6 minute read

IN-NISA FL-ARTI MALTIJA

L-istorja tal-arti serviet biex issaħħaħ it-twemmin u l-valuri soċjali mifruxin, iżda kien xi snin ilu, bil-pubblikazzjoni ta’ kitbiet akkademiċi min-nisa storiċi tal-arti, li tqajmu mistoqsijiet fuq il-funzjoni tal-kultura viżiva vis-à-vis l-immaġni tan-nisa. Modi ġodda ta’ ħsieb dwar is-sessi u r-rappreżentanza wasslu għal suriet ġodda ta’ kif wieħed jarahom u jinterpretahom. Hekk kitbet Rose Lapira fi studju li kienet ippubblikat fl-1995.

Minn CHARLES B. SPITERI

Advertisement

Kif għandu wieħed iħares lejn l-immaġni bla għadd ta’ nisa Maltin li ġew prodotti minn tant artisti? Għandhom jitqiesu bħala sempliċiment mirja li jirriflettu fedelment lin-nisa bħala grupp soċjali? Jew jiżvelaw konnotazzjonijiet u tifsiriet speċifiċi li l-artisti, ħafna drabi inkonxjament, jirrappreżentaw fix-xogħol tagħhom?

Ikun eżerċizzju siewi li ma nibqgħux nevalwaw dawn ix-xbihat bħala xogħlijiet tal-arti biss, u nibdew nistaqsu fuq il-mod kif l-artisti jqiegħdu lin-nisa fl-arti li jkunu jridu joħolqu. Meta wieħed jirrifletti, jirriżulta li l-immaġnijiet tan-nisa spiss jipproduċu tifsiriet li jsaħħu l-miti kulturali, li huma rilevanti ħafna għas-soċjetà tagħna.

L-arti tal-passat turi soċjetà li kienet polarizzata fuq linji stretti tal-ġeneru. Id-dominju tal-mara kien id-dinja privata tal-familja. Hi ngħatat ir-responsabbiltà li tieħu ħsieb darha. Jekk ma tagħmilx dan ix-xogħol, ħajjitha kienet ristretta sew. L-ideal tal-femminilità kien definit minn immaġni tal-maternità u permezz ta’ attivitajiet bħall-ilbies, ir-rakkmu, il-bizzilla, eċċ., li kienu jitqiesu bħala xogħol naturali għan-nisa. Illum ukoll fadal xi wħud li għadhom jemmnu li l-intellett tal-mara jagħmilha aktar addattata għad-dettall milli għall-kreattività.

Aspetti fuq il-ħajja Maltija

Matul is-seklu 19 artisti, topografi u illustraturi, ipproduċew b’mod impenjattiv veduti ta’ Malta, li jwasslulna ħafna aspetti fuq il-ħajja fil-gżejjer, u indirettament fuq in-nisa Maltin. Bosta mill-illustrazzjonijiet juru d-diviżjoni tal-klassijiet soċjali u l-pożizzjoni tan-nisa fihom.

Għal darb’oħra sehem in-nisa kien ikun primarjament rappreżentat bħala omm; kemm jekk liebsa mċerċer, iddur bil-wild tagħha, solitarja, ħafja, kif ukoll jekk liebsa ta’ sinjura f’xi karozzella akkumpanjata minn żewġha, qaddejja, kelb u tfal.

Meta l-attenzjoni tkun iffukata fuq il-ħwejjeġ, dan isir biex jiddeskrivu l-qagħda soċjali, l-identità, is-sinjurija bl-indħil ta’ żwieġhom.

Madankollu, f’dan iżżmien, il-Knisja kienet l-ewlenija fil-qasam ta’ opri artistiċi u arti sagra f’Malta.

Ħafna artisti rċevew kummissjonijiet biex jiżbgħu l-artali, iżejnu l-knejjes u ħwejjeġ oħra. Allura b’mod żbaljat, it-tendenza hi li hemm ftit immaġnijiet ta’ nisa qabel dan il-perjodu. Ironikament żviluppat qagħda fejn il-patrijarkiżmu kien prevalenti, fi żmien li kien hemm bosta sfidi għall-abbundanza ta’ xbihat femminili.

F’pajjiżna kellna u għad għandna kultura Marjana b’saħħitha u ġew esegwiti kwantità ta’ pitturi tal-Madonna. Dawn ix-xbihat ta’ nisa sbieħ, kollha differenti minn xulxin, jingħad li lkoll jirrappreżentaw lil Sidtna Marija.

Mudell ideali

Jekk l-artisti humiex ispirati reliġjożament jew le meta jipproduċu l-arti sagra, ħadd ma jista’ jgħid. Iżda żgur li seta’ jinstab mudell li jirrappreżenta s-sbuħija ideali, il-‘Mara Eterna’. Għax l-artisti huma bħas-sħaħar: jittrasformaw lil xi sieħba fi bniedma immortali, kemm jekk imqiegħda fuq is-sħab fl-għoli fis-sema bħala Madonna, u kemm jekk fuq irragħwa tal-mewġ bħala Venere. Jistgħu jittrattaw lil xi ħadd maħbub bħala oġġett, u konsegwentement, ħafna drabi jirregalawlha l-immortalità bi tpattija. Sadanittant, barra minn Malta, in-nies tal-klassi tannofs spiss talbu għal arti b’sentiment moralizzanti. Iżda l-ebda artist mhu indipendenti mill-prattiċi ekonomiċi, soċjali u kulturali li permezz tagħhom tiġi prodotta l-arti. Fil-bidu tas-seklu, u sewwasew fl-ewwel nofs tas-snin 20, kien hemm domanda għal verżjonijiet romantiċizzati ta’ nies tal-post. Lebsin bl-addoċċ, ħafjin, iżda b’uċuħ radjanti, in-nisa tal-pajjiż ippropagaw il-leġġenda tal-folk sempliċi u b’saħħtu tal-pajjiż li jgħixu ħaġa waħda man-natura; foqra iżda kuntenti. Forsi wieħed kien saħansitra jħoss għira għall-mod ta’ ħajja tagħhom. Sadanittant, in-nisa tas-soċjetà komplew jitkellmu, jisimgħu l-mużika u qattgħu ħin fil-beraħ tal-kafetterija.

Bla faldetta

Xbejbiet sbieħ iġġiegħlu jippużaw b’mod konxju, lebsin il-faldetta, jew ħwejjeġ mill-agħar u mhux prattiċi ħafna, biex jissimbolizzaw ir-restrizzjonijiet li n-nisa kellhom jgħixu fil-passat. Meta l-mara Maltija waqfet tilbes il-faldetta, hi għam- let l-ewwel pass biex tiddefinixxi mill-ġdid is-sehem tagħha fis-soċjetà. B’xi mod, dawn l-immaġnijiet jirriflettu x-xenqa taż-żminijiet għall-passat, għall-ġerarkiji definiti sew tal-qedem. Iżda xejn ma seta’ jwaqqaf il-bidla li bdiet isseħħ f’Malta. L-arloġġ ma setax jitreġġa’ lura. Wara l-gwerra l-ħajja inbidlet b’mod radikali. Iżda minkejja li kien avveniment daqshekk trawmatiku, ftit artisti Maltin ħassewhom inklinati li jikkummentaw fuqha. Normalment, il-pitturi u l-iskulturi tagħna mhumiex magħrufin għall-impenn soċjali tagħhom, jew li b’mod attiv jippromwovu bidla soċjali. Madankollu l-bidla seħħet u l-ħajja tan-nisa ma baqgħetx magħluqa daqs qabel.

Identità nazjonali

Fl-arti antika, in-nisa kienu prinċipalment sinifikaturi tal-privileġġ u l-poter maskili. Iżda seħħet bidla meta l-artisti bdew ifittxu l-għeruq u ppruvaw joħolqu sens ta’ identità nazzjonali. Bil-mod, dan wassal għall-ħolqien ta’ tip differenti ta’ arti, li direttament jew indirettament, għandha t-tendenza li turi r-relazzjoni pjuttost kumplessa bejn is-sessi, li hi partikulari għall-gżejjer tagħna.

Fost affarijiet oħra, l-interess muri fi żminijiet preistoriċi rriżulta f’xi xogħlijiet mill-aktar kumplessi u tajbin, fejn il-mara hi s-suġġett ta’ rappreżentazzjoni. Dan qajla hu sorprendenti, meta wieħed iqis li l-ewwel immaġnijiet tan-nisa fil-gżejjer tagħna jibdew minn dawn iż-żminijiet.

L-importanza tal-Knisja

Sadanittant, il-Knisja tilfet ħafna mill-importan- za tagħha bħala patruna tal-arti, għalkemm għadha teżerċita influwenza konsiderevoli fuq is-soċjetà. Xi artisti jistgħu jkunu Ortodossi fl-istil ta’ ħajjithom, iżda l-maġġoranza mhumiex u jgħixu ħajja konvenzjonali mmexxija mill-morali Kattoliċi, kif minqux fl-immaġni tal-familja tradizzjonali. Il-mara tista’, xi drabi, tkun il-mudell tal-artist, iżda primarjament hi l-omm ta’ wlied l-artist.

Fl-arti Maltija, il-familja hi tema preżenti l-ħin kollu. Il-qawwa tal-faxxinu tan-nisa, sija bħala omm u dik li twelled, hi mfissra f’ħafna xbihat tan-nisa fi ħdan il-familja. Jaf ikun argumentat li dan jaqa’ fi ħdan il-mudell tas-soltu tal-identifikazzjoni sterjotipata b’attività kulturali. Iżda għalkemm dan jaf joħloq preġudizzju, hu faċli li wieħed jassumi hekk. Hu minnu li xi xogħlijiet juru biss immaġni popolari tal-maternità, u mhux sorprendenti li l-kult tal-maternità hienja hi waħda mill-aktar espressjonijiet ovvji fir-rappreżentazzjoni tal-ideoloġija tal-familja.

Eroini sinifikanti

Iżda ħafna mill-immaġnijiet jiżvelaw xi ħaġa oħra lid-dinja tan-nisa, li tista’ tkun impenetrabbli, qawwija u intensa. L-istorja tagħna hi nieqsa mill-eroj iżda għandna eroini sinifikanti fil-kultura tagħna, li inevitabbilment żammew influwenza fuq l-immaġinazzjoni tal-artist u kkontribwew biex jipproduċu viżjoni unika tan-nisa.

Nikbru mdawrin bi statwi tal-karta jirrappreżentaw lil ‘Malta’. Ix-xbihat ta’ din il-mara sabiħa, li tiltaqa’ magħhom fil-festi, hi ħafna aktar minn allegori- rwol dominanti għal eluf ta’ snin. L-alla tal-fertilità kienet preżenti 5,000 sena ilu, u għadha. F’Malta u Għawdex, l-arketip tal-alla l-kbira hu dejjem preżenti –simbolu tal-poteri tal-ħajja u tal-mewt.

L-artisti tagħna jirtu sfond kumpless li hu diffiċli li ma jkunx influwenzat. Konxjament jew inkonxjament, temozzjona l-immaġinazzjoni tagħhom fid-dehra tan-nisa u dan jispjega parti mix-xogħol tagħhom. Jista’ jkun parzjalment responsabbli għad-diversi stampi ta’ nisa tqal, ħafna drabi nisa tal-artisti, u għall-immaġni tal-Madonna tqila; suġġett li jseħħ fl-opra ta’ xi artisti. Għal xi wħud, il-Madonna tqila hi fi ħdan il-konvenzjoni tal-figuri tal-fertilità u l-ommijiet tad-dinja. Iżda l-artist ħoloq simbolu erojku ieħor billi għaqqad flimkien ix-xbihat ta’ Marija u d-dinja Omm, u saħħaħ aktar il-ħrafa tal-poter femminili.

In-nudiżmu fl-arti tiehmu mal-mudella, u t-tema ta’ spiss kienet suġġett għax-xogħol tagħhom. Flaħħar analiżi, l-arti kollha, anki dik erotika, titwieled fil-qasam tal-intellett u l-ġisem uman kumpless, raġel jew mara, u tagħti interpretazzjonijiet daqskemm ikun hemm telespettaturi. Xi artisti taw kontributi importanti f’dan il-qasam, u aktar iva milli le, in-nudo femminili fix-xogħol tagħhom, aktar milli jkunu eżempju ta’ arti falloċentrika, tkun sempliċiment ċelebrazzjoni kwieta tas-sesswalità femminili.

Esej fuq ir-rappreżentazzjoni tan-nisa fl-arti trid tinkludi referenza għal tema importanti: in-nudo. Il-frankezza għas-sentiment sesswali mhi fl-ebda karatteristika tal-arti Maltija. Madanakollu, numru konsiderevoli ta’ artisti tagħna taw kontribut notevoli fil-qasam tan-nudo, xi wħud aħjar minn oħrajn. Ta’ min isemmi li f’wirja ddedikata lin-nudo, li fiha ħadu sehem il-biċċa l-kbira tal-artisti, kien hemm rispons wieħed biss minn artista mara, li waqt li pparteċipat, irrifjutat li turi nudo fix-xogħol tagħha, għax la qisitu bħala oġġett u lanqas spettaklu.

Ħafna mill-artisti nisa jaraw lilhom infushom u lil nisa oħrajn minn għajnejn l-irġiel. Pereżempju l-maternità minn artista mara jew tidher ispirata bl-istess mod bħal dik tar-raġel, inkella tmur fl-estrem l-ieħor billi tkun ħelwa, sentimentali, eċċ.; li huma kwalitajiet fl-arti femminili, mistennija minn udjenza maskili.

Fiż-żewġ każi, f’tentattiv li tkun aċċettata f’dik li hi tassumi li hi dinja tar-raġel, l-artista mara ħafna drabi ma tkunx veritiera għall-viżjoni interna tagħha bħala mara, u x-xogħol jaf ikun differenti minn dak ta’ raġel; li jista’ jkun aktar awtentiku f’dak li jaħseb, iħoss, jara u jagħmel.

Arti kkulurita ja sterjotipata tar-rebħa kif rappreżentata f’xogħlijiet oħrajn tal-arti. Kburija, b’saħħitha u qawwija, ħakmet l-immaġinazzjoni tal-poplu tagħna u saret parti mill-kultura tagħna.

Iżda l-eroina l-aktar maħbuba tagħna hi Marija, li għadha tokkupa post speċjali fl-imħuħ u fil-qlub tal-biċċa l-kbira tan-nies. Ir-rebħiet storiċi marbutin ma’ isimha, il-festi ddedikati lilha, l-adozzjoni tal-isem fil-fonti tal-magħmudija u manifestazzjonijiet oħrajn, kollha jixhdu din ir-relazzjoni speċjali.

Rwol dominanti

Normalment, is-sistemi reliġjużi u ta’ simboli jiffukaw fuq immaġni maskili tad-divinità, iżda fil-gżejjer tagħna l-affarijiet kienu kemxejn differenti. Hawn, it-tema tal-fertilità kellha

Hu diffiċli li terġa’ tqiegħed in-nudo, maskili jew femminili, fil-konvenzjonijiet tal-arti moderna. Fi żminijiet postfemministi, in-nudo, bil-konnotazzjonijiet storiċi artistiċi kollha tiegħu, jitqies b’anakroniżmu. Iżda l-figura umana għarwiena żammet l-importanza tagħha fi żmienna, bħala mezz biex twassal kummenti qawwija dwar il-kundizzjoni umana.

Iffaċċjati minn volumi ta’ letteratura fuq is-suġġett, ċertu ammont ta’ xettiċiżmu b’saħħtu hu essenzjali. Skont il-fehma ta’ dak li jkun, l-immaġni ta’ mara għarwiena taf jimplika vulnerabbiltà sesswali min-naħa tal-mara, jew it-tirannija sesswali bl-irġiel bħala vittma. Ċertament ir-relazzjoni bejn l-artist u l-mudell hi msawra fl-enigma.

Ċelebrazzjoni tas-sesswalità

Għadd ta’ artisti ppruvaw jif-

Essenzjalment dak li normalment hu rappreżentat fl-arti hi l-esperjenza maskili tan-nisa. L-arti m’għandha l-ebda sess, iżda l-artisti għandhom. Żgur li f’dan il-qasam in-nisa jistgħu, mill-esperjenzi tagħhom bħala nisa, jipproduċu arti li hi kkulurita. Iridu jidħlu fil-fond filpsike tagħhom biex isibu l-femminilità minn ġewwa, b’mod differenti milli jħarsu lejha minn barra b’għajnejn ta’ sess ieħor. Naturalment hemm ix-xogħol okkażjonali li hu differenti. Fil-qasam taċ-ċeramika wieħed jiltaqa’ ma’ xogħol infurmat b’viżjoni intuwittiva ġenwina.

Tkun telfa kbira, kieku f’dan l-istadju, in-nisa kellhom jitilfu l-kuntatt mas-sinjali u s-simboli tal-kultura u s-soċjetà tagħna fl-ewforija tal-bidla u l-progress. Minflok tippromwovi mudelli arkajċi ta’ poter u awtorità maskili, l-arti maskili riċenti tagħna kienet aktar ċelebrazzjoni tal-poter u r-rieda femminili. Wasal iż-żmien li s-Sleeping Lady tqum, twarrab il-ħlewwa u t-telfa fil-ħsibijiet tagħha u ssir konxja tas-saħħa li għandha. Hu f’idejn il-mara li tieħu r-riedni f’idejha, ikun xi jkun, u tassumi r-responsabbiltajiet u d-dmirijiet kollha tagħha.

This article is from: