4 minute read

BIL-FERĦ

Din il-ġimgħa ddeċidejt li nitkellem mal-artist Sonny Gatt, li fl-arti tiegħu juri passjoni, kulur u mħabba. Umli, seren u lest li jispjega kif sawwar l-arti li jesprimi l-emozzjonijiet tiegħu fiha, Sonny jisħaq li dan jagħtih sodisfazzjon f’ħajtu.

Xi tfisser l-arti għalik? Meta u kif intbaħt li għandek dan id-don?

Advertisement

Minn età vera żgħira, kont bdejt bl-ewwel biċċa arti billi għamilt skultura tal Madonna. Kien għadt kelli 6 snin. Dak iż-żmien missieri u ommi kienu qed jirranġaw il-bejt u kienu qed jagħmlu xi xogħol ta’ kostruzzjoni fid-dar u kont sibt biċċa ġebla, qbadt martell, turnavit u kuċċarina u skulturajt wiċċ il-Madonna fih. Ġietni spontanja li xtaqt nagħmilha dak il-ħin.

Kull Karnival li kont immur l-hena tiegħi nara s-sbuħija tal-karrijiet. Kien ikolli seba’ mitt sena biex nasal id-dar biex inkun nista’ npinġihom kollha bil-kuluri tagħhom b’kollox, u komplejt għaddej b’din l-imħabba li nibtet għal arti. Prattikament l-arti hija ħajti, tagħmilni dak li jien, mingħajr l-arti m’iniex Sonny.

Veru li l-arti tagħtik sodisfazzjoni? Kif? Spjegalna.

Bl-arti tħossok ħaj, tagħtik sens ta’ paċi u sodisfazzjoni l-iktar meta tkun wettaqt dak li kellek f’moħħok. Ifhimni, jiġuni ħafna ideat l-iktar billejl imbagħad, filgħodu nqum naħdem fuqhom u jekk le hemm jibqgħu għaddejjin b’moħħi jberren. Tħossok seren meta tkun lestejt dak li jkollok f’moħħok jiġifieri għamilt dak li immaġinajt lestejtu u tarah lest quddiemek komplut. Tħossok seren u tgħid biċċa xogħol lesta u mwettqa.

Liema mezz jew materjal tħobb tuża biex twettaq l-immaġini artistika tiegħek f’oġġett tanġibbli?

Jien ġeneralment mitfugħ fuq l-iskultura – konkos, ġibs u tafal iżda ilni ’l fuq minn 40 sena li kelli dan il-ħsieb u l-idea ta’ stil ta’ pittura f’moħħi li rnexxieli nwasslu issa waqt din l-esibizzjoni li tellajt.

Taħseb li n-nies japprezzawk kemm mistħoqq? U x’taħseb li hija l-idea tal-pubbliku Malti lejn l-arti?

Ifhimni, kultant mhijiex faċli. Għalkemm l-apprezzament għall-arti qiegħed jiżdied

Bl-arti tħossok ħaj, tagħtik sens ta’ paċi u sodisfazzjoni l-iktar meta tkun wettaqt dak li kellek f’moħħok.

Ifhimni, jiġuni ħafna ideat l-iktar billejl imbagħad, filgħodu nqum naħdem fuqhom u jekk le hemm jibqgħu għaddejjin b’moħħi jberren hawn Malta nemmen li għad baqgħalna ħafna. Hija kwistjoni ta’ kultura li ngħallmu u nrawmu lit-tfal minn età żgħira li x-xogħol tal-arti, l-artist għandu jiġi apprezzat u mhux jarawh bħala ħela ta’ ħin. Min-naħa tiegħi rajt ħafna nies li apprezzawni iżda kienu ftit nies li nkuraġġewni biex nkompli fuq il-linja tal-arti. Trid tkun int li tibqa’ tiġġieled għall-arti li tkun fik. U iva wieħed irid jifhem li biex tgħajjex familja bl-arti mhi faċli xejn b’mod speċjali hawn Malta li aħna żgħar. Nemmen u nistqarr li qed nara iktar żgħażagħ u tfal li qed japprezzaw l-arti, jistaqsu iktar u jinteressaw ruħhom u nieħu r-ruħ meta nara dan għaliex ngħid hemm futur għall-arti.

Liema hija l-aktar biċċa xogħol għal qalbek li għamilt sa issa? Spjegalna.

L-arti fi spazji pubbliċi jisimha “Humanity in Glory” li kienet biċċa xogħol ta’ portata kbira għaliex l-arti kienet mfass- la fil-kobor u domt sentejn naħdimha, u meta taraha hemm – fir-roundabout tat-telgħa t’Alla u Ommu tgħid rnexxieli. Kont ilni noħlom li xi darba nagħmel biċċa xogħol ta l-arti barra u grandjuża u hija waħda mill-favoriti.

Din tissimbolizza l-ġlieda għall-eżistenza umana u kif il-bniedem, minkejja d-diżastri naturali, gwerer, pandemiji u terremoti, baqa’ għaddej jegħleb sfida wara l-oħra, u baqa’ rebbieħ u l-bniedem baqa’ jeżisti. Iżda jien dejjem kelli x-xewqa li nagħmel esibizzjoni. Esibizzjoni bi stil ġdid ta’ arti li fiha l-armonija arkitettonika tintrabat mażżmien u fl-istess ħin surrealista wkoll. B’hekk fi żmien il-pandemija ħdimt fuq 19-il kwadru fejn tellajt l-esibizzjoni tagħhom u huma esibiti fil-Knisja l-qadima tas-Salvatur f’Ħal Lija. Hawnhekk jien ħloqt sinfonija ta’ arti b’hekk semmejtha “My Symphony”.

L-arti tagħtik kedded ukoll? Jew solliev biss?

Dażgur li l-arti tagħtik il-kedded. Ara ngħid għalija jien nkun naf li ħa nasal biex nagħmilha iżda xi kultant

Iżda jien dejjem kelli x-xewqa li nagħmel esibizzjoni.

Esibizzjoni bi stil ġdid ta’ arti li fiha l-armonija arkitettonika tintrabat maż-żmien u fl-istess ħin surrealista wkoll. B’hekk fi żmien il-pandemija ħdimt fuq 19-il kwadru fejn tellajt l-esibizzjoni tagħhom u huma esibiti fil-Knisja l-qadima tas-Salvatur f’Ħal Lija ikollok affarijiet li jmorrulek żmerċ. Eżempju tkun qed taħdem fuq skultura tat-tafal u l-għada minħabba t-temp tinżillek u jkollok flok tkompli fejn ħallejt tmur passi lura biex tirranġa dak li ġara waqt li kienet mgħottija. Affarijiet li jiġru u li trid ħafna sabar u xi drabi tkun trid tinsa ftit mill-biċċa li tkun qed tagħmel għax jaf tgħajjik taħdem ħafna sigħat kuljum fuqha u minflok tagħtik sodisfazzjoni ġġiegħlek tonfoħ tnejn!

Kif tixtieqhom iħarsu lejk in- nies b’mod ġenerali vis-à-vis l-arti tiegħek?

Nixtieqhom jaraw nifs ġdid, ħaġa ġdida, ideat ġodda u kunċett ġdid tal-arti. Iva, nixtieq li nispira lil ħaddieħor biex joħloq u jara li hemm l-għatx għal ħolqien ta’ arti ġdida u li wieħed dejjem ikun uniku u differenti bl-arti li joħloq. Għandi ħafna għal qalbi l-bniedem u b’hekk indaħħal ħafna ilwiċċ simboliku. Għandi u ħloqt stil surrealist li dak li jkun jista’ jagħrafni mill-is- til u jgħid dik il-biċċa xogħol hija ta’ Sonny!

Għandek dispjaċir f’dan il-qasam? Jew sodifsazzjon?

Le, dispjaċiri qatt. Xi drabi mhux kollox jimxi kif tkun ippjanajt imma fl-aħħar millaħħar l-importanti huwa li tasal. Nieħu sodisfazzjon kbir meta nkun wettaqt dak li kelli f’moħħi u qed nikkomunikah lin-nies hemm barra. Almenu hekk naraha jien.

X’messaġġ tixtieq twassal lill-pubbliku inġenerali.

L-arti hija ferm importani f’ħajjitna bħal kull ħaġa oħra, importanti li ndawru lilna nfusna bl-apprezzament lejn l-arti f’kull aspett tal-ħajja minn età żgħira sa età kbira. L-arti tagħtik r-ruħ u n-nifs li tara u taħseb b’moħħ miftuħ dwar diversi temi fil-ħajja. Għandna ħafna lejn xiex inħarsu.

Għandek xi proġetti oħra għall-futur qrib?

Qed naħdem fuq biċċa arti kbira – arti għal barra li tibqa’ installata fl-istess post. Bħalissa qiegħda fi stadju ta’ tafal u li jalla nlestiha biex tkun tista’ titgawda mill-pubbliku. Determinat li nagħmilha. Nittama wkoll li jkolli s-saħħa li naħdem fuq esibizzjoni oħra fis-snin li ġejjin.

This article is from: