3 minute read

THE BEAST OF BIRKENSHAW

Peter Manuel ifittex ħajja kriminali

Peter Manuel kien qattiel tal-massa ta’ dixxendenza Skoċċiża u Amerikana. Hu nstab ħati għall-qtil ta’ seba’ persuni f’Lanarkshire u fin-naħa t’isfel tal-Iskozja. Manuel wettaq id-delitti bejn l-1956 u l-1958, sal-arrest tiegħu. Huwa maħsub li apparti dawn is-seba’ vittmi, Manuel qatel tnejn oħra. Tal-atti kriminali tiegħu, Manuel weħel il-piena kapitali u ngħata l-forka f’Barlinnie Prison fi Glasgow, fl-Iskozja. Hu kien qabel talaħħar li ngħata l-forka f’dan il-ħabs. Min kien Peter Manuel

Advertisement

Peter Manuel twieled fit-13 ta’ Marzu tal-1927 lil ġenituri Skoċċiżi fi New York City, fl-Istati Uniti. Familtu kienu emigraw lejn l-Istati Uniti għal ħajja aħjar iżda rritornaw l-Iskozja fl-1932 minħabba s-sitwazzjoni ekonomika li ġabet magħha l-Wall Street Crash. Lura f’Birkenshaw, fir-reġjun ta’ Lanarkshire, Manuel sabha diffiċli biex jintegra ma’ tfal tamparu minħabba li kellu aċċent Amerikan. Hu kien spiċċa fil-mira taż-żufjett matul tfulitu u l-ħajja kriminali tiegħu bdiet fl-età bikrija ta’ għaxar snin.

Manuel kien magħruf mal-pulizija fuq dħul fi proprjetajiet privati u fuq serq. Meta kellu 15-il sena, hu daħal f’dar ta’ waħda mara, sabha fis-sodda u taha diversi daqqiet b’martell. Sakemm għalaq 16-il sena, Manuel wettaq diversi attakki sesswali li wassluh għal disa’ snin ħabs f’Peterhead Prison. Manuel reġa’ weħel sentenza oħra ta’ ħabs wara li nstab ħati bi stupru qabel beda jwettaq id-delitti fl-1956.

Id-delitti

L-ewwel vittma ta’ Manuel kienet Anne Kneilands ta’ 17-il sena. Fit-2 ta’ Jannar tal-1956, Kneilands kienet miexja fil-korsa tal-golf ta’ East Kilbride meta bdiet tiġi segwita minn Manuel. Kneilands ġiet stuprata u nqatlet b’diversi daqqiet ta’ ħadida. Manuel kien ġie interrogat mill-pulizija iżda ma ġiex arrestat għax missieru qal li kien miegħu. Minkejja dan, Manuel ammetta li qatel lil Kneilands meta ġie arrestat fl-1958 iżda xorta waħda ma nstabx ħati għall-qtil tagħha minħabba nuqqas ta’ evidenza.

It-tliet vittmi li jmiss kienu membri tal-istess familja: Marion Watt ta’ 45 sena, bintha Vivienne Watt ta’ 16-il sena u oħt ir-raġel ta’ Marion, Margaret Brown ta’ 41 sena. Huma nstabu mejtin fis-sodda tagħhom b’tiri ta’ arma tan-nar f’rashom fis-17 ta’ Settembru tal-1956. Għall-bidu, il-pulizija ħasbu li r-raġel ta’ Marion kien il-qattiel minħabba l-fatt li mar iqatta’ xi jiem jistad qabel ma nqatlu tliet membri minn familtu.

Kien maħsub li r-raġel ta’ Marion, William, saq 90 mil minn Ardrishaig finha.

Manuel kien magħruf mal-pulizija fuq dħul fi proprjetajiet privati u fuq serq.

Meta kellu 15-il sena, hu daħal f’dar ta’ waħda mara, sabha fis-sodda u taha diversi daqqiet b’martell. Sakemm għalaq 16-il sena, Manuel wettaq diversi attakki sesswali matul il-lejl, qatel lil martu, bintu u oħtu u saq lura. Id-dell ikrah kompla jaqa’ fuqu hekk kif tnejn min-nies qalu li rawh fuq il-lanċa u fit-triq. Dawn iżżewġ xhieda għarfuh waqt l-identifikazzjoni fl-għassa u kien għalhekk li William Watt inżamm arrestat u tqiegħed f’Barlinnie Prison. Wara xahrejn, Watt inħeles għax il-pulizija ma sabu l-ebda raġuni għalfejn Watt seta’ qatel lit-tliet membri ta’ familtu u wieħed mix-xhieda ma setax jiftakar x’karozza kien qiegħed isuq Watt. Minkejja li nħeles mill-arrest, hu xorta baqa’ s-suspettat ewlieni sa kemm seħħ il-qtil tal-aħħar tliet vittmi, dak tal-familja Smart. Kien hawn li l-pulizija bdew jemmnu li qed iħabbtu wiċċhom ma’ qattiel tal-massa.

Il-vittma li jmiss kienet Sydney Dunn ta’ 36 sena. Dunn kienet taħdem bħala xufiera tat-taxi u waqt li kienet xogħol nhar it-8 ta’ Diċembru tal1957, hi nqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar. Manuel instab ħati għall-qtil ta’ Dunn 17-il jum wara li ngħata l-forka hekk kif instabet buttuna fit-taxi ta’ Dunn li kienet taqbel ma’ waħda mill-ġkieket tiegħu. Minkejja din l-evidenza, xorta hemm dubju jekk kienx Manuel il-qattiel ta’ Dunn.

Fit-28 ta’ Diċembru tal-1957, Isabelle Cooke, li kellha 17-il sena, għosfrot wara li kienet sejra ballu f’Uddingston Grammar School. Manuel segwieha, stupraha, fgaha u wara difinha f’għalqa. Wara l-arrest tiegħu, hu ħa lill-pulizija fuq il-post fejn di-

L-aħħar tliet vittmi ta’ Manuel kienu Peter ta’ 45 sena, Doris ta’ 42 sena u binhom Michael Smart ta’ għaxar snin. Dawn it-tlieta kienu fiddar tagħhom f’Uddingston fis-sigħat bikrin tal-ewwel ta’ Jannar tal-1958. Wara li qatilhom, Manuel qatta’ kważi ġimgħa fid-dar tagħhom, fejn qagħad jiekol u jitma’ lill-qattus tal-familja. Qabel telaq, Manuel seraq xi karti tal-flus u l-karozza tal-familja Smart. Li ma kienx jaf Manuel kien li l-flus li seraq kienu ġodda u għalhekk setgħu jiġu traċċati hekk kif jintużaw.

L-arrest

Sar magħruf li Manuel beda jħallas għax-xorb fil-barijiet bil-flus li seraq mingħand Peter Smart. Kien għalhekk li fl-14 ta’ Jannar tal-1958, il-pulizija marru fir-residenza tiegħu u akkużawh bil-qtil tal-familja Smart. Għall-bidu beda jiċħad iżda mal-ħin ammetta li qatel tmienja min-nies, iżda ma semmiex li qatel lil Dunn.

Waqt il-ġuri, Manuel iddefenda lilu nnifsu u qal li ammetta li qatel għax issikkawh il-pulizija. Manuel ma nstabx ħati għall-qtil ta’ Kneilands u ta’ Dunn iżda nstab ħati għall-omiċidji l-oħrajn, fejn weħel il-piena kapitali. Manuel ingħata l-forka fil-11 ta’ Lulju tal-1958 f’Barlinnie Prison mill-bojja Harry Allen.

This article is from: