Annessa hawn taħt il-Kunsill Lokali Pembroke qed jippublika kopja tal-ittra li fil-jiem li għaddew intbgħatet lill-awtoritajiet konċernata wara l'ilmenti li kien hemm minħabba skart li hemm suspett li qed jiġi iġġenerat mill-fish farms.
Filwaqt li l-Kunsill jinnota li l-Awtoritajiet ħadu nota tal-ilment tal-Kunsill, il-Kunsill qed jinsisti li l-avveniment m'għandux jintesa jew jirrepeti ruħu.