4 minute read
NAĦDMU LEJN PAĊI FOST IL-ĠNUS
Il-Ħamis li għadda kelli l-unur li nindirizza l-attività mtellgħa mill-Ambaxxata Palestinjana f’Malta sabiex jiġi kkommemorat il-75 anniversarju millAl Nakba.
X’inhi din il-kommemorazzjoni? L-14 ta’ Mejju 1948 jimmarka t-twaqqif talIstat ta’ Iżrael imma wkoll kien ifisser it-telfien ta’ art twelid il-Palestinjani. Fil-lingwa Għarbija “Nakba” tfisser “katastrofi”. B’referenza għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina din il-katastrofi tfisser it-telfien tal-art għall-Palestinjani kemm waqt u anki wara l-gwerra tal-1948. Huwa magħruf li kważi 800,000 Palestinjan kellhom jaħarbu jew kienu sfurzati sabiex jitilqu matul din il-gwerra. Sal-lum ħafna Palestinjani li huma mxerrda bħala refuġjati f’pajjiżi madwar id-dinja għadhom meqjusa bla titlu ta’ stat. Kien Yasser Arafat fl-1998 li stabbilixxa din il-ġurnata uffiċjali ta’ kommemorazzjoni għat-telfien ta’ art twelid il-Palestinjani.
Advertisement
Huwa ta’ sodisfazzjon li għall-ewwel darba fl-istorja, il-Ġnus Magħquda kkommemorat Nakba t-Tnejn li għadda ġewwa l-kwartieri tagħha fi New York hekk kif jitlob il-mandat tal-istess Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda li ngħata fit-30 ta’ Novembru 2022.
L-istudjużi tal-istorja jiġru wara l-fatti. Il-politiċi għandhom it-tendenza li jagħtu l-ħsibijiet tagħhom fuq dawn il-fatti. Bħala studjuża tal-istorja kif ukoll involuta direttament fl-attività politika jien inħoss li ngawdi ċertu vantaġġ għal perspettiva aktar wiesgħa sabiex nanalizza aħjar u noħloq bilanċ bejn il-fatti li jingħadu u l-interpretazzjoni politika tagħhom. Aktar minn hekk li tkun studjuża tal-istorja, involuta fil-politika u tkun soċjalista jagħtini l-konfort li b’wiċċi minn quddiem nipprattika l-prinċipji tiegħi. U f’dan il-kuntest, xi jgħidu dawn il-prinċipji? Kapitlu 2, Paragrafu 5 tal-Istatut tal-Partit Laburista jgħid: “Il-Partit Laburista jemmen li għandu jaħdem għall-paċi, stabbilità u kooperazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran u jemmen fil-ħidma bejn il-popli biex ikun hemm avvanz tal-popli kollha madwar id-dinja”.
Malta sa mill-Indipendenza tagħha tradizzjonalment dejjem żammet relazzjoni qrib u ta’ ħbiberija mal-poplu
Palestinjan. Il-politika tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta konsistentament tissapportja l-isforzi internazzjonali bil-għan li twassal għal soluzzjoni paċifika u negozjabbli sabiex jieqaf dan il-kunflitt u jiġi wkoll imwaqqaf Stat Palestinjan li jgħix maġenb l-Istat ta’ Iżrael fil-paċi u fis-sigurtà. Il-Partit Laburista jaqsam l-istess opinjoni u jissapportja l-istess sforzi.
Mit-tfulija tiegħi u sal-lum il-ġurnata trabbejt u kbirt nisma’ u nsegwi dan il-kunflitt fil-Lvant Nofsani. Diżgrazzjatament għadha sal-lum il-ġurnata l-aħbar barranija mill-aktar prominenti fil-bulettini tal-aħbarijiet. U dan inikkitli qalbi. Għaddew 75 sena u l-ebda progress tanġibbli sabiex jissolvew l-affarijiet qatt ma sar. Fl-opinjoni tiegħi u ta’ bosta huwa ċar li dawk li huma kuntenti għal xi raġuni jew oħra li s-sitwazzjoni kurrenti tibqa’ kif inhi, qed jagħmlu fiż-żgur li jibqa’ jirnexxilhom dan l-iskop. U dan huwa dnub.
Din il-parti tant sabiħa tad-dinja hija l-art qaddisa għat-tliet reliġjonijiet monoteisti li jemmnu fl-istess Alla wieħed, l-istess Alla li għażel din il-parti tad-dinja sabiex joħloq lill-bniedem u ċ-ċivilizzazzjoni. Dan hu dak li lkoll nemmnu fih jekk intix Kristjan, Musulman jew Lhudi. Naqbel sew ma’ dak li qalet Federica Mogherini, Eks Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea: “Ġerusalemm mhix sempliċiment belt sabiħa, imma l-isfida hija li nuru li Ġerusalemm tista’ titgawda minn kulħadd fil-paċi u r-rispett.’’
Ikun għaqli li niftakru x’kien qal ilPerit Duminku Mintoff waqt in-negozjati li wasslu għall-iffirmar tal-Helsinki Final Act fl-1975 meta kien stqarr li: “Mingħajr paċi fil-Mediterran, qatt ma jista’ jkun hawn paċi fl-Ewropa.”
Din l-istqarrija għandna lkoll iżżommna fuq ponot subgħajna sabiex nibqgħu naħdmu bis-sħiħ għall-paċi, għax il-paċi ġġib il-libertà, l-istabbilità u l-prosperità, imma aktar minn hekk iġġib il-ferħ u l-imħabba, elementi li fl-opinjoni tiegħi huma l-aktar essenzjali għall-bniedem li qatt m’għandu jkun imċaħħad minnhom.
Il-politika tal-Affarijiet
Barranin ta’ Malta konsistentament tissapportja l-isforzi internazzjonali bil-għan li twassal għal soluzzjoni paċifika u negozjabbli
Sur Editur, Għall-estremiżmu u l-bombastiċità, ħadd ma jirbħilhom lil dawn il-qatta intamati. U jekk ma tridx, din il-ġimgħa bbrillaw fihom dawn. Kollox għaqad mal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-isptarijiet. Imma anki sempliċement artiklu fuq il-gazzetta mħarbxa li għandhom, jagħtuh titlu qisu pajjiżna jinsab fit-tarf tal-abbiss.
Qrajt titlu bombastiku fil-gazzetta tagħhom, li ovvja sar bi skop biex ikabbru l-affarijiet ħalli jkomplu jitfgħu dawl ikrah fuq pajjiżhom stess. L-iskjavitù lura f’pajjiżna, qalulna. Naqbel magħhom, ta, għax jekk jibdew minn darhom stess, għandhom lil dak li jaħseb li huwa l-kap tagħhom li huwa biss skjav ta’ dawk li ħatfu l-partit tagħhom f’idejhom. Jien ma nafx kif iħalluh kap lil Bernard il-Grech, Sur Editur, u ma jitfgħux floku lil ħu Karol l-Aquilina, lil Robert. Dak li ma tgħaddix siegħa li ma joħroġx fit-toroq quddiem il-ġurnalisti u jiddetta lillistituzzjonijiet ta’ pajjiżna x’għandhom jagħmlu. U Alla jbierek, dan Robert l-Aquilina, ħu Karol, jippretendi li huwa Alla l-imbierek. Tliet persuni f’wieħed. L-Imħallef, il-Prosekutur u l-Prim Ġurat.
Għax jiftaħ ħalqu u ħlief jitlob għal-Laburisti biex jintefgħu l-ħabs qabel ikun hemm investigazzjoni ma jagħmilx. Raġel sew dan Robert l-Aquilina.
Dan l-istess wieħed li jitkaża li f’pajjiżna hawn litanija ta’ kazzati, ma hawnx libertà tal-espressjoni, li l-Gvern irid jagħlaq ħalq dawk li jikkritikawh, li l-Gvern ma jħallix lill-ġurnalisti jaħdmu. Imma mbagħad, biex ikun inkonsistenti bħall-partit li ħakem flimkien ma’ ħuh u xi erbgħa oħra, ma jixbax jitfaħ ħalqu u jgħid li ż-żikk irid, fuq kollox, fuq kulħadd – basta kontra tagħna, il-Laburisti.
Melda tiegħi din il-ġimgħa fakkritni li dawn, bil-maqlub, ma jlissnux kelma dwar xiex qed tiġi akkużata fl-Ewropa l-magħżula tagħhom, Roberta l-Metsola. Kont qed immexmex kustilja l-forn, demel niżżlithieli, għax kif qaltli hekk, jien u niġbed biċċa laħam minn bejn l-għadam, xraqt. Għad għandi griżmejja misluħin s’issa. Imma nsomma.
Issa dawn l-erbat ijiem li għaddew rajna xi jsarraf l-estremiżmu politiku a la l-partit tagħhom. Għemilhom fil-Parlament ta’ min jistmerru. U azzjonithom ukoll, Sur Editur. Madre tal-ħniena jibqgħu għaddejjin bit-tgħawwiġ tal-fatti. Hekk iridu jirbħu l-gvern dawn. Dejjem hekk nafhom.
Fiż-żmien kienu jgħajruna li min jivvota għalina jmur l-infern. Kien żmien li għext meta kellhom lill-Knisja pakkett wieħed mal-partit tagħhom. Meta mbagħad il-poplu fetaħ moħħu u tgħallem jirraġuna, ma baqgħux bil-knisja forċina tagħhom u qabdu tattika mnellħa u partiġjana, li jippruvaw iħawdu l-imħuħ bil-gideb u t-tgħawwiġ ta’ dak li huwa veru.
Erba’ qtates li huma l-istess nies li jmexxu tużżana għaqdiet. Għax qamu wkoll tal-Occupy Juices, immexxija mill-istess nies ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, li jmexxu wkoll l-għaqda l-oħra tasSivil Sossy. U dawn tal-Occupy Juices talbu li terġa’ tinfetaħ l-inkjesta tal-Egrant, u tar-Repubblika jridu li l-Kummissarju jwarrab, u ħu Karol l-Aquilina jrid ma nafx kemm-il riżenja.
X’politika dik hux!
Imbagħad dawn il-qdusija miexja fuq l-art, ħadu donazzjoni minn xi ħadd li jbigħ il-passaporti, u għax din telgħet f’wiċċ l-ilma, qalu, qalu, għax qalu, li ma kinux jafu minn fejn kienet ġiet id-donazzjoni. U tawhielhom lura. U l-gazzetti li dejjem jaraw kif jgħattulhom xturhom, ħadu l-ispjegazzjoni banali li taw u għamluha fatt. And God Save King Charles and his side chick who became Queen Camumilla.
Ma jarawhx wiċċ Alla dawn, Sur Editur. Mhux billi kollhom stejjer talqaddisin fuq il-ġurnal patetiku li jħarbxu.
L-aqwa li reġgħu marru kollhom files u kaxxi l-qorti. Bħalma kien għamel Simon ‘it-tea boy’ Busuttil. Tiftakar, Sur Editur?
Għax il-partit tagħhom għamel bħal Repubblika u mar jagħmel rikors quddiem il-Maġistrat li qed tmexxi inkjesta dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet. Din l-inkjesta kienet infetħet minn dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika u mhux darba u tnejn spiċċat f’nofs kontroversja. Politika tal-ħabba gozz. Għad-dieħla!