6 minute read

Rapport f’paġna 8 Tkompli f’paġna

Next Article
Tkompli f’paġna

Tkompli f’paġna

IL-GVERN MALTI B’10% IŻJED FIDUĊJA FL-UE

Tkompli minn paġna 1

Advertisement

Fattur ewlieni wara l-ottimiżmu qawwi li jeżisti f’pajjiżna hu l-istat tajjeb tal-ekonomija. Fil-fatt, kważi tmienja minn kull għaxar persuni intervistati f’Malta qalu li jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna tinsab fi stat tajjeb. Ma’ dawn, kważi ħamsa minn kull għaxar persuni li ħadu sehem fl-istħarriġ jemmnu li l-qagħda ekonomika se tkompli titjieb is-sena d-dieħla. Tnejn minn kull għaxra biss fl-UE jemmnu l-istess.

L-istħarriġ mill-Ewrobarometru kompla jindika li, waqt li huma 30% tal-Ewropej sodisfatti ħafna b’ħajjithom, il-proporzjon tal-Maltin u l-Għawdxin li qalu li huma kuntenti ħafna huwa ta’ 38%.

Id-distakk jikber aktar meta wieħed iħares lejn il-persentaġġ ta’ dawk li jaħsbu li ħajjithom se titjieb aktar fl-2022. Waqt li f’Malta 42% isostnu li ħajjithom se titjieb fl2022, 26% tal-Ewropej jaħsbuha l-istess.

F’Malta l-aktar żewġ affarijiet meqjusin bħala importanti u ta’ sfida huma l-immigrazzjoni u l-ambjent. Min-naħa l-oħra, il-bqija fl-UE ffukaw fuq il-qagħda ekonomika u s-saħħa, żewġ oqsma li ma tantx qed jinkwetaw lill-Maltin u lill-Għawdxin. Dan hu dovut għall-fatt li, bil-Gvern attwali Laburista, Malta tmexxiet b’aktar suċċess fil-ħidma għall-kontroll tal-pandemija, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll minn dak mediku.

Kważi erbgħa minn kull għaxra ta’ dawk intervistati f’pajjiżna mill-Ewrobarometru sostnew li huma ottimisti ħafna fuq il-futur ta’ pajjiżna. Dan meta l-medja fl-UE hi ta’ ftit aktar minn wieħed minn kull għaxra li wrew daqstant ottimiżmu.

Dan hu rifless ukoll fid-distakk li jeżisti fil-fiduċja fil-Gvern. Waqt li madwar l-UE huma biss 44% li jafdaw fil-Gvern rispettiv tagħhom, f’Malta l-persentaġġ jitla’ għal 54%.

Dawn ir-riżultati huma ferm inkoraġġanti, speċjalment fid-dawl li l-istħarriġ sar qabel il-Gvern ħabbar il-Baġit benevolenti għas-sena d-dieħla. Kulħadd jaqbel li dan se jkompli jżid l-ottimiżmu f’pajjiżna.

L-istħarriġ ħareġ ukoll qabel it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni Ewropea li qed jara fost l-aħjar prospetti għal Malta. Il-Kummissjoni qalet din il-ġimgħa li, b’rata ta’ 6.2%, l-ekonomija Maltija se tkun l-aktar waħda li tikber is-sena d-dieħla fost ilpajjiżi kollha tal-UE.

L-istess tbassir ekonomiku jinnota wkoll li sa nofs is-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija hi stmata li se tkun fil-livell ta’ qabel il-pandemija. DAWK B’FEHMA POŻITTIVA JEW POŻITTIVA ĦAFNA (%) MALTA UE Kwalità ta’ ħajja f’pajjiżek 85% 83% Ħajtek se titjieb fl-2022 42% 26% Stat tal-ekonomija ta’ pajjiżek 79% 68%

L-ekonomija f’pajjiżek se titjieb fl-2022 46% 21% Fiduċja fil-Gvern ta’ pajjiżek 54% 44%

L-AĦJAR EKONOMIJA FIL-COVID

IFAKKAR META WAQAF LILL-ESTABLISHMENT

L-ekonomija ta’ pajjiżna hi t-tieni l-aktar waħda reżiljenti li teżis ti fid-dinja wara dik tal-Ġappun, skont rapport tal-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Scope Ratings. Dan ipoġġi lill-ekonomija lokali wkoll quddiem kull ekonomija oħra fl-Unjoni Ewropea.

Fl-isfond tal-pandemija globali tal-COVID-19, li niżżlet lil bosta pajjiżi għarkupptejhom, l-esperti ta’ Scope għarblu u analizzaw l-ekonomiji dinjija u vvalutaw il-mod kif kampaw fl-agħar kriżi għal għexieren ta’ snin, liema kienu dawk li rreżistew l-aħjar u huma l-inqas vulnerabbli. Skont l-aġenzija Ġermaniża, Malta tiġi eżatt wara l-Iżvizzera u eżatt qabel il-Ġappun, li terġa’ fejn tidħol ir-reżiljenza ekonomika jiġi wkoll warajna.

L-esperti ta’ Scope Ratings, magħrufa li bħall-aġenziji internazzjonali indipendenti oħrajn ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, saħqu li Malta hi pajjiż ġdid li jidħol mal-ewwel tliet pajjiżi fid-dinja b’ekonomija reżiljenti. Minn dan il-grupp tal-aqwa tlieta, Malta qalgħet liċ-Ċina, li niżlet fir-raba’ post.

Scope Ratings fakkret fir-rating ta’ A+ bi prospetti stabbli li kienet tat lil pajjiżna x-xahar li għadda. Hawnhekk issemma l-livell moderat ta’ dejn li għandu l-Gvern u l-ammont ta’ investiment dirett barrani. Meta tatna dan ir-rating pożittiv, Scope kienet ukoll qalet li d-deċiżjoni tal-Financial Action Task Force (FATF) li ġiet imposta fuq pajjiżna għandha effett limitat ħafna fuq l-ekonomija Maltija. Ma’ dan żiedet li Malta għandha potenzjal ta’ tkabbir ekonomiku b’saħħtu.

Din il-ġimgħa stess, rapport ieħor mill-Kummissjoni Ewropea tenna li s-sena d-dieħla pajjiżna se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fost l-istati membri kollha tal-UE. Skont it-tbassir Ewropew għall-ħarifa, it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jkun ta’ 6.2%. Dan hu kważi 2% iżjed mill-medja Ewropea u miż-Żona Ewro.

Il-Kummissjoni Ewropea stmat ukoll fit-tbassir tagħha li sa nofs is-sena d-dieħla l-ekonomija Maltija għandha tirritorna fil-livell ta’ qabel il-pandemija.

L-Eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono din il-ġimgħa fakkar lill-establishment l-antik meta sfidah fil-Gvern 10 snin ilu, anke jekk kellu jħallas prezz qawwi ta’ dan. B’konsegwenza ta’ dan kollu, Dr Debono kien darba nħareġ bil-forza minn daru minn uffiċjali tasServizz Sigriet biex imur għal seduta fil-Parlament fejn kien se jittieħed vot importanti għall-Gvern. Sussegwentement, għal numru ta’ snin, kien ukoll spiċċa bl-għassa fissa tal-Pulizija maddar tal-familja tiegħu.

B’reklam ta’ paġna sħiħa fil-ħarġa tat-Times ta’ nhar it-Tnejn li għadda, Dr Debono qanqal il-memorja ta’ meta kien ippreżenta mozzjoni privata fil-Parlament kontra l-Gvern tiegħu stess fejn ippropona li l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, immexxi minn Carm Mifsud Bonnici, kellu jinqasam minħabba l-konflitti serji li d-dekasteru kien qed joħloq.

Dan kien biss il-bidu tal-inkwiet li Debono ħoloq dak iż-żmien lit-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, ukoll il-magħżul tal-establishment. Eventwalment dan wassal biex il-Gvern Nazzjonalista jitlef il-maġġoranza minima ta’ siġġu wieħed fi tmiem l-2012 meta wkoll ma ġiex approvat il-Baġit nazzjonali għall-2013. Minkejja dan, Gonzi kien baqa’ jżomm lill-pajjiż fl-akbar inċertezza sa Marzu ta’ wara meta saret l-Elezzjoni Ġenerali li tat maġġoranza storika lill-Partit Laburista. Dan seħħ anke meta l-ekonomija kienet diġà staġnata.

Sadanittant, fir-reklam f’forma ta’ artiklu, Dr Debono kellu wkoll fil-mira lil Beppe Fenech Adami, anke jekk ma jissemma mkien. 10 snin ilu, Fenech Adami kien jokkupa l-kariga ta’ Assistent Parlamentari fl-istess Ministeru responsabbli, fost oħrajn, mill-Pulizija.

F’sensiela ta’ attakki reċiproċi f’dan iż-żmien kollu u li kultant jitqanqlu mill-ġdid, kif qed jiġri bħalissa, nies qrib ta’ Fenech Adami u oħrajn simpatizzanti ta’ friegħi tal-establishment, bħal Repubblika, Occupy Justice u l-bloger Manuel Delia, jinfexxu fl-Eks Deputat meqjus ribelluż.

Wara li f’Mejju ta’ din is-sena, il-Kap attwali Nazzjonalista Bernard Grech indika li seta’ jaċċetta lura fil-Partit lil Dr Debono, “ladarba jirriabilita ruħu”, inħolqot raġuni oħra għal xiex jiġġieldu fid-Dar Ċentrali. Anke jekk hu stess kien magħżul u imbottat mill-establishment biex jieħu post il-predeċessur tiegħu fit-tmun tal-Partit, Dr Grech spiċċa jaqlagħha miż-żewġ naħat.

L-istess żball tal-Kap tal-PN kien ripetut ġimgħa ilu meta ġie rrapportat li nnomina lillEks Deputat biex ikun mal-ismijiet papabbli għall-kariga ta’ Ċermen tal-Awtorità tax-Xandir. Waqt li persuni bħal-lettur Universitarju Simon Mercieca ħeġġeġ lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex iżjed minn hekk, jekk irid juri rieda tajba, kellu jassigura li Dr Debono jkun fost il-kandidati tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, dawk tal-establishment kienu adamanti kontra, ovvjament.

Saħansitra partitarju qrib id-Deputat Fenech Adami allegatament hedded u instiga vjolenza fiżika kontra Dr Debono, kif ikkonfermat minn post fuq Facebook mill-Avukat innifsu fejn tenna li l-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija u t-Taqsima tal-Hate Speech qiegħda tinvestiga l-każ.

Għal dan il-għan, Debono wkoll uża ritratt tas-sena li għaddiet tal-individwu responsabbli minn dawn l-allegati kummenti illeċiti, Charles Zammit minn

Ir-reklam fit-Times ta’ nhar it-Tnejn fejn l-Eks Deputat fakkar l-10 anniversarju ta’ meta sfida lill-establishment Nazzjonalista Birkirkara, jippoża ma’ Fenech Adami. In-nuqqas ta’ simpatija tal-establishment, Dr Debono kellu jesperjenzah ukoll appena għamel share tal-artiklu/ reklam fit-Times fuq Facebook nhar it-Tnejn stess. Frank Piscopo, partitarju ieħor tal-establishment u simpatizzant mal-azzjonijiet ta’ Repubblika, staqsa lill-Eks Deputat Nazzjonalista kemm swieh ir-reklam, b’Dr Debono jwieġbu li bi flusu jagħmel li jrid, la jaqlagħhom b’mod leġittimu. “Frank Piscopo jekk ħallastx jew le affari tiegħi. Bi flusi nagħmel li rrid. Jien il-flus F’sensiela ta’ attakki reċiproċi, nies qrib naqlagħhom bix-xogħol ta’ kuljum mhux billi napprofitta ta’ Fenech Adami u oħrajn simpatizzanti ta’ friegħi tal-establishment, jinfexxu ruħi mill-għawġ ta’ ħaddieħor u nittallab bis-sassla f’xi protesta. Kuntrarjament għal fl-Eks Deputat meqjus ribelluż ħaddieħor, fil-politika dejjem fittixt li nagħti u mhux li nakkwista jew indaħħal fil-but,” kiteb l-Avukat, b’referenza għall-ġbir ta’ flus waqt l-attivitajiet organizzati millfriegħi tal-establishment.

This article is from: