Dawn huma l-kummenti tal-KSU dwar il-Baġit 2015. Il-prijorità tal-KSU hija l-edukazzjoni, b’mod speċjali f’dak li jirrigwarda ’l-Universita’ ta’ Malta u ’l-Junior College. Huwa fid-dmir tagħna li nagħrblu u nitfgħu taħt il-lenti l-miżuri proposti. L-iskrutinju dovut huwa wieħed li jħares l-akbar interess ta’ kull student. Il-KSU jikkommetti ruħu biex ikun il-vuċi tal-istudenti - vuċi sensittiva għar-realtajiet ta’ żmienna, u għalhekk, vuċi b’saħħitha.