2 minute read

LABURISTI NISTAQSU LILNA NFUSNA

Politiku

Qabel ma nibdew, jaqblilna li flimkien nistaqsu lilna nfusna jekk, bħala Laburisti, għandniex nisimgħu u nemmnu lil ċorma żgħira ta’ profeti foloz li bl-akbar arroganza qed iċarrtu ħwejjiġhom minn fuqhom, jiskruplaw bħall-Fariżej ta’ żmien Kristu, u jgħidu li mhux qed ikun ipprattikat isSoċjaliżmu u jwissuna biex ma nivvotawx lill-Partit li xi darba huma wkoll kienu fih?

Advertisement

Biex inkunu f’qagħda ideali biex nirrispondu din id-domanda, jeħtieġ nistaqsu domanda oħra, min huma dawn il-profeti foloz? U allura, bilfors ikollna nwieġbu li huma ftit nies li ħlief pożi, prużunjoni u pretensjonijiet m’għandhomx.

Ġeneralment dawn il-ponn nies ma jridux iniżżluha li tilfu l-fiduċja tal-Laburisti u li ma ssodisfawx l-ambizzjoni kbira daqs il-Muntanja Everest, fejn l-istess ambizzjoni tagħhom għaffġithom taħtha.

Ifakkruna fil-kliem mirqum tal-poeta tan-nirien Karmenu Vassallo meta qalilna: “U toħroġ minn qalbhom l-għajta qerrieda/Ta’ Jiena, Jiena, Jiena”. Għal dawn il-psewdointellettwali, li jippretendu li huma l-uniċi għorrief li kellu l-Partit Laburista, jeżistu huma biss u mhux il-Partit, teżisti l-ambizzjoni qerrieda tagħhom u l-PL hu biss vettura li twassalhom għal din l-ambizzjoni.

Fil-verità, dak li joħroġ minn qalbhom u minn kitbiethom hu biss imrar u disperazzjoni biex jilagħbu l-parti kkundannata mill-istess Kristu, tal-ilpup qalb il-merħla.

Għalhekk m’għandniex nagħtu kas l-ilpup li xi darba kienu jħufu qalb il-merħla li llum hi aktar minn konxja li s-Soċjaliżmu mhux talli qed jiġi pprattikat fostna, primarjament bil-benefiċċji lil dawk li l-iżjed għandhom bżonn ġustizzja soċjali, imma qed ngħixu fi żmien li, grazzi għall-qabża kbira fl-avvanz anke tat-teknoloġija diġitali, għandna l-faċilità, li naraw, nisimgħu u nkunu nafu x’qed iseħħ fid-dinja kollha.

U jekk nistaqsu lilna nfusna jekk dawk is-setturi ta’ kull soċjetà, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, jiġifieri l-anzjani, il-morda, it-tfal tal-ħaddiema, dawk l-aktar sfortunati, dawk bi ħtiġijiet speċjali, l-ommijiet li jaħdmu u l-istudenti, fost l-oħrajn, humiex igawdu l-aqwa benefiċċji fost l-istati membri fl-Unjoni Ewropea, bilfors li jkollna nirrispondu fl-affermattiv.

Wieħed mill-iżjed filosofi prominenti li qatt rat iddinja kien il-Grieg Platun. Dan dejjem insista li kull bniedem, kważi ta’ kuljum, ikollu jiddeċiedi l-pass li jmiss f’ħajtu. Platun kien iwissi lis-segwaċi tiegħu, kemm dawk ta’ żmienu, kif ukoll tal-ġenerazzjonijiet li ġew warajh, jiġifieri sa żminijietna, biex qabel ma jagħżlu, jieqfu ftit, jirriflettu u jistaqsu lilhom infushom mistoqsijiet kruċjali.

Fit-tagħlim tiegħu kien jagħti l-akbar eżempju, għax flok jagħmel xi dikjarazzjoni kien jippreferi jistaqsi. U aħna l-Laburisti mhux se niddejqu nistaqsu lilna nfusna: Il-Partit tagħna perfett? U b’umiltà kbira nammettu li mhuwiex. Il-perfezzjoni la tinsab filbniedem u lanqas fl-opri kollha li jagħmel.

U wara l-ammissjoni li m’aħniex perfetti, inħarsu lejn iż-żewġ partiti ewlenin

Fil-verità, dak li joħroġ minn qalbhom u minn kitbiethom hu biss imrar u disperazzjoni biex jilagħbu l-parti kkundannata mill-istess Kristu, tal-ilpup qalb il-merħla lokali u nistaqsu: Kieku filGvern kien hemm il-PN matul il-pandemija, x’kien jiġri f’pajjiżna? Kieku filGvern bħalissa hemm il-PN, meta l-Gwerra fl-Ukrajna qed tispara ’l fuq il-prezzijiet ta’ kulma hu essenzjali biex ilpoplu jgħix ħajja diċenti, min kien se jerfa’ l-akbar piż, ilGvern jew il-poplu?

It-tweġibiet din id-darba joħorġu bihom l-istess Nazzjonalisti u sħabhom tat-Times. Qalulna li dak li jogħla minn barra m’hemmx x’tagħmel: Ja ħaddiem u ja negozjant, daħħal idejk filbut u ħallas għalih int! Il-Kap tal-Oppożizzjoni mar oltre minn hekk u assigurana li dawk is-sussidji tal-Gvern Laburista jridu jieqfu xi darba. Li kien għalih dawn il-miljuni kbar, li żammew il-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tal-fuels l-orħos fl-Ewropa u ma splodewx l-ispiża tal-ħajja ferm aktar milli hi, iridu jinġarru minna lkoll. Irrelevanti jekk aħniex f’qagħda li nerfgħuhom. L-għażla f’idejna, għalkemm m’hemmx wisq fiex titfixkel.

This article is from: