif ukoll fil-Baħar Mediterran. Il-lampuka tgħix fil-faxxa ta’ fuq tal-baħar, viċin il-wiċċ tal-ilma, magħrufa bħala ż-żona pelaġika. Il-lampuka hija meqjusa bħala ħuta migratorja li tpassi mal-kurrenti ta’ temperaturi sħan, simili għall-ħut pelaġiku ieħor. Sabiex il-lampuka tkun tista’ tpassi, żviluppat denb magħruf bħala fork tail u ġisem kemxejn dejjaq u relattivament twil sabiex tkun aktar idrodinamika u għalhekk tkun tista’ tgħum b’aktar aġilità. Fil-Ibħra ta’ madwar ilGżejjer Maltin, il-lampuka tkun preżenti minn Mejju sa Diċembru, meta l-maltempati tax-xitwa jkunu kkalmaw jew naqqsu u t-temperaturi ta’ wiċċ il-baħar ikunu bdew jogħlew. L-ewwel individwi ta’ din l-ispeċi li jidhru flibħra tagħna jkunu adulti maturi li jkollhom il-kapaċità li jirriproduċu. Dawn tipikament ikunu ta’ ’l fuq minn kilo fil-piż; il-ġenb tallampuka jkun ta’ lewn dehbi jlellex, filwaqt li d-dahar ikun ta’ lewn blu u aħdar vibranti. Għalkemm l-irġiel u n-nisa maturi spiss ikunu simili fid-daqs u fil-kulur, dawn jistgħu jiġu distinti mill-forma tar-ras; irraġel jiżviluppa forma ta’ gundalla fuq rasu magħrufa bħala bull head, filwaqt li r-ras tal-mara tkun iktar għat-tond u iżgħar minn dik tar-raġel [Gatt, M., Dimech, M., & Schembri, P. J. (2015)].
L-iskema tal-kannizzati, qabel u wara l-1960 (adattat minn Farrugia Randon, 2004)