1 minute read

SKEDA ONE

ma ngħaddix sewwa u sħiħa mingħajrha u mingħajr ma nesprimiha.”

Advertisement

Mistoqsija xi jdejjaqha filħajja b’mod ġenerali, Claire weġbitni: “Id-diżonestà - li n-nies ma jkunux onesti magħhom infushom u ma’ ħaddieħor, u jispiċċaw ma jeħdux deċiżjonijiet li vera jixtiequ u li fil-verità jistgħu jwassluhom għal aktar kuntentizza u ħajja ħafna aktar sabiħa.

L-egoiżmu - li n nies jinsew li l-umanità hi villaġġ wieħed u kulma nagħmlu jaffettwa lil ħaddieħor fit-tajjeb u fil-ħażin. Hu żmien fejn irridu naqsmu aktar u naħsbu b’sens ta’ komunità aktar milli b’egoiżmu għall-but biss; bla ma nikkunsidraw is-soċjetà kollha u d-dinja kollha wkoll. M’aħniex weħidna fid-dinja u dak li nagħmlu jaffettwa lil ħaddieħor. Il-ħela ta’ ħin, ħela ta’ riżorsi, ħela t’ambjent u ta’ spazju, ħela ta’ kliem li jweġġa’ biss, il-ħela b’mod ġenerali kollha kemm hi ddejaqni,” stqarret miegħi.

Għall-benefiċċju tal-qarrejja, staqsejtha wkoll fejn nistgħu nisimgħu l-mużika tagħha. Qaltli li nistgħu nagħmlu dan minn fuq il-pjattaformi tal-mużika kollha bħal YouTube, Spotify, Apple Music u wkoll nistgħu nsegwu fuq Facebook u Instagram taħt l-isem Claire Tonna.

Fl-aħħar nett, stedintha tgħaddi messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta.

“Għalkemm ma nafx min intom naf li b’xi mod aħna lkoll familja waħda umana, mill-qalb nixtiqilkom ħafna mħabba f’dak li taħsbu, ħafna mħabba f’dak li tgħidu u ħafna mħabba f’dak li tagħmlu. Dik hi dejjem l-ikbar qawwa, l-imħabba; lejna nfusna u lejn kull ħlejqa madwarna.”

This article is from: