KullĦadd_21.05.2023

Page 1

TAL-PN BI KSUR TAL-ISTATUT …

VITTMA L-GUDJA

Rapport f’paġna 7

IL-FUTUR FIL-KORP!

Tbissima ħelwa minn din iċ-ċkejkna li kellha ċ-ċans tesperjenza ftit ħin fuq wieħed mill-muturi li uffiċjali tal-Pulizija jagħmlu użu minnhom fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum u li kienu esposti waqt open day, li ġiet organizzata lbieraħ mill-Korp fil-kwartieri tiegħu f’Ta’ Kandja. Bil-għan li aktar persuni, l-aktar żgħażagħ, jitħajru jaqbdu karriera f’din il-forza tal-ordni ewlenija ta’ pajjiżna, uffiċjali minn taqsimiet varji tal-Pulizija spjegaw lil dawk preżenti l-opportunitajiet eżistenti f’dan ir-rigward. Bħalissa wkoll hemm sejħa miftuħa għall-ingaġġ ta’ kuntistabbli ġodda.

Rapport f’paġna 11

RIVOLUZZJONI AGRARJA

Tidħol fis-seħħ il-liġi li tistabbilixxi l-valur tar-raba’ agrikolu biex twettqet ġustizzja ma’ sid l-art u mal-bidwi li jaħdimha … sa ħames snin oħra l-qbiela annwali ma tistax tkun ogħla minn €106 għal kull tomna raba’

Il-liġi l-ġdida li, b’ġustizzja, issa se tibda tivvaluta kull art agrikola, biex fuqha tiġi kkalkulata l-qbiela li bidwi għandu jħallas lis-sid, daħlet fis-seħħ ilbieraħ. Mill-prezzijiet stabbiliti jirriżulta li l-bdiewa lokali mhux se jkunu obbligati jħallsu aktar minn €106.06ċ fis-sena għal kull tomna art li jaħdmu. Il-prezzijiet ma jiġux riveduti qabel ħames snin oħra.

Din il-liġi aġġornata għaż-żminijiet tal-lum telimina d-diskriminazzjoni doppja li l-liġi l-antika kienet qed toħloq kemm għal sid l-art, li ma kienx qed jieħu prezz tal-kirja skont il-valur tal-proprjetà tiegħu, kif ukoll

għal dawk li jaħdmu l-istess raba’, li kienu qed jitilfu kawżi ġudizzjarji li bdew jinfetħu kontrihom fil-qrati tagħna biex jiġu żgumbrati mill-post.

Waqt li l-liġi l-ġdida issa tagħti lok li l-kirjiet redikoli antiki jogħlew b’mod stabbilit u ġust, il-Gvern ukoll se jgħin lill-istess bdiewa billi jtaffilhom parti mill-piż permezz ta’ pagamenti diretti minn fondi Ewropej, li żdiedu għal dan il-għan b’€4.5 miljun.

Għaldaqstant din il-bidla legali, li għal għexieren ta’ snin baqgħet qatt ma seħħet u gvernijiet passati dejjem evitawha, mhux biss se tagħti valur aktar ġust

lill-artijiet agrikoli, iżda wkoll serħan il-moħħ lil madwar 7,500 bidwi li jaħdmu artijiet bi qbiela mal-privat.

Minbarra hekk, din se tissalvagwardja wkoll il-produzzjoni tal-ikel lokali, li kienet enfasizzata aktar fil-pandemija tal-COVID-19 fejn għal perjodu ta’ żmien ma setgħetx issir importazzjoni bir-restrizzjonijiet li wasslu saħansitra għall-għeluq tal-ajruport u tal-port.

Kellu jkun dan il-Gvern li jwettaq ir-riforma importanti biex jelimina l-għerq tal-problemi passati.

Tkompli f’paġna 3

Ħarġa Nru 1,558 Prezz €1 Il-Ħadd, 21 ta’ Mejju, 2023
FL-EŻEKUTTIV

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 22°C

L-Inqas Temperatura: 17°C

L-Indiċi UV: 9

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa li testendi minn Sardinja sal-Libja ser tersaq lejn il-Lvant u tiddgħajjef

It-Temp: Imsaħħab u bix-xita li jsir pjuttost imsaħħab

bil-ħalbiet iżolati tax-xita

Ir-Riħ: Moderat mill-Punent Majjistru, li jiżdied għal ftit qawwi għal qawwi matul il-jum u mbagħad isir moderat għal ftit qawwi sa tard waranofsinhar

Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita

Il-Baħar: Moderat

L-Imbatt: Baxx għal moderat mil-Lvant li jsir baxx

It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577

Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512

Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020

Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589

Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177

San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485

Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635

Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567

Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593

Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536

Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703

MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962

Anici Pharmacy, 6. Triq in-Nadur, Marsaskala – 21637300

Brittania Pharmacy, 5, Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622

Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422

St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293

Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128

Għawdex

Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617

St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

21.05.2023 02
It-Tnejn 23°C 23°C 23°C 23°C 15°C 16°C 17°C 18°C UV 9 UV 9 UV 9 UV 9 Il-Ħamis
Is-Sibt
L-Erbgħa
22°C 16°C UV 9 It-Tlieta 22°C 16°C UV 9
Il-Ġimgħa

Tkompli minn paġna 1

F’Diċembru li għadda ġie emendat ilKapitlu 199 tal-Liġijiet ta’ Malta li jirregola l-kirja tar-raba’ u li ppermetta lill-Ministru biex jagħmel regolamenti ġodda dwar il-proċedura, il-metodu u l-kriterji li għandhom jiġu mħarsa jew li jservu bħala linji gwida u ssir kwalunkwe valutazzjoni tal-art agrikola.

Issa permezz tal-liġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern se jkun jista’ jiġi stabbilit il-valur abbażi ta’ art agrikola għal kull tomna, skont mudelli ekonomiċi msejsa fuq informazzjoni miġbura mill-Farm Accountancy

BIDLA AMBJENTALI DAQSKEMM AGRIKOLA

Issa hemm xi ħaġa konkreta fejn

il-bidwi jħallas prezz ġust u moderat għar-raba’

Data Network u b’hekk jirrifletti r-realtà tal-agrikoltura f’Malta.

Il-prezz bażi ġie kkalkulat skont l-approċċ tal-introjtu u fuq informazzjoni miġbura dwar l-istat tal-agrikoltura lokali, bil-valur jiġi rivedut kull ħames snin. Għaldaqstant, ġie stabbilit li sal2028, il-valur bażi se jkun dak ta’ €2,570 kull tomna art, waqt li l-mekkaniżmu biex jiġi stabbilit il-prezz tal-art agrikola se jkun qed iħares lejn erba’ fatturi li huma l-istess prezz bażi, il-karatteristiċi tal-għalqa u l-preżenza ta’ serer u/ jew kmamar.

B’dawn il-kriterji stabbiliti, l-art agrikola tiġi tiswa aktar b’żieda sa massimu ta’ 70% (tal-valur bażi) jekk din għandha karatteristiċi tajbin, bħal aċċessibbiltà għal servizzi, il-kwalità tal-ħamrija u infrastruttura għall-ħażna tal-ilma, fost oħrajn, b’35% oħra fejn ikun hemm uċuħ protetti permezz ta’ serer u sa 70% oħra fejn hemm strutturi permanenti bħal kmamar sa 60 metru kwadru.

Dan ifisser li, bil-karatteristiċi massimi, il-prezz ta’ kull tomna art ma jistax jaqbeż is-€7,071. B’hekk, waqt li l-bidwi ma jistax iħallas iżjed minn 1.5% tal-valur sħiħ tal-art maħduma, issa jirriżulta li l-ogħla ħlas li jista’ jinżamm fil-qbiela hu ta’ €106.06ċ fis-sena għal kull tomna.

Dan jista’ jinbidel biss, jekk dik l-art ikollha strutturi li jaqbżu s-60 metru kwadru fid-daqs, li mbagħad il-prezz jinħadem skont kif definit fil-valutazzjonijiet standard Ewropej stabbiliti minn żmien għal ieħor. Dan il-valur għandu jkun diviż b’fattur ta’ tnejn.

Bil-mekkaniżmu l-ġdid li ddaħħal mill-bieraħ se jiġi assigurat ukoll li kull valutazzjoni tiġi stmata skont dawn il-kriterji stabbiliti u ma jkunx hemm varjazzjonijiet ta’ stimi għall-istess art. B’rabta ma’ dan issa jmiss li titwaqqaf awtorità li trid tassigura d-dritt tal-bidwi u tas-sid fil-prezz tal-qbiela.

Dawn l-emendi se jwasslu għal serħan il-moħħ tal-bdiewa, li jikru r-raba’ mingħand sidien privati, biex ikomplu bl-attività agrikola tagħhom u fl-istess waqt ma jkun hemm l-ebda xkiel li jkomplu jinvestu fis-settur. B’hekk tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent rurali, li minnhom igawdi l-pubbliku inġenerali, iżda fuq kollox tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-biedja.

Min-naħa l-oħra, is-sidien se jkollhom il-possibilità li jirċievu qbiela li tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi. Hu għalhekk li, permezz tal-avviż legali ppubblikat, il-Gvern se jara li l-prezz tal-qbiela mħallsa jkun marbut mad-dħul li jiġi ġġenerat mill-attivitajiet agrikoli kif

ukoll fatturi agronomiċi.

Dawn jinkludu l-aċċessibilità għallgħalqa; id-disponibilità tal-ilma riċiklat, magħruf bħala New Water; l-aċċess għall-elettriku; l-espożizzjoni għal irjiħat qawwija; il-faċilità għall-użu ta’ makkinarju agrikolu; l-inklinazzjoni tal-art; ir-riskji ta’ għargħar; il-preżenza ta’ elementi fissi tal-pajsaġġ; il-fond, l-istruttura u s-salinità tal-ħamrija; il-preżenza ta’ ġebel fil-ħamrija; l-istat tal-ħitan tas-sejjieħ; u l-infrastruttura għall-ħażna tal-ilma.

Il-valur marbut mal-preżenza ta’ serer se jkun ikkalkulat sa massimu ta’ 35% tal-valur bażiku tal-art agrikola, filwaqt li l-valur marbut mal-preżenza ta’ strutturi agrikoli se jkun ibbażat skont il-kalkolu tal-ispiża ta’ sostituzzjoni tal-istruttura.

Kwalunkwe titjib jew investiment magħmul mill-kerrej sa tmien snin mid-data tal-valutazzjoni m’għandhomx jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-fatturi agronomiċi.

is-settur, issa wasalna fl-aħħar fażi biex nistabbilixxu l-valur tar-raba’ agrikolu fis-settur privat biex ikun hemm prezz ġust u xieraq għall-kirja tar-raba’ agrikola u fl-istess ħin toffri aktar ċertezza, stabbilità, u serħan il-moħħ fil-qasam.”

F’kummenti li kien għadda l-Kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg, lil ONE News dak iż-żmien, hu saħaq li l-liġi l-ġdida se tibdel ix-xenarju kollu għall-bdiewa bi qbiela fil-privat. “Hija liġi pożittiva immens. Fl-opinjoni tiegħi, hi game changer, għax naħseb li tolqot l-għerq tal-problemi li kienu qed jiffaċċjaw il-bdiewa li kellhom kawża pendenti u għandhom ir-riskju li jkollhom kawża pendenti.”

na wkoll serħan il-moħħ lill-bidwi biex jibqa’ jaħdem ir-raba’ tiegħu u jkollu s-sors tal-għajxien tiegħu. Primarjament, is-sostenibilità biex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem.”

Ara wkoll

“Malta timmira għal produzzjoni organika għaxar darbiet akbar”

Meta f’Marzu li għadda, il-Ministru responsabbli Anton Refalo kien ħabbar il-bidu tat-tielet fażi biex jiġi stabbilit il-prezz bażi tal-art agrikola kien qal: “Dan l-avviż hu importanti ħafna u juri li dak li l-Gvern iwiegħed, iwettqu. Wara li, kif jaf kulħadd, għamilna l-emendi lill-Kapitlu

f’paġna 10

Emmanuel Grima, bidwi żagħżugħ, kien esprima l-fehma li dan l-avviż legali se jkun qed jipprovdi prezz ġust u xieraq għall-kirja tar-raba’ agrikolu u fl-istess ħin aktar ċertezza, stabilità u serħan il-moħħ fil-qasam. “Ma kienx hemm liġi sostanzjali li kienet qed tissalvagwardja dawn l-għelieqi, iżda b’dan l-avviż legali ġdid, issa, hemm xi ħaġa ċara u konkreta fejn il-bidwi se jħallas prezz ġust u prezz moderat, kemm għalih u kemm għal sid l-għalqa.”

199 tal-Liġijiet ta’ Malta, u anke varajna

l-White Paper għall-konsultazzjoni dwar il-viżjoni li għandu l-Gvern lejn dan

Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll kien iddeskriva din ir-riforma fis-settur bħala waħda rivoluzzjonarja meta qal: “Rajna l-importanza tal-biedja fl-ekonomija tal-pajjiż u fejn tidħol l-importanza tas-sigurtà tal-ikel. Taj-

L-istess kriterju kien adottat millGvern ukoll meta wettaq ir-riforma kbira fl-aħħar snin dwar ir-residenzi fil-privat li kellhom kuntratti ffirmati qabel inbidlet il-Liġi fl-1995 fejn għadd ta’ familji, partikolarment f’etajiet avvanzati, kienu qed jiġu żgombrati mill-qrati. F’dak il-każ ukoll, il-Gvern kien bidel il-liġi biex is-sidien tal-proprjetajiet privati jkunu intitolati għal kirjiet xierqa u r-residenti jkollhom rashom mistrieħa li ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom.

Is-sena l-oħra, il-Gvern ukoll introduċa qafas leġiżlattiv ġdid biex il-bdiewa li għandhom art agrikola mikrija mingħand l-Istat ikollhom aktar rikonoxximent fuq l-istess art. Fost dawn kien hemm il-kirjiet insolidum jew dawk il-kirjiet meqjusin bħala indiviżi, speċjalment fejn hemm kerrejja li ma jaqblux ma’ xulxin.

Dakinhar l-emendi fil-liġi, imħabbrin mill-Ministru Refalo u l-Ministru għall-Artijiet Silvio Schembri, iffaċilitaw iżjed it-trasferimenti tar-raba’, inkluż biex dawn ma jitwaqqfux sempliċiment għax xi ħadd mill-kerrejja ma jaqbilx, u artijiet li ma setgħux jiġu trasferiti, bdew jiġu trasferiti.

Każi oħrajn relatati mal-biedja ġew regolarizzati aħjar b’żewġ skemi preċedenti fl-aħħar snin fejn persuni jkollhom ir-residenza primarja tagħhom fuq art bi qbiela jew b’ċens agrikolu. Dawn ippermettewlhom li jsiru sidien tal-art bi qbil mal-Awtorità tal-Artijiet.

21.05.2023 03

GWIDA “MALTIJA” GĦAL ENERĠIJA

Il-Ministru Dalli tmexxi l-ewwel laqgħa tal-Med9 bejn il-Ministri tal-Enerġija fil-Mediterran… qbil f’pajjiżna li

Permezz ta’ ftehim storiku, il-Ministri għall-Enerġija tal-pajjiżi Med9 ikkommettew li jagħmlu r-reġjun Mediterranju hub ta’ enerġija nadifa li jista’ jixpruna l-impenn tal-Unjoni Ewropea lejn Ewropa dikarbonizzata, b’settur talenerġija indipendenti.

Nhar il-Ħamis dawn l-istess Ministri għall-Enerġija tal-pajjiżi tal-UE filMediterran iltaqgħu f’Malta għall-ewwel Laqgħa tal-Ministri għall-Enerġija tal-Med9. Il-Ministru Maltija responsabbli mill-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli mexxiet din il-laqgħa bis-sehem tal-Kummissarju Ewropew għall-Enerġija Kadri Simson, flimkien ma’ delegazzjonijiet ministerjali mittmien pajjiżi l-oħrajn – il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja.

Dan wassal għal żvilupp tassew importanti fejn id-disa’ pajjiżi ffirmaw dikjarazzjoni konġunta, imsejħa Malta Statement, li tniedi l-viżjoni tar-reġjun Mediterranju bħala hub tal-enerġija nadifa u biex iħaffu u jsaħħu l-impenn Ewropew lejn ġejjieni dikarbonizzat u indipendenti fl-enerġija.

Il-pajjiżi tal-Med9 qablu li l-Mediterran jista’ jkun ċentru ta’ investimenti ta’ enerġija rinnovabbli b’enfasi fuq sistemi ta’ enerġija rinnovabbli offshore u interkonnessjonijiet tal-enerġija ġodda bejn pajjiżi tal-UE fil-Mediterran u pajjiżi oħrajn fl-istess reġjun, biex b’hekk ukoll jiffaċilitaw l-investiment Ewropew flenerġija nadifa.

Id-dikjarazzjoni konġunta wkoll tiddefinixxi diversi azzjonijiet. Fil-fatt, il-pajjiżi qablu li jniedu kumitat biex jaħdmu flimkien u jippjanaw it-triq ’il quddiem ħalli l-Mediterran isir hub ta’ enerġija nadifa. Dan l-impenn se jwassal għal aktar tkabbir ekonomiku u iżjed impjiegi fl-istess reġjun.

Il-Ministri għall-Enerġija stiednu lill-

Kummissjoni Ewropea biex toħloq studju komprensiv tal-potenzjal ta’ kurituri ta’ enerġija nadifa li jistgħu jgħaqqdu lill-Ewropa mal-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi ġirien fl-Afrika ta’ Fuq. Talbu wkoll lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-iffinanzjar ta’ proġetti għall-iżvilupp ta’ dawn l-interkonnessjonijiet, waqt li qablu wkoll li jipprijori-

tizzaw l-investimenti tagħhom f’soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli, bħal sistemi offshore, sistemi ta’ pannelli solari, il-produzzjoni u t-trasport talidroġenu rinnovabbli u sistemi ta’ ħażna tal-enerġija.

Finalment, il-Malta Statement tafferma wkoll li d-disa’ pajjiżi se jaħdmu biex jiżguraw li kull stat membru jkun jista’

L-INQAS QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO U ŻIEDA FIL-PAGI IKBAR MILL-

Fit-tbassir tagħha għall-andament ekonomiku madwar l-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea poġġiet lil Malta bħala l-pajjiż li se jkollu l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha.

Dan hekk kif ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna se tkun f’minimu storiku ta’ 2.9%, f’kuntest fejn il-qgħad fiż-Żona Ewro se jibqa’ qrib is-7% jew aktar mid-doppju minna. F’pajjiżi, bħal Spanja, il-qgħad mistenni jibqa’ aktar minn 12% jew erba’ darbiet ogħla minn Malta.

L-esperti tal-Kummissjoni Ewropea qegħdin ibassru wkoll li din is-sena l-pagi f’pajjiżna se jkunu żdiedu b’aktar mir-rata tal-għoli tal-ħajja, tant li se jkun hemm tkabbir ta’ 1%. Madwar iż-Żona Ewro l-paga medja bilkemm mistennija tlaħħaq mal-inflazzjoni.

L-agħar li mistennija jintlaqtu f’dan ir-rigward huma l-ħaddiema Taljani fejn il-pagi se jiżdiedu b’1.9% inqas mill-għoli tal-ħajja. Ta’ min ifakkar li, skont l-istess Kummissjoni Ewropea, il-pagi f’pajjiżna bejn l-2004 u l-2008 kienu żdiedu b’0.4% aktar mir-rata tal-inflazzjoni, waqt li bejn l-2009 u

l-2013 kienu tjiebu b’0.7%.

Dan ifisser li, minkejja ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, id-dħul reali tal-ħaddiema f’pajjiżna bħalissa qiegħed jitjieb b’rata ogħla milli kien taħt l-aħħar amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

Sadanittant, ir-rapport talKummissjoni jindika wkoll li r-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna se tibqa’ tkun taħt il-medja

Ewropea kemm din is-sena kif ukoll fl-2024, waqt li mistennija tonqos b’aktar minn nofs dak li kienet fl-2022.

Il-Kummissjoni Ewropea nnotat ukoll li l-miżuri talGvern fis-settur tal-enerġija

kienu importanti biex żammew

il-prezzijiet stabbli. Is-sena

l-oħra u din is-sena, hu stmat li

l-Gvern se jkun investa mal-€1

biljun biex iżomm stabbli, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tal-fuels għall-familji u għan-negozji lokali.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li “miżuri mdaqqsa millGvern għenu biex żammew il-prezzijiet tal-enerġija milli jinbidlu f’Malta. Dawn mistennija jibqgħu fis-seħħ fl-2023 u fl-2024” (“Sizeable government measures helped to keep ener-

UE: 2023: 1.0% 2024: 1.7%

Żona Ewro: 2023: 1.1%

1.6%

MALTA: 2023: 3.9% 2024: 4.1%

gy prices unchanged in Malta. They are expected to remain in place also in 2023 and 2024”).

Ġie nnutat li s-sena l-oħra d-differenza bejn l-ogħla rata u l-inqas rata ta’ inflazzjoni kienet ikkaġunata l-aktar millfattur tal-enerġija, li varja minn 0% f’Malta għal aktar minn 70.5% fl-Olanda.

It-tbassir ekonomiku talKummissjoni għal pajjiżna hu ferm aħjar minn dak li ġie ppubblikat sitt xhur ilu. Fost

UE:

2023: 6.2%

2024: 6.1%

Żona Ewro:

2023: 6.8%

2024: 6.7%

MALTA:

2023: 2.9%

2024: 2.9%

oħrajn, din is-sena l-Prodott Gross Domestiku (PGD) ta’ pajjiżna mistenni jikber bi 3.9%, meta qabel kien hemm tbassir ta’ 2.8%. Minbarra hekk is-sena d-dieħla l-ekonomija tagħna hi proġettata li tikber b’4.1%, kważi tliet darbiet aħjar miż-Żona Ewro.

B’riżultat ta’ dan it-tkabbir ekonomiku qawwi, anke l-piż tad-dejn nazzjonali kien rivedut ’l isfel b’mod qawwi. Waqt li qabel pajjiżna kien

mistenni li jkollu rata ta’ dejn nazzjonali li terġa’ taqbeż is60% tal-ġid nazzjonali, issa hu mbassar li din se tilħaq is-56%. B’kuntrast bejn l-2009 u l-2013 il-piż tad-dejn nazzjonali kien tela’ għal 67%.

F’dan it-tbassir joħroġ ukoll li, kemm din is-sena kif ukoll is-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija se tikber ferm aktar mill-medja tat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan hekk kif din is-sena hemm differenza ta’ kważi 3%, waqt li s-sena d-dieħla se jkun hemm differenza ta’ 2.4%. L-uniku pajjiż li se jkollu tkabbir ekonomiku akbar minn ta’ pajjiżna huwa l-Irlanda.  Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea nnutat li s-sena l-oħra pajjiżna kellu tkabbir ekonomiku b’saħħtu permezz ta’ żieda fid-domanda domestika, l-esportazzjoni tas-servizzi u anke permezz ta’ rkupru b’saħħtu fis-settur turistiku.

L-esperti tal-Kummissjoni qalu li “l-ekonomija Maltija kibret b’mod b’saħħtu b’6.9% fl-2022, imbottata minn do-

21.05.2023 04
2024:
TKABBIR EKONOMIKU RATA TA’ QGĦAD € €

NADIFA FL-UE

jinħoloq

kumitat għal ġejjieni Ewropew dikarbonizzat

70,000 IŻJED SIEFRU

FL-EWWEL TLIET XHUR

tal-enerġija rinnovabbli mhumiex sempliċement impenn li jħares ’il quddiem b’għanijiet fit-tul. Dawn l-investimenti huma l-aħjar soluzzjoni għall-isfidi tagħna llum. Malta qed taħdem biex tilħaq il-miri tal-enerġija u l-klima tagħha, hekk kif qed inħarsu ’l quddiem lejn investimenti ġodda fir-rinnovabbli offshore u f’sistemi tal-ħażna tal-enerġija, u biex nirdoppjaw l-interkonnessjoni tagħna mal-Ewropa, għal iżjed sostenibbiltà u sigurtà fis-snin li ġejjin.”

Il-Ministru

jibbenefika mill-potenzjal ta’ enerġija nadifa tar-reġjun Mediterranju.

F’messaġġ li bagħtet fil-Med9, il-Ministru Dalli qalet li “llum qed nagħmlu l-ewwel pass biex ningħaqdu flimkien u naħdmu aktar bħala pajjiżi Ewropej tal-Mediterran, flimkien ma’ msieħba oħrajn fir-reġjun. Illum qed nirrikonoxxu li l-investimenti fl-infrastruttura

INFLAZZJONI

manda domestika u esportazzjoni ta’ servizzi, flimkien mal-benefiċċju minn aktar irkupru mit-turiżmu” (“The Maltese economy grew strongly by 6.9% in 2022, driven by domestic demand and export of services, benefiting from the further recovery in tourism”).

F’dan ir-rapport ħareġ ukoll li l-impjiegi f’pajjiżna se jkomplu jiżdiedu b’mod qawwi, bl-akbar sfida tkun dik ta’ nuqqas ta’ ħaddiema.

Ir-rapport kompla: “Malta żammet rata għolja ta’ tkabbir fl-impjiegi. Fl-2022 ix-xogħol żdied b’rata impressjonanti ta’ 6%. Id-domanda għall-ħaddiema żdiedet fost diversi setturi tal-ekonomija, kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati, u kienet speċjalment b’saħħitha fit-turiżmu u s-servizzi amministrattivi” (“Malta maintains a high pace of employment growth. Employment increased by an impressive 6.0% in 2022. Demand for labour increased across various sectors of the economy, both public and private, and was especially strong in tourism and administrative services”).

Min-naħa tagħha, il-Kummissarju Ewropew Simson qalet li “d-diskussjonijiet li kellna llum fil-Belt Valletta jaħbtu mal-ewwel anniversarju ta’ REPowerEU, li l-Kummissjoni varat biex taċċellera l-iżvilupp tar-rinnovabbli u biex iżżid l-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija, filwaqt li tiddiversifika l-provvisti u s-sorsi tal-enerġija. REPowerEU hi storja ta’ suċċess għallMediterran. Fl-aħħar sena rajna żvilupp rekord ta’ sistemi ta’ enerġija rinnovabbli f’dan ir-reġjun. Illum din l-ambizzjoni qed tiġi kkonfermata mill-ġdid u l-Kummissjoni se tibqa’ disponibbli biex tgħin fejn hemm bżonn, filwaqt li tassisti fil-mixja lejn hub ta’ enerġija nadifa fil-Mediterran.”

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-għadd ta’ Maltin li siefru barra l-pajjiż għal skop ta’ vaganza jew biex iżuru lill-qraba jew lill-ħbieb ammonta għal ftit aktar minn 158,000.

Minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) joħroġ li dan l-ammont fisser żieda ta’ kważi 70,000 ċittadin fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra meta dak iż-żmien kienu siefru ftit iżjed minn 88,000 persuna. Komplessivament, dawk li siefru nefqu aktar minn €130 miljun barra l-pajjiż, medja ta’ €832 kull persuna.

Skont l-istess statistika, l-Italja kien l-aktar pajjiż imfittex mill-Maltin, segwit mir-Renju Unit, Spanja, Franza u l-Ġermanja f’dik l-ordni.

Din iż-żieda fis-safar tirrifletti wkoll il-livell tal-għajxien tal-familji lokali, bid-differenza ta’ popli oħrajn. Minħabba li dawn ma sabux l-istess sostenn mill-gvernijiet tagħhom f’pajjiżhom u tgħabbew bl-agħar kontijiet partikolarment tal-enerġija, aktar familji Ewropej qed isibuha diffiċli li jidħlu għal spiża bħal dik ta’ safar.

Maltin li siefru (Jannar-Marzu)

2022: 88,196

2023: 158,180

Raġuni tas-safar (Jan-Mar 2023)

Vaganza: 90,851

Żjara lill-qraba/ħbieb: 43,664

Destinazzjonijiet ippreferuti

mill-Maltin (Jan-Mar 2023)

L-Italja: 56,047

Ir-Renju Unit: 21,819

Spanja: 9,929

Franza: 7,768

Il-Ġermanja: 5,663

21.05.2023 05
Maltija tiffirma l-Malta Statement fil-preżenza tal-Kummissarju Ewropew
b’aktar
Malta qed taħdem biex tilħaq il-miri tagħha
investimenti

RAPPORT LI JIFQA’ BUŻŻIEQA GIDEB

L-Awditur Ġenerali jikkonferma l-konsistenza tal-Prim Ministru Robert Abela fil-każ tal-konċessjoni tal-isptarijiet u

Il-pubblikazzjoni tar-rapport voluminuż mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) dwar il-konċessjonijiet tal-isptarijiet tikkonferma diversi fatturi, primarjament il-fatti kif dejjem ippreżentahom il-Prim Ministru Robert Abela. Ir-rapport janalizza l-perjodu li matulu l-konċessjoni għaddiet mingħand il-Vitals għal għand Steward Healthcare bejn l-2017 u l-2018. Hawnhekk juri kif il-ħatra ta’ Prim Ministru ġdid fl-2020 ġabet bidla fl-istil fil-konfront ta’ dan ilftehim ma’ Steward Healthcare.

Ir-rapport jikxef ukoll mhux biss l-ispin u t-tgħawwiġ tal-fatti dwar din il-materja mill-Kap tal-Oppożizzjoni u dawk li jiddettaw l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista, imma wkoll l-esaġerazzjonijiet tagħhom, kif qed ikomplu jressqu ’l quddiem f’eżerċizzju ieħor ta’ politika partiġjana u negattiva li ma tagħmilx ġid lill-pajjiż f’materja ta’ importanza nazzjonali.

Kif dejjem saħaq il-Prim Ministru, ir-rapport tal-NAO jikkonferma l-konsistenza li mexa biha l-Gvern dwar din il-kwistjoni mill-2020 ’il quddiem. Dan ifisser li l-fatti li ppreżenta l-Gvern tul l-aħħar xhur m’hemmx dubju dwarhom, anke għax l-Awditur Ġenerali ma ħassx il-ħtieġa li jibgħat għall-Prim Ministru biex jixhed f’dan il-każ.

Min-naħa l-oħra, it-tgħawwiġ tal-fatti mill-Oppożizzjoni huma ħaf na u f’dak li qed tgħid qed tibqa’ taħbi u tqarraq dwar prinċipji fundamentali stabbiliti wkoll mir-rapport inkwistjoni. Dan minbarra li, dwar is-sentenza tal-Qorti li temmet il-konċessjoni tal-isptarijiet, jisħqu li l-Gvern għamel xi frodi meta din fl-ebda parti ma attribwiet dan.

L-Oppożizzjoni qed tgħid li mis-sentenza tal-Qorti ’l hawn, ilGvern m’għamel xejn. Imma kulħadd jaf li anke jekk is-sentenza għadha mhix finali, tant li hemm appell, il-Gvern xorta waħda temm il-konċessjoni, ħa l-isptarijiet f’idejh u waqaf iħallas lil Steward Healthcare. Ma’ dan hemm arbitraġġ internazzjonali, fejn il-Gvern diġà rebaħ il-parti tal-urġenza.

F’dan il-każ sensittiv, il-Gvern mexa b’konsistenza u b’għaqal anke minn mindu ngħatat is-sentenza millImħallef Francesco Depesquale fi Frar li għadda. Mat-tħabbir ta’ din is-sentenza, il-Gvern ta garanzija li s-servizz mediku se jibqa’ għaddej u ta serħan ilmoħħ lill-ħaddiema b’rabta ma’ xogħolhom u anke l-kundizzjonijiet tagħhom, fost ħafna aktar.

Issa r-rapport tal-NAO ukoll ixejjen kompletament dak li ilu jingħad mill-Oppożizzjoni dwar il-ħlasijiet li saru tul il-proċess tal-konsultazzjoni, total ta’ €456 miljun, fejn hu kkonfermat li aktar minn €188 miljun huma pagi diretti, bil-maqlub ta’ dak li timplika l-Oppożizzjoni u tinsisti li dawn ukoll għandhom ikunu rritornati.

Ħlasijiet oħrajn mis-somma globali kienu marbutin mal-bini tal-Iskola Me-

dika ta’ Barts u ma’ żieda fis-servizzi li bdew jingħataw fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Isptar Karin Grech, fejn l-Awditur Ġenerali wkoll janalizzahom u jirrikonoxxihom.

Mhux l-istess jista’ jingħad dwar l-Isptar San Luqa fejn dan li kien mistenni minn Steward baqa’ ma sarx.

F’dan ir-rigward il-Prim Ministru wkoll mexa bl-aħjar mod u minnufih wara s-sentenza tal-Qorti talab lill-istess Awditur Ġenerali biex jinvestiga xi flejjes mis-somma kollha li nħarġet mill-Gvern għal investimenti li baqgħu ma sarux biex bil-fatti f’idejh ikun jista’ jirrikorri għal mezzi ħalli jirkuprahom.

Mhux l-istess jista’ jingħad għall-Oppożizzjoni, fejn l-inkonsistenzi jirrenjaw f’din il-kwistjoni.

tru, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, fost oħrajn, biex jiġu investigati u jintbagħtu l-ħabs, meta r-rapport tal-Awditur Ġenerali ma jitfa’ l-ebda piż fuq il-Kabinett attwali, skoprejna li saħansitra qed jiddefendi lil ħaddieħor li hu indagat fl-inkjesta maġisterjali dwar il-kwistjoni tal-isptarijiet.

ukoll prattikament obbligat jitfa’ ismu “fil-borma” biex jingħoġob ma’ dawk tal-fazzjoni estremista li tiddomina l-Oppożizzjoni.

Ir-rapport tal-NAO kixef l-inkonsistenza u l-irresponsabbiltà tal-Oppożizzjoni

Nazzjonalista, fost l-oħrajn, meta titlob li jiġi rritornat il-ħlas tal-konċessjonijiet inklużi aktar minn €188 miljun f’salarji tal-ħaddiema

Dan joħroġ b’mod ċar anke mill-esponenti tal-PN li jippreżentaw ruħhom fuq quddiem fil-kwistjoni, bħad-Deputati Joe Giglio u Adrian Delia wkoll.

Filwaqt li mad-Deputat Karol Aquilina tal-establishment, l-Avukat Giglio fassal id-denunzja kontra l-Prim Minis-

Dwar dan kien anke mistoqsi internament fil-PN biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu wara li, iffaċċjat b’mistoqsijiet ta’ ONE News f’konferenza stampa, hu ma ċaħadx.

Minbarra hekk, kif żvelat mill-KullĦadd il-ġimgħa li għaddiet, Giglio kien

Wieħed ma jistax jinsa s-saga tal-bini tal-Isptar Mater Dei, li kien fdat lill-kumpanija tal-kostruzzjoni Żvediża, Skanska, li kienet responsabbli għall-konkos difettuż li nstab fil-binja wara l-bidla fil-Gvern 10 snin ilu. Fatt li kien inħeba mill-poplu mill-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi kien ftehim li, permezz tiegħu, ċeda d-dritt li jfittex lil Skanska f’każ li joħorġu xi difetti. B’riżultat ta’ dan, insterqu miljuni minn bwiet il-poplu Malti u Għawdxi, li ammontaw għal madwar €150 miljun biex il-ħsara titranġa.

Relatat ma’ dan, skoprejna aktar riċenti li d-Deputat u Eks Kap Adrian Delia, li jqis li l-kwistjoni tal-konċessjoni tal-isptarijiet hi mertu tiegħu u qed jgħid li “nsterqu miljuni” mill-poplu, għal numru ta’ snin kien proprju l-konsulent legali ta’ Skanska. Fil-fatt Delia, li llum qed ipinġi lilu nnifsu bħala d-difensur tad-drittij-

21.05.2023 06
Grech inqabad fil-gideb u t-tgħawwiġ tal-fatti, bil-maqlub ta’ Abela (inset) li kien dejjem konsistenti

U SPIN TAL-PN

l-pożizzjoni għaqlija tat-tmexxija tiegħu sa mill-2020

Ritratt: TVM.COM.MT

u aġixxa fl-interess nazzjonali

iet tal-poplu, għamel 10 snin jiddefendi l-interessi ta’ Skanska.

L-inkonsistenza u l-irresponsabbiltà tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista baqgħu joħorġu fil-beraħ anke wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-NAO nhar it-Tnejn li għadda.

Waqt li l-Gvern, permezz tal-Whip tiegħu s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul, talab li jiġi diskuss mill-ewwel fil-Parlament dakinhar stess, tant kemm ma kellux x’jaħbi u tant kemm ir-rapport jikkonferma dak li dejjem stqarr il-Prim Ministru, in-naħa tal-Oppożizzjoni rrifjutat. Din il-mossa rriflettiet b’mod ċar li r-rapport jikxef il-gideb sfaċċat tagħha u ma kellhiex kontro-argumenti xi tressaq. Kif ingħad mill-Partit Laburista, hu aktar konvenjenti għal Bernard Grech li joqgħod jitkellem waħdu fejn ikompli jallega bl-addoċċ mingħajr ma jkun jista’ jmerih xi ħadd.

Il-Prim Ministru Robert Abela xorta indirizza lill-Parlament dwar is-suġġett fost il-ħafna interruzzjonijiet min-naħa l-oħra biex ma jitħalliex jitkellem. Immexxija mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, l-Oppożizzjoni nfexxet f’għajjat u qajmet point of orders biex ixxekkel lillPrim Ministru.

Iżjed minn hekk u f’nofs seduta, il-

Kap tal-Oppożizzjoni sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li matulha kompla jirrepeti l-istess gideb u tgħawwiġ tal-fatti tal-aħħar ġimgħat u xhur, bil-maqlub ta’ dak li jisħaq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.

Fil-Parlament il-Prim Ministru, filwaqt li qal li mhux se jieħu attitudni li kollox sar tajjeb, sostna li r-rapport tal-NAO jifqa’ kull bużżieqa li pprovat tonfoħ l-Oppożizzjoni dwaru u dwar ilGvern, għax qal juri li hu kien korrett meta tkellem dwar il-fatti b’rabta ma’ din il-kwistjoni.

Sussegwentement l-Oppożizzjoni tenniet li l-Grupp Parlamentari tagħha, f’laqgħa straordinarja, jappoġġja t-talba biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil Robert Abela, Chris Fearne u Clyde Caruana, fost l-oħrajn, minkejja dak li qal l-Awditur Ġenerali.

Stqarrija relatata tal-PN titfa’ dawl fuq talbiet identiċi li saru qabel mill-għaqda Nazzjonalista Repubblika, immexxija minn ħu d-Deputat Karol Aquilina.

Fil-fatt Robert Aquilina ħareġ b’dawn it-talbiet biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil dawk kollha involuti fil-ftehim tal-konċessjoni tal-isptarijiet, xi ħaġa li kienet ripetuta fid-denunzja tal-PN u f’konferenza stampa minn Grech quddiem il-bini tal-Qorti fejn qal li ppreżenta fatti ġodda lill-inkjesta maġisterjali.

Nhar il-Ħamis filgħodu, il-PN segwa l-passi ta’ Repubblika u għamel rikors quddiem il-Maġistrat inkwirenti Gabriella Vella. Dan seħħ l-għada li esponenti ta’ Repubblika ressqu artikli fil-gazzetti, dwar ħlasijiet lill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, li hu dejjem sostna li kienu ta’ xogħlijiet li saru wara li spiċċa mill-kariga.

Muscat ukoll daħħal rikors fil-Qorti min-naħa tiegħu fejn talab lill-Maġistrat Vella biex tirrikuża ruħha mill-inkjesta u din tgħaddi f’idejn ġudikant li jista’ jassigura l-imparzjalità f’dan il-każ, kemm bħala perċezzjoni kif ukoll bħala fatt.

F’messaġġ fuq Facebook, l-Eks Prim Ministru ta r-raġunijiet varji tiegħu għal dan u insista li l-Maġistrat baqgħet qatt ma bagħtet għalih biex jixhed minkejja t-talbiet li għamel, li kien hemm leaks kontinwi mill-inkjesta tagħha u li qraba tal-istess Maġistrat ippromwovew propaganda ta’ min talab l-inkjesta. Muscat qal li, fid-dawl ta’ dawn l-affarijiet, ħass li kellu jressaq dan ir-rikors fil-Qorti għax il-kwistjoni kienet saret waħda politika

Fil-kwistjoni kollha l-Gvern assigura li se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu għallġid tas-settur tas-saħħa, tal-pazjenti li jirrikorru għas-servizzi tal-aqwa kwalità u tal-pajjiż inġenerali. Fl-interess nazzjonali, it-tmexxija għaqlija ta’ Robert Abela se tkompli taħdem fuq il-pjani għas-settur tas-saħħa u l-isptarijiet, kif imwiegħed fil-manifest elettorali, u wara d-deċiżjoni tal-Qorti anke billi jirranġa l-Isptar San Luqa, fost oħrajn. Quddiem Oppożizzjoni qarrieqa li darba wara l-oħra tibqa’ tinjora l-fatti, il-Gvern se jibqa’ konsistenti mal-fatti, waqt li jibqa’ jippreżenta s-soluzzjonijiet.

FL-EŻEKUTTIV TAL-PN

BI KSUR TAL-ISTATUT

… mis-sitwazzjoni vittma wkoll il-Kunsill tal-Gudja

Stefan Caruana hu s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista u jirriżulta li issa ilu f’din il-kariga għal kważi erba’ xhur bi ksur tal-istatut tal-istess Partit. Sorsi tal-KullĦadd fid-Dar Ċentrali spjegaw u fakkru kif Caruana daħal fil-kariga wara li l-predeċessur tiegħu, Rudolph Marmara, kien fost ħafna li rriżenjaw mill-PN mindu laħaq Kap Bernard Grech.

Is-sorsi indikaw li, tant kemm fil-PN m’hemmx ħjiel jew kontroll ta’ dak li qed jiġri, b’mod partikolari mill-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, Stefan Caruana qed jokkupa r-rwol li ngħatalu bi ksur dirett tal-istatut.

Fost l-oħrajn, l-istatut Nazzjonalista jgħid li persuna fil-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv ma tistax tkun magħżula minn fost il-kunsillieri lokali, mentri Caruana għadu sal-lum jifforma parti mit-tmexxija tal-Kunsill tal-Gudja bħala minority leader.

Teknikament dan kien ifisser li Caruana kellu saħanasitra jirriżenja mill-pożizzjoni fil-Kunsill Lokali qabel aċċetta l-kariga amministrattiva fil-Partit. Għalkemm wieħed stenna li tal-inqas jirregola ruħu ladarba jkun sab postu fir-rwol il-ġdid imma sal-lum dan għadu ma seħħx. Filfatt, din hi xi ħaġa li Caruana m’għamilx u għal darb’oħra fil-PN hemm min qed isostni li din hi waħda minn ħafna affarijiet li s-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino ġie jaqa’ u jqum minnhom.

Is-sorsi tennew li, sakemm xi ħaġa ma taffettwax lilu direttament, Piccinino mhu jagħti kas ta’ xejn. Bil-maqlub, “fejn jikkonċernah, hemm anke konfużjoni joħloq” saħqu s-sorsi, waqt li rreferew għall-ġlied kbir li kien hemm riċentament fil-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN).

Il-Kap Bernard Grech jaf mhux konxju ta’ x’inhu għaddej, xtaqu jenfasizzaw is-sorsi tagħna, għalkemm ma kkummentawx meta ffaċċjati bil-mistoqsija jekk dan allura jirriflettix nuqqas ta’ kapaċità fit-tmexxija. Sadanittant, minn din il-kwistjoni kollha biex imliet pożizzjoni fil-PN jidher li qed ibati wkoll il-Kunsill Lokali tal-Gudja. Din il-gazzetta hi infurmata li Caruana mhux jattendi kontinwament il-laqgħat bħala rappreżentant tal-poplu Gudjan elett fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali erba’ snin ilu.

Kemm-il darba Caruana jirriżenja mill-Kunsill Lokali mhux biss dan isir magħruf pubblikament, iżda minfloku jkun irid jiġi co-opted xi ħadd ieħor mill-PN, ladarba hu diġà kien elett f’elezzjoni każwali wara li Mark Anthony Sammut tela’ fil-Parlament wara diversi tentattivi li għamel. Għaldaqstant jidher li l-PN sab problema hemm ukoll.

21.05.2023 07
Stefan Caruana (xellug) mal-Kap u s-Segretarju Ġenerali f’ritratt tal-okkażjoni meta tħabbret il-ħatra tiegħu uffiċjalment mill-PN

34,000 TUNNELLATA TA’ SKART IĠĠENERATI FL-EWWEL TLIET XHUR

Fl-iskeda l-ġdida l-borża s-sewda naqset b’250 tunnellata f’xahrejn… qabel ġiet introdotta wkoll il-liġi tas-separazzjoni obbligatorja f’April

Fl-ewwel tliet xhur mindu tnediet l-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart f’pajjiżna nġabru b’kollox 34,444.78 tunnellata ta’ skart, skont tagħrif li ngħata fil-Parlament din il-ġimgħa. Fil-maġġoranza assoluta, l-akbar ammont ta’ skart iġġenerat kien dak li jintefa’ fil-borża s-sewda, għalkemm kien hemm tnaqqis sinifikanti sa Marzu, qabel iddaħħlet il-liġi ta’ separazzjoni obbligatorja.

Fiha nnifisha l-iskeda tal-ġbir, li ddaħħlet fit-2 ta’ Jannar, timbotta għal aktar separazzjoni taliskart, iżda l-istatistika ppreżentata mistennija tara iżjed titjib f’dan ir-rigward ladarba jkunu inklużi l-effetti li mistenni jkollha l-liġi għal separazzjoni obbligatorja li daħlet fis-seħħ mill-14 t’April li għadda.

Din il-liġi, li bħalissa għaddejja kampanja edukattiva dwarha, se tibda timponi multi fuq min ma jisseparax sew l-iskart tiegħu, bil-għan li jitnaqqas drastikament l-iskart li jintefa’ filborża s-sewda. B’hekk finalment aktar materjal, bejn dak organiku, plastik, kartun u ħġieġ, ikun jista’ jiġi riċiklat f’risq l-ambjent f’pajjiżna.

Fil-fatt, mill-14 ta’ Ottubru li ġej jidħlu fis-seħħ dawn il-multi, li jibdew minn €75 għan-negozji u €25 għad-djar, waqt li dawk li jinqabdu jirrepetu ksur tal-liġi l-multi jirdoppjaw.

Dan l-impenn imur ukoll id f’id mal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS) li qed tirriċik-

la l-fliexken tax-xorb magħmulin mill-plastik, ħġieġ u landa u li f’ħames xhur diġà pproċessat aktar minn 60 miljun kontenitur għar-riċiklar. Mill-informazzjoni miġbura għall-perjodu ta’ Jannar u Marzu skont ir-reġjuni, li issa huma responsabbli għall-ġbir tal-iskart bieb bieb, l-indikazzjonijiet huma sbieħ tant li minn Jannar sa Marzu diġà kien hemm tnaqqis fil-borża s-sewda, li għandha tiġbor fiha dak li ma jistax jiġi rriċiklat.

Fi tweġiba li tat għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriżi Miriam Dalli ppreżentat tabella bil-ġbir maqsuma f’erba’ taqsimiet – il-borża l-bajda (organiku), il-borża l-ħadra jew il-griża (riċiklar), il-borża s-sewda (skart imħallat) u ħġieġ.

Mill-istatistika joħroġ li f’Marzu kien hemm mal-250 tunnellata inqas skart tal-borża s-sewda meta mqabbel ma’ xahrejn qabel. Dan kien ir-riżultat ta’ aktar separazzjoni tal-iskart, tant li fl-istess waqt kien hemm żidiet fil-borża l-bajda u l-ħadra/griża. Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fit-tunnellati ta’ materjal tal-ħġieġ miġbur, ladarba parti sostanzjali issa qed tmur direttament għand il-BCRS fejn il-konsumatur jirkupra l-10ċ li jkun ħallas max-xiri ta’ kull kontenitur tax-xorb indikat fl-iskema.

Jew uża l-app

biex tirrapporta rimi illegali ta’ skart

21.05.2023 08
SKART ORGANIKU 6,267.22 tunnellata SKART IMĦALLAT 21,766.68 tunnellata SKART RIĊIKLABBLI 5,485 tunnellata ĦĠIEĠ RIĊIKLAT 925.88 tunnellata

IL-PN BI PROPOSTI IRRELEVANTI GĦAN-NEGOZJI

Il-Partit Nazzjonalista ppropona tliet proposti li, skontu, il-Gvern għandu jintroduċi biex itaffi l-piżijiet minn fuq in-negozji Maltin u Għawdxin, iżda li wkoll ġew redikolati minn rappreżentanti tan-negozjanti stess f’reazzjonijiet ippubblikati f’sezzjoni oħra tal-midja.

Wieħed faċilment jagħraf, minn kliem id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Ta’ Min Iħaddem (MEA) Joe Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji Abigail

Agius Mamo stess, li l-Partit ta’ Bernard Grech lanqas biss ikkonsulta ma’ dawk interessati qa-

bel spara tali proposti.

Waqt li ma wrietx entużjażmu għall-proposta ta’ Grech biex jitwaqqaf fond ħalli, skontu, jitnaqqsu spejjeż ta’ importazzjoni u esportazzjoni, Agius Mamo indikat li din m’għadhiex relevanti llum il-ġurnata. Iżjed minn hekk qalet li l-Gvern diġà poġġa fil-prattika miżura, li kienu ssuġġerew huma, bil-għan li jkun hemm għajnuna lill-importaturi biex ikabbru l-imħażen u b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu ordnijiet akbar.

Hi ġiet ikkwotata tgħid li, waqt li l-ispejjeż tattbaħħir huma għoljin, dawn issa qed jistabbiliz-

€5M OĦRA FIT-TISBIĦ

TA’ BINI ANTIK MALTI

Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-iskema “Irrestawra Darek”

Sidien ta’ proprjetajiet antiki għal darb’oħra qegħdin jingħataw iċ-ċans li jirrestawraw il-faċċati tagħhom b’għajnuna finanzjarja mill-Awtorità tal-Ippjanar li tlaħħaq il-€5 miljun.

Dan tħabbar mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi fit-tnedija tar-raba’ edizzjoni tal-iskema “Irrestawra Darek”, li diġà qasmet għadd ta’ miljuni fis-snin li għaddew. Fil-preżenza ta’ Oliver Magro, Chairperson Eżekuttiv talAwtorità tal-Ippjanar, Zrinzo Azzopardi tenna li din l-iskema se tgħin lin-nies jirrinovaw u jsebbħu d-dar tagħhom, waqt li skemi ta’ dan it-tip ukoll ikomplu jagħtu l-opportunità biex pajjiżna jżomm il-karatteristiċi ewlenin tal-arkitettura Maltija fil-qalba tal-irħula u l-ibliet tagħna.

Il-Ministru faħħar l-impenn tal-Awtorità fir-riġenerazzjoni taż-żoni urbani, filwaqt li rrikonoxxa l-apprezzament tal-pubbliku għall-iskema, kif tixhed l-istess konkorrenza f’edizzjonijiet preċedenti.

Diġà kienu allokati aktar minn €27M sal-lum

Fil-fatt, jirriżulta li mill-iskema “Irrestawra Darek” biss, l-Awtorità tal-Ippjanar allokat aktar minn €27 miljun diġà u kienet ta’ għajnuna għal aktar minn 3,000 sid ta’ residenzi f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCA). L-iskema tnediet fl2017.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità

tal-Ippjanar qal li “dan hu mod għaqli kif nipproteġu l-qalba tal-ibliet u l-irħula tagħna, billi nikkonservawhom u nżommuhom attraenti, mhux biss għax huma parti integrali mill-wirt arkitettoniku tagħna, iżda wkoll għax jirriflettu l-awtentiċità tal-identità tagħna.”

Magro żied jgħid li “wieħed japprezza li bini antik jiswa aktar biex jiġi rinnovat peress li jirrikjedi materjali speċifiċi u ħiliet tradizzjonali. Ma nistgħux ninsistu biss li jiġu adottati l-aħjar prattiċi u snajja’, speċjalment f’żoni sensittivi bħaċ-ċentri tal-irħula tagħna. Għaldaqstant, qed noffru inċentivi ta’ appoġġ finanzjarju lis-sidien tad-djar biex nilħqu l-għan tagħna.”

Permezz ta’ din l-iskema, residenti bi proprjetà fi kwalunkwe lokalità f’Malta u Għawdex li jaqgħu f’UCA jew huma skedati fl-Ewwel jew it-Tieni Grad se jkunu jistgħu jirrestawraw il-faċċati. Huma jirċievu rifużjoni ta’ 100% għax-xogħlijiet sa massimu ta’ €11,000 f’żoni ta’ konservazzjoni urbana u sa €16,000 għar-residenzi skedati fl-Ewwel jew fit-Tieni Grad. Parti mill-istess rifużjoni

se tinkludi wkoll sa €800 għall-ħlasijiet għal servizzi professjonali eliġibbli (inklużi spejjeż ta’ periti) u €200 għallħlas ta’ permessi tal-kunsill lokali. Proprjetajiet residenzjali li diġà bbenefikaw minn edizzjonijiet preċedenti tal-istess skema mhumiex eliġibbli.

Mis-somma li qed tiġi investita fl-iskema, €4 miljun qed jiġu allokati għal proprjetajiet residenzjali f’UCA, filwaqt li l-bqija għal proprjetajiet residenzjali skedati.

Is-sottomissjonijiet għal din l-iskema se jibdew jintlaqgħu minn nhar it-Tlieta, 30 ta’ Mejju 2023 u jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju 2023 għar-residenzi f’żoni UCA, filwaqt li għal proprjetajiet skedati s-sottomissjonijiet se jintlaqgħu bejn it-Tlieta, 6 ta’ Ġunju 2023 u s-6 ta’ Lulju 2023.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku uffiċjali tal-Awtorità (pa. org.mt), li jinkludi l-linji gwida, jew b’email fuq irrestawradarek2023@pa.org.mt.

Għat-tnedija tal-iskema kien preżenti wkoll il-Perit Ray Farrugia, Chairperson tal-Kumitat tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF).

zaw ruħhom u l-akbar problema hi li l-prezzijiet żdiedu minn barra.

Farrugia waqqa’ l-argument tal-Kap tal-PN li l-eliminazzjoni tat-taxxa fuq iż-żieda tal-għoli tal-ħajja tiskoraġġixxi lill-employers milli jgħollu l-prodotti jew is-servizzi tagħhom. Hu qal li m’hemm l-ebda relazzjoni awtomatika bejn l-ispejjeż u l-prezzijiet.

L-imsieħba soċjali kienu wkoll faħħru l-inizjattiva tal-Gvern li jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija, biex għamilna l-uniku pajjiż Ewropew li ma tefax dan il-piż fuq il-familji u n-negozji.

21.05.2023 09

Waqt li l-ebda produttur lokali ma jesporta prodotti organiċi, hi biss 0.58% tal-art agrikola kollha f’pajjiżna li tintuża għall-produzzjoni ta’ tali prodotti … il-Gvern qed jimmira li jżidha għal 5% sal-2030 b’miżuri ta’ għajnuna speċifika

MALTA TIMMIRA GĦAL PRODUZZJONI ORGANIKA

GĦAXAR DARBIET IKBAR

Il-maġġoranza assoluta tal-prodotti organiċi kkonsmati f’pajjiżna huma importati

Bħala parti mill-pjan ta’ Politika Nazzjonali għall-Ikel Sostenibbli, li se tkun ippubblikata aktar tard din is-sena, ilGvern qed jimmira li jkabbar l-art agrikola fl-industrija lokali intenzjonata għal prodotti organiċi bi kważi għaxar darbiet milli hi attwalment.

Minn tagħrif li rnexxielha tikseb ilKullĦadd, jirriżulta li minn 0.58% tal-art kollha maħduma bħala raba’ riservata għal prodotti agrikoli din mistennija tiżdied għal 5% sa seba’ snin oħra.

Għal dan il-għan produtturi se jiġu offruti skemi ta’ finanzjament b’rati aktar għoljin minn qatt qabel, kemm għal dawk li jikkonvertu għall-ħidma organika kif ukoll għall-manutenzjoni tal-istess produzzjoni.

Waqt li tvarja f’diversi pajjiżi, il-biedja organika tinkludi prattiċi li jippromwovu l-bilanċ ekoloġiku, it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta’ pestiċidi, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u r-riċiklar ta’ riżorsi. Id-domanda tal-konsumaturi għal tali prodotti żdiedet sew fl-aħħar snin b’aktar kuxjenza favur l-ambjent inġenerali u dieti personali għal saħħa aħjar.

Jirriżultalna li waqt li l-Maltin żiedu b’mod qawwi l-konsum ta’ prodotti organiċi fl-aħħar snin, il-produzzjoni lokali ma kibritx bl-istess ritmu u l-maġġoranza ta’ ikel simili jiġi importat. Fil-fatt, minn ċifri f’idejn din il-gazzetta, hu stmat li sal2020 kien hemm 60 miljun tunnellata ta’ ikel organiku li ġew importati minn barra, waqt li sal-2019 ġew prodotti lo-

kalment ftit aktar minn 45 tunnellata. Dawn tal-aħħar kienu primarjament għeneb u ħxejjex, bħal kaboċċi, pastard, ġdur u broccoli, fost oħrajn.

Minbarra hekk l-akbar ammont ta’ ettari riservati għall-biedja organika hu fil-produzzjoni taż-żebbuġ, anke jekk l-ammont tiegħu fis-suq hu żgħir wisq.

Jekk taqta’ barra l-ħxejjex, il-maġġoranza tal-għeneb u ż-żebbuġ ukoll jaslu sa fuq il-mejda tal-ikel tal-Maltin u l-Għawdxin biss bħala prodotti pproċessati, fil-forma ta’ żejt u nbid jew prodotti anċillari.

Ta’ min jinnota li fl-2020, l-art sħiħa riservata għal biedja agrikola kienet tlaħħaq is-67 ettaru, żieda ta’ 21.8% fuq is-sena ta’ qabel u kważi 194% fuq perjodu ta’ għaxar snin. Minn dan it-total, 27 ettaru jew 40% jitkabbru permezz ta’ siġar, filwaqt li fuq il-bqija tal-art insibu tkabbir ta’ ħxejjex.

Appoġġ finanzjarju biex aktar produtturi jaqilbu għall-biedja organika

Hu fatt magħruf li l-biedja organika għandha spejjeż ta’ produzzjoni aktar għoljin u trendi inqas dħul minn produzzjoni meqjusa konvenzjonali. Din għax tinkludi spejjeż tax-xogħol ogħla, li wkoll allura jwasslu għal prezzijiet ogħla mqabblin ma’ prodotti simili “normali” li mhux iċċertifikati organiċi.

Għaldaqstant il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, għadu kemm nieda abbozz tal-ewwel Pjan Nazzjonali għall-Ikel Organiku, bil-għan li pajjiżna jimxi lejn

sistema tal-ikel aktar robusta u reżiljenti, li tindirizza s-sigurtà u s-sostenibbiltà fl-isfond tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (Green Deal) u l-istrateġija Ewropea msejħa Farm-to-Fork.

Dan il-pjan lokali se jkun parti integrali mill-Politika Nazzjonali għall-Ikel Sostenibbli, li mistennija toħroġ aktar tard din is-sena. F’din l-istrateġija, ilGvern qed jara li tiżdied b’mod sinifikanti l-produzzjoni tal-ikel organiku ċċertifikat, b’element ta’ garanzija lillkonsumatur u opportunità lill-produttur li jsostni l-produzzjoni u l-ekosistemi lokali, waqt li jkollu qligħ xieraq.

B’hekk il-pjan ikun qed jissodisfa anke d-domanda dejjem tikber tal-konsumatur għal għażla aktar wiesgħa u volumi akbar ta’ ikel organiku.

Din il-gazzetta hi infurmata li, minbarra kumpens finanzjarju, il-pjan Malti se jkun qed jipprovdi l-għodda neċessarja biex il-produtturi u dawk involuti fis-settur lokali jibbenefikaw minn appoġġ f’taħriġ u pariri professjonali, bħal assistenza lill-bdiewa u lin-negozju fis-settur agroalimentari għal qligħ xieraq f’ħidmiethom.

Il-pjan hu msejjes fuq il-ħidma u s-suċċess ta’ numru tajjeb ta’ operaturi lokali, li diġà għamlu l-qabża neċessarja lejn il-ħidma organika u kisbu ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa u għandu l-għan li jħajjar operaturi oħrajn jaqilbu wkoll għal biedja simili.

Dan kollu hu konformi mal-viżjoni li Malta timxi lejn futur fejn il-produzzjoni lokali tal-prodotti organiċi tibqa’ attiva u vijabbli ekonomikament, issir bidla fil-kultura tal-ikel, b’konsum akbar ta’ ikel lokali, aktar ugwaljanza fid-dieta individwali u tisħiħ tar-reżiljenza u s-sigurtà tal-ikel bl-ipproċessar ta’ prodotti ta’ kwalità u inizjattivi fir-riċerka, l-innovazzjoni u prattiċi li jnaqqsu l-impatti fuq il-klima.

Fl-aħħar jiem, il-Ministru responsabbli Anton Refalo mexxa numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika biex dawk kollha interessati jaqsmu l-ideat tagħhom. Il-laqgħat kienu mmirati lejn stakeholders involuti fil-katina tal-ikel, li jvarjaw minn produtturi, proċessuri, l-industrija tal-ospitalità, bejjiegħa u konsumaturi, li lkoll kellhom l-opportunità li jissuġġerixxu anke tibdil fil-miżuri qabel titfassal il-verżjoni finali talpjan li eventwalment irid jiġi ppubblikat u jpoġġi fil-prattika politika li għandha ssaħħaħ il-provvista tal-ikel lokali.

Attwalment l-akbar produzzjoni organika lokali – l-għeneb –tmur għall-proċess ta’ prodotti oħrajn, bħall-inbejjed

PRODOTT Żebbuġ Għeneb Ċereali Ħaxix Ċitru fis-suq lokali 0% 2.2% 0% 0.4% 0% Art organika użata (ettari) 15 10 5 5 1 Art konvertita kompletament 10 7 4 6 N/A Art fi proċess li tiġi konvertita 5 3 1 N/A N/A 21.05.2023

BIEB MIFTUĦ GĦAL IŻJED KUNTISTABBLI

Il-Korp tal-Pulizija matul iljum tal-bieraħ fetaħ il-bieb talkwartieri tiegħu f’Ta’ Kandja, fil-limiti tas-Siġġiewi, biex joffri l-opportunità lil dawk iż-żgħażagħ, li jixtiequ jew għandhom il-ħsieb li jissieħbu f’din il-forza tal-ordni tal-pajjiż, ħalli jaraw mill-qrib il-ħidma vasta li kapaċi toffri karriera simili.

Dawk li kkonkorrew għal din l-attività kellhom l-opportunità li jitħarrġu kemm fiżikament u anke bit-teknoloġiji u l-għodod li jużaw l-uffiċjali tal-Pulizija fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Fost l-oħrajn, dawk preżenti setgħu jipprovaw anke l-virtual firearm simulator, l-għodda teknoloġika li l-Korp beda jgawdi minnha fl-aħħar snin u li fuqha jistgħu jitħarrġu virtwalment għal diversi tattiċi tal-isparar. Dan l-apparat jintuza ta’ kuljum mill-uffiċjali tal-Ispecial

Intervention Unit (SIU).

Uffiċjali mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fil-Korp ukoll offrew tagħrif dwar fiex tikkonsisti karriera bħala pulizija, il-benefiċċji marbutin ma’ din il-karriera, x’jinkludi l-proċess tar-reklutaġġ u t-taħriġ li jingħata, li dawk preżenti wkoll setgħu jesperjenzaw b’mod dirett.

vention Unit (RIU), it-Taqsima tal-Klieb, il-Kavallerija, rappreżentanti mill-Pulizija tal-Komunità, it-Taqsima tat-Traffiku, it-Taqsima tas-Cyber Crime u uffiċjali mil-Laboratorju tax-Xjenza Forensika.

Dawn setgħu juru kif karriera fil-Korp tal-Pulizija hi waħda vasta u dak li jkun jista’ jimraħ fiha għax tiftaħ diversi opportunitajiet.

Dan jikkumplimenta wkoll is-sejħa pubblika li l-Korp

ħareġ fl-aħħar jiem għall-ingaġġ ta’ kuntistabbli ġodda. Is-sejħa tibqa’ miftuħa sad-9 ta’ Ġunju li ġej u kull min jixtieq iżjed informazzjoni għandu jidħol fuq is-sit uffiċjali recruitment.gov.mt.

Sejħa miftuħa għal reklutaġġ sad-9 ta’ Ġunju

Sadanittant, fost il-ħafna taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija preżenti fl-open day ilbieraħ kien hemm ir-Rapid Inter

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

21.05.2023 11
-
Uffiċjali minn taqsimiet differenti tal-Korp tal-Pulizija jispjegaw ħidmiethom ta’ kuljum lil dawk li attendew għall-open day f’Ta Kandja lbieraħ

IL-ĦARSIEN GĦALL-ĦADDIEMA KOLLHA

Ix-xogħol huwa parti integrali minn ħajjitna fejn inqattgħu parti sostanzjali mill-ħin tal-ġurnata tagħna. Għalhekk kull min iħaddem għandu l-obbligu li joffri ambjent ta’ xogħol sigur lill-ħaddiema tiegħu.

Mill-banda l-oħra, kull ħaddiem għandu d-dmir jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tiegħu nnifsu kif ukoll ta’ persuni oħra li jistgħu jiġu affettwati bix-xogħol li jkun qiegħed isir.

Ħafna drabi nassoċjaw ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol max-xogħol fiżiku, par-

tikolarment ix-xogħol

tal-kostruzzjoni peress li dan iġib miegħu aktar perikli u riskji minn xogħlijiet oħra.

Madanakollu, jeħtieġ li wieħed jifhem li s-saħħa u s-sigurtà trid tiġi osservata f’kull post tax-xogħol irrispettivament mit-tip ta’ xogħol li jkun qed isir.

Illum il-ġurnata pereżempju qed issir enfasi kbira fuq l-importanza tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol minħabba li n-nies qed jaħdmu ħinijiet itwal u minħabba l-istress tax-xogħol fost raġunijiet oħra. Marbut ma’ dan is-suġġett, din il-ġimgħa attendejt summit fi Stokkolma, l-Iżvezja organizzat mill-Presidenza Żvediża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bit-tema “Occupational Safety and Health Stocktaking Summit”.

Dan is-summit laqqa’ madwar 300 delegat fosthom politiċi u uffiċjali mill-Istati Membri kollha u esperti tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Is-Summit Ewropew dwar isSaħħa u s-Sigurtà organizzat mill-Presidenza Żvediża tal-Unjoni Ewropea kellu bħa-

la waħda mit-temi ewlenin issaħħa mentali tal-ħaddiema. Matulu sħaqt fost l-oħrajn dwar l-importanza li għandha tingħata lis-saħħa mentali tal-ħaddiema kollha u li każijiet bħal dawn għandhom ikunu trattati minn min iħaddem bl-akbar urġenza. Barra minn hekk, enfasizzajt li meta sid ta’ post tax-xogħol ikollu indikazzjoni ta’ problema ta’ saħħa mentali fost l-impjegati tiegħu, għandu jieħu azzjoni mill-ewwel u jkun hemm mezzi ta’ għarfien biex il-problema tiġi indirizzata. Fl-istess waqt, l-impjegati għandhom jitrawmu fihom ħiliet ta’ kif għandhom jiffaċċjaw dawn is-sitwazzjonijiet fil-postijiet fejn jaħdmu. F’pajjiżna jeħtieġ li l-Gvern flimkien mal-imsieħba soċjali naħdmu flimkien għal aktar prattiċi tajbin fil-ħarsien tassaħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għaliex b’dan ilmod nistgħu nnaqqsu r-riskji u l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Kemm min iħaddem kif ukoll il-ħaddiema jeħtieġ li filwaqt li jkunu konxji ta’ dawn il-prattiċi, jimxu b’mod konformi magħhom. Sa mit-twaqqif tagħha

20 sena ilu l-Awtorità għasSaħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, ħadmet qatigħ biex toħloq kampanji ta’ għarfien biex teduka lill-ħaddiema u lill-pubbliku inġenerali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Fl-aħħar xhur il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar b’kollaborazzjoni mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għamlu numru ta’ laqgħat ma’ numru ta’ ħaddiema barranin biex jingħataw aktar għarfien dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan apparti laqgħat oħra li jsiru matul is-sena mill-istess Awtorità. Barra l-importanza tal-edukazzjoni u l-kollaborazzjoni f’dan il-qasam hemm ukoll l-aspett importanti l-ieħor, dak tal-infurzar li huwa ċentrali u kruċjali fid-dinja tax-xogħol. Fis-sena 2022 saru madwar 4,387 spezzjoni fuq il-post tax-xogħol, medja ta’ 84 spezzjoni fil-ġimgħa.

Fit-28 ta’ April, fil-jum internazzjonali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol nedejna konsultazzjoni

pubblika dwar White Paper li qed tipproponi tiġdid tal-Liġi tal-Awtorità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Il-liġi attwali dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ilha fisseħħ 20 sena. Għaldaqstant, wasal iż-żmien li din il-liġi tkun aġġornata biex tirrifleti aħjar ir-realtajiet tal-lum fid-dinja tax-xogħol u twassal biex jissaħħaħ il-qasam leġiżlattiv u t-tħaddim tiegħu.

B’dan il-mod ser tingħata vuċi aktar b’saħħitha lill-imsieħba soċjali biex tinkoraġġixxi parteċipazzjoni aktar attiva u l-OHSA ser titħalla tirreaġixxi b’mod aktar effiċjenti għall-bidliet kontinwi fid-dinja tax-xogħol.

Il-bidla tas-sistema ta’ pieni amministrattivi ser twassal biex l-Awtorità jkollha aktar għodod ta’ infurzar permezz tat-twaqqif ta’ Tribunal Amministrattiv relatat ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà.

Dan il-proċess ta’ tiġdid fil-qafas leġiżlattiv tal-OHSA jrid ikun akkumpanjat minn ħidma kbira biex indaħħlu kultura favur aktar saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

LABURISTI NISTAQSU LILNA NFUSNA

POLITIKU

Qabel ma nibdew, jaqblilna li flimkien nistaqsu lilna nfusna jekk, bħala Laburisti, għandniex nisimgħu u nemmnu lil ċorma żgħira ta’ profeti foloz li bl-akbar arroganza qed iċarrtu ħwejjiġhom minn fuqhom, jiskruplaw bħall-Fariżej ta’ żmien Kristu, u jgħidu li mhux qed ikun ipprattikat isSoċjaliżmu u jwissuna biex ma nivvotawx lill-Partit li xi darba huma wkoll kienu fih?

Biex inkunu f’qagħda ideali biex nirrispondu din id-domanda, jeħtieġ nistaqsu domanda oħra, min huma dawn il-profeti foloz? U allura, bilfors ikollna nwieġbu li huma ftit nies li ħlief pożi, prużunjoni u pretensjonijiet m’għandhomx.

Ġeneralment dawn il-ponn nies ma jridux iniżżluha li tilfu l-fiduċja tal-Laburisti u li ma

ssodisfawx l-ambizzjoni kbira daqs il-Muntanja Everest, fejn l-istess ambizzjoni tagħhom għaffġithom taħtha.

Ifakkruna fil-kliem mirqum tal-poeta tan-nirien Karmenu Vassallo meta qalilna: “U toħroġ minn qalbhom l-għajta

qerrieda/Ta’ Jiena, Jiena, Jiena”. Għal dawn il-psewdointellettwali, li jippretendu li huma l-uniċi għorrief li kellu l-Partit Laburista, jeżistu huma biss u mhux il-Partit, teżisti l-ambizzjoni qerrieda tagħhom u l-PL hu biss vettura li twassalhom għal din l-ambizzjoni.

Fil-verità, dak li joħroġ minn qalbhom u minn kitbiethom hu biss imrar u disperazzjoni biex jilagħbu l-parti kkundannata mill-istess Kristu, tal-ilpup qalb il-merħla.

Għalhekk m’għandniex nagħtu kas l-ilpup li xi darba kienu jħufu qalb il-merħla li llum hi aktar minn konxja li s-Soċjaliżmu mhux talli qed jiġi pprattikat fostna, primarjament bil-benefiċċji lil dawk li l-iżjed għandhom bżonn ġustizzja soċjali, imma qed ngħixu fi żmien li, grazzi għall-qabża kbira fl-avvanz anke tat-teknoloġija diġitali, għandna l-faċilità, li naraw, nisimgħu u nkunu nafu x’qed iseħħ fid-dinja kollha.

U jekk nistaqsu lilna nfusna jekk dawk is-setturi ta’ kull soċjetà, kemm f’Malta kif

ukoll barra minn xtutna, jiġifieri l-anzjani, il-morda, it-tfal tal-ħaddiema, dawk l-aktar sfortunati, dawk bi ħtiġijiet speċjali, l-ommijiet li jaħdmu u l-istudenti, fost l-oħrajn, humiex igawdu l-aqwa benefiċċji fost l-istati membri fl-Unjoni Ewropea, bilfors li jkollna nirrispondu fl-affermattiv.

Wieħed mill-iżjed filosofi prominenti li qatt rat iddinja kien il-Grieg Platun. Dan dejjem insista li kull bniedem, kważi ta’ kuljum, ikollu jiddeċiedi l-pass li jmiss f’ħajtu. Platun kien iwissi lis-segwaċi tiegħu, kemm dawk ta’ żmienu, kif ukoll

tal-ġenerazzjonijiet li ġew warajh, jiġifieri sa żminijietna, biex qabel ma jagħżlu, jieqfu ftit, jirriflettu u jistaqsu lilhom infushom mistoqsijiet kruċjali.

Fit-tagħlim tiegħu kien jagħti l-akbar eżempju, għax flok jagħmel xi dikjarazzjoni kien jippreferi jistaqsi. U aħna l-Laburisti mhux se niddejqu nistaqsu lilna nfusna: Il-Partit tagħna perfett? U b’umiltà kbira nammettu li mhuwiex. Il-perfezzjoni la tinsab filbniedem u lanqas fl-opri kollha li jagħmel.

U wara l-ammissjoni li m’aħniex perfetti, inħarsu lejn iż-żewġ partiti ewlenin

Fil-verità, dak li joħroġ minn qalbhom u minn kitbiethom hu biss imrar u

disperazzjoni biex jilagħbu l-parti

kkundannata mill-istess Kristu, tal-ilpup qalb il-merħla

lokali u nistaqsu: Kieku filGvern kien hemm il-PN matul il-pandemija, x’kien jiġri f’pajjiżna? Kieku filGvern bħalissa hemm il-PN, meta l-Gwerra fl-Ukrajna qed tispara ’l fuq il-prezzijiet ta’ kulma hu essenzjali biex ilpoplu jgħix ħajja diċenti, min kien se jerfa’ l-akbar piż, ilGvern jew il-poplu?

It-tweġibiet din id-darba joħorġu bihom l-istess Nazzjonalisti u sħabhom tat-Times. Qalulna li dak li jogħla minn barra m’hemmx x’tagħmel: Ja ħaddiem u ja negozjant, daħħal idejk filbut u ħallas għalih int! Il-Kap tal-Oppożizzjoni mar oltre minn hekk u assigurana li dawk is-sussidji tal-Gvern Laburista jridu jieqfu xi darba. Li kien għalih dawn il-miljuni kbar, li żammew il-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tal-fuels l-orħos fl-Ewropa u ma splodewx l-ispiża tal-ħajja ferm aktar milli hi, iridu jinġarru minna lkoll. Irrelevanti jekk aħniex f’qagħda li nerfgħuhom. L-għażla f’idejna, għalkemm m’hemmx wisq fiex titfixkel.

21.05.2023 12
Minn OSSERVATUR Ministru STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

L-AQWA BIDU TA’ SENA TURISTIKA

Ftit tal-jiem ilu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ ir-riżultati turistiċi tal-ewwel kwart ta’ din is-sena. Ċifri li juru bl-iżjed mod ċar li ksibna rekord ġdid għall-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. Riżultati importanti li jimmarkaw l-aqwa bidu ta’ sena turistika fl-istorja f’termini ta’ wasliet, iljieli mqattgħin u nefqa filpajjiż.

Dan ksibnieh wara li s-settur tat-turiżmu għadda minn snin ta’ sfidi, b’restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u lockdowns li ħallew impatt fuq l-industrija madwar id-dinja. Minkejja l-intoppi, is-settur tat-turiżmu wera reżiljenza u kien kapaċi jadatta.

In-numri juruna li fil-perjodu msemmi, madwar 443,000 turist żaru l-Gżejjer Maltin, 4.1% iżjed mill-2019, l-aħħar sena rekord fejn jidħol it-turiżmu.

L-aqwa l-ewwel tliet xhur anke f’termini ta’ ljieli mqattgħin. Fil-fatt, bejn Jannar u Marzu

ta’ din is-sena t-turisti qattgħu 2,905,527 lejl. Żieda ta’ 3.8% fuq l-2019. B’mod sinifikanti, in-nefqa totali tat-turisti f’pajjiżna telgħet għal €312,000,000. Din hija żieda oħra u sostanzjali ta’ 14.7% meta mqabbla mal-istess perjodu tal-aħħar sena qabel il-pandemija.

Ġiet irreġistrata żieda flispiża ta’ kull turist b’mod individwali. Filwaqt li fl-2019 il-medja tan-nefqa ta’ kull turist kienet ta’ €640, din is-sena telgħet għal €705: żieda ta’ aktar minn 10%. Għal kull lejl

f’pajjiżna, ntefqu kważi €110 minn kull turist fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena: żieda ta’ 10% fuq l-istess perjodu fl-2019. Dak iż-żmien kienu jintefqu medja ta’ €97.

Dawn huma riżultati tal-promozzjoni estensiva li saret flaħħar xhur mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

L-Awtorità mexxiet diversi kampanji diġitali OOH fi swieq ewlenin bħal Franza, ir-Renju Unit, l-Italja u wkoll għall-ewwel darba, fil-Ġappun. Kien hemm promozzjoni fuq it-TV, bħall-ORF fis-swieq li jitkellmu

Dan ksibnieh wara li s-settur tat-turiżmu għadda minn snin ta’ sfidi, b’restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u lockdowns li ħallew impatt fuq l-industrija madwar id-dinja. Minkejja l-intoppi, is-settur tat-turiżmu wera reżiljenza u kien kapaċi jadatta.

bil-Ġermaniż.

Sadanittant, kellna lix-Chef ċelebri Taljan Bruno Barbieri li ġibed xi episodji ta’ Quattro Hotel f’pajjiżna. Ninsabu ferm kuntenti li l-episodji tal-JLTV Air, Land and Sea fuq l-Istorja Lhudija ta’ Malta rebħu żewġ premjijiet prestiġjużi tal-midja. Barra minn hekk, mis-sħubija tagħna ma’ EOLO-KOMETA, Malta rċeviet aktar minn 15K siegħa ta’ espożizzjoni televiżiva fuq il-Eurosport u stazzjonijiet oħra. Din is-sħubija ġabet ukoll opportunitajiet biex isiru avvenimenti promozzjonali kemm fl-Italja kif ukoll fi Spanja.

It-tragward tal-ewwel xhur jikkonferma li l-ħidma fil-qasam tat-turiżmu miexja fid-direzzjoni t-tajba. Dan kollu ser ikun pjattaforma għall-kumplament tas-sena fejn qegħdin naraw li jkollna sena tajba ħafna sabiex b’hekk inkomplu nagħtu sostenn lil din l-industrija favur iżjed opportunitajiet għall-futur.

IR-REKORDS TA’ HERITAGE MALTA

Fl-ewwel erba’ xhur tal-2023, fis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta kellna żieda sostanzjali ta’ ’l fuq minn 60% fl-ammont ta’ viżitaturi. Tant kienet kbira ż-żieda li kważi lħaqna n-numri tal-2019 u dan juri kif wettaqna rkupru importanti ħafna.

Aktar importanti minn hekk huwa l-fatt illi l-infiq medju fuq kull viżitatur fil-mużewijet żdied b’14% (u l-prezzijiet ma żdidux la għall-miżata ta’ dħul, u lanqas fil-ħwienet tal-mużewijiet).

Dan ifisser illi ġejjin iktar turisti li lesti jonfqu aktar.

B’din ir-rata se nilħqu n-numri tal-aħjar sena s’sissa fejn jidħlu l-mużewijiet, ċoè l-2019, b’turist li lest jonfoq aktar u allura japprezza aktar il-patrimonju kulturali rikk ta’ pajjiżna u jħalli iktar flus

li mbagħad jerġgħu jintużaw għaż-żamma tal-wirt storiku tagħna.

Nifraħ lil sieħbi l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo li taħt il-gwida tiegħu pajjiżna qed jirreġistra aħbarijiet sbieħ fl-ammont ta’ turisti li jiġu fostna li huma wkoll, finalment aħbarijiet sbieħ għalina li naħdmu fis-settur kulturali u tal-patrimonju storiku għaliex settur iwieżen lill-ieħor u viċeversa.

Tajjeb li nagħmluha ċara li din iż-żieda sostanzjali fl-ammont ta’ viżitaturi f’siti kulturali u patrimonjali mhijiex fenomenu għal Heritage Malta. Ħa nagħti żewġ eżempji oħra: l-għadd ta’ nies li żaru t-teatru Manoel fl-2022 kien ta’ 21,500 persuna.

Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena biss, diġà żaru t-Teatru Manoel 26,000 persuna!

It-tieni eżempju – inawgurajna l-wirja tal-arazzi storiċi li l-Gran Mastru Perellos kien ta lill-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-bidu tas-seklu 18 u issa ġew restawrati. Bejn il-5 ta’ Mejju u nhar l-Erbgħa li għadda żaru din il-wirja xejn inqas minn

33,689 ruħ!

Dan waqt li kullimkien

fl-Unjoni Ewropea żdiedu l-prezzijiet tad-dħul fil-mużewijiet u f’Malta mhux

talli ma żidniehomx imma talli ħloqna l-passaport għat-tfal u għall-anzjani biex iktar nies

igawdu l-wirt ta’ pajjiżna bla xkiel.

U aħna komessi biex inkomplu ninvestu fil-wirt patrimonjali tagħna biex aktar turisti jżuru dawn il-postijiet storiċi li tant għandna biex inkunu kburin u niftaħru bihom.

Però ħalli nerġa’ niffoka fuq Heritage Malta għaliex nixtieq ngħaddi ftit eżempji mill-ħidma li qed tagħmel fis-settur.

Bħal Heritage Malta hemm għadd ta’ entitajiet oħra li jagħmlu ħidma important ħafna wkoll fis-settur kulturali u patrimonjali imma llum xtaqt niffoka fuq din l-Aġenzija tant importanti.

Fil-Palazz tal-Gran Mastru jew tal-President, bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħlijiet tal-ewwel fażi tal-proġett massiċċ tar-restawr tal-Palazz, kofinanzjat minn fondi Ewropej. Dan il-proġett jinkludi r-restwar tal-kurituri u l-Uċċellerija fil-Piano Nobile, l-Armerija terġa’ tieħu posta fil-kamra fejn kien jiltaqa’ l-Parlament u r-riġenerazzjoni tal-ispazji fil-pjan terran (Casa del Monte u l-Orangerie) li qabel kienu użati bħala uffiċini ta’ diversi aġenziji tal-Gvern. F’dawn l-ispazji se jsir ċentru tal-viżitaturi għal dawk kollha li jiġu jżuru dan il-Palazz. Barra minn hekk, għaddej ukoll xogħol ta’ restawr estensiv, u sa din is-sena se jkunu

diġà ġew investiti ’l fuq minn €20 miljun oħra mill-Gvern Ċentrali, fis-swali statali kollha tal-Palazz fil-Piano Nobile, inklużi dawk is-swali li jintużaw mill-President tar-Reppublika. Barra mir-restawr tas-soffitti tal-injam iddekorati, freski u pitturi, damask u artijiet tal-irħam, saret sistema ta’ kontroll tal-ambjent, sistemi ta’ sigurtà, fire alarms u dawl speċjalizzat.

Din is-sena, barra li tkompla r-restawr tal-pitturi u graffiti fis-Sergeant’s Mess (fl-ewwel sular), ser jinħareġ tender għar-restawr tal-binja minn barra, b’investiment minn fondi lokali addizzjonali. Dan ix-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar ta’ din is-sena u jitlesta fl-2024. Bħalissa wkoll qed jiġi ffinalizzat id-disinn ta’ esperjenza multimedjali immersiva għall-viżitaturi f’dan il-bini.

Intant il-proġett fil-binja tal-Mużew Marittimu fil-Birgu, b’investiment ieħor massiċċ u anke b’għajnuna ta’ fondi Norveġiżi, miexi ġmielu. Riesqa lejn it-tmiem l-ewwel parti tal-proġett, li kienet tinkludi kemm aspett ta’ xogħlijiet ta’ restawr u diġitalizzazzjoni, u issa diġà qed inħarsu lejn it-tieni parti ta’ dan il-proġett. Dan il-proġett se jwassal għal esperjenza kompletament ġdida tal-istorja marittima ta’ pajjiżna.

Din is-sena ser jiġi ffinalizzat id-disinn, anke bl-għajnuna ta’ disinjatur ta’ fama internazzjonali, u jinħarġu t-tenders meħtieġa sabiex jinbeda x-xogħol fuq il-parti suċċessiva fl-2024.

Irrid insemmi investiment ieħor, din id-darba ta’ €750,000 sabiex jibda proġett ta’ restawr u riġenerazzjoni fil-partijiet li Heritage Malta stess tokkupa f’Bighi. Għalhekk, mill-ewwel ġiet sottomessa applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex inħarġu permessi ta’ resatwr għall-Smoking Shed u l-faċċati kollha taż-żewġ binjiet prinċipali.

Min-naħa l-oħra, wara li ġġarraf parti mill-ħajt għoli li jdawwar il-peniżula ta’ Bighi fil-maltempata Helios (Frar 2023), bdew mill-ewwel diskussjonijiet u studju, flimkien ma’ Infrastructure Malta, sabiex ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet neċessarji minnaħa tal-baħar sabiex ikun jista’ jerġa’ jinbena dan il-ħajt. Ta’ min isemmi li dan il-ħajt iġġarraf għaliex ċeda l-blat li kien jifforma għar naturali taħt dan il-ħajt.

Aħna determinati li nkomplu ninvestu fis-settur patrimonjali għax dan huwa dak li jagħti valur lilna l-Maltin. Huwa b’dan il-mod li nkomplu noħolqu prosperità ġdida għal soċjetà iktar b’saħħitha, għal Malta aħjar.

21.05.2023 13
Ministru OWEN BONNICI Ministru CLAYTON BARTOLO

ROBERT ABELA: MA JISTAX IKOLLNA L-PAĊI DINJIJA MINGĦAJR IL-ĠUSTIZZJA

Waqt li indirizza s-Summit tal-Kunsill tal-Ewropa fl-Iżlanda din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li d-dinja ma tistax tgħix fil-paċi jekk ma jkunx hemm ġustizzja. “Ma jistax ikun hemm paċi mingħajr ġustizzja u l-ebda ġustizzja mingħajr sens ta’ responsabbiltà,” insista Dr Abela fis-summit tal-Kunsill tal-Ewropa, li kien biss ir-raba’ wieħed minn kemm ilu li twaqqaf fl-aħħar tas-snin 40.

Il-Prim Ministru Malti, li kien preżenti għassummit fost is-46 mexxej tal-pajjiżi mseħbin filKunsill tal-Ewropa, qal li dan tlaqqa’ fl-isfond ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent.

Hu qal li dan hu “summit importanti ferm, fiċ-ċirkostanzi li għandna bħalissa, jiġifieri lGwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja. Sfidi li mhumiex żgħar, jiġifieri qed nitkellmu dwar l-inflazzjoni u l-kwistjoni tal-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels.”

Filwaqt li rrefera għall-fatt li l-Ewropa qed tiffaċċja gwerra fil-Lvant tagħha 74 sena wara lħolqien ta’ din l-organizzazzjoni Ewropea, il-Prim Ministru qal li s-Summit organizzat bejn it-Tlieta u l-Erbgħa li għaddew għaqqad lill-pajjiżi Ewropej favur l-Ukrajna u biex jinstabu soluzzjonijiet għal din il-kriżi.

“Ma jistax ikollna s-sliem mingħajr il-ġustizzja u ma jistax ikollna l-ġustizzja mingħajr sens ta’ responsabbiltà. Hu għalhekk li jeħtieġ li nkomplu nappoġġjaw lill-Ukrajna kemm hemm bżonn ħalli niżguraw li dawk kollha li huma responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom u li d-drittijiet tal-vittmi għall-verità, għall-ġustizzja u għall-kumpens jiġu ssodisfati.”

Il-Prim Ministru ffirma wkoll il-ftehim tal-Kun-

sill tal-Ewropa li jistabbilixxi r-Reġistru Internazzjonali tad-Danni kkawżati mill-aggressjoni fuq l-Ukrajna. Dan se jservi bħala dokumentazzjoni ta’ evidenza li jkun jista’ jintuża fil-futur biex tiġi żgurata r-responsabbiltà finanzjarja ta’ min qed iwettaq l-aggressjoni fl-Ukrajna u jsegwi r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, li rrikonoxxew il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu internazzjonali għarriparazzjoni ta’ danni minn atti internazzjonali illegali matul il-Gwerra fl-Ukrajna.

Bħall-kumplament talmexxejja fis-summit, Dr Abela indirizza d-dibattitu ġenerali fejn ukoll semma sfidi oħrajn li qiegħed jiffaċċja l-kontinent Ewropew, primarjament it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni.

u nnaqqsu kemm nistgħu t-tħarbit li tikkawża … dwar il-migrazzjoni, li dwarha rridu nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra t-traffikar u l-kuntrabandu tal-migranti filwaqt li nsaħħu l-appoġġ tagħna lill-istati li qegħdin fuq quddiem nett kif ukoll lillpajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu,” qal il-Prim Ministru Malti lill-mexxejja l-oħrajn miġburin.

Abela qal li Malta hi ħerqana li aktar pajjiżi demokratiċi Ewropej jissieħbu bħala stati membri tal-UE.

Il-Prim Ministru jindirizza s-summit

tal-Kunsill tal-Ewropa

fl-Iżlanda, li kien biss ir-raba’ wieħed mindu twieldet din

Dwar tal-ewwel, hu qal li għandhom jiżdiedu l-isforzi biex nevitaw u ntaffu l-impatt tagħha, kif pajjiżna ilu jesprimi ruħu sa riċentement ukoll fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda fejn ġie elett biex iservi sas-sena d-dieħla. B’rabta mal-kriżi tal-immigrazzjoni

l-organizzazzjoni

Dr Abela tkellem dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra dawk li jittraffikaw il-persuni u aktar għajnuna lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fuq il-periferiji tal-Unjoni Ewropea, bħalma hi Malta.

“Qed nitkellem dwar it-tibdil fil-klima, li dwarha rridu nżidu l-isforzi tagħna biex nipprevjenu

F’diskorsu wkoll semma l-valuri li tħaddan din l-organizzazzjoni Ewropea, fosthom il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tas-saltna tad-dritt, waqt li qal li dawn għandhom jiġu rispettati u protetti fost ilpajjiżi Ewropej.

Hu qal li “d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u s-saltna tad-dritt  huma l-valuri fundamentali li għaqqduna flimkien. Ejjew niżguraw li nibqgħu nirrispettawhom, nippromwovuhom u nipproteġuhom, filwaqt li nżommu dejjem quddiem għajnejna x’hemm fuq in-naħa l-oħra tal-frażi ‘qatt aktar’.”

F’kummenti lill-midja fi tmiem l-istess summit, il-Prim Ministru Malti stqarr li f’dawn l-aħħar għaxar snin, pajjiżna għamel passi ta’ ġġant, inkluż fil-qasam tal-ugwaljanza, waħda mill-valuri fundamentali ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali, flimkien mad-drittijiet tal-bniedem u s-sal-

tna tad-dritt, fost “Meta rġajt irrakkontajt na għaxar snin tal-ugwaljanza, tara si ta’ ġgant, bħal Konna lura ħafna fir-Rainbow Index

Il-Prim Ministru pajjiżna baqa’ l-ewwel za u osserva li, nhar l-istrateġija u l-Pjan għall-persuni LGBTIQ+.   “Hu għalhekk ja importanti u snin li ġejjin, fejn za għall-persuni strateġija li hija joni ċara ta’ fejn Qed nitkellmu wkoll qed jagħtu aktar naħdmu wkoll biex jadottaw anke minn fejn tidħol il-ħidma xi tkellimna wkoll sam tal-ugwaljanza,” indika li pajjiżna is-settur.

Il-Prim Ministru fil-kapitali Reykyavik, ta’ Ċipru Nikos Christodulides Maia Sandu, mal-Prim Pashinyan u ma’ baxxatriċi tal-Istati Magħquda.

21.05.2023 14

IKOLLNA IL-ĠUSTIZZJA

fost oħrajn.

irrakkontajt minn fejn beda pajjiżilu u fejn jinsab illum fil-qasam tara kemm pajjiżna għamel pasbħal fit-twessigħ tad-drittijiet ċivili. ħafna f’dan is-settur u llum kburi li Index qegħdin l-ewwel,” hu qal.

Ministru sostna li, sena wara sena, l-ewwel f’dan l-indiċi tal-ugwaljannhar l-Erbgħa stess, il-Gvern nieda

l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ugwaljanza LGBTIQ+.

ukoll li llum nedejna l-istrateġiu pjan ta’ azzjoni għall-ħames

fejn jidħol il-qasam tal-ugwaljanLGBTIQ+. Fost l-oħrajn din hi meħtieġa, anke biex nagħtu viżfejn irridu mmorru fiż-żmien li ġej. wkoll dwar l-equality bills li se jkunu ugwaljanza lil kulħadd. Qegħdin biex koppji LGBTI jkunu jistgħu minn pajjiżi terzi u hemmhekk il-ħidma diplomatika, jiġifieri dak kien wkoll dwaru f’dan is-summit fil-qatal-ugwaljanza,” ikkonkluda Dr Abela, waqt li se jibqa’ miexi ’l quddiem f’dan

Ministru kellu diversi laqgħat bilaterali Reykyavik, fost l-oħrajn mal-President Christodulides u dik tal-Moldova

mal-Prim Ministru tal-Armenja Nikol ma’ Linda Thomas Greenfield, Amtal-Istati Uniti tal-Amerka għall-Ġnus

21.05.2023 15
Ritratti: GARETH DEGIORGIO

NAĦDMU LEJN PAĊI FOST IL-ĠNUS

Il-Ħamis li għadda kelli l-unur li nindirizza l-attività mtellgħa mill-Ambaxxata Palestinjana f’Malta sabiex jiġi kkommemorat il-75 anniversarju millAl Nakba.

X’inhi din il-kommemorazzjoni? L-14 ta’ Mejju 1948 jimmarka t-twaqqif talIstat ta’ Iżrael imma wkoll kien ifisser it-telfien ta’ art twelid il-Palestinjani. Fil-lingwa Għarbija “Nakba” tfisser “katastrofi”. B’referenza għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina din il-katastrofi tfisser it-telfien tal-art għall-Palestinjani kemm waqt u anki wara l-gwerra tal-1948. Huwa magħruf li kważi 800,000 Palestinjan kellhom jaħarbu jew kienu sfurzati sabiex jitilqu matul din il-gwerra. Sal-lum ħafna Palestinjani li huma mxerrda bħala refuġjati f’pajjiżi madwar id-dinja għadhom meqjusa bla titlu ta’ stat. Kien Yasser Arafat fl-1998 li stabbilixxa din il-ġurnata uffiċjali ta’ kommemorazzjoni għat-telfien ta’ art twelid il-Palestinjani.

Huwa ta’ sodisfazzjon li għall-ewwel darba fl-istorja, il-Ġnus Magħquda kkommemorat Nakba t-Tnejn li għadda ġewwa l-kwartieri tagħha fi New York hekk kif jitlob il-mandat tal-istess Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li ngħata fit-30 ta’ Novembru 2022.

L-istudjużi tal-istorja jiġru wara l-fatti. Il-politiċi għandhom it-tendenza li jagħtu l-ħsibijiet tagħhom fuq dawn il-fatti. Bħala studjuża tal-istorja kif ukoll involuta direttament fl-attività politika jien inħoss li ngawdi ċertu vantaġġ għal perspettiva aktar wiesgħa sabiex nanalizza aħjar u noħloq bilanċ bejn il-fatti li jingħadu u l-interpretazzjoni politika tagħhom. Aktar minn hekk li tkun studjuża tal-istorja, involuta fil-politika u tkun soċjalista jagħtini l-konfort li b’wiċċi minn quddiem nipprattika l-prinċipji tiegħi. U f’dan il-kuntest, xi jgħidu dawn il-prinċipji? Kapitlu 2, Paragrafu 5 tal-Istatut tal-Partit Laburista jgħid: “Il-Partit Laburista jemmen li għandu jaħdem għall-paċi, stabbilità u kooperazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran u jemmen fil-ħidma bejn il-popli biex ikun hemm avvanz tal-popli kollha madwar id-dinja”.

Malta sa mill-Indipendenza tagħha tradizzjonalment dejjem żammet relazzjoni qrib u ta’ ħbiberija mal-poplu

Palestinjan. Il-politika tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta konsistentament tissapportja l-isforzi internazzjonali bil-għan li twassal għal soluzzjoni paċifika u negozjabbli sabiex jieqaf dan il-kunflitt u jiġi wkoll imwaqqaf Stat Palestinjan li jgħix maġenb l-Istat ta’ Iżrael fil-paċi u fis-sigurtà. Il-Partit Laburista jaqsam l-istess opinjoni u jissapportja l-istess sforzi.

Mit-tfulija tiegħi u sal-lum il-ġurnata trabbejt u kbirt nisma’ u nsegwi dan il-kunflitt fil-Lvant Nofsani. Diżgrazzjatament għadha sal-lum il-ġurnata l-aħbar barranija mill-aktar prominenti fil-bulettini tal-aħbarijiet. U dan inikkitli qalbi. Għaddew 75 sena u l-ebda progress tanġibbli sabiex jissolvew l-affarijiet qatt ma sar. Fl-opinjoni tiegħi u ta’ bosta huwa ċar li dawk li huma kuntenti għal xi raġuni jew oħra li s-sitwazzjoni kurrenti tibqa’ kif inhi, qed jagħmlu fiż-żgur li jibqa’ jirnexxilhom dan l-iskop. U dan huwa dnub.

Din il-parti tant sabiħa tad-dinja hija l-art qaddisa għat-tliet reliġjonijiet monoteisti li jemmnu fl-istess Alla wieħed, l-istess Alla li għażel din il-parti tad-dinja sabiex joħloq lill-bniedem u ċ-ċivilizzazzjoni. Dan hu dak li lkoll nemmnu fih jekk intix Kristjan, Musulman jew Lhudi. Naqbel sew ma’ dak li qalet Federica Mogherini, Eks Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea: “Ġerusalemm mhix sempliċiment belt sabiħa, imma l-isfida hija li nuru li Ġerusalemm tista’ titgawda minn kulħadd fil-paċi u r-rispett.’’

Ikun għaqli li niftakru x’kien qal ilPerit Duminku Mintoff waqt in-negozjati li wasslu għall-iffirmar tal-Helsinki Final Act fl-1975 meta kien stqarr li: “Mingħajr paċi fil-Mediterran, qatt ma jista’ jkun hawn paċi fl-Ewropa.”

Din l-istqarrija għandna lkoll iżżommna fuq ponot subgħajna sabiex nibqgħu naħdmu bis-sħiħ għall-paċi, għax il-paċi ġġib il-libertà, l-istabbilità u l-prosperità, imma aktar minn hekk iġġib il-ferħ u l-imħabba, elementi li fl-opinjoni tiegħi huma l-aktar essenzjali għall-bniedem li qatt m’għandu jkun imċaħħad minnhom.

Il-politika tal-Affarijiet

Barranin ta’ Malta konsistentament tissapportja l-isforzi internazzjonali bil-għan li twassal għal soluzzjoni paċifika u negozjabbli

Sur Editur, Għall-estremiżmu u l-bombastiċità, ħadd ma jirbħilhom lil dawn il-qatta intamati. U jekk ma tridx, din il-ġimgħa bbrillaw fihom dawn. Kollox għaqad mal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-isptarijiet. Imma anki sempliċement artiklu fuq il-gazzetta mħarbxa li għandhom, jagħtuh titlu qisu pajjiżna jinsab fit-tarf tal-abbiss.

Qrajt titlu bombastiku fil-gazzetta tagħhom, li ovvja sar bi skop biex ikabbru l-affarijiet ħalli jkomplu jitfgħu dawl ikrah fuq pajjiżhom stess. L-iskjavitù lura f’pajjiżna, qalulna. Naqbel magħhom, ta, għax jekk jibdew minn darhom stess, għandhom lil dak li jaħseb li huwa l-kap tagħhom li huwa biss skjav ta’ dawk li ħatfu l-partit tagħhom f’idejhom. Jien ma nafx kif iħalluh kap lil Bernard il-Grech, Sur Editur, u ma jitfgħux floku lil ħu Karol l-Aquilina, lil Robert. Dak li ma tgħaddix siegħa li ma joħroġx fit-toroq quddiem il-ġurnalisti u jiddetta lillistituzzjonijiet ta’ pajjiżna x’għandhom jagħmlu. U Alla jbierek, dan Robert l-Aquilina, ħu Karol, jippretendi li huwa Alla l-imbierek. Tliet persuni f’wieħed. L-Imħallef, il-Prosekutur u l-Prim Ġurat.

Għax jiftaħ ħalqu u ħlief jitlob għal-Laburisti biex jintefgħu l-ħabs qabel ikun hemm investigazzjoni ma jagħmilx. Raġel sew dan Robert l-Aquilina.

Dan l-istess wieħed li jitkaża li f’pajjiżna hawn litanija ta’ kazzati, ma hawnx libertà tal-espressjoni, li l-Gvern irid jagħlaq ħalq dawk li jikkritikawh, li l-Gvern ma jħallix lill-ġurnalisti jaħdmu. Imma mbagħad, biex ikun inkonsistenti bħall-partit li ħakem flimkien ma’ ħuh u xi erbgħa oħra, ma jixbax jitfaħ ħalqu u jgħid li ż-żikk irid, fuq kollox, fuq kulħadd – basta kontra tagħna, il-Laburisti.

Melda tiegħi din il-ġimgħa fakkritni li dawn, bil-maqlub, ma jlissnux kelma dwar xiex qed tiġi akkużata fl-Ewropa l-magħżula tagħhom, Roberta l-Metsola. Kont qed immexmex kustilja l-forn, demel niżżlithieli, għax kif qaltli hekk, jien u niġbed biċċa laħam minn bejn l-għadam, xraqt. Għad għandi griżmejja misluħin s’issa. Imma nsomma.

Issa dawn l-erbat ijiem li għaddew rajna xi jsarraf l-estremiżmu politiku a la l-partit tagħhom. Għemilhom fil-Parlament ta’ min jistmerru. U azzjonithom ukoll, Sur Editur. Madre tal-ħniena jibqgħu għaddejjin bit-tgħawwiġ tal-fatti. Hekk iridu jirbħu l-gvern dawn. Dejjem hekk nafhom.

Fiż-żmien kienu jgħajruna li min jivvota għalina jmur l-infern. Kien żmien li għext meta kellhom lill-Knisja pakkett wieħed mal-partit tagħhom. Meta mbagħad il-poplu fetaħ moħħu u tgħallem jirraġuna, ma baqgħux bil-knisja forċina tagħhom u qabdu tattika mnellħa u partiġjana, li jippruvaw iħawdu l-imħuħ bil-gideb u t-tgħawwiġ ta’ dak li huwa veru.

Erba’ qtates li huma l-istess nies li jmexxu tużżana għaqdiet. Għax qamu wkoll tal-Occupy Juices, immexxija mill-istess nies ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, li jmexxu wkoll l-għaqda l-oħra tasSivil Sossy. U dawn tal-Occupy Juices talbu li terġa’ tinfetaħ l-inkjesta tal-Egrant, u tar-Repubblika jridu li l-Kummissarju jwarrab, u ħu Karol l-Aquilina jrid ma nafx kemm-il riżenja.

X’politika dik hux!

Imbagħad dawn il-qdusija miexja fuq l-art, ħadu donazzjoni minn xi ħadd li jbigħ il-passaporti, u għax din telgħet f’wiċċ l-ilma, qalu, qalu, għax qalu, li ma kinux jafu minn fejn kienet ġiet id-donazzjoni. U tawhielhom lura. U l-gazzetti li dejjem jaraw kif jgħattulhom xturhom, ħadu l-ispjegazzjoni banali li taw u għamluha fatt. And God Save King Charles and his side chick who became Queen Camumilla.

Ma jarawhx wiċċ Alla dawn, Sur Editur. Mhux billi kollhom stejjer talqaddisin fuq il-ġurnal patetiku li jħarbxu.

L-aqwa li reġgħu marru kollhom files u kaxxi l-qorti. Bħalma kien għamel Simon ‘it-tea boy’ Busuttil. Tiftakar, Sur Editur?

Għax il-partit tagħhom għamel bħal Repubblika u mar jagħmel rikors quddiem il-Maġistrat li qed tmexxi inkjesta dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet. Din l-inkjesta kienet infetħet minn dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika u mhux darba u tnejn spiċċat f’nofs kontroversja. Politika tal-ħabba gozz. Għad-dieħla!

21.05.2023 16
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

IT-TALKIES LURA FI ĠNIEN LAPARELLI

Cinema City, l-avveniment annwali ta’ wiri ta’ films fil-miftuħ, se jirritorna bejn il-5 u l-10 ta’ Ġunju li ġejjin fi Ġnien Laparelli, il-Belt Valletta. Dan ħabbru l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici meta kien qiegħed iniedi dan l-avveniment imtella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA).

F’atmosfera partikolari taħt is-swar tal-kapitali, din is-sena ntgħażlu sitt films interessanti li jvarjaw fil-ġeneru biex jintwerew wieħed kull serata mingħajr ħlas. Fost dawn se jkun qed jixxandar il-film “Blood On The Crown”, li jittratta speċifikament waħda mill-aktar ġrajjiet storiċi f’pajjiżna, dik tasSette Giugno. Il-film, li jara s-sehem tal-atturi leġġendarji Harvey Keitel u Malcolm McDowell, inħadem f’pajjiżna u hu skedat li jintwera proprju fil-jum li fih infakkru dawn l-irvellijiet li seħħew fl-1919. L-għada se jintwera wkoll film ieħor Malti, “Merjen”.

“Dan l-avveniment jibni fuq l-impenn tagħna li niċċelebraw il-kultura fil-ġeneri diversi tagħha u nibqgħu nagħtu sostenn lill-artisti u, f’dan il-każ, lill-industrija tal-films. Kommessi li nkomplu nkabbru l-attivitajiet kulturali fil-Belt u f’diversi postijiet f’pajjiżna,” qal il-Ministru.

Iċ-Chairman tal-VCA Jason Micallef qal li l-aġenzija hi kommessa li tkompli bir-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali

u kulturali tal-kapitali u Cinema City ikompli jibni fuq is-suċċess tal-Valletta Green Festival li sar ftit tal-jiem ilu.

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Cinema City tinkludi films b’temi varji li ġew magħżulin minn voluntieri wara li evalwaw numru ta’ films li jaqgħu taħt ġeneri differenti.

Il-films (bil-klassifikazzjoni tagħhom fil-parenteżi) se jintwerew fid-9:00 ta’ filgħaxija skont din l-iskeda:

5 ta’ Ġunju – Inglourious Basterds (18)

6 ta’ Ġunju – The Book of Life (U)

7 ta’ Ġunju – Blood on the Crown (12A)

8 ta’ Ġunju – Merjen (18)

9 ta’ Ġunju – Sideways (16)

mal-Partit Laburista

10 ta’ Ġunju – Back to the Future (U)

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-VCA fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, bilpreżentazzjoni tal-karta tal-identità u jitqassmu lil min japplika l-ewwel.

Għal aktar tagħrif żur is-sit elettroniku tal-VCA (vca.gov.mt) jew ibgħat email fuq info@vca.gov.mt.

www.partitlaburista.org

5160 2034 - €10

21.05.2023 17
I ieħeb
SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) L-attur ċelebri Harvey Keitel f’xena mill-film maħdum f’Malta dwar il-ġrajja tas-Sette Giugno Il-ħames films l-oħrajn li se jkunu qegħdin jintwerew b’xejn fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Cinema City organizzata mill-aġenzija VCA fil-Belt Valletta

IN-NISA FL-ARTI MALTIJA

L-istorja tal-arti serviet biex issaħħaħ it-twemmin u l-valuri soċjali mifruxin, iżda kien xi snin ilu, bil-pubblikazzjoni ta’ kitbiet akkademiċi min-nisa storiċi tal-arti, li tqajmu mistoqsijiet fuq il-funzjoni tal-kultura viżiva vis-à-vis l-immaġni tan-nisa. Modi ġodda ta’ ħsieb dwar is-sessi u r-rappreżentanza wasslu għal suriet ġodda ta’ kif wieħed jarahom u jinterpretahom. Hekk kitbet Rose Lapira fi studju li kienet ippubblikat fl-1995.

Minn CHARLES B. SPITERI

Kif għandu wieħed iħares lejn l-immaġni bla għadd ta’ nisa Maltin li ġew prodotti minn tant artisti? Għandhom jitqiesu bħala sempliċiment mirja li jirriflettu fedelment lin-nisa bħala grupp soċjali? Jew jiżvelaw konnotazzjonijiet u tifsiriet speċifiċi li l-artisti, ħafna drabi inkonxjament, jirrappreżentaw fix-xogħol tagħhom?

Ikun eżerċizzju siewi li ma nibqgħux nevalwaw dawn ix-xbihat bħala xogħlijiet tal-arti biss, u nibdew nistaqsu fuq il-mod kif l-artisti jqiegħdu lin-nisa fl-arti li jkunu jridu joħolqu. Meta wieħed jirrifletti, jirriżulta li l-immaġnijiet tan-nisa spiss jipproduċu tifsiriet li jsaħħu l-miti kulturali, li huma rilevanti ħafna għas-soċjetà tagħna.

L-arti tal-passat turi soċjetà li kienet polarizzata fuq linji stretti tal-ġeneru. Id-dominju tal-mara kien id-dinja privata tal-familja. Hi ngħatat ir-responsabbiltà li tieħu ħsieb darha. Jekk ma tagħmilx dan ix-xogħol, ħajjitha kienet ristretta sew. L-ideal tal-femminilità kien definit minn immaġni tal-maternità u permezz ta’ attivitajiet bħall-ilbies, ir-rakkmu, il-bizzilla, eċċ., li kienu jitqiesu bħala xogħol naturali għan-nisa. Illum ukoll fadal xi wħud li għadhom jemmnu li l-intellett tal-mara jagħmilha aktar addattata għad-dettall milli għall-kreattività.

Aspetti fuq il-ħajja Maltija

Matul is-seklu 19 artisti, topografi u illustraturi, ipproduċew b’mod impenjattiv veduti ta’ Malta, li jwasslulna ħafna aspetti fuq il-ħajja fil-gżejjer, u indirettament fuq in-nisa Maltin. Bosta mill-illustrazzjonijiet juru d-diviżjoni tal-klassijiet soċjali u l-pożizzjoni tan-nisa fihom.

Għal darb’oħra sehem in-nisa kien ikun primarjament rappreżentat bħala omm; kemm jekk liebsa mċerċer, iddur bil-wild tagħha, solitarja, ħafja, kif

ukoll jekk liebsa ta’ sinjura f’xi karozzella akkumpanjata minn żewġha, qaddejja, kelb u tfal.

Meta l-attenzjoni tkun iffukata fuq il-ħwejjeġ, dan isir biex jiddeskrivu l-qagħda soċjali, l-identità, is-sinjurija bl-indħil ta’ żwieġhom.

Madankollu, f’dan iżżmien, il-Knisja kienet l-ewlenija fil-qasam ta’ opri artistiċi u arti sagra f’Malta.

Ħafna artisti rċevew kummissjonijiet biex jiżbgħu l-artali, iżejnu l-knejjes u ħwejjeġ oħra. Allura b’mod żbaljat, it-tendenza hi li hemm ftit immaġnijiet ta’ nisa qabel dan il-perjodu. Ironikament żviluppat qagħda fejn il-patrijarkiżmu kien prevalenti, fi żmien li kien hemm bosta sfidi għall-abbundanza ta’ xbihat femminili.

F’pajjiżna kellna u għad għandna kultura Marjana b’saħħitha u ġew esegwiti kwantità ta’ pitturi tal-Madonna. Dawn ix-xbihat ta’ nisa sbieħ, kollha differenti minn xulxin, jingħad li lkoll jirrappreżentaw lil Sidtna Marija.

Mudell ideali

Jekk l-artisti humiex ispirati reliġjożament jew le meta jipproduċu l-arti sagra, ħadd ma jista’ jgħid. Iżda żgur li seta’ jinstab mudell li jirrappreżenta s-sbuħija ideali, il-‘Mara Eterna’. Għax l-artisti huma bħas-sħaħar: jittrasformaw lil xi sieħba fi bniedma immortali, kemm jekk imqiegħda fuq is-sħab fl-għoli fis-sema bħala Madonna, u kemm jekk fuq irragħwa tal-mewġ bħala Venere. Jistgħu jittrattaw lil xi ħadd maħbub bħala oġġett, u konsegwentement, ħafna drabi jirregalawlha l-immortalità bi tpattija. Sadanittant, barra minn Malta, in-nies tal-klassi tannofs spiss talbu għal arti b’sentiment moralizzanti. Iżda l-ebda artist mhu indipendenti mill-prattiċi ekonomiċi, soċjali u kulturali li permezz tagħhom tiġi prodotta l-arti. Fil-bidu tas-seklu, u sewwasew fl-ewwel

nofs tas-snin 20, kien hemm domanda għal verżjonijiet romantiċizzati ta’ nies tal-post. Lebsin bl-addoċċ, ħafjin, iżda b’uċuħ radjanti, in-nisa tal-pajjiż ippropagaw il-leġġenda tal-folk sempliċi u b’saħħtu tal-pajjiż li jgħixu ħaġa waħda man-natura; foqra iżda kuntenti. Forsi wieħed kien saħansitra jħoss għira għall-mod ta’ ħajja tagħhom. Sadanittant, in-nisa tas-soċjetà komplew jitkellmu, jisimgħu l-mużika u qattgħu ħin fil-beraħ tal-kafetterija.

Bla faldetta

Xbejbiet sbieħ iġġiegħlu jippużaw b’mod konxju, lebsin il-faldetta, jew ħwejjeġ mill-agħar u mhux prattiċi ħafna, biex jissimbolizzaw ir-restrizzjonijiet li n-nisa kellhom jgħixu fil-passat. Meta l-mara Maltija waqfet tilbes il-faldetta, hi għam-

let l-ewwel pass biex tiddefinixxi mill-ġdid is-sehem tagħha fis-soċjetà. B’xi mod, dawn l-immaġnijiet jirriflettu x-xenqa taż-żminijiet għall-passat, għall-ġerarkiji definiti sew tal-qedem. Iżda xejn ma seta’ jwaqqaf il-bidla li bdiet isseħħ f’Malta. L-arloġġ ma setax jitreġġa’ lura. Wara l-gwerra l-ħajja inbidlet b’mod radikali. Iżda minkejja li kien avveniment daqshekk trawmatiku, ftit artisti Maltin ħassewhom inklinati li jikkummentaw fuqha. Normalment, il-pitturi u l-iskulturi tagħna mhumiex magħrufin għall-impenn soċjali tagħhom, jew li b’mod attiv jippromwovu bidla soċjali. Madankollu l-bidla seħħet u l-ħajja tan-nisa ma baqgħetx magħluqa daqs qabel.

Identità nazjonali

Fl-arti antika, in-nisa kienu

prinċipalment sinifikaturi tal-privileġġ u l-poter maskili. Iżda seħħet bidla meta l-artisti bdew ifittxu l-għeruq u ppruvaw joħolqu sens ta’ identità nazzjonali. Bil-mod, dan wassal għall-ħolqien ta’ tip differenti ta’ arti, li direttament jew indirettament, għandha t-tendenza li turi r-relazzjoni pjuttost kumplessa bejn is-sessi, li hi partikulari għall-gżejjer tagħna.

Fost affarijiet oħra, l-interess muri fi żminijiet preistoriċi rriżulta f’xi xogħlijiet mill-aktar kumplessi u tajbin, fejn il-mara hi s-suġġett ta’ rappreżentazzjoni. Dan qajla hu sorprendenti, meta wieħed iqis li l-ewwel immaġnijiet tan-nisa fil-gżejjer tagħna jibdew minn dawn iż-żminijiet.

L-importanza tal-Knisja

Sadanittant, il-Knisja tilfet ħafna mill-importan-

21.05.2023 18
Kwadru ta’ Ġanni Vella li juri t-tieġ u l-knisja

za tagħha bħala patruna tal-arti, għalkemm għadha teżerċita influwenza konsiderevoli fuq is-soċjetà. Xi artisti jistgħu jkunu Ortodossi fl-istil ta’ ħajjithom, iżda l-maġġoranza mhumiex u jgħixu ħajja konvenzjonali mmexxija mill-morali Kattoliċi, kif minqux fl-immaġni tal-familja tradizzjonali. Il-mara tista’, xi drabi, tkun il-mudell tal-artist, iżda primarjament hi l-omm ta’ wlied l-artist.

Fl-arti Maltija, il-familja hi tema preżenti l-ħin kollu. Il-qawwa tal-faxxinu tan-nisa, sija bħala omm u dik li twelled, hi mfissra f’ħafna xbihat tan-nisa fi ħdan il-familja. Jaf ikun argumentat li dan jaqa’ fi ħdan il-mudell tas-soltu tal-identifikazzjoni sterjotipata b’attività kulturali. Iżda għalkemm dan jaf joħloq preġudizzju, hu faċli li wieħed jassumi hekk. Hu minnu li xi

xogħlijiet juru biss immaġni popolari tal-maternità, u mhux sorprendenti li l-kult tal-maternità hienja hi waħda mill-aktar espressjonijiet ovvji fir-rappreżentazzjoni tal-ideoloġija tal-familja.

Eroini sinifikanti

Iżda ħafna mill-immaġnijiet jiżvelaw xi ħaġa oħra lid-dinja tan-nisa, li tista’ tkun impenetrabbli, qawwija u intensa. L-istorja tagħna hi nieqsa mill-eroj iżda għandna eroini sinifikanti fil-kultura tagħna, li inevitabbilment żammew influwenza fuq l-immaġinazzjoni tal-artist u kkontribwew biex jipproduċu viżjoni unika tan-nisa.

Nikbru mdawrin bi statwi tal-karta jirrappreżentaw lil ‘Malta’. Ix-xbihat ta’ din il-mara sabiħa, li tiltaqa’ magħhom fil-festi, hi ħafna aktar minn allegori-

rwol dominanti għal eluf ta’ snin. L-alla tal-fertilità kienet preżenti 5,000 sena ilu, u għadha. F’Malta u Għawdex, l-arketip tal-alla l-kbira hu dejjem preżenti –simbolu tal-poteri tal-ħajja u tal-mewt.

L-artisti tagħna jirtu sfond kumpless li hu diffiċli li ma jkunx influwenzat. Konxjament jew inkonxjament, temozzjona l-immaġinazzjoni tagħhom fid-dehra tan-nisa u dan jispjega parti mix-xogħol tagħhom. Jista’ jkun parzjalment responsabbli għad-diversi stampi ta’ nisa tqal, ħafna drabi nisa tal-artisti, u għall-immaġni tal-Madonna tqila; suġġett li jseħħ fl-opra ta’ xi artisti. Għal xi wħud, il-Madonna tqila hi fi ħdan il-konvenzjoni tal-figuri tal-fertilità u l-ommijiet tad-dinja. Iżda l-artist ħoloq simbolu erojku ieħor billi għaqqad flimkien ix-xbihat ta’ Marija u d-dinja Omm, u saħħaħ aktar il-ħrafa tal-poter femminili.

In-nudiżmu fl-arti

Esej fuq ir-rappreżentazzjoni tan-nisa fl-arti trid tinkludi referenza għal tema importanti: in-nudo. Il-frankezza għas-sentiment sesswali mhi fl-ebda karatteristika tal-arti Maltija. Madanakollu, numru konsiderevoli ta’ artisti tagħna taw kontribut notevoli fil-qasam tan-nudo, xi wħud aħjar minn oħrajn. Ta’ min isemmi li f’wirja ddedikata lin-nudo, li fiha ħadu sehem il-biċċa l-kbira tal-artisti, kien hemm rispons wieħed biss minn artista mara, li waqt li pparteċipat, irrifjutat li turi nudo fix-xogħol tagħha, għax la qisitu bħala oġġett u lanqas spettaklu.

tiehmu mal-mudella, u t-tema ta’ spiss kienet suġġett għax-xogħol tagħhom. Flaħħar analiżi, l-arti kollha, anki dik erotika, titwieled fil-qasam tal-intellett u l-ġisem uman kumpless, raġel jew mara, u tagħti interpretazzjonijiet daqskemm ikun hemm telespettaturi. Xi artisti taw kontributi importanti f’dan il-qasam, u aktar iva milli le, in-nudo femminili fix-xogħol tagħhom, aktar milli jkunu eżempju ta’ arti falloċentrika, tkun sempliċiment ċelebrazzjoni kwieta tas-sesswalità femminili.

Ħafna mill-artisti nisa jaraw lilhom infushom u lil nisa oħrajn minn għajnejn l-irġiel. Pereżempju l-maternità minn artista mara jew tidher ispirata bl-istess mod bħal dik tar-raġel, inkella tmur fl-estrem l-ieħor billi tkun ħelwa, sentimentali, eċċ.; li huma kwalitajiet fl-arti femminili, mistennija minn udjenza maskili.

Fiż-żewġ każi, f’tentattiv li tkun aċċettata f’dik li hi tassumi li hi dinja tar-raġel, l-artista mara ħafna drabi ma tkunx veritiera għall-viżjoni interna tagħha bħala mara, u x-xogħol jaf ikun differenti minn dak ta’ raġel; li jista’ jkun aktar awtentiku f’dak li jaħseb, iħoss, jara u jagħmel.

Arti kkulurita

ja sterjotipata tar-rebħa kif rappreżentata f’xogħlijiet oħrajn tal-arti. Kburija, b’saħħitha u qawwija, ħakmet l-immaġinazzjoni tal-poplu tagħna u saret parti mill-kultura tagħna.

Iżda l-eroina l-aktar maħbuba tagħna hi Marija, li għadha tokkupa post speċjali fl-imħuħ u fil-qlub tal-biċċa l-kbira tan-nies. Ir-rebħiet storiċi marbutin ma’ isimha, il-festi ddedikati lilha, l-adozzjoni tal-isem fil-fonti tal-magħmudija u manifestazzjonijiet oħrajn, kollha jixhdu din ir-relazzjoni speċjali.

Rwol dominanti

Normalment, is-sistemi reliġjużi u ta’ simboli jiffukaw fuq immaġni maskili tad-divinità, iżda fil-gżejjer tagħna l-affarijiet kienu kemxejn differenti. Hawn, it-tema tal-fertilità kellha

Hu diffiċli li terġa’ tqiegħed in-nudo, maskili jew femminili, fil-konvenzjonijiet tal-arti moderna. Fi żminijiet postfemministi, in-nudo, bil-konnotazzjonijiet storiċi artistiċi kollha tiegħu, jitqies b’anakroniżmu. Iżda l-figura umana għarwiena żammet l-importanza tagħha fi żmienna, bħala mezz biex twassal kummenti qawwija dwar il-kundizzjoni umana.

Iffaċċjati minn volumi ta’ letteratura fuq is-suġġett, ċertu ammont ta’ xettiċiżmu b’saħħtu hu essenzjali. Skont il-fehma ta’ dak li jkun, l-immaġni ta’ mara għarwiena taf jimplika vulnerabbiltà sesswali min-naħa tal-mara, jew it-tirannija sesswali bl-irġiel bħala vittma. Ċertament ir-relazzjoni bejn l-artist u l-mudell hi msawra fl-enigma.

Ċelebrazzjoni tas-sesswalità

Għadd ta’ artisti ppruvaw jif-

Essenzjalment dak li normalment hu rappreżentat fl-arti hi l-esperjenza maskili tan-nisa. L-arti m’għandha l-ebda sess, iżda l-artisti għandhom. Żgur li f’dan il-qasam in-nisa jistgħu, mill-esperjenzi tagħhom bħala nisa, jipproduċu arti li hi kkulurita. Iridu jidħlu fil-fond filpsike tagħhom biex isibu l-femminilità minn ġewwa, b’mod differenti milli jħarsu lejha minn barra b’għajnejn ta’ sess ieħor. Naturalment hemm ix-xogħol okkażjonali li hu differenti. Fil-qasam taċ-ċeramika wieħed jiltaqa’ ma’ xogħol infurmat b’viżjoni intuwittiva ġenwina.

Tkun telfa kbira, kieku f’dan l-istadju, in-nisa kellhom jitilfu l-kuntatt mas-sinjali u s-simboli tal-kultura u s-soċjetà tagħna fl-ewforija tal-bidla u l-progress. Minflok tippromwovi mudelli arkajċi ta’ poter u awtorità maskili, l-arti maskili riċenti tagħna kienet aktar ċelebrazzjoni tal-poter u r-rieda femminili. Wasal iż-żmien li s-Sleeping Lady tqum, twarrab il-ħlewwa u t-telfa fil-ħsibijiet tagħha u ssir konxja tas-saħħa li għandha. Hu f’idejn il-mara li tieħu r-riedni f’idejha, ikun xi jkun, u tassumi r-responsabbiltajiet u d-dmirijiet kollha tagħha.

21.05.2023 19
Pittura ‘nudo’ tal-artista Martina Mifsud

L-ARTI HIJA L-PASSJONI

BIL-FERĦ

Din il-ġimgħa ddeċidejt li nitkellem mal-artist Sonny Gatt, li fl-arti tiegħu juri passjoni, kulur u mħabba. Umli, seren u lest li jispjega kif sawwar l-arti li jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu fiha, Sonny jisħaq li dan jagħtih sodisfazzjon f’ħajtu.

Xi tfisser l-arti għalik? Meta u kif intbaħt li għandek dan id-don?

Minn età vera żgħira, kont bdejt bl-ewwel biċċa arti billi għamilt skultura tal Madonna. Kien għadt kelli 6 snin. Dak iż-żmien missieri u ommi kienu qed jirranġaw il-bejt u kienu qed jagħmlu xi xogħol ta’ kostruzzjoni fid-dar u kont sibt biċċa ġebla, qbadt martell, turnavit u kuċċarina u skulturajt wiċċ il-Madonna fih. Ġietni spontanja li xtaqt nagħmilha dak il-ħin.

Kull Karnival li kont immur l-hena tiegħi nara s-sbuħija tal-karrijiet. Kien ikolli seba’ mitt sena biex nasal id-dar biex inkun nista’ npinġihom kollha bil-kuluri tagħhom

b’kollox, u komplejt għaddej

b’din l-imħabba li nibtet għal arti. Prattikament l-arti hija ħajti, tagħmilni dak li jien, mingħajr l-arti m’iniex Sonny.

Veru li l-arti tagħtik sodisfazzjoni? Kif? Spjegalna.

Bl-arti tħossok ħaj, tagħtik sens ta’ paċi u sodisfazzjoni l-iktar meta tkun wettaqt dak li kellek f’moħħok. Ifhimni, jiġuni ħafna ideat l-iktar billejl imbagħad, filgħodu nqum naħdem fuqhom u jekk

le hemm jibqgħu għaddejjin b’moħħi jberren. Tħossok seren meta tkun lestejt dak li jkollok f’moħħok jiġifieri għamilt dak li immaġinajt lestejtu u tarah lest quddiemek komplut. Tħossok seren u tgħid biċċa xogħol lesta u mwettqa.

Liema mezz jew materjal tħobb tuża biex twettaq l-immaġini artistika tiegħek f’oġġett tanġibbli?

Jien ġeneralment mitfugħ fuq

l-iskultura – konkos, ġibs u tafal iżda ilni ’l fuq minn 40 sena li kelli dan il-ħsieb u l-idea ta’ stil ta’ pittura f’moħħi li rnexxieli nwasslu issa waqt din l-esibizzjoni li tellajt.

Taħseb li n-nies japprezzawk kemm mistħoqq? U x’taħseb li hija l-idea tal-pubbliku Malti lejn l-arti?

Ifhimni, kultant mhijiex faċli. Għalkemm l-apprezzament għall-arti qiegħed jiżdied

Bl-arti tħossok ħaj, tagħtik sens ta’ paċi u sodisfazzjoni l-iktar meta tkun wettaqt dak li kellek f’moħħok.

Ifhimni, jiġuni ħafna ideat l-iktar billejl imbagħad, filgħodu nqum naħdem fuqhom u jekk le hemm

jibqgħu għaddejjin b’moħħi jberren

hawn Malta nemmen li għad baqgħalna ħafna. Hija kwistjoni ta’ kultura li ngħallmu u nrawmu lit-tfal minn età żgħira li x-xogħol tal-arti, l-artist għandu jiġi apprezzat u mhux jarawh bħala ħela ta’ ħin. Min-naħa tiegħi rajt ħafna nies li apprezzawni iżda kienu ftit nies li nkuraġġewni biex nkompli fuq il-linja tal-arti. Trid tkun int li tibqa’ tiġġieled għall-arti li tkun fik. U iva wieħed irid jifhem li biex tgħajjex familja bl-arti mhi faċli xejn b’mod speċjali hawn Malta li aħna żgħar. Nemmen u nistqarr li qed nara iktar żgħażagħ u tfal li qed japprezzaw l-arti, jistaqsu iktar u jinteressaw ruħhom u nieħu r-ruħ meta nara dan għaliex ngħid hemm futur għall-arti.

Liema hija l-aktar biċċa xogħol għal qalbek li għamilt sa issa? Spjegalna.

L-arti fi spazji pubbliċi jisimha “Humanity in Glory” li kienet biċċa xogħol ta’ portata kbira għaliex l-arti kienet mfass-

21.05.2023 20
LI
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
TIMLIEH

la fil-kobor u domt sentejn naħdimha, u meta taraha hemm – fir-roundabout tat-telgħa t’Alla u Ommu tgħid rnexxieli. Kont ilni noħlom li xi darba nagħmel biċċa xogħol ta l-arti barra u grandjuża u hija waħda mill-favoriti.

Din tissimbolizza l-ġlieda għall-eżistenza umana u kif il-bniedem, minkejja d-diżastri naturali, gwerer, pandemiji u terremoti, baqa’ għaddej jegħleb sfida wara l-oħra, u baqa’ rebbieħ u l-bniedem baqa’ jeżisti. Iżda jien dejjem kelli x-xewqa li nagħmel esibizzjoni. Esibizzjoni bi stil ġdid ta’ arti li fiha l-armonija arkitettonika tintrabat mażżmien u fl-istess ħin surrealista wkoll. B’hekk fi żmien il-pandemija ħdimt fuq 19-il kwadru fejn tellajt l-esibizzjoni tagħhom u huma esibiti

fil-Knisja l-qadima tas-Salvatur f’Ħal Lija. Hawnhekk jien ħloqt sinfonija ta’ arti b’hekk semmejtha “My Symphony”.

L-arti tagħtik kedded ukoll? Jew solliev biss?

Dażgur li l-arti tagħtik il-kedded. Ara ngħid għalija jien nkun naf li ħa nasal biex nagħmilha iżda xi kultant

Iżda jien dejjem kelli x-xewqa li nagħmel esibizzjoni.

Esibizzjoni bi stil ġdid ta’ arti li fiha l-armonija arkitettonika tintrabat maż-żmien u fl-istess ħin surrealista wkoll. B’hekk

fi żmien il-pandemija ħdimt fuq 19-il kwadru fejn tellajt

l-esibizzjoni tagħhom u huma esibiti fil-Knisja l-qadima

tas-Salvatur f’Ħal Lija

ikollok affarijiet li jmorrulek żmerċ. Eżempju tkun qed taħdem fuq skultura tat-tafal u l-għada minħabba t-temp tinżillek u jkollok flok tkompli fejn ħallejt tmur passi lura biex tirranġa dak li ġara waqt li kienet mgħottija. Affarijiet li jiġru u li trid ħafna sabar u xi drabi tkun trid tinsa ftit mill-biċċa li tkun qed tagħmel għax jaf tgħajjik taħdem ħafna sigħat kuljum fuqha u minflok tagħtik sodisfazzjoni ġġiegħlek tonfoħ tnejn!

Kif tixtieqhom iħarsu lejk in-

nies b’mod ġenerali vis-à-vis l-arti tiegħek?

Nixtieqhom jaraw nifs ġdid, ħaġa ġdida, ideat ġodda u kunċett ġdid tal-arti. Iva, nixtieq li nispira lil ħaddieħor biex joħloq u jara li hemm l-għatx għal ħolqien ta’ arti ġdida u li wieħed dejjem ikun uniku u differenti bl-arti li joħloq. Għandi ħafna għal qalbi l-bniedem u b’hekk indaħħal ħafna ilwiċċ simboliku. Għandi u ħloqt stil surrealist li dak li jkun jista’ jagħrafni mill-is-

til u jgħid dik il-biċċa xogħol hija ta’ Sonny!

Għandek dispjaċir f’dan il-qasam? Jew sodifsazzjon?

Le, dispjaċiri qatt. Xi drabi mhux kollox jimxi kif tkun ippjanajt imma fl-aħħar millaħħar l-importanti huwa li tasal. Nieħu sodisfazzjon

kbir meta nkun wettaqt dak li kelli f’moħħi u qed nikkomunikah lin-nies hemm barra. Almenu hekk naraha jien.

X’messaġġ tixtieq twassal

lill-pubbliku inġenerali.

L-arti hija ferm importani f’ħajjitna bħal kull ħaġa oħra, importanti li ndawru lilna nfusna bl-apprezzament lejn l-arti f’kull aspett tal-ħajja minn età żgħira sa età kbira. L-arti tagħtik r-ruħ u n-nifs li tara u taħseb b’moħħ miftuħ dwar diversi temi fil-ħajja. Għandna ħafna lejn xiex inħarsu.

Għandek xi proġetti oħra għall-futur qrib?

Qed naħdem fuq biċċa arti kbira – arti għal barra li tibqa’ installata fl-istess post. Bħalissa qiegħda fi stadju ta’ tafal u li jalla nlestiha biex tkun tista’ titgawda mill-pubbliku. Determinat li nagħmilha. Nittama wkoll li jkolli s-saħħa li naħdem fuq esibizzjoni oħra fis-snin li ġejjin.

21.05.2023 21 GARAGE FOR SALE Street level garage in Triq l-Aħwa Vassallo Luqa measuring 6.8m X 3.05m X 4.22m height. Price €158,000. Owner 79498337

CLAIRE TONNA KITBET KANZUNETTA ĠDIDA

WAQT PERJODU TWIL U KIEFER

Lill-personalità tal-lum, ili nafha ftit żmien mhux ħażin, u dejjem nafha tħobb il-mużika. Proprju dan l-aħħar sirt naf li ħarġet kanzunetta ġdida, waqt żmien mhux tant sabiħ li għaddiet minnu. Qed nirreferi għal Claire Tonna. Għandha 40 sena, u hija kantawtriċi. Bħala passatempi tħobb tikteb, tkanta, tgħum, timxi fin-natura u s-silenzju, tqatta’ ħin ta’ kwalità ma’ nies onesti u li jimlew ħajjithom b’dak li vera jagħmilhom kuntenti u ħajjin.

Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala umana, onesta, ħajja, tipprova ssir persuna aħjar kuljum għall-benefiċċju tagħha u ta’ ħaddieħor. tagħżel li tkun u tiprova dejjem tkun verżjoni aħjar tagħha nnifisha.

Kanzunetta ġdida: Never Enough

Bdejt din l-intervista billi staqsejtha x’ispiraha sabiex tikteb u toħloq il-kanzunetta ġdida tagħha Never Enough . “ Never Enough

ktibtha fis-sena 2021 waqt li kont qed nirkupra minn operazzjoni fis-sinsla ta’ dahri, f’għonqi preċiżament. Kien perjodu twil u kiefer fiżikament, mentalment spiritwalment u emozzjonalment. Kont nikteb ħafna lejl u nhar biex nipprova nifhem x’ġabni f’din is-sitwazzjoni u kif irnexxieli nikser rukkel minn għonqi.

Irrealizzajt li apparti t-tqandil fiżiku u emozzjonali, tgħawwiġt ħafna f’ħajti biex inkun aċċettata u maħbuba, sintomi li ħafna minnhom jiġu minn trawmiet fit-tfulija. Bażikament tikber f’adulta, imma tibqa’ taħseb u taġixxi bl-uġigħ ta’ meta kont żgħira, gwidat minn

twemmin falz bħal eżempju

l-ħsieb ta’ ‘jien iebsa nkun maħbuba’. Never Enough

ktibtha bħala ittra lili nnifsi

f’dan iż-żmien; qisha qrara

fejn għedt lili nnifsi l-affarijiet li verament kelli bżonn ngħid u nisma’ mingħandi stess.

Never Enough tispjega kif l-imħabba ta’ ħaddieħor lejk

qatt mhi ser tkun biżżejjed jekk inti ma tagħtix valur lilek innifsek, jekk inti ma tħobbx lilek innifsek. L-imħabba ta’ ħadd mhi ser tfejqek jekk inti ma tgħożżx lilek innifsek u tfiq minn uġigħ tal-passat u tibni fik

verżjoni aħjar tiegħek innifsek għalik stess.”

Claire waqt din l-intervista qaltli li l-kanzunetta aktar ibbażatha dwarha biex sa ċertu punt issib il-paċi magħha nnifisha stess, u jekk jaf tkun ta’ ispirazzjoni

għal ħaddieħor, tant l-aħjar. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Id-diska iva ktibtha għalija, affarijiet li kelli bżonn ngħid lili nnifsi b’volum għoli. Però, iva jekk id-diska issa li tinsab hemm barra tista’ b’xi mod tgħin lil

Irrealizzajt li apparti t-tqandil fiżiku u emozzjonali, tgħawwiġt ħafna f’ħajti biex inkun aċċettata u maħbuba, sintomi li ħafna minnhom jiġu minn trawmiet fit-tfulija. Bażikament

tikber f’adulta, imma tibqa’ taħseb u taġixxi bl-uġigħ ta’ meta kont żgħira

nies oħra jiftakru jagħtu valur lilhom infushom u jaħdmu fuqhom infushom bi mħabba kbira, allura iva kuntenta li d-diska tinsab hemm tagħmel vokazzjoni tagħha lejn semmiegħa oħra.”

Il-mużika għaliha dejjem kienet il-ħoss ta’ dak li tħoss

Staqsejtha wkoll xi tfisser għaliha l-mużika, u b’liema mod iżżommha għaddejja. “Il-mużika għalija qatt ma kienet għażla, kienet dejjem il-ħoss ta’ dak li nħoss. Jekk nipprova ngħix mingħajr ma nesprimiha nimrad, kif ġieli mradt. Ilkliem u n-noti li nesprimi huma l-mod kif jien nista’ nieħu nifs aħjar, nisma’ dak li nħoss aħjar, u wkoll ngħid lili nnifsi dak li għandi bżonn nisma’ biex ikolli aktar kuraġġ u paċi miegħi nnifsi u mad-dinja li ngħix fiha, aktar milli żżommni għaddejja

21.05.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

SKEDA ONE

ma ngħaddix sewwa u sħiħa mingħajrha u mingħajr ma nesprimiha.”

Mistoqsija xi jdejjaqha filħajja b’mod ġenerali, Claire weġbitni: “Id-diżonestà - li n-nies ma jkunux onesti magħhom infushom u ma’ ħaddieħor, u jispiċċaw ma jeħdux deċiżjonijiet li vera jixtiequ u li fil-verità jistgħu jwassluhom għal aktar kuntentizza u ħajja ħafna aktar sabiħa.

L-egoiżmu - li n nies jinsew li l-umanità hi villaġġ wieħed u kulma nagħmlu jaffettwa lil ħaddieħor fit-tajjeb u fil-ħażin. Hu żmien fejn irridu naqsmu aktar u naħsbu b’sens ta’ komunità aktar milli b’egoiżmu għall-but biss; bla ma nikkunsidraw is-soċjetà kollha u d-dinja kollha wkoll. M’aħniex weħidna fid-dinja u dak li nagħmlu jaffettwa lil ħaddieħor. Il-ħela ta’ ħin, ħela ta’ riżorsi, ħela t’ambjent u ta’ spazju,

ħela ta’ kliem li jweġġa’ biss, il-ħela b’mod ġenerali kollha kemm hi ddejaqni,” stqarret miegħi.

Għall-benefiċċju tal-qarrejja, staqsejtha wkoll fejn nistgħu nisimgħu l-mużika tagħha. Qaltli li nistgħu nagħmlu dan minn fuq il-pjattaformi tal-mużika kollha bħal YouTube, Spotify, Apple Music u wkoll nistgħu nsegwu fuq Facebook u Instagram taħt l-isem Claire Tonna.

Fl-aħħar nett, stedintha tgħaddi messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta.

“Għalkemm ma nafx min intom naf li b’xi mod aħna lkoll familja waħda umana, mill-qalb nixtiqilkom ħafna mħabba f’dak li taħsbu, ħafna mħabba f’dak li tgħidu u ħafna mħabba f’dak li tagħmlu. Dik hi dejjem l-ikbar qawwa, l-imħabba; lejna nfusna u lejn kull ħlejqa madwarna.”

08.11.2020 21.05.2023 23
06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 Żona Sport 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:15 Indhouse 11:15 Popcorn 11:50 Diskors Prim Ministru 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 One News 15:40 F’Idejna 15:45 Prime Time 16:10 Sabiħa l-Ħajja 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Empowerment 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:40 Pultruna 22:50 Reboot Podcast 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Mal-Moll 07:15 Country Jamboree 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 Dak li Jgħodd 09:35 Natura Maltija 10:00 Aroma Kitchen 11:00 Popcorn 11:25 Empowerment 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 16:05 Flimkien ma’ Nancy 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Arani Issa 23:30 ONE News 22-05 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Country Jamboree 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Empowerment 11:40 L-Interdett 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Mal-Moll 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Pultruna 21:30 The Local Traveller 22:00 Il-Willy 23:00 Popcorn 23:30 ONE News 24-05 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:50 Prime Time 07:05 The Local Traveller 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Żona Sport 10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Mal-Moll 16:40 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 Indhouse 18:30 Country Jamboree 19:05 Pultruna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Diskors tal-Prim Ministru 20:50 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 28-05 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Popcorn 07:30 Mal-Moll 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Flimkien ma Nancy 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:35 Reboot Podcast 12:10 Pultruna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Ondroad 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Sittin+ 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Natura Maltija 21:00 L-Interdett 21:50 Country Jamboree 22:25 Żona Sport 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Reboot Podcast 07:30 Empowerment 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Dak Li Jgħodd 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:30 Country Jamboree 12:05 Natura Maltija 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sittin+ 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Mal-Moll 21:00 Madwar Mejda 22:30 Ondroad 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Sittin+ 07:30 The Local Traveller 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Espressjoni 11:25 Pultruna 11:40 Pink Panther 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Reboot Podcast 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Prime Time 20:30 Brillanti 23:15 Pultruna 23:30 ONE News 26-05 ĠIMGĦA 25-05 23-05 27-05

reċensjoni tal-ktieb

SEKONDA BEJN TNEJN

Fetaħ għajnejh, maħsud. Ħares lejn l-arloġġ u sabhom it-tlieta u nofs ta’ filgħodu. Kien għarqan xraba tant li l-flokk li bih kien rieqed kien imwaħħal miegħu. In-nifs kien maħtuf bħallikieku kien għadu kif ġera xi ġirja sew. Il-ħmar il-lejl li kien qajmu kien l-istess wieħed li kien ilu jippossedih minn mindu kien tfal. Dawwar saqajh minn fuq is-sodda u qam bil-mod biex ma jqajjimx lill-mara li kienet rieqda ħdejh. Daharha lejh, ma tniffsitx.

Neża’ l-flokk li kien jingħasar u ħa ieħor bl-amment minn ġol-kexxun mingħajr ma xegħel id-dawl. Imnalla kien hemm qamar mimli għax bid-dawl kiebi tiegħu dieħel mill-gallarija wrieh fejn kien sejjer mingħajr problemi. Ħareġ fl-indana mdallma u ħares lejn il-bieb li kien jagħti għall-kamra ta’ bintu, imbagħad lejn it-taraġ li kien jidher qisu nieżel f’abbiss bid-dlam li kien hemm. Tbissem u ftakar f’tifla ċkejkna f’waħda mill-istejjer li kienu jħobbu wliedu. Kienet staqsiet lill-Qattus liema triq kellha tagħżel. “Fejn tixtieq tmur?” kien weġibha l-Qattus. Meta hi wieġbet li ma kinitx taf, il-Qattus sostna li la ma tafx fejn sejra allura ma kienx jimporta liema triq tieħu. Dak il-ħin hu ma kellux dubju fejn ried imur għax kellu griżmejh nixfin għuda u kellu bżonn jixrob. Mingħajr ma xegħel, beda nieżel it-taraġ. Fid-dawra kważi ħadha għal isfel għax saqajh niżlet fuq xi ħaġa kbira mimlija suf. Kien il-kelb li kien iktar qisu lupu kemm fil-qies kif ukoll fid-dehra. “Għoddok waqqajtni, sabiħ!” qallu minn taħt l-ilsien. Dak ma tax kas; qam u niżel wara sidu. Fil-kċina xegħel id-dawl għax hemm żgur li ma kien se jtellef lil ħadd. Ferra’ tazza ilma minn ġol-friġġ u poġġa bilqiegħda mal-mejda. Bil-mod il-ħolma bdiet tielgħa fil-wiċċ u beda jaħseb fiha mill-ġdid.

Il-ħolma dejjem kienet tibda l-istess. Kien ikun qiegħed bilqiegħda fuq ix-xarabank li kienet twasslu

l-iskola. F’idejh kellu ġugarell ċkejken li kien tahulu missieru. Ma kienx xi ġugarell għali imma għalih kien ifisser ħafna. Kien tant ċkejken li kien jintilef fil-pala ta’ idu: tank tal-gwerra miżbugħ aħdar lewn iż-żebbuġ bi ftit iswed ’l hawn u ’l hinn. Minnufih, wieħed tifel, li kien jaqbad spiss miegħu, ħatafulu u beda jiddieħek bih.

“Hawn x’għandek? Jaqq! Dan x’inhu? Kemm hu ikrah!” F’daqqa waħda, qabad il-ġugarell u waddbu barra mit-tieqa tax-xarabank li kienet fi triqtha minn tas-Sliema għal Birżebbuġa. Didier, li kien ilu wisq jaqla’ mingħand dan it-tifel u sħabu, sibel. Qam minn postu u qabad lit-tifel mill-kaxxa ta’ sidru u sabbtu man-naħa l-oħra tax-xarabank.

F’dak il-waqt kien jara lit-tfal l-oħra ta’ fuq ix-xarabank iqumu u jinbidlu fi xjaten. Imbagħad kien jarahom iduru miegħu u jibdew iqattgħu fih. F’dak il-mument kien jistenbaħ b’qalbu tħabbat u l-għaraq ixoqq għalih. Fis-sigurtà tal-kċina, bilkelb imgeddes ma’ saqajh, ma kienx jintrikeb bilbiża’ kif kien meta kien tfajjel, imma f’dik il-ħemda, il-memorja ħaditu lura għal dak iż-żmien u ntilef fil-ħsibijiet.

Meta kien żgħir kien xi ftit mibrum, anzi stajt tgħidlu oħxon. Minħabba f’hekk kien spiss isib ruħu fil-mira ta’ erbat itfal ikbar minnu li ma kinux isibu divertita isbaħ milli jaqbdu miegħu. Ftakar kif kien iħossu, tifel żgħir wieqaf quddiem l-istaffa tax-xarabank li kienet tkun qed tistennieh biex twasslu lura d-dar wara l-iskola. Ħass l-għaraq ixoqq għalih bilbiża’. Kuljum preċett kien jaqla’ ikla tgħajjir u ġieli xi daqqtejn ukoll fi triqtu mill-iskola lejn id dar. “Boċċuuuu!” kienu jgħajtu b’ħanġra daqsxiex. Kien ibaxxi rasu, forsi xi darba jiddejqu, imma sfortunatament bil-kontra kien jiġri. Daqqa jiġbdulu l-basket u jbattluhulu mal-art. Daqqa jaqbduh be-

Mistoqsija: X’kien il-ħin li fih il-protagonist qam maħsud?

jniethom u jġebbduh minn hemm għal hawn. Ġieli kienu jwaħħlulu xi daqqtejn bil-pala ta’ idhom biex ma jitbenġilx – imma hu kien iweġġa’ xorta waħda, u mhux ftit.

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SEKONDA BEJN TNEJN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MADAME ORTENSJA PASKWALINA DE ROHAN hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Liema kapitlu ġie emendat f’Diċembru li għadda b’rabta mal-kiri tar-raba’?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

21.05.2023 24
03
K. CIANTAR - MOSTA

THE BEAST OF BIRKENSHAW

Peter Manuel ifittex ħajja kriminali

Peter Manuel kien qattiel tal-massa ta’ dixxendenza Skoċċiża u Amerikana. Hu nstab ħati għall-qtil ta’ seba’ persuni f’Lanarkshire u fin-naħa t’isfel tal-Iskozja. Manuel wettaq id-delitti bejn l-1956 u l-1958, sal-arrest tiegħu. Huwa maħsub li apparti dawn is-seba’ vittmi, Manuel qatel tnejn oħra. Tal-atti kriminali tiegħu, Manuel weħel il-piena kapitali u ngħata l-forka f’Barlinnie Prison fi Glasgow, fl-Iskozja. Hu kien qabel talaħħar li ngħata l-forka f’dan il-ħabs. Min kien Peter Manuel

Peter Manuel twieled fit-13 ta’ Marzu tal-1927 lil ġenituri Skoċċiżi fi New York City, fl-Istati Uniti. Familtu kienu emigraw lejn l-Istati Uniti għal ħajja aħjar iżda rritornaw l-Iskozja fl-1932 minħabba s-sitwazzjoni ekonomika li ġabet magħha l-Wall Street Crash. Lura f’Birkenshaw, fir-reġjun ta’ Lanarkshire, Manuel sabha diffiċli biex jintegra ma’ tfal tamparu minħabba li kellu aċċent Amerikan. Hu kien spiċċa fil-mira taż-żufjett matul tfulitu u l-ħajja kriminali tiegħu bdiet fl-età bikrija ta’ għaxar snin.

Manuel kien magħruf mal-pulizija fuq dħul fi proprjetajiet privati u fuq serq. Meta kellu 15-il sena, hu daħal f’dar ta’ waħda mara, sabha fis-sodda u taha diversi daqqiet b’martell. Sakemm għalaq 16-il sena, Manuel wettaq diversi attakki sesswali li wassluh għal disa’ snin ħabs f’Peterhead Prison. Manuel reġa’ weħel sentenza oħra ta’ ħabs wara li nstab ħati bi stupru qabel beda jwettaq id-delitti fl-1956.

Id-delitti

L-ewwel vittma ta’ Manuel kienet Anne Kneilands ta’ 17-il sena. Fit-2 ta’ Jannar tal-1956, Kneilands kienet miexja fil-korsa tal-golf ta’ East Kilbride meta bdiet tiġi segwita minn Manuel. Kneilands ġiet stuprata u nqatlet b’diversi daqqiet ta’ ħadida. Manuel kien ġie interrogat mill-pulizija iżda ma ġiex arrestat għax missieru qal li kien miegħu. Minkejja dan, Manuel ammetta li qatel lil Kneilands meta ġie arrestat fl-1958 iżda xorta waħda ma nstabx ħati għall-qtil tagħha minħabba nuqqas ta’ evidenza.

It-tliet vittmi li jmiss kienu membri tal-istess familja: Marion Watt ta’ 45 sena, bintha Vivienne Watt ta’ 16-il sena u oħt ir-raġel ta’ Marion, Margaret Brown ta’ 41 sena. Huma nstabu mejtin fis-sodda tagħhom b’tiri ta’ arma tan-nar f’rashom fis-17 ta’ Settembru tal-1956. Għall-bidu, il-pulizija ħasbu li r-raġel ta’ Marion kien il-qattiel minħabba l-fatt li mar iqatta’ xi jiem jistad qabel ma nqatlu tliet membri minn familtu.

Kien maħsub li r-raġel ta’ Marion, William, saq 90 mil minn Ardrishaig

finha.

Manuel kien magħruf mal-pulizija

fuq dħul fi proprjetajiet privati u fuq serq.

Meta kellu 15-il sena, hu daħal f’dar ta’ waħda mara, sabha fis-sodda u taha diversi daqqiet b’martell. Sakemm għalaq 16-il sena, Manuel wettaq diversi attakki sesswali

matul il-lejl, qatel lil martu, bintu u oħtu u saq lura. Id-dell ikrah kompla jaqa’ fuqu hekk kif tnejn min-nies qalu li rawh fuq il-lanċa u fit-triq. Dawn iżżewġ xhieda għarfuh waqt l-identifikazzjoni fl-għassa u kien għalhekk li William Watt inżamm arrestat u tqiegħed f’Barlinnie Prison. Wara xahrejn, Watt inħeles għax il-pulizija ma sabu l-ebda raġuni għalfejn Watt seta’ qatel lit-tliet membri ta’ familtu u wieħed mix-xhieda ma setax jiftakar x’karozza kien qiegħed isuq Watt. Minkejja li nħeles mill-arrest, hu xorta baqa’ s-suspettat ewlieni sa kemm seħħ il-qtil tal-aħħar tliet vittmi, dak tal-familja Smart. Kien hawn li l-pulizija bdew jemmnu li qed iħabbtu wiċċhom ma’ qattiel tal-massa.

Il-vittma li jmiss kienet Sydney Dunn ta’ 36 sena. Dunn kienet taħdem bħala xufiera tat-taxi u waqt li kienet xogħol nhar it-8 ta’ Diċembru tal1957, hi nqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar. Manuel instab ħati għall-qtil ta’ Dunn 17-il jum wara li ngħata l-forka hekk kif instabet buttuna fit-taxi ta’ Dunn li kienet taqbel ma’ waħda mill-ġkieket tiegħu. Minkejja din l-evidenza, xorta hemm dubju jekk kienx Manuel il-qattiel ta’ Dunn.

Fit-28 ta’ Diċembru tal-1957, Isabelle Cooke, li kellha 17-il sena, għosfrot wara li kienet sejra ballu f’Uddingston Grammar School. Manuel segwieha, stupraha, fgaha u wara difinha f’għalqa. Wara l-arrest tiegħu, hu ħa lill-pulizija fuq il-post fejn di-

L-aħħar tliet vittmi ta’ Manuel kienu Peter ta’ 45 sena, Doris ta’ 42 sena u binhom Michael Smart ta’ għaxar snin. Dawn it-tlieta kienu fiddar tagħhom f’Uddingston fis-sigħat bikrin tal-ewwel ta’ Jannar tal-1958. Wara li qatilhom, Manuel qatta’ kważi ġimgħa fid-dar tagħhom, fejn qagħad jiekol u jitma’ lill-qattus tal-familja. Qabel telaq, Manuel seraq xi karti tal-flus u l-karozza tal-familja Smart. Li ma kienx jaf Manuel kien li l-flus li seraq kienu ġodda u għalhekk setgħu jiġu traċċati hekk kif jintużaw.

L-arrest

Sar magħruf li Manuel beda jħallas għax-xorb fil-barijiet bil-flus li seraq mingħand Peter Smart. Kien għalhekk li fl-14 ta’ Jannar tal-1958, il-pulizija marru fir-residenza tiegħu u akkużawh bil-qtil tal-familja Smart. Għall-bidu beda jiċħad iżda mal-ħin ammetta li qatel tmienja min-nies, iżda ma semmiex li qatel lil Dunn.

Waqt il-ġuri, Manuel iddefenda lilu nnifsu u qal li ammetta li qatel għax issikkawh il-pulizija. Manuel ma nstabx ħati għall-qtil ta’ Kneilands u ta’ Dunn iżda nstab ħati għall-omiċidji l-oħrajn, fejn weħel il-piena kapitali. Manuel ingħata l-forka fil-11 ta’ Lulju tal-1958 f’Barlinnie Prison mill-bojja Harry Allen.

21.05.2023 25
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

GĦAQQAD IL-KAXXI

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

21.05.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

TISLIBA 487

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

S.CAUCHI - RABAT

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Ħadd ma jara

ħotobtu għax jaqa’ u jmut ...(5)

4. Lixx? (4)

7,19. Bejgħ (5)

9,13. Isir qabel

WEQFIN:

1,17. Karrotta (9)

2,11. Tippompja (5)

3,5. Kunjom (6)

5. Ara 3

6. Kunjom (3)

iż-żwieġ? (6)

10. Tip ta’ kejk? (6)

12. Satal (6)

16. Di Janeiro (3)

18. Il-vokali minbarra E, O u U (1,1)

19. Ara 7

8. Reċta (9)

11. Ara 2

12,22. Issajjar fiha (5)

13. Ara 9

14. Tqajjem mil-mewt (6)

20. Kemm jiswa (5)

21. Joqgħod qrib (3)

23. Jekk imissu miegħek iweġġgħuk (4)

15. Triq (6)

17. Ara 1 wieqfa

21. Newwel (3)

22. Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Minnu, 4,11.Mistra, 7,19.Rtabu, 9,13.Djarju, 10.Teżori, 12.Żarrat, 16.MEA, 18,17.Jiena, 20.Tumur, 21.AAR, 23.Ibni, 24.Insib

WEQFIN: 1.Mudlam, Nta, 3,21 wieqfa. Urtati, 5.Ivo, 6.Twi, 8.Terrimoti, 12,22. Żaren, 14.Tarsus, 15.Ħuttab

21.05.2023 27
Bi 3 NUMRI 002 308 548 834 B’4 NUMRI 0254 0998 1063 1555 1874 1875 2341 2374 2510 2830 2871 3302 3344 3694 4209 4954 5002 5154 5167 5375 5423 5708 6624 7396 7421 7577 7634 7751 8076 8507 8564 8626 8854 8971 9064 9983 B’5 NUMRI 12344 14475 15376 16377 18166 22542 23872 24802 32014 34262 50230 50526 56346 58741 73408 75145 75334 78452 80084 82904 94346 98484 B’6 NUMRI 285176 344487 730414 733404 846781 846786 862711 916302 Bi 8 NUMRI 12100145 24155876 25444058 54877414 65553464 66784456 78546655 92601951
24. Serja? (5)

TLIET KAPTANI AGĦAR MINN TNEJN

Editorjal

Tal-Partit Nazzjonalista jitqanżħu biex ikunu relevanti fis-soċjetà, waqt li jipprovaw jagħtu l-impressjoni li huma alternattiva serja u iżjed kredibbli millGvern Laburista mmexxi millPrim Ministru Robert Abela. Imma, jagħmlu x’jagħmlu, xorta jibqgħu ma jikkonvinċux … u bir-raġun!

Il-frustrazzjoni tagħhom, li jesprimuha fir-rabja, l-għajjat, it-tisbit tas-saqajn u anke ttheddid, ukoll tikxifhom ta’ prużuntużi li huma u jippretendu li kulħadd jaqbel magħhom. Dak jikkonferma mill-ġdid kif għadhom iqisu lilhom infushom superjuri għall-kumplament bħal meta kienu għadhom fil-poter, avolja llum fl-Oppożizzjoni.

B’hekk ukoll jibqgħu jogħdsu iżjed ’l isfel fil-ħama.

Għandna Oppożizzjoni, b’iżjed minn Kap wieħed, li tinqabad tigdeb u tivvinta sfaċċatament … iżjed minn hekk mhu qed tipproponi xejn sew u ma taspira l-ebda interess, inkluż fuq temi nazzjonali, kif inhu l-każ tal-isptarijiet

Il-poplu jagħraf, eżatt bħal għaxar snin ilu, li l-interessi ta’ dawk fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista mhumiex nazzjonali u, b’Partit maqsum fejn kulħadd jiġbed għall-interessi individwali, ma jistgħu qatt jentużjażmaw lil xi ħadd biex jagħtihom il-fiduċja.

In-nies tibqa’ tirrikonoxxihom dejjem iżjed kemm minn kliemhom u, iżjed minn hekk,

minn azzjonijiethom.

B’iżjed kaptani milli uffiċjali, il-PN mhux kapaċi jimxi hu fittriq it-tajba, aħseb u ara kemm jista’ jmexxi aħjar lill-pajjiż milli hu llum.

Għax kif jgħallimna l-għerf ta’ missirijietna, l-ebda bastiment ma jista’ qatt jimxi b’żewġ kaptani, wisq aktar bi tlieta. Il-PN illum għandu lil Bernard Grech fir-rwol uffiċjali, Adrian Delia fl-istess livell daqsu (jekk mhux aktar) u l-establishment li jiġbed l-ispag kollu.

Anke kwistjoni bħal dik talkonċessjoni tat-tliet sptarijiet, li ġiet imħassra mill-Qorti, tikxifhom ta’ li huma, kif ġara din il-ġimgħa bil-pubblikazzjoni ta’ rapport ieħor relatat mill-Awditur Ġenerali.

Dan tal-aħħar wera bil-fatti li, kontra kull argument li qajjem il-PN sa minn Frar li għadda, mhux biss il-Gvern u l-Prim Ministru aġixxew bl-aħjar mod fil-konfront ta’ Steward Healthcare u s-servizzi tas-saħħa li l-kumpanija kienet qed tmexxi, iżda kixef ukoll il-gideb kollu u t-tgħawwiġ tal-fatti mid-Dar Ċentrali. Apparti wkoll l-ogħla livell ta’ arroganza li ġġegħelhom jippersistu fl-istess linja.

Ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), fost l-oħrajn, jisħaq li, f’din il-kwistjoni, la l-Prim Ministru, la d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u lanqas il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana ma kellhom xi responsabbiltà xi jġorru.

Dan kompletament bil-maqlub tad-denunzja mressqa millOppożizzjoni fl-aħħar jiem biex l-istess Abela, Fearne u Caruana jiġu investigati, inkriminati u anke mitfugħin il-ħabs f’dan ir-rigward.

L-istess rapport ukoll jifqa’ l-gidba minfuħa minn Grech & Co. li l-€400 miljun, li l-Gvern ħallas lil Steward Healthcare, ma jinkludux il-pagi tat-tobba, tal-infermieri u ta’ kull impjegat ieħor fl-Isptar t’Għawdex u l-Isptar Karin Grech. L-NAO jgħid ċar u tond li mill-€456 miljun hemm ftit inqas minn €200 miljun f’salarji. Minbarra hekk kien hemm investimenti oħra bħall-bini tal-Iskola Medika ta’ Barts, fost l-oħrajn. U mhux kif ilhom itambru tal-PN.

Fl-aħħar jiem ukoll skoprejna li, fl-istess waqt li fassal l-istess denunzja u ppontifika

li għandha tissokta, id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio qed jiddefendi lil xi ħadd li qed jiġi indagat f’inkjesta maġisterjali fuq l-istess suġġett.

Għandna Oppożizzjoni, b’iżjed minn Kap wieħed, li mhu qed tipproponi u lanqas taspira xejn sew, inkluż fuq temi ta’ interess nazzjonali. Agħar minn hekk tkompli tniżżel il-politika tagħha fl-iżjed livelli baxxi bl-uniku skop li trażżan il-mixja progressiva tal-pajjiż.

Dan kollu kompla jbiegħed il-possibbiltà li pajjiżna xi darba jkollu alternattiva serja u denja. Bil-maqlub, il-Gvern jibqa’ joffri l-aħjar soluzzjonijiet kull fejn hemm l-isfidi, mingħajr ma jitfa’ piżijiet żejda u esaġerati fuq il-familji u n-negozji, kif kien kapaċi jagħmel il-PN sal-2013.

Taħt il-gwida tal-Prim Ministru Robert Abela u bl-appoġġ qawwi tal-poplu, dan il-Gvern se jibqa’ jmexxi lil pajjiżna ’l quddiem. Kif diġà għamel, se jibqa’ jimxi lejn is-suċċess u jkun ta’ eżempju anke f’livell internazzjonali, għax mhux biss għandu fiduċja fil-Maltin u fl-Għawdxin, iżda wkoll jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal tal-gżejjer tagħna.

21.05.2023 28

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.