Il-Kunsill Lokali Pembroke, hekk kif rapportat f’diversi mezzi tax-xandir, tlaqqa` nhar l-4 ta’ Ġunju tas-sena 2020 sabiex mill-ġdid jiddiskuti l-applikazzjoni PA 3807/17 għall-iżvilupp ta’ proġett bl-isem City Center mill-iżviluppatur DB Group fis-sit tal-ITS ġewwa Pembroke.
Fi tmiem laqgħa li damet madwar tlett sigħat, is-Sindku Dr Dean Hili ressaq mozzjoni li testwalment hija imniżżla fid-dokument anness bħala stqarrija għall-istampa.