18 minute read
Tkompli f’paġna
Wara li ma ta ebda rispons għall-White Paper għall-konsultazzjoni pubblika f’Awwissu, 1 Grech kien qal li l-Gvern għandu jara kif il-kannabis tista’ tinxtara b’mod legali
Advertisement
Fil-festi tal-Indipendenza, Grech qal li ma kinitx ippubblikata White Paper dwar ir-riforma. Żball fattwali li kien ġablu kritika ta’ bosta minħabba l-mod kif deher amateur u mhux infurmat. 2
Issa Grech u l-PN ħarġu kontra qatta bla ħabel. Fi kliem ieħor għamlu “farsa” minn kwistjoni ta’ importanza nazzjonali. Wara l-White Paper il-Gvern imbagħad għamel pubbliċi d-dettalji tal-abbozz legali u Grech qal li l-Gvern ikkopja lilu.
3
SPIĊĊA JMIERI LILU NNIFSU
Tkompli minn paġna 1 Dan ma kienx biżżejjed għallGrupp Parlamentari Nazzjonalista biex jaqbel li jappoġġja r-riforma fil-liġijiet tal-kannabis maħsuba primarjament biex persuni ma jibqgħux imorru l-ħabs u jċappsu l-kondotta minħabba l-użu personali tal-kannabis. Lanqas l-attakk minn imkien fuq dawk favur l-abort ma kien biżżejjed bħala kompromess.
Saħansitra sorsi fil-PN qalulna kien hemm min uża d-diskussjoni fil-Grupp biex juri lil Bernard Grech li fil-Partit għadha tmexxi l-fazzjoni li poġġietu hemm u li finalment dak li jgħidu jgħodd.
Imbagħad kien hemm dawk, bħall-Eks Kap Adrian Delia u s-sostenituri tiegħu, li raw din bħala opportunità biex bl-użu talkawża jagħtu daqqa lura lil Grech għall-mod kif immina l-pożizzjoni tagħhom biex sar Kap hu.
Però dan wassal għal pożizzjoni ħarxa kontra r-riforma proposta mill-Gvern, bis-sit Lovin Malta jiddeskrivi l-mod kif mexa l-Kap tal-PN bħala “farsa.”
Ir-Releaf, lobby group li wkoll kellu numru ta’ laqgħat mal-PN, qal: “Jista’ l-Kap tal-Oppożizzjoni jispjega għaliex għandu x-xewqa li jibqa’ jibgħat persuni innoċenti u mhux vjolenti l-ħabs, filwaqt li jiffaċilita s-suq illegali.”
Sa Awwissu li għadda Grech kien qed jgħid li kien meħtieġ li s-suq illegali ma jkunx iffaċilitat u għalhekk jinħolqu sistemi u strutturi li jegħlbu dan. Issa kien kostrett idawwar kollox. Dan jispjega wkoll għaliex il-PN fl-aħħar ġimgħat beda jevita li jibgħat kelliema fi programmi televiżivi u radjufoniċi jiddiskutu s-suġġett u l-Kap innifsu kien skomdu ħafna jitkellem dwar dan. Hu kien ukoll ostili u konfrontattiv lejn il-ġurnalisti li staqsewh id-domandi u kull darba beda jgħid li l-pożizzjoni issa jgħidha fil-Parlament.
Għalkemm imbagħad qalha fi stqarrija tal-Partit tard il-Ġimgħa filgħaxija.
Dan hu suġġett li dwaru għamel anke numru ta’ żbalji fattwali, inkluż dak li mar fuq il-Fosos jgħid li l-Gvern ma ppubblikax White Paper għad-diskussjoni meta din ġiet proposta ferm qabel u għaliha daħlu mijiet ta’ sottomissjonijiet.
B’mod immedjat wara li ħarġet din il-pożizzjoni, li ma sabitx ruħha fil-faċċata ta’ In-Nazzjon, il-Partit Laburista ħareġ stqarrija u qal: “L-istqarrija tal-PN illejla hi sintomatika ta’ partit b’kap fi kriżi mingħajr ebda sens ta’ tmexxija. Xahar ilu Grech qal li l-Gvern ippreżenta abbozz ta’ liġi ġdid ibbażat fuq dak li qal hu iktar qabel. F’kelma waħda qal li l-Gvern ikkupjah. Issa llum ħareġ stqarrija biex jipprova jqatta’ din il-liġi biċċiet. Iddibattitu dwar il-liġi tal-kannabis issa jsir fil-Parlament u l-bżonn ta’ din ir-riforma jkompli jkun spjegat fid-dettall. Li hu żgur li kellna konferma oħra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li bħal qasba tixxejjer mar-riħ, m’għandu ebda sens ta’ direzzjoni u tmexxija.” Il-bidla, li l-Gvern qed iressaq fil-Parlament, hija maħsuba biex tnaqqas l-istigma soċjali u t-tbatija li ħafna persuni li jużaw il-kannabis għaddew minnha meta ġew sottomessi għal proċeduri ta’ arrest u proċessi ġudizzjarji fuq pussess ta’ ammonti żgħar. Flistess ħin huwa abbozz responsabbli li jipprovdi wkoll għat-teħid ta’ prekawzjonijiet biex jiġu protetti l-minuri, is-saħħa pubblika u l-ordni pubblika.
20% AKTAR BEJGĦ TAL-PROPRJETÀ F’OTTUBRU
Fix-xahar ta’ Ottubru ġew iffirmati 1,134 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali, għal valur ta’ €239 miljun. Dan hu l-11-il xahar konsekuttiv li fih żdied il-valur tal-proprjetà mibjugħa, wara li f’Settembru li għadda l-valur tagħhom kien 19% ogħla mill-istess xahar sena ilu.
Ta’ min ifakkar li qabel tħabbret il-miżura tat-tnaqqis fil-boll, l-ammont ta’ kuntratti ffirmati kien waqa’ għal 552 biss, jew valur ta’ ftit aktar minn €100 miljun. Li jfisser li x-xahar li għadda nxtraw kważi darbtejn u nofs il-valur li kien inxtara qabel ittieħdet din il-miżura fejjieda.
Bħal-lum ġimgħa ħabbarna li l-miżura tal-First Time Buyers, li biha Gvern Laburista ffranka mal-€84 miljun liċ-ċittadini li riedu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom fl-aħħar tmien snin, għenet ukoll biex iżżomm issuq tal-proprjetà għaddej b’saħħtu. Mas-27,000 persuna, fil-maġġoranza koppji żgħażagħ, gawdew minn dan il-benefiċċju.
Minbarra hekk, individwi li jiddeċiedu li jbiegħu r-residenza tagħhom biex jixtru oħra jikkwalifikaw għallbenefiċċju ta’ tnaqqis fil-ħlas tal-boll ukoll bħala parti mill-iskema tas-Second Time Buyers li tintitolahom għal rifużjoni massima ta’ €3,000 u €5,000 f’każ ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali.
Bl-inċentivi abbundanti mħabbrin fil-Baġit 2022, li joffri rifużjonijiet t’eluf t’ewro għax-xiri u l-iżvilupp ta’ bini abbandunat, proprjetajiet f’żoni ta’ konservazzjoni urbana u dawk b’arkitettura tradizzjonali, is-suq tal-proprjetà mistenni jkompli jiffjorixxi.
Sadanittant fl-ewwel għaxar xhur tal-2021 ġew iffirmati 11,604 kuntratti ta’ bejgħ kontra ftit aktar minn 8,900 sena ilu. L-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ b’hekk laħaq l-ammont rekord li kien osservat fl-2019 qabel bdiet il-pandemija.
Ir-riżultat għal Ottubru 2021 ifisser ukoll li fl-ewwel għaxar xhur tas-sena nxtrat proprjetà residenzjali għall-valur ta’ kważi €2.5 biljun. B’kollox dan hu €0.3 biljun aktar mill-ammont li kien mixtri fl-istess numru ta’ xhur fl-2019, jiġifieri qabel il-pandemija.
Il-prospetti għas-suq tal-proprjetà jidhru pożittivi mmens, meta wieħed jikkunsidra li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena saru 12,128 konvenju.
Dan hu ftit aktar mid-9,070 konvenju li saru fl-istess xhur tal-2020 u l-10,100 fl-istess xhur tas-sena ta’ qabel il-pandemija, li jfisser li għal kull erba’ konvenji li kienu jsiru qabel il-pandemija, din is-sena saru ħamsa.
Billi wara li jsir konvenju, jgħaddu ftit xhur qabel jiġi ffirmat l-kuntratt tal-bejgħ, dan ifisser li fix-xhur li ġejjin mistennija żieda oħra fl-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ.
Dan mistenni jkompli jżid id-dħul tal-Gvern minn dan is-sors importanti ta’ taxxa, filwaqt li hu antiċipat li jwassal għal bejgħ sostanzjali ta’ għamara, appliances u furnishings.
Bl-istess mod mistenni xogħol tajjeb għad-diversi self-employed li jaħdmu fil-qasam tat-tlestija ta’ proprjetà, bħal bajjada, electricians u kaħħala, fost ħafna oħrajn.
L-INDUSTRIJA BLOCKCHAIN B’ŻIDIET KBAR
L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, tinsab fi stadju biex tirreġistra 13-il aġent tal-VFA, u tawtorizza 15-il fornitur tas-servizz Virtual Financial Asset (VFA), fost żidiet kbar irreġistrati fl-industrija emerġenti. Dan jikkuntrasta ma’ dak iddikjarat ftit tal-jiem ilu mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li ddeskriva l-ħidma tal-Gvern fis-settur bħala “flop”.
Bħala parti mill-ħidma tal-Gvern li jġib lejn Malta aktar kumpaniji f’dan is-settur, li joffri impjiegi ta’ kwalità, l-MFSA għadha kemm fakkret it-tielet sena mit-tnedija tal-qafas regolatorju kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
F’dan il-perjodu l-Awtorità wkoll irreġistrat 23 aġent tal-VFA, nediet żewġ White Papers u awtorizzat 15-il fornitur tas-servizz VFA. Dawn il-kisbiet setgħu jintlaħqu biss għax kienu segwiti l-ogħla standards fl-industrija u ngħatat attenzjoni fuq il-kwalità minflok il-kwantità – żewġ elementi kruċjali biex jiggarantixxu tkabbir sostenibbli tas-settur.
Fl-2019 il-Gvern kien nieda l-istrateġija tiegħu fis-settur tad-distributed ledger technology u din il-ġimgħa tnedew tliet proġetti ġodda li jagħmlu użu mit-teknoloġija blockchain. Altru milli flop!
Il-proġetti se jinvolvu lid-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija, il-Ministeru għal Għawdex, il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) u l-Awtorità tal-Ippjanar.
L-MFSA qed tiffoka fuq tliet elementi fundamentali fil-ħidma tagħha għall-ġejjieni – ir-regolamentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kapaċità – bil-għan li ssegwi prattiċi globali u saħansitra tistabbilixxi lil Malta bħala hub internazzjonali tal-FinTech, b’appoġġ lill-innovazzjoni finanzjarja mibnija mitteknoloġija fuq standards globali.
SISTEMA TURI TFAL RIKBUX JEW NIŻLUX MIT-TRASPORT TAL-ISKOLA MILL-ERBGĦA
Minn tagħrif li għandha din il-gazzetta, il-ġenituri kollha se jkollhom rashom mistrieħa dwar fejn waslu wliedhom qabel jew wara l-ħin tal-iskola, hekk kif minn nhar l-Erbgħa li ġej se tibda tiddaħħal is-sistema tal-Parent Notification App li tindika meta dawn ikunu rikbu jew niżlu minn fuq it-trasport ipprovdut.
Is-sistema se titqassam fost il-kulleġġi kollha nazzjonali, skont skeda mfassla mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, sas-17 ta’ Diċembru li ġej u allura qabel l-istudenti joħorġu bil-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Apparat elettroniku żgħir imwaħħal mal-baskett tal-iskola tal-istudent/a se jkun qed jibgħat sinjal lil apparat ieħor fuq il-mezz ta’ trasport tal-iskejjel. B’hekk ikun magħruf meta l-istudent ikun tela’ jew niżel minn fuq il-mezz tat-trasport. Fl-istess waqt il-ġenituri jirċievu notifikazzjoni permezz ta’ app oħra fuq il-mobile tagħhom.
Din hi notifikazzjoni li t-tifel jew tifla jkunu telgħu fuq il-mezz ta’ trasport jew inkella niżlu minn fuqu. Is-sistema, magħrufa wkoll bħala FOB, mhix sistema li tintraċċa lill-individwi u ma tinkludi l-ebda tip ta’ GPS. L-App fuq il-mobile titniżżel mill-ġenituri u ma hemm ebda ħlas għaliha.
Din is-sistema ddaħħlet bħala parti minn proġett pilota għall-ewwel darba f’Għawdex fl-2019 u wara saret it-tieni prova fil-Kulleġġ Santa Margerita fl2019/2020. Matul dan il-perjodu kienu ngħalqu l-iskejjel minħabba l-pandemija u t-trasport allura twaqqaf f’Marzu 2020.
Wara din it-tieni prova saret verifika oħra tal-effiċjenza u kien intalab titjib fis-sistema. Dan wassal biex matul is-sajf li għadda ttieħdet azzjoni ħalli tissaħħaħ is-sistema u jittejjeb il-persentaġġ tal-preċiżjoni tagħha.
Jirriżulta lill-KullĦadd li s-sistema issa tinsab lesta biex tiġi implimentata għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat li jużaw it-trasport u minn nhar l-Erbgħa li ġej għal medda ta’ xahar se tiddaħħal f’fażijiet skont il-kulleġġi kif jidher hawnhekk.
Ma’ dan se jsiru wkoll laqgħat b’mod virtwali mal-ġenituri biex jingħataw kull informazzjoni meħtieġa dwar kif taħdem is-sistema tal-Parent Notification App u x’għandu jsir min-naħa tagħhom biex jiġu notifikati fuq il-mobile personali tagħhom.
KULLEĠĠI TQASSIM
Għawdex 17-18 Nov
Santa Tereża 25-26 Nov San Ġorġ Preca 25-26 Nov
San Injazju 25-26 Nov Santa Margerita 7-9 Diċ
San Benedittu 7-9 Diċ St Thomas More 7-9 Diċ
San Nikola 16-17 Diċ
Santa Klara 16-17 Diċ
Marija Reġina 16-17 Diċ
ILLUM JUM IT-TIFKIRA
Jum it-Tifkira, li hu ċċelebrat fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, b’ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ gwerer dinjija, se jkun imfakkar f’Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali, permezz ta’ Festivals Malta, illum il-Ħadd.
Għal din l-okkażjoni se ssir quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fid-9.30 ta’ filgħodu, li wkoll se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq TVM. Qabel il-President ta’ Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta u tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara ssir ċerimonja ta’ tifk ira biswit il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana fejn jitqiegħdu kuruni mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti. Din is-sena dawk li se jpoġġu kuruna ġew limitati biex fi kwalunkwe ħin ikunu konformi mal-miżuri li qed jittieħdu kawża tal-pandemija.
Il-Forzi Armati ta’ Malta u kontinġent mill-Korp tal-Pulizija se jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għaċ-ċerimonja tat-tqegħid ta’ kuruni. Dawn ukoll se jkunu ridotti għal numru minimu, waqt li l-eks uffiċjali tas-servizz parteċipanti huma lkoll imlaqqmin. Għaqdiet oħrajn li s-soltu kienu jakkumpanjaw il-kontinġenti tal-eks uffiċjali din is-sena ntalbu ma jiħdux sehem.
Il-Kumitat Festi Nazzjonali ħeġġeġ lill-pubbliku biex, bħal pajjiżi oħrajn talCommonwealth, ifakkar il-vittmi b’mod remot b’rispett u osservanza għal dawk li ssagrifikaw ħajjithom fiż-żewġ gwerer. L-appell tradizzjonali mill-Poppy Day Appeal Fund qed isir fl-istess ġurnata.
IRKANT TA’ ARTI B’RISQ L-MCCFF
Bħala parti mill-isforzi biex ipattu għannuqqas ta’ dħul ta’ fondi li sofriet il-Malta Community Chest Fund Foundation (l-MCCFF) fl-aħħar sena u nofs ta’ pandemija tal-COVID-19, se jsir irkant tal-arti online mifrux fuq ġimagħtejn minn għada t-Tnejn.
Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jagħmel offerta, fuq artsauction.mt, għal madwar 70 biċċa xogħol tal-arti li jvarjaw fil-ġeneru u fit-tema u li jinkludu pitturi, skulturi, materjal stampat u ritratti. Ix-xogħlijiet ġew sottomessi minn iżjed minn 50 artist Malti jew b’rabta ma’ pajjiżna. L-irkant online jintemm il-Ħadd 28 ta’ Novembru u qed jiġi organizzat minn kumitat apposta, waqt li hu kkurat minn Melanie Erixon.
Il-missjoni tal-MCCFF hi li tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lill-membri vulnerabbli tas-soċjetà tagħna ħalli titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom. L-ispiża tagħha għall-għajnuna finanzjarja tammonta għal madwar €1.4 miljun fix-xahar.
TOURS “MAĦTUFIN” GĦAL TAĦT IL-BELT
Mijiet laqgħu l-istedina biex jinżlu f’dinja oħra taħt il-kapitali bil-bookings jimtlew sal-aħħar tas-sena wara biss ftit sigħat mill-inawgurazzjoni tas-sit
Ftit ħin wara li ħabbret li se tkun qed tagħti aċċess lill-pubbliku għall-attrazzjoni l-ġdida tagħha bl-isem ta’ Underground Valletta, Heritage Malta esperjenzat waħda mill-akbar konkorrenzi għall-biljetti tas-siti u l-mużewijiet nazzjonali li tamministra.
Fil-fatt mill-4 ta’ Novembru, meta saret l-inawgurazzjoni uffiċjali u l-ewwel tours organizzati bħallum ġimgħa, mijiet ta’ bookings imlew il-kalendarju kollu sal-aħħar tas-sena għal din l-attrazzjoni fil-Belt Valletta, fost ix-xelters, ċisterni u dinja sħiħa oħra taħt l-art tal-kapitali.
Minn tagħrif li għandha l-KullĦadd, jirriżulta li, minħabba f’hekk, Heritage Malta kienet kostretta tibdel il-pjani oriġinali tagħha li tiftaħ is-sit nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd biss. Il-ħsieb kien ta’ żewġ tours kull ġurnata fejn jistgħu jidħlu massimu ta’ 40 persuna fil-ġimgħa, 10 persuni kull tour anke minħabba r-restrizzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà.
Issa, bid-domanda qawwija, ġie deċiż li tiżdied ukoll il-ġurnata tat-Tnejn, waqt li t-tours jiżdiedu għal erbgħa kull ġurnata. B’hekk l-aċċess għal dawk interessati ġie ttripplat u se jkunu jistgħu jinżlu 120 persuna kull ġimgħa. Dan ta spazju għal aktar bookings din is-sena wkoll, avolja minn iżjed minn 800 post aċċessibbli fis-seba’ ġimgħat li fadal biex intemmu l-2021 sa nhar il-Ġimgħa kien hemm diġà inqas minn 200 post disponibbli, anke jekk l-attrazzjoni se tibqa’ miftuħa wara.
Id-dħul għall-Underground Valletta jinsab f’Misraħ San Ġwann u ż-żjarat bil-gwida jsiru fl-10:00 a.m., fil-11:00 a.m., f’12:00 p.m. u fis-1:00 p.m.
F’din il-pjazza, fejn jinġabru ħafna nies fil-Belt, hemm indana taraġ li taf ma tintebaħx biha int u għaddej. Ftit tarġiet kollox, biżżejjed biex millgħagħa u d-dwal tal-kapitali ssib ruħek f’ħemda umda u mudlama li tniżżlek fil-fond fejn ma tismax tpaqpiq ta’ ħornijiet u tpaċpiċ ta’ nies. Anzi, jekk tħalli s-skiet ikellmek, taf tisma’ t-tgedwid ta’ xjuħ jitolbu bi ħrara, il-biki ta’ tfal imbeżżgħin, il-ħoss wenniesi tal-ilma jinġabar fil-bjar. Tisma’ lill-Undergound Valletta tfesfislek ġrajjietha.
Il-Kavallieri ta’ San Ġwann bnew il-Belt Valletta bi ħsieb profond, bi pjan li jilqa’ għal kull kontinġenza, u b’inġinerija ammirevoli, kif jixhdu l-mogħdijiet li għaddejjin minn taħtha. Fi żmienhom, dawn l-ispazji kienu jintużaw għall-ħażna tal-qamħ kif ukoll għal skopijiet militari, bħal movimenti ta’ truppi jew biex wieħed ikun jista’ jaħrab.
Ħafna snin wara, fit-Tieni Gwerra Dinjija, seħħ l-aħħar kapitlu importanti għall-Belt ta’ taħt l-art, meta l-passaġġi tagħha żdiedu u ntużaw bħala kenn mill-bumbardamenti. Eluf ta’ nies għaddew sigħat twal marsusin hemm isfel, b’faċilitajiet sanitarji primittivi, b’ikel mill-inqas u bil-biża’ li ma jirnexxilhomx joħorġu minn hemm qawwijin u sħaħ. Lil dawn il-kmamar bla arja u dawl naturali, ippruvaw jagħtuhom bixra domestika mill-aħjar li setgħu, kif jidher mill-madum li waħħlu fl-art.
Mindu ddaħħal il-Passaport ta’ Heritage Malta għall-istudenti kollha u l-anzjani kien hemm aktar minn 170,000 żjara bla ħlas fi 28 sit jew mużew imferrxin malpajjiż kollu. Jirriżultalna li ċ-ċifra, li tirrelata biss ma’ dawk bil-passaport u ma tinkludix lil min jakkumpanjahom, intlaħqet f’perjodu ta’ inqas minn sentejn u nofs sa tmiem Settembru li għadda.
Dan il-passaport kulturali, li tnieda f’Jannar tal-2019 għall-istudenti kollha u sa minn Ġunju tal-istess sena għall-anzjani, jagħti aċċess b’xejn għal kważi kull sit u mużew amministrati mill-istess aġenzija governattiva kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Ma’ dawk li jkollhom il-passaport jistgħu jidħlu wkoll sa żewġ persuni oħra li jkunu qed jakkumpanjawhom.
Fil-perjodu sa Settembru li għadda, iżda, dawn il-passaporti kulturali ma setgħux jintużaw fix-xhur ta’ April-Ġunju 2020 u April 2021 minħabba li l-istess siti u mużewijiet ma kinux aċċessibbli bir-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Għaldaqstant il-Passaport tal-Istudenti kien qed jintuża għal 29 xahar, waqt li dak tal-Kbar intuża għal 24 xahar mhux konsekuttivi.
Ċifri f’idejn il-KullĦadd taż-żjarat bil-Passaport, juru li kien hemm mal-140,000 żjara minn studenti u 30,000 oħra minn anzjani.
L-aktar attrazzjonijiet popolari maż-żgħar varjaw bejn il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina, it-tempji Neolitiċi ta’ Ħaġar Qim fil-Qrendi u l-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex, l-Armerija u l-Kmamar Statali fil-Palazz talGran Mastru fil-Belt, Għar Dalam f’Birżebbuġa u l-Villa Rumana fir-Rabat, Malta. Min-naħa l-oħra, l-anzjani kienu primarjament interessati fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti – MUŻA fil-Belt.
Minbarra hekk, l-attrazzjonijiet varji fiċ-Ċittadella t’Għawdex, fosthom il-Ħabs l-Antik, il-Mużew tal-Arkeoloġija u l-Gran Castello huma wkoll mal-favoriti fost dawk li għamlu użu kemm mill-Passaport tal-Istudenti kif ukoll dak tal-Kbar.
Permezz ta’ card li jingħataw mill-iskola tagħhom stess, l-istudenti jkunu jistgħu jiġbru l-passaport tagħhom fl-ewwel żjara li jagħmlu f’sit jew mużew ta’ Heritage Malta. Fil-każ tal-anzjani, dawn jistgħu japplikaw għall-Passaport Kulturali dirett mill-Kunsill Lokali rispettiv tagħhom.
Wara ċertu numru ta’ żjarat, fejn kull darba l-passaport jiġi ttimbrat, l-istudenti jkollhom aċċess speċjali għal siti li rarament jinfetħu għall-pubbliku jew mhumiex parti minn din l-iskema, bħall-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni. Mis-sena li għaddiet, Heritage Malta wkoll laħqet ftehim mal-Konkatidral ta’ San Ġwann biex din il-ġawhra fil-kapitali tagħna tiżdied mal-lista ta’ postijiet fejn jista’ jsir użu mill-passaport kulturali u b’hekk ikompli jitwessa’ l-iskop edukattiv tiegħu.
Fit-tnedija tal-inizjattiva, lura għall-2018, id-Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Mario Cutajar kien qal li l-inizjattiva kellha l-għan li tgħin lil bosta studenti jagħrfu l-istorja ta’ ġensna u ta’ pajjiżna. “Dan ikun ifisser li qed nagħtu inizjattiva – waħda mill-isbaħ inizjattivi – li permezz tagħha wieħed jista’ jagħraf aktar l-identità ta’ Malta, l-esperjenza ta’ Malta u l-istorja ta’ Malta. Inqajmu kuxjenza ikbar għal dak kollu li hu Malti,” kien qal is-Sur Cutajar.
Miċ-ċifri ta’ sentejn ilu lil hawn joħroġ ukoll li l-2019 għadha bl-akbar ammont ta’ żjarat bil-Passaporti. Dan kien ukoll ir-riżultat għall-fatt li s-sena li għaddiet kienet ikkaratterizzata minn għeluq u restrizzjonijiet f’postijiet li ma kinux meqjusin bħala essenzjali, inklużi s-siti u l-mużewijiet kollha, kawża tal-pandemija globali.
Meta fil-bidu ta’ din is-sena kienu qed jiġu rilaxxati ċerti restrizzjonijiet, kien hemm żieda ta’ attendenzi f’tali postijiet storiċi u kulturali, tant li f’Jannar u Frar laħqu livelli tal-2019. Minkejja dan, kollox reġa’ ġie ristrett f’Marzu u f’April b’mod partikolari. Iċ-ċifra ta’ Settembru li għadda, imqabbla max-xhur ta’ qabel, tindika żieda fil-viżitaturi żgħar u kbar.
L-akbar ammont ta’ studenti li użaw il-passaport kulturali f’xahar wieħed kienu f’Marzu u f’April tal-2019 meta kien hemm iżjed minn 16,000 u 14,000 rispettivament li żaru s-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta u għamlu użu mill-aċċess b’xejn.
170,000 ŻJARA KULTURALI B’XEJN F’SENTEJN U NOFS
L-AKTAR UŻU TAL-PASSAPORT
SIT/MUŻEW
STUDENTI* Għar Dalam 9,335 Mużew tal-Istorja Naturali 8,877 Tempji tal-Ġgantija 8,493 Tempju ta’ Ħaġar Qim 7,675 Villa Rumana 7,117
SIT/MUŻEW ANZJANI** Mużew tal-Arti - MUŻA 3,029 Tempji tal-Ġgantija 2,022 Armerija tal-Palazz 1,631 Forti Sant’Anġlu 1,561 Mużew tal-Arkeoloġija 1,525
*Jannar 2019-Settembru 2021 **Ġunju 2019-Settembru 2021
UŻU TAL-PASSAPORT TA’ HERITAGE MALTA
PassaPort studenti PassaPort anzjani
Siti / Mużewijiet 2019 2020** 2021*** 2019* 2020** 2021*** Għar Dalam 5976 1381 1978 660 362 181 Ħaġar Qim 5209 1310 1156 557 459 153 Il-Palazz tal-Inkwiżitur 3619 655 478 729 268 96 L-Imnajdra 3662 1193 1124 399 292 127 Il-Mużew Marittimu 3064 61 0 422 95 0 Id-Domus Rumana 5403 837 877 855 484 164 Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija 3586 788 835 1005 367 153 Muża 3763 737 721 1954 673 402
Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali 6347 655 1875 875 273 213 Il-Forti Sant’Iermu u l-Mużew tal-Gwerra 2917 812 903 492 313 128 Il-Forti Sant’Anġlu 4444 795 903 1018 343 200 L-Armerija tal-Palazz 4219 495 707 1164 348 119 Il-Katakombi ta’ San Pawl 3783 651 661 573 188 79 Is-Swali Statali 3787 154 0 1004 76 0 It-Tempji ta’ Ħal Tarxien 2418 604 475 308 280 40 Fortress Builders 289 98 0 74 28 0 Il-Gran Castello, Għawdex 3347 797 796 577 180 103 It-Tempji tal-Ġgantija, Għawdex 5511 1468 1514 1262 452 308 Il-Mużew tal-Arkeoloġija, Għawdex 4127 891 1036 757 260 148 Il-Mużew tal-Istorja Naturali, Għawdex 4071 940 804 570 210 75 Il-Mitħna ta’ Kola 3753 558 1023 936 190 220 Il-Ħabs l-Antik, Għawdex 4516 1174 1162 840 287 125 Borġ In-Nadur 3163 588 716 158 119 92 It-Tempji Ta’ Ħaġrat 882 243 150 42 62 40 It-Tempji Ta’ Skorba 1069 251 223 71 99 29 Il-Katakombi Ta’ Bistra 146 3 74 1 9 35 Iċ-Ċittadella 3389 938 878 794 251 120 * beda jintuża minn Ġunju 2019 **April - Ġunju 2020 siti u mużewijiet kienu magħluqin minħabba restrizzjonijiet tal-pandemija ***data sal-aħħar ta’ Settembru 2021. F’April din is-sena s-siti u l-mużewijiet kienu magħluqin kawża tal-COVID-19
KRIŻI FL-UE … F’MALTA STABBILITÀ
IL-PREZZIJIET EWROPEJ TAL-ENERĠIJA JKOMPLU JISPLODU, ĦLIEF F’MALTA
Id-deċiżjonijiet li ħa u qed ikompli jieħu l-Gvern Malti qed iwasslu biex il-konsumaturi ma jħossux id-daqqa tal-prezzijiet tal-enerġija li komplew jisplodu f’dawn l-aħħar xhur. Komunikazzjoni uffiċjali maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea turi kif ħafna konsumaturi madwar il-pajjiżi stati tal-Unjoni Ewropea qed ikollhom iħallsu prezzijiet ogħla għad-dawl u biex isaħħnu d-djar tagħhom wara splużjoni fil-prezzijiet internazzjonali.
Din is-sitwazzjoni wasslet ukoll biex il-mexxejja u l-Ministri tal-enerġija jiltaqgħu biex isibu soluzzjonijiet li jindirizzaw din il-kwistjoni. Dan hekk kif il-pajjiżi għaddejjin bilproċess ta’ rkupru ekonomiku u ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tista’ timpatta dan l-irkupru.
F’rapport uffiċjali, il-Kummissjoni Ewropea tispjega li ż-żieda fil-prezzijiet hija primarjament attribwita għad-domanda globali tal-gass hekk kif l-ekonomiji qed jippruvaw jirkpuraw mill-pandemija talCOVID-19. Fl-istess ħin, iż-żieda fid-domanda mhix issib il-provvista neċessarja. Dan mhux qed jinħass biss fl-Unjoni Ewropea imma anke f’diversi reġjuni oħra madwar id-dinja.
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern Malti tul l-aħħar snin għamluha possibbli biex il-kontijiet jinżammu stabbli. Minbarra hekk, il-Gvern Malti insista mal-UE li Malta għandha tingħata l-għodod neċessarji biex ittaffi l-piż minn fuq in-negozji u l-familji. F’laqgħat li kellhom il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli saħqu biex ir-realtajiet ta’ Malta jkunu rikonoxxuti.
“L-energy mix ta’ Malta tagħti serħan il-moħħ fejn tidħol provvista. L-istrateġija ekonomika tal-Gvern, li bħala prijorità tpoġġi l-fiduċja fl-ekonomija, tagħti s-serħan il-moħħ li t-tmexxija tal-pajjiż mhux se tieħu t-triq il-faċli li tgħabbi l-piż fuq in-negozji u l-familji qisu xejn mhu xejn,” spjegat il-Ministru Miriam Dalli. Ewropea turi splużjoni fil-prezzijiet. Żieda ta’ 21% fil-prezz tal-elettriku fil-Belġju; żieda ta’ 48% fir-Rumanija; żieda ta’ 17% fil-Litwanja. Fl-Italja, il-gass għola b’14%. Fid-Danimarka, il-gass għola b’51%; fi Spanja saħansitra b’103% u l-lista tkompli.
Il-pressjoni fiż-żieda wasslet ukoll biex uħud mis-suppliers f’pajjiżi oħra qed ikollhom jagħlqu. Fir-Renju Unit biss, aktar minn żewġ miljun dar spiċċaw mingħajr supplier tal-enerġija wara li kien hemm 16-il kumpanija li waqfu joperaw.
L-istess qed jiġri biż-żieda qawwija fil-prezz internazzjonali taż-żejt li wasslet għal żieda ta’ bejn 20% u 30% fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel madwar ilpajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. B’investiment ta’ €25 miljun mill-Gvern, din il-ġimgħa daħal fis-seħħ avviż legali li permezz tiegħu l-Gvern se jkun qiegħed inaqqas it-taxxa fuq il-fuel biex ma jiżdidux il-prezzijiet tal-petrol u tad-diesel mill-pompi.
“Fl-ewwel pakkett ta’ inċentivi marbuta mal-pandemija f’Ġunju tas-sena li għaddiet, ilGvern kien raħħas il-fuel b’seba’ ċenteżmi. Ma nemmnux fil-politika ta’ min irid jgħabbi lin-nies bil-piżijiet. Biex insaħħu lil pajjiżna jeħtieġ miżuri li jgħinu lill-familji u lin-negozji,” spjegat il-Ministru Dalli.
Fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, meta għolew il-prezzijiet internazzjonali, il-poplu spiċċa b’kontijiet ogħla u b’ħames bozoz.