03
14.11.2021
IL-GVERN MALTI B’10% IŻJED FIDUĊJA FL-UE Tkompli minn paġna 1 Fattur ewlieni wara l-ottimiżmu qawwi li jeżisti f’pajjiżna hu l-istat tajjeb tal-ekonomija. Fil-fatt, kważi tmienja minn kull għaxar persuni intervistati f’Malta qalu li jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna tinsab fi stat tajjeb. Ma’ dawn, kważi ħamsa minn kull għaxar persuni li ħadu sehem fl-istħarriġ jemmnu li l-qagħda ekonomika se tkompli titjieb is-sena d-dieħla. Tnejn minn kull għaxra biss fl-UE jemmnu l-istess. L-istħarriġ mill-Ewrobarometru kompla jindika li, waqt li huma 30% tal-Ewropej sodisfatti ħafna b’ħajjithom, il-proporzjon tal-Maltin u l-Għawdxin li qalu li huma kuntenti ħafna huwa ta’ 38%. Id-distakk jikber aktar meta wieħed iħares lejn il-persentaġġ ta’ dawk li jaħsbu li ħajjithom se titjieb aktar fl-2022. Waqt li f’Malta 42% isostnu li ħajjithom se titjieb fl2022, 26% tal-Ewropej jaħsbuha l-istess. F’Malta l-aktar żewġ affarijiet meqjusin bħala importanti u ta’ sfida huma l-immigrazzjoni u l-ambjent. Min-naħa l-oħra, il-bqija fl-UE ffukaw fuq il-qagħda ekonomika u s-saħħa, żewġ oqsma li ma tantx qed jinkwetaw lill-Maltin u lill-Għawdxin. Dan hu dovut għall-fatt li, bil-Gvern attwali Laburista, Malta tmexxi-
et b’aktar suċċess fil-ħidma għall-kontroll tal-pandemija, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll minn dak mediku. Kważi erbgħa minn kull għaxra ta’ dawk intervistati f’pajjiżna mill-Ewrobarometru sostnew li huma ottimisti ħafna fuq il-futur ta’ pajjiżna. Dan meta l-medja fl-UE hi ta’ ftit aktar minn wieħed minn kull għaxra li wrew daqstant ottimiżmu. Dan hu rifless ukoll fid-distakk li jeżisti fil-fiduċja fil-Gvern. Waqt li madwar l-UE huma biss 44% li jafdaw fil-Gvern rispettiv tagħhom, f’Malta l-persentaġġ jitla’ għal 54%. Dawn ir-riżultati huma ferm inkoraġġanti, speċjalment fid-dawl li l-istħarriġ sar qabel il-Gvern ħabbar il-Baġit benevolenti għas-sena d-dieħla. Kulħadd jaqbel li dan se jkompli jżid l-ottimiżmu f’pajjiżna. L-istħarriġ ħareġ ukoll qabel it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni Ewropea li qed jara fost l-aħjar prospetti għal Malta. Il-Kummissjoni qalet din il-ġimgħa li, b’rata ta’ 6.2%, l-ekonomija Maltija se tkun l-aktar waħda li tikber is-sena d-dieħla fost ilpajjiżi kollha tal-UE. L-istess tbassir ekonomiku jinnota wkoll li sa nofs is-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija hi stmata li se tkun fil-livell ta’ qabel il-pandemija.
DAWK B’FEHMA POŻITTIVA JEW POŻITTIVA ĦAFNA (%) MALTA
UE
Kwalità ta’ ħajja f’pajjiżek
85%
83%
Ħajtek se titjieb fl-2022
42%
26%
Stat tal-ekonomija ta’ pajjiżek
79%
68%
L-ekonomija f’pajjiżek se titjieb fl-2022
46%
21%
Fiduċja fil-Gvern ta’ pajjiżek
54%
44%