3 minute read

BIDLA AMBJENTALI DAQSKEMM AGRIKOLA

Issa hemm xi ħaġa konkreta fejn il-bidwi jħallas prezz ġust u moderat għar-raba’

Data Network u b’hekk jirrifletti r-realtà tal-agrikoltura f’Malta.

Advertisement

Il-prezz bażi ġie kkalkulat skont l-approċċ tal-introjtu u fuq informazzjoni miġbura dwar l-istat tal-agrikoltura lokali, bil-valur jiġi rivedut kull ħames snin. Għaldaqstant, ġie stabbilit li sal2028, il-valur bażi se jkun dak ta’ €2,570 kull tomna art, waqt li l-mekkaniżmu biex jiġi stabbilit il-prezz tal-art agrikola se jkun qed iħares lejn erba’ fatturi li huma l-istess prezz bażi, il-karatteristiċi tal-għalqa u l-preżenza ta’ serer u/ jew kmamar.

B’dawn il-kriterji stabbiliti, l-art agrikola tiġi tiswa aktar b’żieda sa massimu ta’ 70% (tal-valur bażi) jekk din għandha karatteristiċi tajbin, bħal aċċessibbiltà għal servizzi, il-kwalità tal-ħamrija u infrastruttura għall-ħażna tal-ilma, fost oħrajn, b’35% oħra fejn ikun hemm uċuħ protetti permezz ta’ serer u sa 70% oħra fejn hemm strutturi permanenti bħal kmamar sa 60 metru kwadru.

Dan ifisser li, bil-karatteristiċi massimi, il-prezz ta’ kull tomna art ma jistax jaqbeż is-€7,071. B’hekk, waqt li l-bidwi ma jistax iħallas iżjed minn 1.5% tal-valur sħiħ tal-art maħduma, issa jirriżulta li l-ogħla ħlas li jista’ jinżamm fil-qbiela hu ta’ €106.06ċ fis-sena għal kull tomna.

Dan jista’ jinbidel biss, jekk dik l-art ikollha strutturi li jaqbżu s-60 metru kwadru fid-daqs, li mbagħad il-prezz jinħadem skont kif definit fil-valutazzjonijiet standard Ewropej stabbiliti minn żmien għal ieħor. Dan il-valur għandu jkun diviż b’fattur ta’ tnejn.

Bil-mekkaniżmu l-ġdid li ddaħħal mill-bieraħ se jiġi assigurat ukoll li kull valutazzjoni tiġi stmata skont dawn il-kriterji stabbiliti u ma jkunx hemm varjazzjonijiet ta’ stimi għall-istess art. B’rabta ma’ dan issa jmiss li titwaqqaf awtorità li trid tassigura d-dritt tal-bidwi u tas-sid fil-prezz tal-qbiela.

Dawn l-emendi se jwasslu għal serħan il-moħħ tal-bdiewa, li jikru r-raba’ mingħand sidien privati, biex ikomplu bl-attività agrikola tagħhom u fl-istess waqt ma jkun hemm l-ebda xkiel li jkomplu jinvestu fis-settur. B’hekk tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent rurali, li minnhom igawdi l-pubbliku inġenerali, iżda fuq kollox tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-biedja.

Min-naħa l-oħra, is-sidien se jkollhom il-possibilità li jirċievu qbiela li tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi. Hu għalhekk li, permezz tal-avviż legali ppubblikat, il-Gvern se jara li l-prezz tal-qbiela mħallsa jkun marbut mad-dħul li jiġi ġġenerat mill-attivitajiet agrikoli kif ukoll fatturi agronomiċi. is-settur, issa wasalna fl-aħħar fażi biex nistabbilixxu l-valur tar-raba’ agrikolu fis-settur privat biex ikun hemm prezz ġust u xieraq għall-kirja tar-raba’ agrikola u fl-istess ħin toffri aktar ċertezza, stabbilità, u serħan il-moħħ fil-qasam.”

Dawn jinkludu l-aċċessibilità għallgħalqa; id-disponibilità tal-ilma riċiklat, magħruf bħala New Water; l-aċċess għall-elettriku; l-espożizzjoni għal irjiħat qawwija; il-faċilità għall-użu ta’ makkinarju agrikolu; l-inklinazzjoni tal-art; ir-riskji ta’ għargħar; il-preżenza ta’ elementi fissi tal-pajsaġġ; il-fond, l-istruttura u s-salinità tal-ħamrija; il-preżenza ta’ ġebel fil-ħamrija; l-istat tal-ħitan tas-sejjieħ; u l-infrastruttura għall-ħażna tal-ilma.

Il-valur marbut mal-preżenza ta’ serer se jkun ikkalkulat sa massimu ta’ 35% tal-valur bażiku tal-art agrikola, filwaqt li l-valur marbut mal-preżenza ta’ strutturi agrikoli se jkun ibbażat skont il-kalkolu tal-ispiża ta’ sostituzzjoni tal-istruttura.

Kwalunkwe titjib jew investiment magħmul mill-kerrej sa tmien snin mid-data tal-valutazzjoni m’għandhomx jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-fatturi agronomiċi.

F’kummenti li kien għadda l-Kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg, lil ONE News dak iż-żmien, hu saħaq li l-liġi l-ġdida se tibdel ix-xenarju kollu għall-bdiewa bi qbiela fil-privat. “Hija liġi pożittiva immens. Fl-opinjoni tiegħi, hi game changer, għax naħseb li tolqot l-għerq tal-problemi li kienu qed jiffaċċjaw il-bdiewa li kellhom kawża pendenti u għandhom ir-riskju li jkollhom kawża pendenti.” na wkoll serħan il-moħħ lill-bidwi biex jibqa’ jaħdem ir-raba’ tiegħu u jkollu s-sors tal-għajxien tiegħu. Primarjament, is-sostenibilità biex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem.”

Ara wkoll

“Malta timmira għal produzzjoni organika għaxar darbiet akbar”

Meta f’Marzu li għadda, il-Ministru responsabbli Anton Refalo kien ħabbar il-bidu tat-tielet fażi biex jiġi stabbilit il-prezz bażi tal-art agrikola kien qal: “Dan l-avviż hu importanti ħafna u juri li dak li l-Gvern iwiegħed, iwettqu. Wara li, kif jaf kulħadd, għamilna l-emendi lill-Kapitlu f’paġna 10

Emmanuel Grima, bidwi żagħżugħ, kien esprima l-fehma li dan l-avviż legali se jkun qed jipprovdi prezz ġust u xieraq għall-kirja tar-raba’ agrikolu u fl-istess ħin aktar ċertezza, stabilità u serħan il-moħħ fil-qasam. “Ma kienx hemm liġi sostanzjali li kienet qed tissalvagwardja dawn l-għelieqi, iżda b’dan l-avviż legali ġdid, issa, hemm xi ħaġa ċara u konkreta fejn il-bidwi se jħallas prezz ġust u prezz moderat, kemm għalih u kemm għal sid l-għalqa.”

199 tal-Liġijiet ta’ Malta, u anke varajna l-White Paper għall-konsultazzjoni dwar il-viżjoni li għandu l-Gvern lejn dan

Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll kien iddeskriva din ir-riforma fis-settur bħala waħda rivoluzzjonarja meta qal: “Rajna l-importanza tal-biedja fl-ekonomija tal-pajjiż u fejn tidħol l-importanza tas-sigurtà tal-ikel. Taj-

L-istess kriterju kien adottat millGvern ukoll meta wettaq ir-riforma kbira fl-aħħar snin dwar ir-residenzi fil-privat li kellhom kuntratti ffirmati qabel inbidlet il-Liġi fl-1995 fejn għadd ta’ familji, partikolarment f’etajiet avvanzati, kienu qed jiġu żgombrati mill-qrati. F’dak il-każ ukoll, il-Gvern kien bidel il-liġi biex is-sidien tal-proprjetajiet privati jkunu intitolati għal kirjiet xierqa u r-residenti jkollhom rashom mistrieħa li ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom.

Is-sena l-oħra, il-Gvern ukoll introduċa qafas leġiżlattiv ġdid biex il-bdiewa li għandhom art agrikola mikrija mingħand l-Istat ikollhom aktar rikonoxximent fuq l-istess art. Fost dawn kien hemm il-kirjiet insolidum jew dawk il-kirjiet meqjusin bħala indiviżi, speċjalment fejn hemm kerrejja li ma jaqblux ma’ xulxin.

Dakinhar l-emendi fil-liġi, imħabbrin mill-Ministru Refalo u l-Ministru għall-Artijiet Silvio Schembri, iffaċilitaw iżjed it-trasferimenti tar-raba’, inkluż biex dawn ma jitwaqqfux sempliċiment għax xi ħadd mill-kerrejja ma jaqbilx, u artijiet li ma setgħux jiġu trasferiti, bdew jiġu trasferiti.

Każi oħrajn relatati mal-biedja ġew regolarizzati aħjar b’żewġ skemi preċedenti fl-aħħar snin fejn persuni jkollhom ir-residenza primarja tagħhom fuq art bi qbiela jew b’ċens agrikolu. Dawn ippermettewlhom li jsiru sidien tal-art bi qbil mal-Awtorità tal-Artijiet.

This article is from: