2 minute read

ROBERT ABELA: MA JISTAX IKOLLNA L-PAĊI DINJIJA MINGĦAJR IL-ĠUSTIZZJA

Waqt li indirizza s-Summit tal-Kunsill tal-Ewropa fl-Iżlanda din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li d-dinja ma tistax tgħix fil-paċi jekk ma jkunx hemm ġustizzja. “Ma jistax ikun hemm paċi mingħajr ġustizzja u l-ebda ġustizzja mingħajr sens ta’ responsabbiltà,” insista Dr Abela fis-summit tal-Kunsill tal-Ewropa, li kien biss ir-raba’ wieħed minn kemm ilu li twaqqaf fl-aħħar tas-snin 40.

Advertisement

Il-Prim Ministru Malti, li kien preżenti għassummit fost is-46 mexxej tal-pajjiżi mseħbin filKunsill tal-Ewropa, qal li dan tlaqqa’ fl-isfond ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent.

Hu qal li dan hu “summit importanti ferm, fiċ-ċirkostanzi li għandna bħalissa, jiġifieri lGwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja. Sfidi li mhumiex żgħar, jiġifieri qed nitkellmu dwar l-inflazzjoni u l-kwistjoni tal-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels.”

Filwaqt li rrefera għall-fatt li l-Ewropa qed tiffaċċja gwerra fil-Lvant tagħha 74 sena wara lħolqien ta’ din l-organizzazzjoni Ewropea, il-Prim Ministru qal li s-Summit organizzat bejn it-Tlieta u l-Erbgħa li għaddew għaqqad lill-pajjiżi Ewropej favur l-Ukrajna u biex jinstabu soluzzjonijiet għal din il-kriżi.

“Ma jistax ikollna s-sliem mingħajr il-ġustizzja u ma jistax ikollna l-ġustizzja mingħajr sens ta’ responsabbiltà. Hu għalhekk li jeħtieġ li nkomplu nappoġġjaw lill-Ukrajna kemm hemm bżonn ħalli niżguraw li dawk kollha li huma responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom u li d-drittijiet tal-vittmi għall-verità, għall-ġustizzja u għall-kumpens jiġu ssodisfati.”

Il-Prim Ministru ffirma wkoll il-ftehim tal-Kun- sill tal-Ewropa li jistabbilixxi r-Reġistru Internazzjonali tad-Danni kkawżati mill-aggressjoni fuq l-Ukrajna. Dan se jservi bħala dokumentazzjoni ta’ evidenza li jkun jista’ jintuża fil-futur biex tiġi żgurata r-responsabbiltà finanzjarja ta’ min qed iwettaq l-aggressjoni fl-Ukrajna u jsegwi r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, li rrikonoxxew il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu internazzjonali għarriparazzjoni ta’ danni minn atti internazzjonali illegali matul il-Gwerra fl-Ukrajna. u nnaqqsu kemm nistgħu t-tħarbit li tikkawża … dwar il-migrazzjoni, li dwarha rridu nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra t-traffikar u l-kuntrabandu tal-migranti filwaqt li nsaħħu l-appoġġ tagħna lill-istati li qegħdin fuq quddiem nett kif ukoll lillpajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu,” qal il-Prim Ministru Malti lill-mexxejja l-oħrajn miġburin.

Bħall-kumplament talmexxejja fis-summit, Dr Abela indirizza d-dibattitu ġenerali fejn ukoll semma sfidi oħrajn li qiegħed jiffaċċja l-kontinent Ewropew, primarjament it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni.

Abela qal li Malta hi ħerqana li aktar pajjiżi demokratiċi Ewropej jissieħbu bħala stati membri tal-UE.

Il-Prim Ministru jindirizza s-summit tal-Kunsill tal-Ewropa fl-Iżlanda, li kien biss ir-raba’ wieħed mindu twieldet din

Dwar tal-ewwel, hu qal li għandhom jiżdiedu l-isforzi biex nevitaw u ntaffu l-impatt tagħha, kif pajjiżna ilu jesprimi ruħu sa riċentement ukoll fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda fejn ġie elett biex iservi sas-sena d-dieħla. B’rabta mal-kriżi tal-immigrazzjoni l-organizzazzjoni

Dr Abela tkellem dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra dawk li jittraffikaw il-persuni u aktar għajnuna lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fuq il-periferiji tal-Unjoni Ewropea, bħalma hi Malta.

“Qed nitkellem dwar it-tibdil fil-klima, li dwarha rridu nżidu l-isforzi tagħna biex nipprevjenu

F’diskorsu wkoll semma l-valuri li tħaddan din l-organizzazzjoni Ewropea, fosthom il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tas-saltna tad-dritt, waqt li qal li dawn għandhom jiġu rispettati u protetti fost ilpajjiżi Ewropej.

Hu qal li “d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u s-saltna tad-dritt huma l-valuri fundamentali li għaqqduna flimkien. Ejjew niżguraw li nibqgħu nirrispettawhom, nippromwovuhom u nipproteġuhom, filwaqt li nżommu dejjem quddiem għajnejna x’hemm fuq in-naħa l-oħra tal-frażi ‘qatt aktar’.”

F’kummenti lill-midja fi tmiem l-istess summit, il-Prim Ministru Malti stqarr li f’dawn l-aħħar għaxar snin, pajjiżna għamel passi ta’ ġġant, inkluż fil-qasam tal-ugwaljanza, waħda mill-valuri fundamentali ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali, flimkien mad-drittijiet tal-bniedem u s-sal- tna tad-dritt, fost “Meta rġajt irrakkontajt na għaxar snin tal-ugwaljanza, tara si ta’ ġgant, bħal Konna lura ħafna fir-Rainbow Index

Il-Prim Ministru pajjiżna baqa’ l-ewwel za u osserva li, nhar l-istrateġija u l-Pjan għall-persuni LGBTIQ+. “Hu għalhekk ja importanti u snin li ġejjin, fejn za għall-persuni strateġija li hija joni ċara ta’ fejn Qed nitkellmu wkoll qed jagħtu aktar naħdmu wkoll biex jadottaw anke minn fejn tidħol il-ħidma xi tkellimna wkoll sam tal-ugwaljanza,” indika li pajjiżna is-settur.

Il-Prim Ministru fil-kapitali Reykyavik, ta’ Ċipru Nikos Christodulides Maia Sandu, mal-Prim Pashinyan u ma’ baxxatriċi tal-Istati Magħquda.

This article is from: