3 minute read

GWIDA “MALTIJA” GĦAL ENERĠIJA

Il-Ministru Dalli tmexxi l-ewwel laqgħa tal-Med9 bejn il-Ministri tal-Enerġija fil-Mediterran… qbil f’pajjiżna li

Permezz ta’ ftehim storiku, il-Ministri għall-Enerġija tal-pajjiżi Med9 ikkommettew li jagħmlu r-reġjun Mediterranju hub ta’ enerġija nadifa li jista’ jixpruna l-impenn tal-Unjoni Ewropea lejn Ewropa dikarbonizzata, b’settur talenerġija indipendenti.

Advertisement

Nhar il-Ħamis dawn l-istess Ministri għall-Enerġija tal-pajjiżi tal-UE filMediterran iltaqgħu f’Malta għall-ewwel Laqgħa tal-Ministri għall-Enerġija tal-Med9. Il-Ministru Maltija responsabbli mill-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli mexxiet din il-laqgħa bis-sehem tal-Kummissarju Ewropew għall-Enerġija Kadri Simson, flimkien ma’ delegazzjonijiet ministerjali mittmien pajjiżi l-oħrajn – il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja.

Dan wassal għal żvilupp tassew importanti fejn id-disa’ pajjiżi ffirmaw dikjarazzjoni konġunta, imsejħa Malta Statement, li tniedi l-viżjoni tar-reġjun Mediterranju bħala hub tal-enerġija nadifa u biex iħaffu u jsaħħu l-impenn Ewropew lejn ġejjieni dikarbonizzat u indipendenti fl-enerġija.

Il-pajjiżi tal-Med9 qablu li l-Mediterran jista’ jkun ċentru ta’ investimenti ta’ enerġija rinnovabbli b’enfasi fuq sistemi ta’ enerġija rinnovabbli offshore u interkonnessjonijiet tal-enerġija ġodda bejn pajjiżi tal-UE fil-Mediterran u pajjiżi oħrajn fl-istess reġjun, biex b’hekk ukoll jiffaċilitaw l-investiment Ewropew flenerġija nadifa.

Id-dikjarazzjoni konġunta wkoll tiddefinixxi diversi azzjonijiet. Fil-fatt, il-pajjiżi qablu li jniedu kumitat biex jaħdmu flimkien u jippjanaw it-triq ’il quddiem ħalli l-Mediterran isir hub ta’ enerġija nadifa. Dan l-impenn se jwassal għal aktar tkabbir ekonomiku u iżjed impjiegi fl-istess reġjun.

Il-Ministri għall-Enerġija stiednu lill-

Kummissjoni Ewropea biex toħloq studju komprensiv tal-potenzjal ta’ kurituri ta’ enerġija nadifa li jistgħu jgħaqqdu lill-Ewropa mal-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi ġirien fl-Afrika ta’ Fuq. Talbu wkoll lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-iffinanzjar ta’ proġetti għall-iżvilupp ta’ dawn l-interkonnessjonijiet, waqt li qablu wkoll li jipprijori- tizzaw l-investimenti tagħhom f’soluzzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli, bħal sistemi offshore, sistemi ta’ pannelli solari, il-produzzjoni u t-trasport talidroġenu rinnovabbli u sistemi ta’ ħażna tal-enerġija.

Finalment, il-Malta Statement tafferma wkoll li d-disa’ pajjiżi se jaħdmu biex jiżguraw li kull stat membru jkun jista’

L-INQAS QGĦAD FIŻ-ŻONA EWRO U ŻIEDA FIL-PAGI IKBAR MILL-

Fit-tbassir tagħha għall-andament ekonomiku madwar l-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea poġġiet lil Malta bħala l-pajjiż li se jkollu l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha.

Dan hekk kif ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna se tkun f’minimu storiku ta’ 2.9%, f’kuntest fejn il-qgħad fiż-Żona Ewro se jibqa’ qrib is-7% jew aktar mid-doppju minna. F’pajjiżi, bħal Spanja, il-qgħad mistenni jibqa’ aktar minn 12% jew erba’ darbiet ogħla minn Malta.

L-esperti tal-Kummissjoni Ewropea qegħdin ibassru wkoll li din is-sena l-pagi f’pajjiżna se jkunu żdiedu b’aktar mir-rata tal-għoli tal-ħajja, tant li se jkun hemm tkabbir ta’ 1%. Madwar iż-Żona Ewro l-paga medja bilkemm mistennija tlaħħaq mal-inflazzjoni.

L-agħar li mistennija jintlaqtu f’dan ir-rigward huma l-ħaddiema Taljani fejn il-pagi se jiżdiedu b’1.9% inqas mill-għoli tal-ħajja. Ta’ min ifakkar li, skont l-istess Kummissjoni Ewropea, il-pagi f’pajjiżna bejn l-2004 u l-2008 kienu żdiedu b’0.4% aktar mir-rata tal-inflazzjoni, waqt li bejn l-2009 u l-2013 kienu tjiebu b’0.7%.

Dan ifisser li, minkejja ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, id-dħul reali tal-ħaddiema f’pajjiżna bħalissa qiegħed jitjieb b’rata ogħla milli kien taħt l-aħħar amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

Sadanittant, ir-rapport talKummissjoni jindika wkoll li r-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna se tibqa’ tkun taħt il-medja

Ewropea kemm din is-sena kif ukoll fl-2024, waqt li mistennija tonqos b’aktar minn nofs dak li kienet fl-2022.

Il-Kummissjoni Ewropea nnotat ukoll li l-miżuri talGvern fis-settur tal-enerġija kienu importanti biex żammew il-prezzijiet stabbli. Is-sena l-oħra u din is-sena, hu stmat li l-Gvern se jkun investa mal-€1 biljun biex iżomm stabbli, fost l-oħrajn, il-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u tal-fuels għall-familji u għan-negozji lokali.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li “miżuri mdaqqsa millGvern għenu biex żammew il-prezzijiet tal-enerġija milli jinbidlu f’Malta. Dawn mistennija jibqgħu fis-seħħ fl-2023 u fl-2024” (“Sizeable government measures helped to keep ener-

UE: 2023: 1.0% 2024: 1.7%

Żona Ewro: 2023: 1.1%

1.6%

MALTA: 2023: 3.9% 2024: 4.1% gy prices unchanged in Malta. They are expected to remain in place also in 2023 and 2024”).

Ġie nnutat li s-sena l-oħra d-differenza bejn l-ogħla rata u l-inqas rata ta’ inflazzjoni kienet ikkaġunata l-aktar millfattur tal-enerġija, li varja minn 0% f’Malta għal aktar minn 70.5% fl-Olanda.

It-tbassir ekonomiku talKummissjoni għal pajjiżna hu ferm aħjar minn dak li ġie ppubblikat sitt xhur ilu. Fost

UE:

2023: 6.2%

2024: 6.1%

Żona Ewro:

2023: 6.8%

2024: 6.7%

MALTA:

2023: 2.9%

2024: 2.9% oħrajn, din is-sena l-Prodott Gross Domestiku (PGD) ta’ pajjiżna mistenni jikber bi 3.9%, meta qabel kien hemm tbassir ta’ 2.8%. Minbarra hekk is-sena d-dieħla l-ekonomija tagħna hi proġettata li tikber b’4.1%, kważi tliet darbiet aħjar miż-Żona Ewro.

B’riżultat ta’ dan it-tkabbir ekonomiku qawwi, anke l-piż tad-dejn nazzjonali kien rivedut ’l isfel b’mod qawwi. Waqt li qabel pajjiżna kien mistenni li jkollu rata ta’ dejn nazzjonali li terġa’ taqbeż is60% tal-ġid nazzjonali, issa hu mbassar li din se tilħaq is-56%. B’kuntrast bejn l-2009 u l-2013 il-piż tad-dejn nazzjonali kien tela’ għal 67%.

F’dan it-tbassir joħroġ ukoll li, kemm din is-sena kif ukoll is-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija se tikber ferm aktar mill-medja tat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan hekk kif din is-sena hemm differenza ta’ kważi 3%, waqt li s-sena d-dieħla se jkun hemm differenza ta’ 2.4%. L-uniku pajjiż li se jkollu tkabbir ekonomiku akbar minn ta’ pajjiżna huwa l-Irlanda. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea nnutat li s-sena l-oħra pajjiżna kellu tkabbir ekonomiku b’saħħtu permezz ta’ żieda fid-domanda domestika, l-esportazzjoni tas-servizzi u anke permezz ta’ rkupru b’saħħtu fis-settur turistiku.

L-esperti tal-Kummissjoni qalu li “l-ekonomija Maltija kibret b’mod b’saħħtu b’6.9% fl-2022, imbottata minn do-

This article is from: