5,000 OĦRA MISTENNIJA JITBIEGĦDU MILL-FAQAR
In-National Reform Programme għall-2023 juri kif il-miżuri mill-Gvern Laburista se jkomplu jgħinu fit-titjib tal-għajxien fil-faxex l-aktar vulnerabbli
Il-Gvern għadu kemm issottometta lill-Kummissjoni Ewropea l-programm nazzjonali tiegħu għar-riforma (National Reform Programme), li jiġbor fih il-miżuri kollha li qed idaħħal biex jilħaq il-miri tal-istrateġija tiegħu bbażata fuq ħames pilastri ewlenin – governanza, ambjent aħjar, infrastruttura aħjar, investiment fl-edukazzjoni u tkabbir ekonomiku – li jtejbu l-kwalità tal-ħajja. Minbarra li jelenka l-miżuri kollha li se jkunu qed jitwettqu, fosthom l-1,000 proposta tal-manifest elettorali “Malta Flimkien”, ir-rapport iħares ukoll fid-dettall lejn l-impatt pożittiv li diġà qed ikollhom sensiela ta’ miżuri implimentati fl-aħħar żmien.
Minn dak indikat fl-istess programm, hu mbassar, minn kalkoli li qed isiru, li grazzi għall-politika Laburista mal-5,130 persuna oħra se jaraw titjib ieħor sinifikanti u saħansitra jitbiegħdu millfaqar jew mir-riskju tiegħu. Fl-istess ħin, rapport separat juri kif indiċi tal-Ġnus Magħquda jpoġġi lil pajjiżna mal-aqwa għaxra fl-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp uman. Grazzi għall-progress irreġistrat mindu nbidlet l-amministrazzjoni f’pajjiżna, il-klassifikazzjoni ta’ Malta tjiebet mis16-il post fl-UE fl-2010 għad-disa’ post 11-il sena wara (ara rapport f’paġni 4 u 5)
Tkompli f’paġna 5
TELQU ’L BARRA GĦALL-APPARENZA … DAĦLU LURA JIRREĠISTRAW BIEX
MA JITILFUX IL-€50 MILL-ONORARJA
Meta nhar it-Tlieta l-Oppożizzjoni reġgħet għażlet li tibbojkottja s-seduta Parlamentari għax m’għaddietx tagħha, quddiem il-kameras id-deputati Nazzjonalisti ħarġu jiġru ’l barra mal-Kap Bernard Grech. Minkejja dan, nistgħu niżvelaw kif uħud minnhom sfidawh u daħlu lura jew marru xorta l-Parlament, primarjament biex jgħaddu l-card mis-sistema Parlamentari u ma jidhrux li kienu assenti bla raġuni u jispiċċaw bl-onorarja mnaqqsa.
Tkompli f’paġna 7
DETTALJI
EDITUR
RONALD VASSALLO
email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
KIMBERLY CEFAI
email: sales@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
DISINN TAL-PAĠNI
KIMBERLY CEFAI
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
KUNTATT ĠENERALI
KullĦadd
email: editorial@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate
Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU
www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI
www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT
Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI
Emerġenza Covid 19 - 111
Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112
Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 21°C
L-Inqas Temperatura: 14°C
L-Indiċi UV: 7
Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran
It-Temp: Xemxi bi ftit sħab
Ir-Riħ: Ħafif mill-Grigal li jsir min-Nofsinhar
Il-Viżibilità: Tajba
Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif
L-Imbatt: Baxx mil-Lvant
It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114
Trinity Pharmacy, 32, Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595
St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045
St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558
O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel De Vilhena, Il-Gżira – 21330268
J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062
Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233
Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406
Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348
Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554
Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818
Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126
Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296
Fisherman’s Cove, 34, Triq Gużepp, Marsaxlokk – 21651873
Safi Pharmacy, St. John Street k/m Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552
Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625
The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681
Għawdex
Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128
Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278
L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
cELEBRAZZJONI GHALL-FAMILJA KOLLHA IL-BELT VALLETTA
Wirja ta’ karozzi Ford
fi Pjazza Tritoni
12:00
Jitlaq il-Fast Ferry minn GHawdex
13:00
MASS MEETING
LoGHob u attivitajiet GHat-tfal fi Triq l-Ordinanza
12:30
Il-banda tal-Partit Laburista tibda maRc minn quddiem il-Workers’ Memorial Building
14:00
Spettaklu kbir fil-Pjazza ta’ quddiem il-Parlament UHud mill-aqwa artisti lokali, Live Band, DJs
ISEGWI DISKORS TAL-PRIM MINISTRU U MEXXEJ TAL-PARTIT LABURISTA ROBERT ABELA
15:00
ĠM: PROGRESS UMAN QAWWI F’MALTA
Skont il-Ġnus Magħquda, l-iżvilupp li seħħ f’pajjiżna taħt it-tmexxija ta’ Gvernijiet Laburisti tejjeb il-qagħda
Malta rnexxielha tkabbar l-Indiċi tal-Iżvilupp Uman (HDI) b’6.6% fuq perjodu ta’ 11-il sena, skont ċifri li għadhom kemm ġew ippubblikati mill-Programm għall-Iżvilupp talĠnus Magħquda (UNDP). Dan l-iżvilupp ngħata spinta kbira ’l quddiem bil-bidla fil-Gvern fl-2013, tant li l-klassifikazzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tjiebet mis-16-il post fl2010 għad-disa’ post fl-2021.
Din hi indikazzjoni ċara li l-politika Laburista fissret żvilupp qawwi fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-ħarsien soċjali fil-kuntest tal-progress soċjo-ekonomiku tal-pajjiż.
L-Iżvizzera għandha l-ogħla indiċi ta’ żvilupp uman fid-dinja, waqt li d-Danimarka għandha l-ogħla wieħed fl-UE, u r-ranking tagħhom fil-quċċata baqa’ l-istess. Ir-ranking ta’ Malta tela’ mit-32 post fl-1990 għat-23 post fid-dinja u d-disa’ post fl-UE sentejn ilu.
Dan sar possibbli għax it-tkabbir annwali fl-iżvilupp f’Malta kien ta’ 0.74% fl-20 sena li għaddew, imqabbel maż-0.64% fid-dinja. Din ir-rata wkoll tisboq dawk tal-ewwel fil-lista – l-Iżvizzera u d-Danimarka – li esperjenzaw tkabbir ta’ 0.40% u 0.64% rispettivament.
L-ifqar pajjiż fl-UE, ir-Rumanija, jinsab fit-53 post fid-dinja minħabba rata ta’ żvilupp baxxa ta’ 0.13%.
Il-ĠM qalet li, ovvjament, il-pandemija tal-COVID-19, it-taqlib fis-sistemi ta’ loġistika u trasport dinji, l-effetti tal-bidla fil-klima u issa l-Gwerra fl-Ukrajna kollha kellhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp uman, tant li l-indiċi dinji naqas għal sentejn wara xulxin għall-ewwel darba mindu beda jiġi ppubblikat 32 sena ilu.
M’hemm l-ebda dubju li l-iżvilupp uman jiddependi ħafna mit-tkabbir ekonomiku li jkollu pajjiż, għax dan ifisser li l-pajjiż u s-soċjetà jkollhom aktar riżorsi finanzjarji disponibbli biex isostnu l-iżvilupp. Is-sena li għaddiet, l-aktar pajjiż sinjur fid-dinja ras għal ras kien l-Iżvizzera bi Prodott Gross Nazzjonali ta’ $66,933 ras għal ras. Id-Danimarka (fis-sitt post u l-ewwel fl-UE) kellha dħul ras għal ras ta’ $60,365. F’dan ir-rigward, Malta kienet fit-23 post fid-dinja u
fit-13-il post fl-UE.
Osservazzjoni li tagħmel il-UNDP fir-rapport tagħha hi kif it-tkabbir tal-ġid mhux dejjem jinfirex indaqs fost setturi differenti tal-popolazzjoni. Dan kien il-każ l-iżjed fl-aħħar sentejn minħabba t-taqlib li għaddiet u għadha għaddejja minnu d-dinja.
Fil-fatt, ir-rata ta’ inugwaljanza (0 = ugwaljanza sħiħa; 100 = inugwaljanza assoluta) fis-soċjetajiet kienet ta’ 19.4 fid-dinja kollha. Uħud mill-pajjiżi bl-inqas rati ta’ inugwaljanza huma membri tal-UE, fejn id-Danimarka, pereżempju, għandha figura ta’
L-iżvilupp uman hu proċess kontinwu u l-Gvern impenjat li jkollu rwol ewlieni f’dan bl-inizjattivi tiegħu
5.2, waqt li anke dik fl-Iżvizzera hi baxxa. Ir-rata ta’
Malta hi ta’ 7.4, li mhix ħażina, għalkemm tista’
jkun aħjar. Dan ipoġġina fil-15-il post fl-UE kollha.
Figura ta’ sodisfazzjon hi l-Indiċi ta’ Żvilupp tal-Ġeneru, fejn Malta qiegħda fl-aħjar klassi ma’ pajjiżi bħall-Irlanda u Franza, li għand-
hom skor akbar minn 0.987, waqt li Malta għandha skor ta’ 0.980. Waqt li n-nisa Maltin jgħixu ħames snin aktar mill-irġiel u jattendu skola sena aktar minnhom, li huma fatturi pożittivi, sfortunatament għadhom jaqilgħu inqas mill-impjiegi.
Fost l-istatistika estensiva ppubblikata mill-UNDP, wieħed isib ukoll ċifri interessanti bħal dawk talpajjiżi fejn tingħata l-akbar karità. Hawnhekk ukoll il-figura tagħmlilna ġieħ fejn Malta qiegħda fil-35 post minn 119-il pajjiż. Pajjiżi aktar għonja, bħall-Iżvezja u l-Finlandja, jinsabu warajna f’dan ir-rigward.
Il-ĠM tqis li, biex soċjetà tkun l-aktar b’saħħitha, il-membri tagħha jridu jqisu li ħajjithom hi aħjar u jkunu aktar hienja aktar ma jgħixu fit-tul, pajjiżhom ikollu Prodott Gross Domestiku (PGD) għoli ras għal ras, l-appoġġ soċjali jkun disponibbli u qawwi, iċ-ċittadini jkunu ħielsa li jiddeċiedu x’se jagħmlu b’ħajjithom, ma jkunux mgħobbijin b’korruzzjoni u jkunu kapaċi jagħmlu karità.
Il-UNDP qieset dawn l-elementi kollha biex tiżviluppa Indiċi tal-Hena. Skont dan l-Indiċi, Malta tinsab
fis-37 post fost 137 pajjiż u d-19-il post fl-UE.
Aspett li qed jikseb importanza kbira minħabba t-tibdil fil-klima hu dak li l-UNDP issejjaħlu ‘Planetary pressures-adjusted HDI’. Dan ikejjel il-pressjoni li jkun hemm fuq il-pajjiż minħabba tibdil negattiv fil-klima, skont, pereżempju, l-emissjonijiet fl-arja jew ħela fl-użu ta’ materjali.
Dan l-indiċi jingħata valur ta’ 0.721 għal Malta u jfisser li l-klassifikazzjoni tagħna fid-dinja tinżel mit-23 post għall-45 post. Biex wieħed ikollu perspettiva ta’ dan il-valur, jista’ jsemmi d-Danimarka li għandha PHDI ta’ 0.803 li permezz tiegħu żżomm l-istess post bħalma għandha fl-HDI ġenerali. Hemm pajjiżi, bħal Spanja, li l-PHDI tagħhom hu ferm aħjar mill-HDI innifsu.
Naturalment, din hi xi ħaġa li Malta qed tagħtiha attenzjoni akbar. Tant hu hekk li l-baġit tal-ambjent u l-enerġija din is-sena tela’ għal €814-il miljun, jew żieda ta’ 23% fuq dak preċedenti.
Il-prijorità li qed jingħata l-ambjent, inkluż fil-manifest elettorali
QAWWI F’MALTA FI ŻMIEN 11-IL SENA
ġenerali tal-poplu biex sal-2021 dan tela’ seba’ pożizzjonijiet fil-klassifika u jinsab mal-aqwa għaxra fl-UE
Indiċi tal-Iżvilupp Uman tal-ĠM
L-AQWA GĦAXAR STATI MEMBRI TAL-UE UE Globali
mu. It-tqassim tal-ġid, għalkemm jista’ jkun aħjar, hu tajjeb kif imsemmi diġà.
Fejn jidħlu l-ħtiġijiet bażiċi, l-Istat Malti jipprovdi kura medika tajba u b’xejn, waqt li s-sistema edukattiva toffri numru ta’ opportunitajiet lil kull min irid ikabbar il-potenzjal tiegħu.
Kif tgħid il-ĠM, l-iżvilupp uman hu “dwar kemm in-nies jingħataw il-libertà li jgħixu ħajjiet ta’ valur, li jfisser l-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom u ċ-ċans li jużawhom”. Din hi libertà li fl-aħħar għaxar snin tkabbret ferm fl-istadji differenti tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin, ibda miż-żgħażagħ, kompli f’dawk li għandhom bejn 20 u 65 sena, u spiċċa b’dawk li huma anzjani.
Però l-iżvilupp uman hu proċess li jkompli matul is-snin. Hu għalhekk li l-Gvern kien u jibqa’ impenjat li jkollu rwol strumentali f’dan l-iżvilupp permezz tal-inizjattivi u programmi tiegħu, inkluż bl-għajnuna wiesgħa u qawwija li joffri lill-aġenziji u għaqdiet mhux governattivi, biex Malta tkompli ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja tal-poplu.
“Malta Flimkien”, jidher mill-fatt li l-baġit tiegħu kellu t-tieni l-akbar żieda perċentwali wara s-saħħa. Ta’ min isemmi wkoll li 37% tal-fondi Ewropej għall-irkupru wara l-COVID (madwar €118-il miljun) se jintefqu fuq inizjattivi ħodor.
L-Indiċi HDI hu wieħed utli ħafna għax jitfa’ dawl importanti fuq
ir-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp. Illum kulħadd jagħraf li ż-żieda fil-PGD waħedha mhix indikatur assolut tal-progress f’pajjiż. L-iżvilupp irid jagħti kas ukoll kriterji alternattivi, bħalma huma l-impjiegi, it-tqassim tal-ġid fis-soċjetà u jekk il-ħtiġijiet bażiċi tan-nies humiex ipprovduti.
Mil-lat ta’ impjiegi, f’dawn l-aħħar snin Malta kellha dik li l-ekonomisti jsejħulha ‘full employment’, jiġifieri impjiegi għal kull min irid jaħdem. Dan jidher mill-parteċipazzjoni għolja fis-suq tax-xogħol u n-nuqqas ta’ qgħad. Dan kien il-każ speċjalment fejn jittratta n-nisa, li numru rekord tagħhom qed jaħd-
Skont tagħrif ippubblikat millUfċċju Nazzjonali tal-Istatistika din il-ġimgħa stess, fl-2021 ilGvern Malti nefaq aktar minn €2.7 biljun fuq protezzjoni soċjali, żieda ta’ €120 miljun fuq is-sena ta’ qabel. Dawn jinkludu l-akbar baġits fl-istorja għall-benefiċċji, kura tassaħħa u miżuri kontra l-qgħad, fost oħrajn, li wkoll żdiedu s-sena li għaddiet.
MINGĦAJR APPOĠĠ FL-ENERĠIJA, IL-FAQAR KIEN JIŻDIED
Tkompli minn paġna 1
Min-National Reform Programme ppreżentat millGvern toħroġ partikolarment il-politika soċjali qawwija tiegħu u li se tkompli tiżdied fuq is-suċċessi li ġew irreġistrati wkoll fl-aħħar snin.
Skont stimi tal-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol, iż-żieda fiċ-Children’s Allowance se twassal għal tnaqqis ta’ 0.11% fir-rata ta’ tfal f’riskju ta’ faqar. Flistess ħin il-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja, minħabba li hu aktar b’saħħtu għal familji bi tfal, ukoll mistenni jwassal għal titjib sinifikanti, tant li r-rata ta’ tfal f’riskju ta’ faqar mistennija tonqos b’0.74%.
B’kollox għalhekk dawn iż-żewġ miżuri flimkien se jnaqqsu r-rata ta’ tfal b’riskju tal-faqar b’1.04%. Dan ifisser li, fiż-żmien li ġej, madwar 865 tifel u tifla oħra mistennija jinħarġu minn sitwazzjoni vulnerabbli.
Il-mekkaniżmu addizzjonali kien ta’ benefiċċju qawwi wkoll għal ħafna anzjani, tant li, skont il-Min
isteru, ir-rata ta’ anzjani f’riskju ta’ faqar mistennija tonqos bi kważi punt perċentwali. Dan ikun ifisser li, wara din il-miżura, kważi 915-il anzjan se jkollhom dħul ogħla mill-ammont li bih jitqiesu li mhumiex f’riskju tal-faqar.
Jekk wieħed iħares lejn il-popolazzjoni kollha, iż-żieda fiċ-Children’s Allowance u d-dħul tal-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja huma stmati li se jnaqqsu r-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar b’0.66% oħra. B’hekk madwar 3,350 persuna, li sas-sena li għaddiet kellhom dħul inqas minn 60% tal-medja nazzjonali, issa se jkunu qed joħorġu minn sitwazzjoni fejn ikunu f’riskju ta’ faqar.
Fil-fatt, dawn iż-żewġ miżuri għollew id-dħul b’medja ta’ madwar €30 fix-xahar, li jfisser titjib fiddħul ta’ kważi 5% fis-sena, għal dawk bl-inqas introjtu.
Fl-istess ħin, skont l-istimi tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, il-politika adottata mill-Gvern li jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli se twassal
biex il-ġid nazzjonali din is-sena jkun 0.63% aktar milli kien ikun kieku għolew il-prezzijiet kif ġara barra minn xtutna.
Waqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma temminx f’dan is-sostenn u għadha tiddikjara li għandu jitwaqqaf (ara rapport f’paġna 7), jirriżulta li l-effetti pożittivi ta’ din il-politika Laburista se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin. Fil-fatt, sal-2025 il-ġid nazzjonali se jkun 0.9% aktar milli kieku l-Gvern ma pprovdiex tali sostenn. Dan minħabba li n-negozji se jkunu jistgħu jkomplu jinvestu.
Hu stmat li, mingħajr dan l-appoġġ, kieku l-investimenti kienu jonqsu bi kważi 7%, waqt li l-familji kienu jnaqqsu l-konsum tagħhom bi kważi 5%. Minbarra hekk, ir-rata ta’ inflazzjoni kienet tkun 5.2% ogħla, li jkun ifisser għoli tal-ħajja ta’ iżjed minn 12% u mhux fl-inqas livelli Ewropej, kif jinsab bħalissa. Daqqa bħal din kienet twassal għal żieda notevoli fir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar, kif għadhom jesperjenzaw għadd ta’ stati membri oħrajn fl-UE.
TNAQQIS TAL-QGĦAD F’GĦAWDEX DOPPJU TA’ MALTA
Skont ċifri tal-Jobsplus, fi tmiem Marzu li għadda kien hemm biss 58 resident Għawdxi li kienu qegħdin jirreġistraw għal impjieg, li jfisser li l-qgħad f’din il-gżira reġa’ laħaq minimu storiku. Fl-istess ħin, ir-rata ta’ tnaqqis fl-ammont ta’ Għawdxin, li kienu qed ifittxu impjieg, kienet id-doppju ta’ dik osservata fost ir-residenti Maltin.
Qabel Robert Abela laħaq Prim Ministru, l-għadd ta’ Għawdxin jirreġistraw kien ta’ 174, għaldaqstant il-qgħad f’Għawdex niżel għal terz ta’ dak li kien fil-bidu tal-2020. Dan jikkonferma bil-kbir kemm taħt it-tmexxija attwali Għawdex tpoġġa fiċ-ċentru tal-politika ekonomika u soċjali tal-Gvern.
Ta’ min ifakkar kif f’kull pakkett ekonomiku, li tressaq mill-Gvern waqt il-pandemija tal-COVID-19, azjendi li joperaw minn Għawdex kienu ngħataw inċentivi sostanzjali. Dan fid-dawl li fi kriżijiet preċedenti dawn l-azjendi kienu l-aktar li jnaq-
qsu l-impjiegi, għax jiffaċċjaw spejjeż ikbar minħabba li joperaw minn gżira ċkejkna u b’insularità doppja. Bil-pandemija, l-impatt fuq l-ekonomija Għawdxija kien qawwi sew, tant li l-ammont ta’ Għawdxin jirreġistraw kien tela’ għal 315 f’Mejju tal-2020, jiġifieri kważi rdoppja fuq
medda ta’ tliet xhur.
Bl-intervent qawwi ta’ sostenn min-naħa tal-Gvern, din iż-żieda mhux talli kienet irkuprata kollha malajr, imma fit-tliet snin ta’ wara nkiseb rekord wara l-ieħor fil-ġlieda kontra l-qgħad f’Għawdex. Bejn Mejju 2020 u Marzu 2023, l-am-
mont ta’ Għawdxin jirreġistraw naqas b’aktar minn ħames darbiet.
L-ekonomija Għawdxija mistennija tkompli tikber b’saħħa hekk kif aktar miżuri tal-manifest “Malta Flimkien” jibdew jiġu implimentati. Minbarra proġetti ta’ natura kapitali u ambjentali, se jidħlu miżuri biex Għawdex ikollu l-akbar allokazzjoni ta’ fondi Ewropej li qatt kellu, filwaqt li se jkomplu jitjiebu l-inċentivi għal azjendi li joperaw mill-gżira.
Din il-ġimgħa stess, il-Prim Ministru żar aktar investimenti f’Għawdex. Fir-Rabat żar il-kumpless rinnovat tal-Arkadia fejn iltaqa’ ma’ bosta ħaddiema li jaħdmu fi stabbilimenti differenti u fix-Xagħra żar investiment ta’ €6.5 miljun li sar f’lukanda bl-isem ta’ The Segond.
Hu tenna kif il-Gvern jibqa’ ffokat biex jibqgħu jinħolqu impjiegi ta’ kwalità u titjieb il-qagħda tal-ħaddiema anke ta’ dawk f’Għawdex fejn jibqgħu jsibu xogħol li jrendi f’Għawdex stess.
€304 MILJUN INQAS DEJN FL-2022
Għal darb’oħra kkonfermat kif il-finanzi tal-Gvern marru ferm aħjar minn dak li ġie mbassar preċedentement
Is-sena li għaddiet il-finanzi talGvern marru aħjar mit-tbassir li kien għamel il-Ministru għall-Finanzi fid-diskors tal-Baġit għall-2023 f’Ottubru li għadda, skont stqarrija maħruġa mill-Eurostat din ilġimgħa.
Fil-fatt, sa tmiem l-2022 id-dejn nazzjonali kien ftit aktar minn €9 biljun jew 53.4% tal-ġid nazzjonali u dan meta l-Ministru Clyde Caruana kien ħabbar mira ta’ €9.3 biljun jew 57.0% tal-ġid nazzjonali. Dan ifisser li meta mqabbel mal-miri fiskali tal-Gvern, fi tmiem is-sena li għaddiet id-dejn nazzjonali kien €304 miljun inqas. F’termini ta’ persentaġġ tal-ġid nazzjonali, il-piż tad-dejn nazzjonali kien 3.6% inqas mill-mira tal-baġit.
B’hekk, mill-ġdid, minkejja l-għajnuna straordinarja li qed tingħata lill-familji u lin-negozji, ir-riżultati finanzjarji talGvern Malti xorta qed ikunu ferm aħjar mit-tbassir. Ta’ min jinnota li l-figuri tad-dejn nazzjonali mħabbrin mill-Eurostat kienu wkoll inqas mit-tbassir li għamel il-Bank Ċentrali fir-rapport annwali tiegħu, fejn kien qiegħed jistenna li għall-2022 id-dejn tal-Gvern ikun ta’ 54.8%.
Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Gvern mar aħjar mill-miri finanzjarji mħabbrin fil-Baġit, konferma oħra tal-galbu li bih
qed jitmexxew il-finanzi pubbliċi kif ukoll li l-politika fiskali progressiva nazzjonali qiegħda dejjem twassal għal riżultati ekonomiċi aħjar milli mbassar.
Skont il-figuri tal-Eurostat, id-defiċit tal-Gvern is-sena li għaddiet kien €195 miljun aħjar mis-sena ta’ qabel. Dan seħħ għax id-dħul tal-Gvern żdied b’rata ferm aktar għolja miż-żieda fil-ħruġ tal-Gvern. B’hekk id-defiċit issa naqas għal 5.8% tal-ġid nazzjonali, minn 7.8% fl-2021 u 9.7% fl-2020.
Fiż-Żona Ewro d-defiċit naqas minn 7.1% fl-2020 għal 5.3% fl-2021 u 3.6% fl-2022. Filfatt, il-Gvern Malti qed jagħti sostenn fiskali ferm aktar għoli minn gvernijiet oħrajn Ewropej.
Minkejja dan, il-piż tad-dejn nazzjonali f’pajjiżna xorta qed jonqos b’rata qawwija. Waqt li fl-2021 dan kien ilaħħaq il-55.1% tal-ġid nazzjonali, issa naqas għal 53.4%. B’kuntrast, fiż-Żona Ewro il-piż tad-dejn nazzjonali naqas minn 95.5% għal 91.6%, li jfisser li pajjiżna għandu s-seba’ l-inqas piż ta’ dejn nazzjonali minn fost il-membri ta’ din l-unjoni monetarja.
Ta’ min ifakkar ukoll li f’Marzu tal-2013, skont il-Eurostat stess, il-piż tad-dejn nazzjonali ta’ pajjiżna kien kważi 70% jew terz akbar mill-piż preżenti.
Mir-rapport annwali tal-
Bank Ċentrali, ippubblikat din il-ġimgħa wkoll, joħroġ li d-dejn tal-Gvern se jibqa’ inqas minn 60% fit-tliet snin li ġejjin.
Kif ikkonfermat mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Professur Edward Scicluna, f’kummenti lil ONE News, dan ifisser li l-ekonomija Maltija mhux se tidħol f’riċessjoni, minkejja dan il-perjodu ta’ sfidi internazzjonali bla preċedent.
Sadanittant, l-istess rapport qed jantiċipa li t-tkabbir ekonomiku matul din is-sena mistenni jkun ta’ 3.7%, li hu ferm iżjed mill-medja tal-pajjiżi l-oħrajn taż-Żona Ewro, li se tkun waħda minima ta’ 1% jew 2.7% inqas. Mill-istess rapport joħroġ li fl-2022, li ġabet l-akbar kriżi tal-enerġija bil-Gwerra fl-Ukrajna, l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 7%, waqt li l-medja fil-pajjiżi fiż-Żona Ewro kienet ta’ 3.5%, nofs it-tkabbir lokali. Waqt it-tnedija tar-rapport annwali, l-ekonomista Aaron Grech spjega li dan it-tkabbir ekonomiku ġie minħabba żieda fid-domanda domestika, li tlaħħaq ma’ dik ta’ qabel il-pandemija, u anke b’riżultat ta’ rkupru qawwi fis-settur turistiku. Hu semma wkoll l-importanza tal-għajnuna li għadha tingħata mill-Gvern biex il-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuels għallfamilji u n-negozji baqgħu stabbli. Dan wassal biex is-sena
l-oħra, ir-rata tal-inflazzjoni f’pajjiżna kienet ferm inqas mill-medja tal-pajjiżi fl-UE.
L-esperti tal-Bank Ċentrali wkoll jgħidu li l-ekonomija Maltija mistennija tikber b’iżjed minn 3.5% is-sena d-dieħla u ta’ wara. Hawnhekk l-ekonomija se tkompli taqbeż il-medja tar-rata tat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi fiż-Żona Ewro.
Minn dan ir-rapport talBank Ċentrali ħareġ li r-rata tal-qgħad f’pajjiżna se tibqa’ waħda baxxa u l-inqas li qatt kienet fl-istorja, filwaqt li l-opportunitajiet ta’ xogħol f’pajjiżna mistennija jkomplu jiżdiedu fiż-żmien li ġej. Dwar l-inflazzjoni, ir-rapport juri li fix-xhur li ġejjin, l-inflazzjoni se tilħaq l-ogħla punt, iżda sal-aħħar tas-sena din se tkun inqas minn dik tas-sena li għaddiet. Dan filwaqt li s-sena d-dieħla u ta’ wara, din mhix mistennija tkun wisq iżjed minn 2%.
Dan kollu jsegwi ċertifikati tajbin ħafna li ngħatat l-ekonomija Maltija fl-aħħar xhur minn istituzzjonijiet bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-aġenziji ta’ kreditu Fitch, S&P Global Ratings u DBRS Morningstar.
Fattur ewlieni u komuni għal dawn kienet id-deċiżjoni talGvern li jdaħħal miżuri qawwija biex, fi żmien il-pandemija u
issa bil-konsegwenzi devastanti tal-Gwerra fl-Ukrajna, ikun ta’ sostenn kontinwu għall-familji u n-negozji.
Il-pajjiż irid ikompli jsib bilanċ u jżomm il-kompetittività, il-konsum jibqa’ għoli u jibqgħu taħt kontroll id-defiċit u d-dejn nazzjonali
Skont l-ekonomista Jessica Camilleri (inset), ir-rapporti internazzjonali pożittivi u prospettivi stabbli jixhdu r-reżiljenza li wriet l-ekonomija Maltija, minkejja li, fiċ-ċokon tagħha, hi iżjed sensittiva għax-xokkijiet li jiġu minn barra.
F’kummenti lil ONE News, hi tenniet li fix-xhur li ġejjin, il-pajjiż irid ikompli jsib bilanċ u dejjem jara liema inizjattivi jkunu meħtieġa biex tinżamm il-kompetittività tal-pajjiż, ilkonsum lokali jibqa’ għoli, filwaqt li jibqgħu jiġu kkontrollati d-defiċit u d-dejn nazzjonali.
IL-PN GĦADU QED JOPPONI L-GĦAJNUNA FL-ENERĠIJA
Il-Partit Nazzjonalista reġa’ sostna l-pożizzjoni tiegħu kontra l-għajnuna multimiljunarja lill-familji u lin-negozji, li wasslet biex il-prezzijiet tal-enerġija ma jiżdidux f’Malta, bil-maqlub ta’ pajjiżi oħrajn li għotru fil-kriżi li rriżultat mill-Gwerra fl-Ukrajna fl-aħħar sena u ħallew lill-popli tagħhom jiżżerżqu lejn livell ġdid ta’ faqar.
F’konferenza tal-aħbarijiet din ilġimgħa, id-Deputat Nazzjonalista Chris Said qal li mhux biss jaqbel mal-Kap Bernard Grech, meta esprima ruħu b’dan il-mod fl-aħħar xhur, iżda saħansitra indika li l-għajnuna, li biha l-kontijiet tad-dawl, il-gass u l-fuels ma għolewx, għandha tieqaf immedjatament.
Iffaċċjat bil-mistoqsija tal-ġurnalist ta’ ONE News, Eman Portelli, jekk jaqbilx mal-Kap tiegħu li l-għajnuna fl-enerġija mhijiex sostenibbli, Said tenna li “kellu raġun, mhux Bernard Grech qed jgħidha. Bernard Grech qalha, imma qed jgħiduha l-istituzzjonijiet internazzjonali. L-Unjoni Ewropea, mhux Bernard Grech biss, lill-Gvern Laburista qed tgħidlu: ‘ej, ara x’se tagħmel, ibda l-phasing out’.”
Sa ftit tax-xhur ilu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech f’diskors fil-Kamra tal-Kummerċ kien qal “li tibqa’ tissussidja l-enerġija żgur li mhijiex l-aktar għażla sostenibbli.”
Hu kien qal ukoll li, li kien għalih, jagħmel bħalma kien għamel il-Gvern ta’ GonziPN aktar minn għaxar snin ilu, jiġifieri li jħalli s-suq isuq u jitfa’ l-piż tal-prezzijiet tad-dawl fuq in-nies, għax dan ikun ogħla minn barra.
“Rigward il-prezzijiet. Meta l-prezzijiet bħalma ġara fl-2008, 2009, 2010, 2011 u 2012, jogħlew internazzjonalment, jogħlew għal kulħadd,” iddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni, xi ħaġa li qanqlet il-memorji koroh tal-agħar piżijiet li l-Gvern tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien impona “bil-qalb”.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, li saret nhar l-Erbgħa waranofsinhar, id-Deputat Għawdxi qrib tal-establishment Nazzjonalista, imbagħad, kompla jisħaq li s-sitwazzjoni tal-għajnuna tal-Gvern għandha tieqaf, għax, skontu, mhix sostenibbli.
F’reazzjoni, il-Partit Laburista tenna fi stqarrija li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ mhux kredibbli, speċjalment meta l-Kap tiegħu jattakka l-għajnuna kbira li l-Gvern qed jagħti fuq il-prezzijiet tal-enerġija, maħsuba biex tgħin lill-familji u n-negozji.
“Il-PN mhux biss m’għenx lin-nies meta kien fil-Gvern, iżda li kien għalih illum il-Gvern iwaqqaf l-għajnuna. Dan il-Gvern għen lill-familji, filwaqt li baqa’ jżidilhom id-dħul b’inizjattivi oħrajn, bħaż-żidiet fil-pensjonijiet, iċ-Children’s Allowance u l-In-Work Benefit, fost ħafna oħrajn. In-nies jafu li, quddiem sfidi ta’ dan it-tip, hu biss il-Gvern Laburista li kapaċi jkun ta’ spalla għalihom,” temmet tgħid stqarrija tal-PL.
TELQU ’L BARRA MAL-KAP U REĠGĦU DAĦLU BIEX MA JITILFUX MILL-ONORARJA
Tkompli minn paġna 1
Il-KullĦadd tista’ tiżvela li biex il-mossa politika tidher fuq it-televixin kulħadd qabad il-basket u deher jikkopera. Minkejja dan, kien hemm min, bil-kwiet, reġa’ daħal xħin ikkalmaw l-affarijiet. U dawk li daħlu qagħdu għal ftit minuti ġewwa biex, minkejja li l-Oppożizzjoni kienet assenti mill-Parlament, iserrħu moħħhom li ma titnaqqsilhomx €50 kull wieħed mill-onorarja.
Jidher li din il-mossa ġabet rabja kbira fil-Partit Nazzjonalista, bi strateġisti fid-Dar Ċentrali jgħidu li dawn id-deputati mminaw id-deċiżjoni u l-awtorità tal-Kap tagħhom stess. Iżda, fl-istess ħin, jirriżultalna li fost id-deputati kien hemm ukoll id-diskors li ma jistax ikun jiddeċiedu dwar mossi ta’ dan it-tip mingħajr imqar ma jkunu mgħarrfin bihom jew anke jiġu kkonsultati qabel, imbagħad jippretendu li huma jsegwu qisu qatt ma kien xejn.
Is-sorsi tagħna qalu li dan anke għax l-istess deputati fesfsu internament li l-Kap kien jaf li ma kienx qiegħed skont l-istanding orders tal-Parlament u,
għalhekk, ma kellux jitlef ruling jumejn wara xulxin.
Nhar it-Tlieta, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ma laqax it-talba ta’ Grech għal dibattitu urġenti fuq l-Air Malta, wara wkoll li l-Ministru Clyde Caruana spjega li t-taħditiet relatati mal-Kummissjoni Ewropea għadhom mhux konklużi.
Diżgwid fil-PN dwar mossi ta’ dan it-tip mill-Kap
“Li Kap tal-Oppożizzjoni, jumejn wara xulxin, juri li lanqas il-bażiku ta’ kif jaħdem il-Parlament ma jaf, mhux tajjeb. Nifhmu li ried jagħmel punt politiku … iżda biex tagħmel punt politiku trid tkun taf fuq xiex qed tibbaża l-argumenti tiegħek,” kienu kkwotati jgħidu sorsi fid-Dar Ċentrali. Dawn ukoll kienu kritiċi għall-mod kif l-Oppożizzjoni ħarġet ’il barra waqt dibattitu fuq suġġett sensittiv ħafna, bħalma hu dak
tal-vjolenza domestika.
Il-Partit Laburista wkoll ħareġ stqarrija u kkritika bil-kbir din id-deċiżjoni. U l-għada reġa’ kien hemm diskussjoni sħiħa fl-ogħla istituzzjoni, bil-Partit Laburista jgħid li “minflok mar il-Parlament biex jiskuża ruħu għall-fatt li lbieraħ (it-Tlieta) ibbojkottja l-Parlament waqt liġi importanti dwar il-vjolenza domestika, il-Kap tal-Oppożizzjoni u d-deputati tiegħu reġgħu marru l-Parlament jieħdu r-raġun u jkunu arroganti waqt seduta li ddiskutiet l-istess suġġett.”
B’referenza għall-aġir vjolenti fl-ogħla istituzzjoni li wriet l-Oppożizzjoni x-xahar li għadda, kif kien żvelat minna permezz ta’ ritratti ppubblikati juru lil Bernard Grech innifsu u Chris Said jisfidaw lin-naħa tal-Gvern għallġlied, il-Partit Laburista kompla jgħid li “mhux ta’ b’xejn li deputati tiegħu heddew deputati tal-Gvern. Mhux ta’ b’xejn il-folla barra l-Parlament kienet vjolenti inċitata mill-istess Kap tal-Oppożizzjoni. Għax meta żbalja, minflok skuża ruħu, wieġeb b’arroganza u insensittività.”
RELEVANZA ĦAJJA TAL-EWWEL TA’ MEJJU
Ftit aktar minn ġimgħa bogħod mill-festa ta’ Jum il-Ħaddiem, l-Ewwel ta’ Mejju, li ilha tiġi organizzata mill-Partit Laburista f’pajjiżna għal iżjed minn 90 sena, il-poplu Malti u Għawdxi qed jiġi msejjaħ jingħaqad wara t-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela biex jiċċelebra dak kollu li nkiseb sal-lum il-ġurnata. Avolja l-aħħar snin raw id-dinja tintlaqat mill-agħar kriżijiet, f’pajjiżna l-ħaddiema u l-familji tagħhom, flimkien mal-postijiet tax-xogħol, sabu protezzjoni mill-aqwa, grazzi għal miżuri u inċentivi mill-Gvern Laburista. Dan wassal biex illum niftaħru li f’pajjiżna għandna kważi full employment, l-inqas rata ta’ qgħad, l-aqwa benefiċċji fl-istorja, titjib tal-għajxien li baqa’ għaddej u rata ogħla ta’ ċittadini kuntenti bit-tmexxija attwali. Bil-maqlub, għadd ta’ pajjiżi oħrajn madwarna qed jgħixu ċirkostanzi kompletament differenti.
Ir-relevanza ta’ Jum il-Ħaddiem tibqa’ ħajja daqs qatt qabel u iżjed valida f’Malta biex niċċelebraw dan kollu. Tal-istess fehma huma ħames personalitajiet li fl-aħħar jiem esprimew ħsibijiethom dwar din il-ġurnata għażiża għall-Partit Laburista u għall-ħaddiema inġenerali.
JOE BRINCAT, Eks Ministru u Eks Deputat Mexxej LaburistaL-avveniment tal-Ewwel ta’ Mejju jfisser li l-ħaddiema mad-dinja kollha jifhmu li hemm ġurnata għalihom u l-kunċett ta’ ħaddiema, aktar ma għadda żmien, aktar beda jinfirex mhux biss ma’ dawk li huma impjegati, imma wkoll ma’ min hu, pereżempju, self-employed. Jiġifieri l-kunċett ta’ ħaddiem hu min jaqla’ ħobżu bl-għaraq ta’ xbinu.
Għal ċertu żmien l-Ewwel ta’ Mejju kien meqjus bħala festa Komunista u, biex tfixkel, eventwalment anke l-Knisja Kattolika għamlet il-festa tal-Ewwel ta’ Mejju bħala San Ġużepp Ħaddiem.
Jekk naraw l-ewwel darba li ġie ċċelebrat kien għadu ta’ ftit nies li kienu ħarġu jiċċelebraw u jkantaw xi innijiet. Kienu ġew ikkundannati għax għamlu festa Komunista. Aktar ma għadda żmien imbagħad kienu l-festi fit-toroq tal-Belt fejn il-Partit Laburista niżel jitkellem man-nies fit-toroq. Kienu okkażjonijiet sbieħ. Imma anke jekk m’għadux jiġi organizzat bħal dawn iż-żminijiet ma jfissirx li l-ispirtu tal-Ewwel ta’ Mejju spiċċa. Inbidlet id-drawwa jew il-mod kif niċċelebrawh.
Il-kunċett ta’ ħaddiem ma jispiċċax, wisq iżjed meta aħna llum nitkellmu fuq kemm m’hawnx nies qiegħda jew kemm inħolqu impjiegi ġodda … anzi llum il-kunċett ta’ ħaddiem qiegħed hemm iżjed minn qabel. Jeżisti l-Ewwel ta’ Mejju bħala festa biex in-nies jiftakru li huma ħaddiema.
KARMENU VELLA, Eks Ministru Laburista u Eks Kummissarju Ewropew
Iż-żminijiet jinbidlu, iżda s-sinifikat ta’ Jum il-Ħaddiem, l-Ewwel ta’ Mejju, jibqa’ hemm. Jekk immorru lura għall-oriġini tagħha fl-1889, meta f’Chicago, l-Amerka, kienu ltaqgħu federazzjonijiet ta’ partiti Soċjalisti u unjins, b’appoġġ għall-ħaddiema li kellhom konfronti tliet snin qabel.
Ovvjament, f’Malta, il-Partit Laburista dejjem ħares lejn dan il-jum bħala wieħed speċjali u ma bediex jiċċelebrah ilbieraħ.
L-ewwel darba li l-Partit fakkar Jum il-Ħaddiem b’mod diskret kien fl1925, qed ngħidu 98 sena ilu u sentejn oħra niċċelebraw il-100 anniversarju.
Minkejja l-ħafna pressjonijiet ta’ dak iżżmien li kienu jiġu mill-forzi reazzjonarji Nazzjonalisti u l-Knisja f’daqqa.
Għall-Partit Laburista, il-ħaddiem hu kollox, għax twieled għalih u dejjem ra kif se jgħollih ’il fuq, sew meta kien fil-Gvern kif ukoll meta kien jiġġieled
għalih mill-Oppożizzjoni. Ħareġ anke kontra l-forzi barranin biex itejjeb ilkundizzjonijiet tax-xogħol lokali, mhux biss xogħol għall-irġiel, imma anke biex idaħħal lin-nisa fid-dinja u jagħtihom aktar indipendenza soċjali.
Hu jum ta’ ċelebrazzjoni fejn il-Maltin u l-Għawdxin jingħaqdu biex jiċċelebraw u jfakkru l-kisbiet tagħhom … il-PN joħroġ in-nies biex jipprotestaw għax, bid-differenza għall-PL, m’għandu xejn x’jiċċelebra. Qed nitkellmu dwar il-passat u l-preżent, imma jien persważ li anke taħt il-Prim Ministru Robert Abela se jkompli jitkabbar is-sinifikat ta’ dan il-jum fil-ġejjieni.
Għax il-ħaddiem hu l-aqwa riżorsa li għandna u kontinwament id-dinja qed tagħraf dan il-ġid li ngawdu minnu. Aħna ngħidu, Malta qed tikber, kibret l-ekonomija li qed tibqa’ tissaħħaħ, Malta saret nazzjon rispettat minn pajjiżi ferm akbar minna. Dan kollu ma setax isir mingħajr il-ħaddiema u s-saħħa tagħhom … għalhekk inħeġġeġ lill-poplu biex jingħaqad mal-Partit Laburista u nagħtu aktar saħħa lill-Moviment tal-Ħaddiema, aktar kuraġġ lill-Gvern u l-Gvern ta’ Robert Abela biex ikomplu jaħdmu fl-interess tal-ħaddiem.
Il-Partit u Gvern Laburista ma jiftakrux fil-ħaddiema fil-jum tal-Ewwel ta’ Mejju biss, imma kull ġurnata ta’ kull xahar ta’ kull sena.
MARIA CAMILLERI, Eks Deputata Laburista
Hu importanti li nin ġabru l-Belt fl-Ewwel ta’ Mejju għax l-ewwel nett din hi festa litteralment tal-ħaddiema. Il-ħaddie ma kisbu drittijiet kbar matul iż-żmini jiet, mhux biss hawn Malta. Jiena mmur lura għaż-żminijiet anke ta’ dak li niftakar jiena meta kont għadni ti fla u mmur lura għaż-żmien lejn l-aħħar tal-ħamsinijiet u s-sit tinijiet meta niftakar li kienu jsiru l-Battle of Flowers u fl-Em pire Stadium, il-Gżi ra, għax kien hemm il-kwistjonijiet talGvern Ingliż malGvern Laburista u ma kienx per mess li jorganizza laqgħat pubbliċi jew dimostrazzjo nijiet.
Jiena kont u ħdimt filqrib b’kollox ma’ ħames Prim Ministri Laburisti, kellna lil Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant, Joseph Muscat u issa għandna lil Robert Abela.
Matul dawn iż-żminijiet wieħed irid iżomm f’moħħu li kien il-
Gvern Laburista li dejjem ħadem biex iġib ’il quddiem id-drittijiet u l-kisbiet tal-ħaddiem. U għalhekk jiena ngħid, u nagħmel appell ukoll, biex aħna lkoll, il-poplu Malti u Għawdxi jrid jiltaqa’ għall-Ewwel ta’ Mejju u nagħtu l-appoġġ lill-Partit u l-Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela. Importanti li niċċelebraw flimkien il-kisbiet kollha li saru matul iż-żminijiet, għax ma nistgħux lanqas ninsew kemm batew missirijietna biex għandna l-livell ta’ għajxien li qed ingawdu llum u dan kollu sar bis-saħħa ta’ Gvernijiet Laburisti, li għalihom il-ħaddiem dejjem jiġi l-ewwel u qabel kollox.
ANĠLU FENECH, Eks Segretarju Ġenerali GWU
Din hi l-festa tagħna l-ħaddiema. Jiena ili niċċelebra l-Ewwel ta’ Mejju mis-sittinijiet, 62 sena sħaħ. Dak iż-żmien kienet diffiċli ħafna, mhux bħal-lum … illum għandna biex nifirħu. Għandna Partit magħqud, għandna ekonomija tajba, għandna pensjonijiet tajbin ukoll, jiġifieri tajjeb li niċċelebraw. Imma dak iż-żmien kien żmien diffiċli ħafna biex tiċċelebra l-Ewwel ta’ Mejju, anke għax kellek il-Knisja kontra
jieħu sehem fl-Ewwel ta’ Mejju, jekk ikun jaħdem mal-Gvern ibqa’ ċert li se jaqlagħha fuq rasu. Qabel kienu jgħidulha festa tal-Komunisti u kienet kontra l-liġi li tagħmel dimostrazzjonijiet filBelt u allura konna nagħmluh il-Ħamrun bil-karrijiet.
Għandna nibqgħu magħqudin u niċċelebraw din il-festa. Mal-Ewropa kollha, ħaddieħor se jkun qed ifakkar l-Ewwel ta’ Mejju bi protesti kontra l-gvernijiet rispettivi. Aħna dakinhar se niċċelebraw l-Ewwel ta’ Mejju, għax għandna Gvern san u għax aħna magħqudin flimkien. Jiġifieri importanti li aħna nibqgħu nżommu din il-ġurnata għażiża tagħna.
JOE BORG, Diriġent SKSIl-bidu tal-Ewwel ta’ Mejju f’Malta jaħbat mat-twaqqif tal-Partit Laburista. Fil-fatt, minn fost il-pijunieri tal-Partit kienu ħarġu nies bħal John Marks, Gino Muscat Azzopardi, Ġużè Orlando u Ġużè Ellul Mercer, li waqt li kienu qed joħolqu dan il-Moviment tal-Ħaddiema biex jiġġieldu għad-drittijiet bħal ġurnata xogħol ta’ tmien sigħat u kundizzjonijiet aħjar oħra, kienu qegħdin isegwu x’qed jagħmel ix-xellug fl-Ewropa u fi Franza
F’Malta l-ewwel darba li ċċelebrajna l-Ewwel ta’ Mejju kien fl-1926 fil-każin tal-Partit Laburista fl-Isla. Imbagħad l-Ewwel ta’ Mejju addiem u l-istorja baqgħet sejra sena wara l-oħra. Il-PL baqa’ konsistenti dejjem jiċċelebra dan il-jum u dak ta’ din is-sena għandu jkun attività oħra tal-massa.
Fl-istess jum, l-SKS se tippubblika ktieb bi stejjer li kien kiteb Ellul Mercer fil-ġurnal Il-Ħmar fejn fl-għoxrinijiet tkellem dwar iljonijiet soċjali f’Malta. Kawża t’hekk il-Knisja f’Malta kienet imponiet id-dnub il-mejjet fuqu. Dawn l-istejjer, li kienu jitkellmu dwar dak li kien għaddej fis-soċjetà tagħna mal-mitt sena ilu, se joħorġu mill-ġdid għallewwel darba u issa se jkunu għall-bejgħ l-ewwel darba fl-Ewwel ta’ Mejju għallprezz speċjali ta’ €10, waqt li mill-ħwienet tal-kotba se jkunu qed jinbiegħu bil-prezz ta’
MAL-20,000 BAQGĦU JISTUDJAW FUQ IS-60
Mindu tnediet l-Università tat-Tielet Età (U3E)
f’Malta fit-23 ta’ Jannar tal-1993, taħt il-patroċinju tal-Università ta’ Malta, kien hemm 19,983 persuna ta’ ’l fuq minn 60 sena li għażlu li jerġgħu jibdew jistudjaw. Fis-sena akkademika attwali hemm 647 persuna, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn is-60 u t-98 sena, li qed jattendu l-Università tat-Tielet Età. Bħalma dejjem kien sal-lum, fil-maġġoranza assoluta tagħhom dawn huma nisa, total ta’ 499 mara kontra l-148 anzjan raġel.
Minn tagħrif ippubblikat mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima fi tweġiba Parlamentari lid-Deputata Paula Mifsud Bonnici, jirriżulta li storikament minn dejjem kienu n-nisa l-aktar li attendew għall-U3E. Id-distakk hu konsiderevoli, tant li fi 30 sena, kien hemm 4,225 raġel u 15,758 mara.
L-akbar għadd ta’ rġiel (252) ġie rreġistrat fis-sena akkademika 201920, sena qabel il-pandemija. L-akbar ammont ta’ nisa (701) kien fis-sena akkademika 1999-20, li wkoll kellha l-akbar attendenza, dik ta’ 877 student.
Din l-Università toffri firxa ta’ programmi ta’ tagħlim li jvarjaw kull sena. Il-kwalità tat-tixrid tal-għarfien hi estensiva, tant li l-U3E Maltija issa hi stabbilita sew bħala pilastru ewlieni fil-Politiki Nazzjonali Maltin dwar it-Tagħlim Tul il-Ħajja u tal-Anzjanità Attiva.
L-attendenza għal-lectures mhix obbligatorja u għalhekk tvarja skont is-suġġetti, li jkopru millużu tal-ismartphones sal-apprezzament tal-arti, l-istorja u l-arkeoloġija lokali u dinjija sar-rabta
tax-xjenza mar-reliġjon, minn kif wieħed jieħu ħsieb saħħtu f’età avvanzata sal-apprezzament ta’ films, Melitensia, kif wieħed ikabbar l-istima fih innifsu, l-ekonomija, il-liġi, il-kultura u l-folklor, u għadd ta’ suġġetti oħrajn.
Fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva 2023-2030 hemm miktub ċar l-impenn talGvern biex it-tagħlim fit-tielet età jkollu aġenda ta’ parteċipazzjoni wiesgħa biex din tilħaq iżjed anzjani, inklużi dawk b’livelli aktar baxxi ta’ edukazzjoni, dawk li jgħixu f’lokalitajiet rurali, minoritajiet etniċi u anzjani b’diżabilità li jgħixu fil-komunità.
Dan it-tagħlim mhux biss jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u jissodisfa x-xewqat għall-iżvilupp personali, iżda jservi wkoll ta’ strument fl-inklussività soċjali.
L-U3E hi ispirata mil-leġiżlazzjoni li għadda l-Gvern Franċiż fl-1968 li għamlet l-universitajiet responsabbli għall-edukazzjoni tul il-ħajja. Fl1972, l-Università ta’ Toulouse ħolqot klassijiet ta’ skola fis-sajf għal persuni rtirati. L-entużjażmu tant kien kbir, li fi tmiem il-programm ġew stabbiliti oħrajn permanenti għal studenti tat-tielet età. Minn hemm bdiet l-Università tat-Tielet Età fi Franza, li nxterdet mal-Ewropa, inkluż fl-1993 f’Malta.
L-U3E f’Malta, li tqarreb aktar is-sistema Franċiża milli dik Ingliża, rat żieda bla preċedent flistituzzjonijiet edukattivi li jilqgħu esklussiva
ment għall-ħtiġijiet u għall-interessi tat-tagħlim tal-anzjani. It-twaqqif tagħha kien ukoll suċċess fl-impenn tat-tagħlim f’età avvanzata.
GVERN LI JIKKONSULTA L-ĦIN KOLLU
Diversi riformi u tfassil ta’ politika nazzjonali miftuħin għall-konsultazzjoni pubblika biex kulħadd jgħid tiegħu
Mill-ġustizzja, għall-ambjent u l-marittimu, il-kostruzzjoni u l-politika nazzjonali dwar id-droga. Huma diversi d-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Gvern u li, qabel jiffinalizzahom u jibdilhom f’liġi, ipoġġihom għall-konsultazzjoni pubblika biex in-nies tkun tista’ tgħid tagħha. Kontinwament, fuq is-sit publicconsultation.gov.mt wieħed jista’ jidħol u jsib dak li qed jipproponi l-Gvern u jikkummenta fi proċess biex, qabel isiru d-deċiżjonijiet finali, wieħed ikun ikkunsidra anke dak li qed jaħsbu n-nies. Konsultazzjoni, li fetħet din il-ġimgħa, kienet dik dwar ir-riforma fis-sistema tal-kumpilazzjoni u r-rinviji fissettur tal-ġustizzja. Riforma maħsuba biex tagħmel bidla kbira fis-sistema ġudizzjarja bil-għan li tibda ġġib l-effiċjenza fil-Qrati tagħna, partikolarment fi proċessi kriminali. Fl-istess ħin, wara diversi ġimgħat miftuħa, għalqet il-konsultazzjoni dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi.
Is-Segretarju Parlamentari għadDjalogu Soċjali, Andy Ellul, qal ma’ din il-gazzetta li dan jixhed kif id-djalogu hu fiċ-ċentru ta’ ħidmet dan il-Gvern.
“Il-proposti li qegħdin inwettqu huma mdawrin mal-manifest elettorali Malta Flimkien. Jiġifieri n-nies mhux biss jafu x’inhuma, iżda għażluhom. Minkejja dan, irridu naraw ukoll li fl-implimentazzjoni nisimgħu lin-nies u nifhmu x’inhuma l-aspirazzjonijiet tagħhom fit-twettiq tal-miżuri diversi. Għalhekk naraw li, minn żmien għal żmien, bidliet importanti noħorġuhom għall-konsultazzjoni pubblika.”
F’kummenti lill-KullĦadd hu żied li, minbarra l-kontribut fis-sit elettroniku tal-Gvern, qed isir pass oltre u l-Gvern joħroġ hu biex jisma’ min-nies.
“Issir kontinwament. Anke fl-MCESD (Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali), fejn jiltaqgħu l-imsieħba soċjali, kontinwament nistiednu Ministri biex ipoġġu għad-diskussjoni l-politika li jkun qed jipproponi l-Gvern u anke hemm, l-imsieħba jgħidu tagħhom. Aktar minn hekk, qed noħorġu barra mill-uffiċini u nieħdu l-konsultazzjoni
fl-ibliet u l-irħula. Pereżempju l-laqgħat dwar is-sistema ta’ liċenzjar tal-kuntratturi rat diversi laqgħat f’lokalitajiet madwar il-pajjiż, li għalihom attendew mijiet,” qal Ellul.
L-istess qed jagħmel il-Kabinett tal-Ministri li f’okkażjonijiet differenti qed joħroġ mill-Berġa ta’ Kastilja u jiltaqa’ fost in-nies u jisma’ mingħandhom dwar diversi temi. Fil-fatt, f’waħda minn dawn il-laqgħat li matulha l-Kabinett sema’ x’għandhom xi jgħidu ż-żgħażagħ fuq bosta suġġetti, twieled il-Youth Advisory Forum. Dan hu forum konsultattiv li se jiġbor fih żgħażagħ minn oqsma differenti li b’mod regolari se jiġu kkonsultati dwar temi ta’ importanza nazzjonali u li saħansitra l-Kabinett ikun qiegħed jew se jiddiskuti. Dan hu l-mod miftuħ li bih qed imexxi Gvern Laburista. Fil-fatt, konsultazzjonijiet oħrajn li hemm miftuħin bħalissa huma dawk marbutin mal-mod kif isir Environmental Impact Assessment (EIA), il-politika nazzjonali kontra d-droga u l-pjan nazzjonali dwar l-ikel organiku, fost oħrajn.
ti bil-provi u tippreżentahom fi żmien massimu ta’ 70 ġurnata.
Din ir-riforma tara wkoll li t-tqanqil ta’ kwistjonijiet kostituzzjonali u tad-drittijiet fundamentali ma jwaqqfux il-proċess ta’ kumpilazzjoni, waqt li l-proċedura tar-rinviju mill-Qorti lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u lura tispiċċa. Dan hekk kif illum il-ġurnata l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dar f’uffiċċju ta’ prosekuzzjoni u b’hekk ma hemmx iżjed lok għaliha.
B’rabta mal-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ il-kwalità fis-settur tal-kostruzzjoni, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), nieda konsultazzjoni pubblika dwar avviż legali li se joffri qafas għal-liċenzjar tal-kuntratturi u għalqet nhar il-Ġimgħa li għadda wara sitt ġimgħat.
Id-djalogu mal-pubbliku inġenerali u ma’ dawk involuti direttament hu fiċ-ċentru ta’ ħidmet il-Gvern
Nhar it-Tlieta li għadda l-Gvern ħabbar riforma fis-sistema tal-kumpilazzjonijiet u t-tneħħija tal-proċess tar-rinviji fil-qasam tal-ġustizzja kriminali, li wkoll tnediet għall-konsultazzjoni pubblika sal-31 ta’ Mejju li ġej. F’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u l-Imħallef Emeritu u Kummissarju tal-Liġijiet Antonio Mizzi, ġew spjegati proposti ewlenin f’din ir-riforma, li tassigura mhux biss li l-ġustizzja ssir u tidher li qed issir, imma li wkoll issir fi żmien raġonevoli.
Fost oħrajn issemma kif kumpilazzjoni għandha tingħalaq fi żmien sena minn meta l-imputat jitressaq jew jidher għall-ewwel darba quddiem il-Qorti u l-Prosekuzzjoni tkun trid tmur il-Qor-
F’dan iż-żmien, il-BCA għamlet ċert li tiltaqa’ mal-partijiet kollha konċernati u organizzat erba’ laqgħat ta’ konsultazzjoni, inkluża waħda f’Għawdex, u oħra mal-membri talAssoċjazzjoni Maltija talIżviluppaturi (MDA). Għal dawn il-laqgħat attendew mijiet ta’ operaturi fis-settur.
Minbarra hekk, il-pubbliku inġenerali seta’ wkoll jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet u l-kummenti tiegħu bil-miktub. Jirriżulta li minn dawn ukoll daħlu ’l fuq minn 100 korrispondenza, inkluż mill-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), il-Malta Insurance Association, l-Association of Insurance Brokers, is-Civil Works Contractors’ Association, il-General Workers’ Union u l-Malta Chamber of Construction Management.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi u l-BCA wkoll iltaqgħu mal-Kamra tal-Kum-
merċ, il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u l-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji.
Minn issa ’l quddiem, il-BCA se tkompli taħdem billi tevalwa s-suġġerimenti li saru u finalment tippubblika sett ta’ regolamenti li tassew iwasslu biex tiżdied is-serjetà u l-kwalità fis-settur tal-kostruzzjoni.
Konsultazzjoni oħra importanti ferm, li se tibda b’mod immedjat, hi dik marbuta mat-tfassil tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030. Din se tkun waħda innovattiva.
L-istrateġiji, li ħarġu s’issa, inħoloq il-qafas tagħhom internament u wara tressqu għall-konsultazzjoni pubblika. Fi tmiem dak il-proċess, issir analiżi tal-kummenti u l-kontribuzzjonijiet li jidħlu u jekk ikun hemm qbil jiġu inkorporati fl-istess strateġija. Iżda l-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 se tibda timtela mill-qiegħ mill-konsultazzjonijiet li se jsiru ma’ dawk kollha li jifformaw is-settur edukattiv, partikolarment l-edukaturi nfushom.
Fit-tnedija ta’ dan il-kunċett ġdid, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li “mhux se nippreżentaw strateġija lesta, imma qed ngħidu li d-dokument se jibda jitfassal bis-sehem ta’ dawk kollha li huma s-sisien tas-settur edukattiv. Għalina l-edukaturi u r-rappreżentanti tagħhom huma msieħba importanti li għandhom il-futur ta’ wliedna għal qalbhom u għalhekk se jkollhom sehem importanti fit-tfassil ta’ din l-istrateġija”.
Hu enfasizza li l-Gvern jemmen li l-edukaturi għandhom ikollhom rwol akbar ta’ policy-makers u għalhekk qed ikunu integrati aħjar fir-riċerka u fitteħid tad-deċiżjonijiet. “Irridu nsaħħu d-djalogu mal-edukaturi f’oqsma differenti biex issir kwalunkwe bidla intiża biex ittejjeb is-sistema preżenti, kif wegħedna wkoll fil-Manifest Elettorali,” qal il-Ministru, li saħaq li din l-istrateġija se timxi wkoll id f’id mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea fil-qasam edukattiv.
IL-ĠERMANJA SSEGWI
L-PASSI MALTIN DWAR
L-UŻU TAL-KANNABIS
Il-Ġermanja ħabbret bidla filpolitika tagħha fuq l-użu responsabbli tal-kannabis u ddeċidiet li timxi fuq il-passi li diġà ħadet Malta. Bħal fil-każ ta’ pajjiżna, il-Ġermanja għandha l-pjan li, sa tmiem din is-sena, iddaħħal liġi msejsa fuq sforzi biex jitnaqqsu l-ħsara u r-riskju mill-użu tal-ħaxixa.
ONE News ħabbar li uffiċjali Ġermaniżi diġà kellhom diskussjonijiet mal-awtoritajiet relevanti Maltin minħabba li jqisu li Malta hi l-“gold standard” fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward wara l-liġi li daħlet fl-aħħar xhur dwar l-użu responsabbli tal-kannabis.
Mitluba tikkummenta dwar dan, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, li hi responsabbli mis-settur, qalet li “l-Ġermanja kienet qed tipproponi mudell kompletament differenti: wieħed ibbażat fuq il-kummerċjalizzazzjoni, imma issa qed tieħu l-mudell u timxi fuq il-passi tagħna”.
Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat, il-Ġermanja biddlet kompletament il-pożizzjoni tagħha fuq l-użu responsabbli tal-kannabis wara li l-Ministru għas-Saħħa, Karl Lauterbach, stqarr li falliet il-politika ta’ pajjiżu dwar il-kannabis. Għalhekk, issa dan il-pajjiż ewlieni Ewropew se jkun qed jadotta liġi ispirata minn dik ta’ Malta.
“Irridu li ma nħallux li l-kannabis twassal għall-konsum ta’ drogi aktar qawwijin. Irridu nipproteġu aħjar liż-żgħażagħ. Irridu niġġieldu s-suq iswed. Irridu nrażżnu l-kriminalità relatata mad-droga. Irridu nikkontrollaw it-tossiċità tal-prodotti, li qiegħda kulma jmur tiżdied,” saħaq Lauterbach.
Is-Segretarju Parlamentari Maltija qalet li l-liġi l-ġdida Maltija se tagħti daqqa ta’ ħarta kbira lis-suq illegali, filwaqt li tassigura kannabis nadifa u regolata għal min jagħmel użu minnha b’mod ikkontrollat
għall-użu personali. Hi spjegat li pajjiżna se jkun qed jixpruna din ir-riforma f’settur daqstant sensittiv billi jospita diskussjonijiet ma’ diversi pajjiżi Ewropej dwar dan.
“Bħala pajjiż li konna minn tal-ewwel li għamilna dan ilpass radikali, se nkunu qed naqsmu l-aħjar prattiċi ma’ dawn il-pajjiżi fuq dak li qed nagħmlu f’kuntest lokali,” tenniet Buttigieg, waqt li ħabbret li f’Lulju li ġej Malta se tospita delegazzjoni għolja ta’ Ministri minn pajjiżi, bħall-Ġermanja, il-Lussemburgu u r-Repubblika Ċeka, għal dan il-għan.
Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa
*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa
Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com
INKOMPLU NISSALVAGWARDJAW
L-ART AGRIKOLA U LILL-BDIEWA
B’din ir-riforma qed nissalvagwardjaw l-art agrikola u lill-bidwi. Il-proċess li wassal għal din ir-riforma beda f’Novembru li għadda fejn ġiet ippubblikata White Paper dwar ir-riforma fil-liġi tal-qbiela. Minnufih rajna li niltaqgħu ma’ dawk kollha li jaħdmu fis-settur, għax x’hemm aħjar milli titkellem u tisma’ lill-bdiewa Għawdxin u Maltin, meta din ir-riforma ser tolqot direttament lilhom?
mingħand is-sidien privati, sabiex ikomplu bl-attività agrikola tagħhom u fl-istess waqt ma jkun hemm l-ebda xkiel li jkomplu jinvestu f’dan is-settur.
Dan qed isir sabiex niggarantixxu s-sigurtà tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent rurali, li minnhom igawdi l-pubbliku inġenerali, imma fuq kollox niggarantixxu s-sostenibbiltà tal-biedja.
ta’ kiri.
Għalhekk ridna li jingħata serħan il-moħħ lill-bdiewa li jikru r-raba’ mingħand sidien privati sabiex ikomplu l-ħidma fil-biedja u jkomplu jinvestu fl-oqsma agrikoli.
Permezz ta’ din ir-riforma, qegħdin naraw ukoll li art agrikola tiġi stmata bħala art agrikola u mhux skont l-ekonomija tas-suq tal-artijiet inġenerali.
Ġaladarba din ir-riforma
Fis-settur hekk importanti tal-Agrikoltura, ta’ kuljum nieħdu deċiżjonijiet favur ilbdiewa u r-raħħala tagħna, iżda nistqarr li l-aktar riforma li b’wiċċi minn quddiem ngħid li mnalla kien dan il-Gvern li ressaq ’il quddiem, żgur li hija r-riforma li tirregola l-valutazzjoni tal-qbiela ta’ art agrikola.
Riforma li qed twassal sabiex jintlaħaq bilanċ bejn l-interessi tas-sidien tal-għelieqi u l-bdiewa Maltin u Għawdxin.
Permezz ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni u eventwalment laqgħat ta’ informazzjoni stajna nifhmu flimkien kif permezz ta’ din l-emenda nwasslu serħan il-moħħ lillbdiewa tagħna li jikru r-raba’
Għalfejn ridna li nagħmlu din ir-riforma? F’pajjiżna għanda madwar 7,500 bidwi li m’għandhomx ir-raba’ bħala proprjetà privata tagħhom, li jfisser li l-parti l-kbira tar-raba’ tinħadem minn bdiewa li r-raba’ kisbuh permezz ta’ ftehim
tidħol fis-seħħ, is-sid għandu jippreżenta rikors li jindika b’kemm għandha togħla l-kera. Il-kerrej għandu jindika kemm fil-fehma tiegħu għandha tkun il-kera ġusta.
Il-Bord imbagħad għandu jestabbilixxi l-kera ġusta wara
Permezz ta’ din ir-riforma, qegħdin naraw ukoll li art agrikola tiġi stmata bħala art agrikola u mhux skont l-ekonomija tas-suq tal-artijiet inġenerali
IS-SAĦĦA LILL-ĦADDIEM
l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja. L-ikbar rati ta’ ħolqien tax-xogħol. Fost l-aħjar kundizzjonijiet għall-ħaddiema.
Il-problema llum fil-qasam tax-xogħol m’għadhiex fejn se ssib taħdem, jew li tibża’ tbiddel impjieg (anke jekk tkun qed tmur kontra qalbek) għax ma tafx fejn se ssib xogħol, iżda kif min iħaddem se jsib biżżejjed impjegati għan-negozju tiegħu.
Fl-istess żmien kienu jippruvaw iwasslu messaġġ ieħor. Kienu jgħidu li l-Partit Laburista se jiffriża l-paga minima. Illum nafu li l-Partit Laburista mhux talli ma ffriżax il-paga minima talli f’April tal- 2017 żiedha u issa reġa’ beda d-diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali kollha fil-pajjiż sabiex jerġa’ jkun hemm żieda oħra.
li jqis il-valur tar-raba’ stmata bħala art agrikola għall-użu agrikolu, iċ-ċirkostanzi u l-kundizzjoni tar-raba’ u kwalunkwe piż li jkun sproporzjonat għal sid il-kera. Il-kera riveduta mill-Bord m’għandhiex teċċedi l-1.5% fis-sena tal-valur li jkun ippubblikat kull ħames snin fuq il-Gazzetta tal-Gvern. Il-kera għandha tapplika għal perjodu ta’ tmien snin u għandha tibqa’ l-istess wara għeluq it-tmien snin, sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor bejn il-kerrej u sid il-kera. Fuq kollox, b’mekkaniżmu li se jkun introdott se nassiguraw ukoll li kull valutazzjoni tiġi stmata skont dawn il-kriterji stabbiliti u b’hekk nassiguraw li ma jkunx hemm varjazzjoni ta’ stimi għall-istess art agrikola.
Bħalma għamilna f’din l-ewwel sena minn ħamsa, ser nibqgħu nkunu ta’ spalla għallbdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin, sabiex mhux biss ngħollu l-livell u l-prodott lokali, iżda wkoll nassiguraw li l-agrikoltura tkun sostenibbli.
“Rodd il-ħniena lis-sid, issaħħa lil ħaddiem”.
Kemm huma sbieħ dawn il-kelmiet mill-Innu Nazzjonali. Fuq l-għatba tal-festa tal-ħaddiema, il-kliem imsemmi jinstema’ ferm aktar ħlejju, aktar sabiħ.
U l-ħaddiem Malti għandu biex jiċċelebra.
Jiċċelebra għax qatt daqs illum f’pajjiżna l-qasam tax-xogħol ma kien fejn qiegħed bħalissa.
Qed ngħid dan mhux bħala Laburist konvint, iżda bħala persuna li nista’ niftakar u nqabbel. Illum Malta għandha
Ma rridx ninstema’ li qed nipprietka l-perfezzjoni. Mhux l-iskop u ma rridx nagħmel hekk. Konxju li jaf ikun hemm ħaddiema, kemm Maltin iżda anke barranin li jixirqilhom kundizzjonijiet aħjar, iżda l-mixja li mxejna fl-aħħar snin kienet waħda qawwija.
Ma ninsewx li ftit aktar minn għaxar snin ilu meta l-pajjiż kien fuq l-għatba tal-elezzjoni ġenerali tal-2013, il-Partit Nazzjonalista dak iżżmien fil-Gvern kien ibeżża’ lill-poplu Malti u Għawdxi, lill-ħaddiema, li ‘Labour won’t work’. Għaxar snin wara kulħadd fehem li l-unika ħaġa li mhux taħdem hija l-Oppożizzjoni. Il-bqija hija storja.
L-unika friża tafu fejn kienet? Insomma kien hemm aktar minn friża waħda, imma forsi tispikka l-aktar dik tal-pensjoni. Il-ħaddiema tal-bieraħ il-Partit Nazzjonalista rringrazzjahom billi ma tahom l-ebda żieda. Mhux ta’ b’xejn li l-poplu bagħathom isorġu fuq is-siġġijiet tal-Oppożizzjoni għax il-poplu fehem li min jiffriża mill-ideat postu hemm huwa maħbuż.
U la qed insemmu lill-Oppożizzjoni ma nistax ma nagħmilx referenza għall-protesta li qalu li se jagħmlu fl-1 ta’ Mejju. Fuq dan il-punt fil-konferenza ġenerali tal-Partit ta’ nhar ilĦadd li għadda kien hemm diversi kelliema li fakkru kemm il-Partit Nazzjonalista
m’għandu l-ebda kredenzjali mal-ħaddiema. Smajt min semma l-ħaddiema tat-tarzna. Is-sikrana li tħalliet tikber biex nibet il-prekarjat fl-impjiegi. Kollha vera. Iżda l-iktar ħaġa kontra l-ħaddiema li qatt għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienet li daħħal taxxa fuq min jaqla’ l-paga minima. Fejn tista’ tasal aktar minn hekk? Agħar minn kollox li taw tummakka fuq iżżgħir waqt li kienu jitfgħu fuq il-poplu Malti u Għawdxi l-ikbar piżijiet tal-kontijiet taddawl u l-ilma u waqt li huma żiedu l-paga tagħhom.
Għalhekk importanti li f’din il-mixja lejn Jum il-Ħaddiem niftakru min kien dejjem mal-ħaddiem u mhux meta qabel lilu biss.
Illum ħafna mill-affarijiet li ddaħħlu bilkemm sirna napprezzawhom, għax drajniehom. Ħafna nesew għax draw li r-riżultati li qed ingawdu llum inbdew b’deċiżjonijiet bħal taċ-childcare b’xejn, tnaqqis ta’ taxxi, tnaqqis fil-kontijiet, għajnuna lin-negozji, l-ebda żieda fit-taxxa u nista’ nibqa’ sejjer.
Iċ-ċifri minn hemm bdew u
mhux mill-ajru. Illum għadna qed nieħdu ħsieb lil min iħaddem u l-ħaddiem biex iċ-ċirku li ħloqna jibqa’ għaddej. Ġew salvati eluf ta’ impjiegi fi żmien il-pandemija. Qed jingħataw sussidji kbar fl-enerġija kemm fil-kontijiet iżda anke fejn jidħol fuel u r-rota b’hekk tibqa’ għaddejja.
Gvern li qed jaħdem ta’ kuljum biex iġib aktar investiment li jfisser impjiegi ta’ kwalità u li jixirqu lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Id-drittijiet tal-ħaddiema ħa ħsiebhom mhux biss b’miżuri finanzjarji u fiskali bħal ħafna ftehimiet kollettivi tal-ħaddiema tal-Gvern, iżda ta aktar drittijiet lill-ħaddiema bħal dawk dixxiplinati biex jieħdu l-leave u ta lura l-leave li jaħbat f’festa. Ma’ dawn hemm ħafna aktar.
Fuq l-għatba ta’ żewġ avvenimenti mfakkra b’tant għożża mill-moviment tagħna, il-65 anniversarju mill-Istrajk Ġenerali u ma jistax jonqos Jum il-Ħaddiem, l-għajta, ‘is-saħħa lill-ħaddiem’ toħroġ ħafna u ħafna aktar bil-qalb.
Il-festa t-tajba lill-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin.
IL-ĦADDIEMA HUMA L-AKBAR RIŻORSA TAGĦNA
għandna nirriflettu fuq il-kisbiet kbar li l-Partit Labursita għamel għall-ġid tal-ħaddiema u tal-pajjiż mal-milja tassnin, li kienu ħafna, iżda hija ġurnata li fiha nirriflettu fuq dak li qed nagħtu lill-ħaddiem illum u dak li se nkunu qed nagħtuh fil-futur.
U dak li qed nagħtu u se nkomplu nagħtu huma opportunitajiet, inċentivi u futur aħjar.
tal-awsterità. Id-deċiżjoni li nissussidjaw il-prezz tal-fuel ma kinitx waħda faċli, iżda għalina kienet l-unika triq possibbli.
Kollha tiftakru meta taħt amministrazzjoni ta’ GonziPN, ivvuttaw biex jgħollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, spiċċajna b’ekonomija f’xifer kollass, b’ekonomija staġnata, bil-qgħad jiżdied kull xahar. X’differenza llum.
tar malajr u nirkupraw qabel u hekk fil-fatt ġara.
Matul din l-aħħar ġimgħa kelli l-opportunità nħabbar numru ta’ skemi b’fondi Ewropej li se jgħinu direttament lill-industrija, b’mod speċjali lin-negozji żgħar u medji.
diema ma nistax ma nsemmix lill-istudenti tagħna, lit-tfal tagħna, litteralment il-futur tagħna.
Ninsabu ġimgħa biss ’il bogħod minn Jum il-Ħaddiem, ġurnata li jibqa’ jkollha sinifikat importanti ħafna.
F’pajjiż żgħir bħal tagħna mingħajr riżorsi naturali huma l-ħaddiema l-aqwa u l-unika riżorsa li għandna.
U dak kollu li nagħmlu bħala politiċi, kull policy li naħdmu fuqha, kull skema, kull riforma għandhom għan wieħed finali li permezz tagħhom noffru aktar opportunitajiet lill-ħaddiema tagħna.
Fl-1 ta’ Mejju mhux biss
Illum inħarsu madwarna u għandna pajjiż li għandu waħda mill-aktar rati baxxi ta’ qagħad fl-Ewropa, għandna ekonomija li hija suċċess, bit-tbassir ekonomiku pożittiv anke għas-snin li ġejjin.
Iżda jekk inħarsu ’l barra minn xtutna s-sitwazzjoni mhijiex l-istess. F’numru kbir ta’ pajjiżi l-piż tal-inflazzjoni kawża tal-gwerra qegħdin iġorruh biss il-ħaddiema u l-familji.
Huwa dan li qed jagħmilna differenti minn pajjiżi oħra. Għax aħna Gvern, Partit li għandna fiduċja sħiħa fil-ħaddiema. Għażilna politika ta’ inċentivi u mhux dik
Din il-ġimgħa stess żort kumpanija fil-qasam turistiku, li meta inawguraw uffiċini ġodda lura fl-2020, wara ftit ingħalqu l-istabbilimenti kummerċjali minħabba l-Covid.
Iżda grazzi għall-inċentivi li tajna dak iż-żmien kemm lin-negozji kif ukoll lill-ħaddiema, illum is-settur mhux biss qiegħed fl-istess livell ta’ qabel il-pandemija, iżda aħjar.
Mhux kulħadd emminna dak iż-żmien, iżda konna nafu li jekk se ngħinu lill-industrija, lill-ħaddiema u lill-familji f’dawk iż-żminijiet diffiċli, konna se nqumu ak-
Ħabbarna skemi biex aktar negozji jkunu jistgħu jagħmlu l-qabża diġitali li hija tant bżonjuża biex nassiguraw li jkollna negozji u ekonomija reżiljenti.
Ħabbarna skema oħra li permezz tagħha total ta’ €4 miljun se jkunu jistgħu jittieħdu minn negozji żgħar u medji biex jixtru makkinarju u tagħmir ieħor għall-kumpaniji tagħhom. Din l-iskema konna diġà ħriġnieha f’Jannar li għadda u minħabba li kellha rispons tajjeb ġie deċiż li tkun irduppjata.
U hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-kumpaniji kollha li qed jagħmlu użu mill-fondi Ewropej, biex flimkien inkomplu nibnu l-aħjar pajjiż għal uliedna.
U meta nitkellmu fuq ħad-
Lil uliedna għandna nagħtuhom iċ-ċwievet li għandhom bżonn għall-futur tagħhom. Fil-preżent numru ta’ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fosthom l-MDIA, Tech.mt u eskills qed jaħdmu flimkien biex inħeġġu aktar studenti jersqu lejn ix-xjenzi teknoloġiċi.
It-teknoloġija nafu li qed tbiddel ftit ftit il-ħajja li ngħixu fiha u tiftaħ dejjem orizzonti ġodda, irridu nkunu fuq quddiem nett biex naħtfu l-opportunitajiet li t-teknoloġiji innovattivi qegħdin joffrulna u biex nagħmlu dan irridu fuq kollox nippreparaw għal dawn l-opportunitajiet liż-żgħażagħ tagħna. Nhar it-Tnejn, kollha flimkien, niltaqgħu l-Belt għall-festi li jagħmluna dak li aħna.
Nhar it-Tnejn flimkien niċċelebraw Jum il-Ħaddiem, ma’ min minn dejjem kien hemm għall-ħaddiema.
SENA TA’ ĦIDMA PARLAMENTARI
erġija.
Ma ninsewx li pajjiżi barranin poġġew il-piż kollu fuq il-familji filwaqt li dan il-Gvern assorba dan il-piż finanzjarju hu. Dan għall-kuntratju ta’ Gvern Nazzjonalista li kien jintaxxa lil min għandu l-paga minima u lill-pensjonanti.
Kienu jisħqu li jekk ghandhom jogħlew il-prezzijiet ħa jogħlew, filwaqt li kienu jgħollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u kienu jivvotaw favurihom bil-qalb.
dan ifisser li l-politika ta’ dan il-Gvern tibqa’ aktar vijabbli sabiex inkunu nistgħu nagħtu aktar appoġġ lill-familji Maltin u Għawdxin.
Sena wara sena dan il-Gvern investa u tejjeb il-pensjonijiet, u din is-sena kull pensjonant żdied b’€12.50 fil-gimgħa.
Ninsabu biss ftit jiem ’il bogħod milli niċċelebraw l-ewwel sena mill-ftuħ ta’ din il-leġiżlatura Parlamentari. Sena li kompliet toffri sfidi kbar fil-politika lokali u anki internazzjonali iżda Gvern laburista baqa’ jaħdem bla waqfien sabiex ikompli jwettaq iktar ħidma pożittiva b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.
Dan il-Gvern kien strumentali waqt il-pandemija fejn salva għexieren ta’ impjiegi u negozji. Kif għamel ukoll f’dawn l-aħħar xhur meta salva lill-poplu Malti u Għawdxi minn żieda fil-prezzijiet tal-en-
Minkejja ċ-ċirkustanzi straordinarji l-ekonomija Maltija xorta waħda baqgħet tikber. Dan juri kemm il-Gvern Malti qiegħed imexxi bilgħaqal il-finanzi tal-pajjiż. Malta tibqa’ tisboq it-tbassir li kienu qegħdin jagħmlu istituzzjonijiet barranin.
Ekonomija soda tfisser li għalkemm il-Gvern ma jdaħħalx taxxi jew piżijiet ġodda fuq il-poplu, il-finanzi talGvern jibqgħu sodi minkejja s-sostenn qawwi li qiegħed jingħata mill-Gvern f’diversi setturi.
B’ekonomija soda jkollna aktar tkabbir ekonomiku, u
Gvern Laburista mhux talli assista lil dawk il-persuni li xtaqu jixtru poprjetà iżda għal xi raguni jew oħra ma kellhomx 10% depożitu biex jiġi ppreżentat waqt il-kuntratt, talli kif ġie mwiegħed fil-Baġit dan ilGvern mar lil hinn minn hekk u fl-20 ta’ Frar daħlet fis-seħħ il-miżura tal-għotja ta’ €10,000 fuq medda ta’ 10 snin lil kull first-time buyer li jakkwista proprjetà ta’ valur li ma jaqbiżx il-€500,000. Din il-mizura tat lok biex iż-żgħażagħ tagħna jiffrankaw is-somma ta’ €1,000 f’pagamenti fis-sena.
Kif żdiedu wkoll il-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol, tal-invalidità, u ta’ dawk li jieħdu l-pensjoni mhux kontributorja tal-età li qegħdin igawdu miż-żieda sħiħa tal-għoli talħajja li tlaħħaq għal €9.90 filġimgħa. Gvern Laburista kompla jkun ta’ spalla għall-familji tagħna fejn introduċa children’s allowance u suppliment għal kull wild taħt is-16-il sena, In-work benefit aktar b’saħħtu għall-ġenituri f’impjieg, bonus għal wild ġdid fil-familja, allowance tal-fostering u allowance għal tfal b’diżabilità.
F’din is-sena fuq bażi per-
sonali bqajt viċin il-kostitwenza tiegħi sabiex niltaqa’ mannies u noffri l-għajnuna tiegħi. Dawn il-laqgħat huma fost l-isbaħ fil-ħajja tagħna l-politiċi.
Fattur importanti li jkompli jġegħelni naħdem hu li l-familji Maltin għad għandhom fiduċja fil-politiċi tagħna għaliex ħafna drabi waqt iż-żjarat fid-djar huma jiftħulek il-bieb beraħ sabiex tpoġġi magħhom u tiddiskuti l-ġrajjiet kurrenti u dak li jkun għaddej fil-pajjiż.
F’okkażjonijiet bħal dawn tisma’ t-tbatijiet li jkunu għaddejjin minnhom, il-ferħ, l-esperjenzi u l-ħtiġijiet li jkollhom bżonn. Nemmen li tul dawn l-10 snin, Gvern Laburista baqa’ sod fit-tmexxija għaliex dejjem baqa’ jisma’ lill-poplu.
Gvern Laburista implimenta u wettaq tibdil u riformi radikali għaliex in-nies hemm barra ħassew din il-ħtieġa wkoll.
Dan il-Gvern huwa ffukat sabiex ikompli jwettaq il-pjan tiegħu, sar ħafna xogħol tul din is-sena iżda għadna ma wasalniex. Fadal ħafna xogħol xi jsir u komessi li dawk l-elf proposta li hemm miktuba fil-Manifest Elettorali jsiru elf kisba.
Minkejja ċ-ċirkustanzi straordinarji, l-ekonomija Maltija xorta waħda baqgħet tikber
L-ISFOND U L-MIXJA TWILA SAL-IRVELLIJIET
Il-fatturi lokali u internazzjonali li xprunaw il-ġrajja storika f’pajjiżna, mill-kundizzjonijiet ta’ faqar u t-theddida għall
Il-ġrajja storika tat-28 t’April ta’ 65 sena ilu ma seħħitx xi ġurnata qabel għax xi individwu jew xi ġemgħa nies iddeċidew li jirribellaw, avveniment li baqa’ mmarkat fil-ġlieda tal-ħaddiem biex jieħu dak li kien ħaqqu. L-elementi li wasslu għal dan l-avveniment bdew ħafna snin qabel u wara li seħħet il-ġrajja nnifisha l-mixja kompliet bla waqfien biex sawru l-Malta li hi llum.
Il-protagonisti ewlenin f’din il-mixja kienu Malta u l-ħakkiema kolonjali tagħha, l-Ingliżi. Il-palk tal-ġrajja kien aktar vast, għax minbarra pajjiżna kien hemm il-bqija tad-dinja wkoll. F’dan l-ambitu nħolqu diversi fatturi li wasslu għal din il-ġrajja jew li kienu fatturi wkoll li kellhom effett indirett jew imxew paralleli ma’ din it-taqbida li fetħet il-bieb beraħ għal Malta ġdida.
Qabel kollox, l-akbar protagonist f’din l-mixja kollha kien bla dubju l-Perit Dom Mintoff, li anke l-istorja tfakkru bħala l-aktar persuna idonea għal dawk iż-żminijiet … kien mexxej kuraġġuż, oratur u kien jaf x’ried il-poplu Malti u x’kienet l-aħjar triq għalih, avolja ma kienet xejn faċli. Għalhekk b’appoġġ kbir u massiv, Mintoff kien l-uniku politiku Malti li kien jaf l-Ingliżi sew għal diversi raġunijiet, fosthom li missieru kien jaħdem masservizzi Ingliżi, għamel żmien jistudja fl-Ingilterra, tħallat mal-poplu Brittaniku u kien anke involut fil-ħidma politika Ingliża bħala parti mill-Fabian Society.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Malta kienet pajjiż imkisser bit-tifrik. L-Imperu Ingliż, li kien jiftaħar li fuqu ma tinżel qatt ix-xemx, beda jitlef il-pożizzjoni tiegħu l-aktar meta l-Indja ħadet l-Indipendenza fl-1947 wara ħafna tensjonijiet u ġlied. Dan il-fenomenu beda jiżdied meta aktar kolonji qamu biex jiksbu l-ħelsien mistħoqq.
F’Malta baqa’ jiżdied l-appoġġ lejn il-Partit Laburista, l-aktar mill-klassi tal-ħaddiema li bdew iħossu l-bżonn, iżjed minn qatt qabel, li jkunu magħqudin jiddefendu
l-għajxien u jiġġieldu għal pajjiżhom.
L-ewwel elezzjoni wara l-Gwerra
Problema kbira li bdiet tiffaċċja Malta kienet il-kriżi ta’ governanza u problemi biex ikun hemm gvern stabbli li seta’ jiżviluppa xi forma ta’ progress nazzjonali.
Ta’ min jgħid li, minn meta spiċċat il-Gwerra fl-1945 sal-1958, saru sitt elezzjonijiet u referendum. Tlieta minn dawn saru bejn l-1950 u l-1953, rekord ta’ elezzjonijiet fi żmien daqshekk qasir.
Fl-istess perjodu, il-Gvern kien mag mul minn koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Workers’ Party bejn l-1951 u l-1953 u bejn l-1953 u l-1955.
Il-Partit Laburista rebaħ bi kbir l-elezzjoni tal-1947, li hi waħda storika għal diversi raġunijiet. Ir-rebħa ta’ partit wieħed, li ntgħażel biex imexxi l-Gvern b’persentaġġ
għoli, kienet sinifikan-
ti meta f’din l-elezzjoni
kellu dritt jivvota kull min
kellu 21 sena jew iktar, waqt
li għall-ewwel darba vvotaw ukoll in-nisa f’pajjiżna.
Fatturi oħrajn kienu li abolit is-Senat u li l-leġiż
twalet għal erba’ snin flok tlieta. IlGvern il-ġdid kellu triq iebsa quddiemu, fosthom il-bini mill-ġdid tal-pajjiż wara
l-ħerba tal-Gwerra. F’dan il-proċess kien ukoll tneħħa
l-Mandraġġ fil-Belt Valletta, post li ma kienx jagħmel ġieħ lill-persuni li kienu jabitaw fih, fost il-faqar kbir u l-istat degradanti li kien jispikka fih.
Ftit wara feġġ l-intopp tal-Marshall Aid u kienu se jibdew jingħataw is-sensji mit-Tarzna. Il-Prim Ministru Pawlu Boffa u d-Deputat Prim Ministru Dom Mintoff
bdew ikollhom differenzi fuq dawn il-materji u beda l-inkwiet.
L-Ingliżi ma kienu taw l-ebda għajnuna lil Mal ta mill-Marshall Aid u Gvern Laburista kien ta ultimatum lill-Gvern kolonjali, li, iżda, ġie rtirat wara. Mintoff ma qabilx. Dan wassal għall-qasma fil-Partit Laburista ta’ Boffa, li wkoll ġie sfiduċjat internament u spiċċa minn Mexxej.
Mintoff laħaq Mexxej Laburista fis-16 t’Ottubru tal-1949 u, ftit wara, Boffa waqqaf il-Malta Work ers’ Party. Fl-istess perjodu, storikament, ġew eletti rappreżentanti minn żewġ partiti Għawdx in – il-Gozo Party u l-Jones Part – u għalhekk kien jinħass anke l-ispirtu politiku reġjonali għall-uni ka darba.
Wara l-perjodu 1951-1955, ikkaratterizzat minn kriżi qawwija fil-governanza, fl-1955 reġa’ tela’ b’saħħa kbira l-Partit Laburista, li kkontesta bil-proposta ewlenija tal-għaqda mal-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala l-Integration. Fattur parti kolari f’din l-elezzjoni kien li l-Malta Workers’ Par ty ta’ Boffa kien sfaxxa u għeb mix-xena politika.
Dan il-Gvern Laburista beda sensiela ta’ taħdi tiet importanti mal-Gvern Ingliż kemm lokalment kif ukoll f’Londra bil-għan li jaslu għal ftehim li jwassal biex Malta tkun parti integra mir-Ren ju Unit. Wara diversi trattattivi, sar referendum, l-ewwel wieħed li fih seta’ jivvota kulħadd minn 21 sena ’l fuq, nhar it-12 u t-13 ta’ Frar tal-1956.
Il-vot favur dan il-pjan kien għoli – 67,607 (77.02%) kontra 20,177 (22.98%) li ma kinux jaqblu. Minkejja dan, ħafna nies, mat-62,480, ma marrux jivvotaw u l-voti mitfugħin kienu jammontaw biss għal 59.13%. Dan wassal biex il-pjan jisfaxxa u l-Gvern Laburista beda jaħdem fuq proposta ġdida, dik tal-Indipen denza sħiħa mir-Renju Unit.
Fl-1957 beda jfeġġ l-inkwiet bil-futur inċ għat-Tarzna u l-eluf ta’ Maltin li kienu jaħdmu fiha. L-Ingliżi kellhom il-ħsieb ċar li jagħtu ħafna sensji minn din l-intrapriża tant importanti għal Malta fejn kienu impjegati persentaġġ kbir tal-popolazzjoni.
Fit-30 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena tlaqqa’ l-Parlament biex jiddiskuti u jgħaddi riżoluzzjoni kruċjali fejn il-partijiet kollha qablu b’mod unanimu dwarha, dik li baqgħet magħrufa bħala l-Break With Britain Resolution. Din tressqet minn Dom Mintoff, bilKap tal-Oppożizzjoni George Borg Olivier jissekondaha. Dan kien pass storiku fil-mixja ta’ pajjiżna, għax b’hekk il-poplu beda l-ġlieda tiegħu biex b’mod aktar intensiv jieħu rajh f’idejh mill-ħakma kolonjali. Minn hawn bdew diversi taħditiet ġodda bejn ilGvern Malti u dak Ingliż fuq il-problemi ekonomiċi, primarjament il-futur tat-Tarzna u l-għajnuna finanzjarja għall-baġit Malti. Dawn damu jkarkru sa April tal-1958, mingħajr ebda żblokk u wisq inqas riżultati.
Il-qagħda lokali kompliet tisħon, bdew il-protesti u d-dimostrazzjonijiet kontra akma Ingliża, bl-ewwel waħda tkun fid-19 t’April, segwita minn ħamsa oħrajn.
F’dawn il-protesti kien inqala’ xi inkwiet u l-Pulizija, immexxija mill-Kummissarju Vivian de Gray, li kien servili lejn il-Kuruna Ingliża, weġġgħet u attakkat lin-nies fil-proċess. F’din il-kriżi l-Prim Ministru u l-Gvern Laburista rriżenjaw bi protesta kontra l-atteġġjament tal-Gvern Ingliż u l-Gvernatur Sir Robert Laycock.
Il-Gvernatur bagħat għal George Borg Olivier biex
jifforma l-Gvern, imma dan ċaħad l-offerta, għax argumenta li ma kellux il-mandat tal-poplu biex jagħmel dan.
Fl-istess perjodu bdiet tqum ukoll qasma fil-Partit Nazzjonalista stess, bejn il-Kap u wieħed mill-esponenti ewlenin tal-istess Partit, l-Avukat Herbert Ganado. Din il-qasma bdiet tikber b’mod kritiku ħafna, tant li ftit wara Ganado fforma partit ieħor għalih – il-Partit Nazzjonalista Demokratiku – u kkontesta żewġ elezzjonijiet, dawk tal-1962 u tal-1967.
Fil-Moviment tal-Ħaddiema wkoll kien qam id-diżgwid, ftit wara li l-klima nazzjonali kkalmat, bejn Mintoff u t-Taqsima tal-Ammiraljat fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU).
Iżda lura għall-kriżi politika nazzjonali, fil-25 t’April sar meeting mill-GWU fi Pjazza Fra Diegu fil-Ħamrun fejn ukoll għaddiet mozzjoni li ssejjaħ għal strajk ġenerali għat-Tnejn 28 t’April. Dan l-istrajk nazzjonali kontra l-ħakma kolonjali u l-miżuri tal-Gvern Ingliż b’nuqqas kbir ta’ gratitudni lejn dak li sofriet Malta u niesha fil-Gwerra, inbidel fi protesta qawwija u sussegwentement spiċċa fl-irvell li nafu bi ġlied qawwi u vjolenza spontanja bejn id-dimostranti u l-Pulizija, l-aktar f’Raħal Ġdid.
Minbarra din il-kriżi ta’ governanza, il-fattur ekonomiku kien b’saħħtu wkoll, anke wkoll għax qatt ma ngħata importanza mill-Gvern Ingliż. Pajjiż bla futur għal niesu u wliedu beda jħoss il-ħtieġa kif se jsib toroq oħrajn biex jaħrab mill-ġuħ u l-miżerja.
L-Ingliżi, li kienu jmexxu, ma tantx ħabblu rashom kif se joħolqu x-xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin u l-Gvernijiet Maltin, bl-awtonomija limitata li kellhom, ftit setgħu jagħmlu biex jinħoloq il-ġid. L-alternattiva ewlenija kienet lil hinn minn xtutna u l-emigrazjoni lejn artijiet akbar li kienu joffru futur aħjar kienet fl-eqqel tagħha.
Għal dan il-għan, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, kien
SAL-IRVELLIJIET TAT-28 T’APRIL 1958
għall-“ħobża”
tal-Maltin sal-movimenti antikolonjalisti fid-dinja u l-waqgħa tal-imperu “fejn ix-xemx tiddi dejjem”
partikolari fejn kien jidħol bejgħ ta’ armi lill-Eġittu u l-għajnuna finanzjarja biex tinbena d-Diga Aswan. B’mod dirett kienu involuti l-Ingilterra u Franza, li dak iż-żmien kellhom l-akbar imperi fid-dinja u b’kapital enormi investit fil-kanal. Flimkien ma’ rael, qabdu u attakkaw lill-Eġittu, imma sar inter vent għal waqfien milllied mill-Amerikani u waqaf kollox. Minn hawn ’il quddiem, l-Ingliżi tilfu l-pożizzjoni dinjija li kellhom.
Din il-ġrajja kellha effett qawwi fuq Malta, l-iżjed għal, bħala bażi militari Ingliża, intużat sew fit-tħejjijiet u l-operazzjonijiet f’dan il-konflitt. IlGvern ta’ Mintoff ma kienx favur ovvjament, l-aktar għax kienet kontra l-ħakma tal-imperi.
Minn dan il-konflitt, l-Imperu Ingliż beda t-triq tan-niżla, b’ħafna pajjiżi membri jibdew isaħħu l-ġlieda individwali għall-indipendenza.
Kwistjoni oħra kienet ix-xandir bir-Rediffusion fejn l-Ingliżi ma kkonsultawx mal-Gvern Malti l-wasla ta’ ajruplani tal-baħar f’Malta u qabdu u ħarġu avviż lis-sajjieda Maltin biex ma jersqux lejn l-inħawi fejn dawn kellhom jaslu u joqogħdu għal sitt ijiem.
f’Malta hawn il-Komuniżmu. Dawn l-akkużi mill-Kurja, li kellha saħħa kbira, damu sejrin qatigħ mhux ħażin, bil-konsegwenza li xi wħud minn dawk l-istess enti spiċċaw kellhom jitilqu minn pajjiżna.
Kwistjoni oħra politiko-reliġjuża ħet fi żmien il-kampanja u r-referendum tal-proposta biex Malta tingħaqad mar-Renju Unit. L-Arċisqof Gonzi u l-Knisja lokali kienu bis-sħiħ kontra din il-proposta, bl-iskuża li jekk Malta ssir parti mir-Renju Unit, ikun iżjed faċli li jiddaħħal il-Protestantiżmu u jispiċċaw it-tradizzjonijiet kollha reliġjużi.
Kien qam ukoll argument fit-taħditiet tal-Integration f’pajjiżna fejn id-Deputat Ingliż Aneurin Bevan kien ikkritika r-rata qawwija tat-twelid fost il-Maltin u l-Għawdxin, kumment li dwaru spiċċa jitlewwem dirett mal-Arċisqof Gonzi waqt riċeviment.
L-Arċisqof, li dak iż-żmien kien iħeġġeġ lill-familji biex ikollhom kemm jista’ jkun tfal, anke kontra l-messaġġ tal-Knisja Universali, ukoll qajjem l-argument lejlet ir-referendum fuq ir-Rediffusion biex il-poplu jivvota kontra l-proposta tal-Integration.
saħansitra ffurmat Ministeru tal-Gvern Malti bit-tir li jgħin biex kemm jista’ jkun jemigraw Maltin u Għawdxin minn fostna.
Din il-mossa qajmet kwistjoni serja oħra bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija tar-Rediffusion, li rrifjutat li xxandar avviżi tiegħu. Il-Gvern Malti ordna lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jibda jżarma l-arbli kollha tat-telekomunikazzjoni li l-kumpanija kellha fuq art Maltija.
F’din il-klima internazzjonali kien hemm inkwiet ieħor, l-aktar dak relatat mal-Gwerra l-Bierda u l-ġlied kontra l-kolonjaliżmu. F’tal-ewwel, il-Gwerra fil-Korea kienet eżempju ċar ta’ konflitt bejn il-Punent u l-Lvant. Ftit wara, id-dinja segwiet l-imblokk ta’ Berlin tal-Punent mill-Unjoni Sovjetika, bl-alleati jgħinu lill-Ġermaniżi f’din il-belt bi pjan ta’ trasport ta’ ikel u oġġetti oħrajn biex jibqgħu hemm u jisfidaw lir-Russi. Fil-perjodu tal-1953 kien hemm irvellijiet fil-Ġermanja tal-Lvant u fl-1956 invażjoni Russa fl-Ungerija biex twaqqaf irvell hemmhekk.
Il-ġlieda kontra l-kolonjaliżmu kienet evidenti madwar il-globu, b’impenn ta’ diversi pajjiżi biex jeħilsu mill-madmad tal-ħakkiema. Fejn kienu jidħlu l-Ingliżi kien hemm inkwiet kbir f’Ċipru, il-Kenja, il-Malaya u Aden, illum il-Jemen. Fil-każ tal-ħakma kolonjali Franċiża kien hemm inkwiet serju fl-Alġerija u fit-Tuneżija.
Fi sforz għal din il-ġlieda tal-ħelsien u biex tinkiseb aktar malajr, bdiet tinħoloq koperazzjoni bejn il-pajjiżi Afro-Ażjatiċi u b’hekk il-ħidma konġunta għall-istess għan issaħħet iżjed. Fl-istess perjodu, sitt pajjiżi Ewropej ħadmu biex iwelldu l-idea ta’ Ewropa komuni, il-Komunità Ekonomika Ewropea.
Intopp ieħor inqala’ ftit wara. Bejn l-1956 u l-1957, żewġ pitturi tal-artist magħruf Caravaggio kienu ntbagħtu Ruma għar-restawr mill-espert il-Professur Cesare Brandi u, meta tlestew, twasslu lura fuq bastiment navali Ingliż fis-26 ta’ Frar tal-1958. Kif ġew lura, il-Gvern Malti kien poġġiehom fil-Mużew Nazzjonali u mhux lura fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn kienu oriġinarjament. Din il-mossa wasslet għal konflitt bejn l-Istat u l-Knisja, li ġie riżolt fl-20 ta’ April tal-istess sena meta reġgħu tpoġġew lura f’posthom.
Il-poplu Malti ma beżax u kellu l-kuraġġ, avolja ċkejken u mingħajr għajnuna … mit-triq sat-28 t’April 1958 wasal fejn kellu jasal, l-ewwel għall-Indipendenza fl-1964, għall-istat ta’ Repubblika fl-1974 u sussegwentement għall-Ħelsien fl-1979, li temm kull irbit mal-Kuruna Ingliża
Wara l-ġrajjiet tat-28 t’April 1958 u dak kollu li wassal għalih, il-poplu Malti beda triq oħra, biex ikun ħieles. Din il-mogħdija wkoll kienet kumplessa ħafna u ħalliet diversi ġrieħi, b’uħud li għadhom evidenti sal-ġurnata tal-lum.
Figuri demografiċi bejn l-1946 u l-1958
Kriżi oħra li affettwat lil pajjiżna kienet il-kwistjoni tal-Kanal tas-Swejz. L-Eġittu, li minnu kien jgħaddi dan il-kanal tant vitali għat-tbaħħir fil-Mediterran, fl1956 innazzjonalizza din il-faċilità u nħoloq allarm kbir fid-dinja.
F’din il-kwistjoni kienu mdaħħlin indirettament l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Sovjetika, b’mod
F’pajjiżna, fl-isfond ta’ dan kollu, nibtet il-kwistjoni politiko-reliġjuża bejn il-Mexxej Laburista Dom Mintoff u l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Din ma bdietx fis-sittinijiet kif ħafna jaħsbu, imma minn ftit wara l-Gwerra u sal-1958 kien hemm tliet avvenimenti prinċipali f’dan il-kuntest.
L-ewwel intopp kien fl-Ewwel ta’ Mejju tal-1948 meta grupp ta’ żgħażagħ attivi fil-politika Laburista għamlu ikla f’lukanda f’San Pawl il-Baħar u għaliha kien mistieden il-Perit u s-Sinjura tiegħu.
Mintoff kien intlaqa’ bl-innu tal-“Bandiera Ħamra”, iżda waqqafhom. L-affari waqfet hemm, imma l-għada l-Arċisqof Gonzi rreaġixxa bil-qawwa u bdew l-akkużi li
Imma għax il-poplu Malti ma beżax u kellu l-kuraġġ, avolja ċkejken u bla għajnuna, wasal fejn kellu jasal, l-ewwel għall-Indipendenza fl-1964, għall-istat ta’ Repubblika fl-1974 u sussegwentement għall-Ħelsien fl1979, li temm kull irbit mal-Kuruna Ingliża.
Ma’ dan waslu r-riformi u t-tibdil meħtieġ biex inbena pajjiż mix-xejn u dan il-ġens tpoġġa fuq il-mappa dinjija mhux aktar bħala bażi militari jew parti minn xi rotta biex joffri s-servizzi lit-tbaħħir kolonjali, imma bħala stat ħieles u indipendenti. Ħajr lil missirijietna u lil dawk kollha li mmilitaw b’rieda tal-azzar fil-Moviment tal-Ħaddiema, il-Partit Laburista.
NIĊĊELEBRAW IL-ĦADDIEM
taq il-politika tal-ġustizzja soċjali u jkun dak li jixpruna il-mobbiltà soċjali fejn wild il-ħaddiem, wild il-fqir jista’ jirnexxi wkoll.
Hekk kif jingħad fl-istatut tal-partit f’Kap 2 artiklu numru 1: “Il-Partit Laburista huwa organizzazzjoni politika li tiġbor fiha persuni bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, li jaħdem għal soċjetà inklussiva li tipprovdi xogħol għal kulħadd, isseħħ il-ġustizzja soċjali u li s-saħħa tal-istess soċjetà, titkejjel mill-progress ta’ dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tagħha”.
Sur Editur, Ara jien fi xjuħiti, Sur Editur, intrigat bik u bil-kitba! Avolja mnalla kien hekk ta, għax kieku ġurnata niċċassa lejn Melda tiegħi u ngħid kemm kien aħjar li dħalt il-ħabs, għax kieku skontajt is-sentenza u llum ħieles. Mhux għadni mwaħħal b’din il-mażżra m’għonqi jisimha Melda. Imma kulħadd b’xortih.
Il-ġimgħa d-dieħla niċċelebraw l-Ewwel ta’ Mejju, Jum il-Ħaddiem. Dan huwa jum speċjali għalina s-soċjalisti. Niċċelebraw dak kollu li l-Partit Laburista ġie mwaqqaf għalih, it-tarka tal-ħaddiem, il-ġlieda għall-ħobż, għall-ħelsien, għaddritt tat-tagħlim, għad-dritt tax-xogħol u wkoll tal-mistrieħ.
Din il-ġimgħa fakkarna wkoll l-103 snin mill-mewt ta’ Manwel Dimech. Dimech patrijott li miet fl-eżilju għax tkellem u stinka għal rivoluzzjoni soċjali kontra l-illitteriżmu u l-ġuħ, u favur li Malta jkollha rajha f’idejha. Ironiku hu l-fatt li Dimech miet ftit xhur wara li ġie mwaqqaf il-Partit Laburista.
Ġużè Ellul Mercer li ndifen fil-miżbla għall-ideali soċjalisti tiegħu, fakkar f’kitba tiegħu fuq il-ġurnal Il-Ħmar fl-1929, proprju disa’ snin wara li ġie mwaqqaf il-Partit Laburista, għalfejn huwa daħal fil-politika u għaliex għażel li jimmilita fil-Partit Laburista.
Huwa qal li jappartjeni mal-Partit Laburista għax hu l-partit bl-itjeb twemmin: “fuq it-twemmin li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta’ bniedem, kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta’ bniedem, jaħdem ta’ bniedem u jiekol ta’ bniedem, tant jekk twieled bin il-għana, kemm jekk twieled bin il-faqar….. il-prinċipji, il-pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l-Partit tal-Ħaddiema, ma jitbiddlux.’’
Duminku Mintoff li ma kienx marbut mas-siġġu tal-poter, irreżenja flimkien mal-kumplament tal-Gvern Laburista għax l-Ingliżi kienu qed ikaxkru saqajhom dwar l-integration u kien evidenti li l-benefiċċju u l-istabbiltà ta’ pajjizna ma kinux jinteressawhom.
F’Marzu tal-1958 il-Gvern ta’ Mintoff irreżenja u ssejjaħ strajk nazzjonali għat-28 t’April, ġurnata li l-istess Mintoff jiddiskriviha: “bħala wieħed mill-isbaħ parti mill-istorja tal-Moviment tal-Ħaddiema”. Duminku Mintoff imbagħad jiddeskrivi l-Ewwel ta’ Mejju bħala “l-festa tas-soċjalisti, tal-ħaddiema tad-dinja kollha”.
Meta nħarsu lejn l-istorja naraw kemm Jum il-Ħaddiem huwa importanti għalina s-soċjalisti, kemm dejjem għandu jfakkarna li fuq kollox aħna l-partit li jieħu ħsieb lill-ħaddiem, lill-inqas fis-soċjetà, lill-fqir, lill-batut billi jwet-
Dan hu dak li emminna fih, li nemmnu fih u li nibqgħu nemmnu fih. Politika għan-nies, imfassla proprju għan-nies għax l-umiltà qatt ma tonqosna u qatt ma nitbiegħdu min-nies.
Dan li jagħmilna differenti minn ħaddieħor. U għalhekk kien diskors hekk b’saħħtu u ta’ riflessjoni dak li għamel il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali il-Ħadd li għadda.
Dr Abela sostna kif il-ħaddiem huwa fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li jittieħdu ta’ kuljum biex b’hekk tkompli togħla l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. Huwa saħaq li “hemm it-twemmin tagħna jmexxina, it-twemmin Laburista.”
Hekk kif il-Partit Laburista fil-gvern dejjem ifittex li jtejjeb il-kwalità talħajja tan-nies, min-naħa l-oħra b’mod mill-aktar xokkanti l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tattakkana għax intejbu l-kundizzjonijiet tal-familji u tal-ħaddiema.
Din hi d-differenza. Ħaddieħor ħiereġ fl-1 ta’ Mejju biex jipprotesta. Il-Partit Laburista qed jistieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex niltaqgħu l-Belt Valletta u niċċelebraw lill-ħaddiema.
Għalhekk, inħeġġeġ lil kulħadd sabiex fl-1 ta’ Mejju niltaqgħu kollha l-Belt Valletta f’ċelebrazzjoni għall-familja kollha, niċċelebraw il-kisbiet li għamilna flimkien u naħilfu sabiex inkomplu noħolqu l-ġid u x-xogħol u nkomplu niġġeddu.
Hekk kif il-Partit Laburista
fil-gvern dejjem ifittex
li jtejjeb il-kwalità
tal-ħajja tan-nies, min-naħa l-oħra
b’mod mill-aktar
xokkanti l-Oppożizzjoni
Nazzjonalista tattakkana
għax intejbu
l-kundizzjonijiet tal-familji u tal-ħaddiema
Bħax-xorti mnellħa li għandu Bernard il-Grech. Li jipprova jpinġi lilu nnifsu bħala xi Eroj tal-Maltin. U l-Maltin isibuh bħala Captain Evil. Għax ħlief ħsara bi kliemu ma jagħmilx. Hemm min isibu wkoll bħala Captain Clown, għax iħobb idaħħaq ukoll. Imma kif qanna ma jfieqx dal-povru hux? Mela dil-ġimgħa qal li huwa evidenti l-apprezzament minn numru kbir ta’ persuni għax-xogħol kontinwu li qed jitwettaq mill-Oppożizzjoni fil-Parlament. Alla tal-imsieken dan. Għax bħalma kien jagħmel Eddie! Eddie! Eddie! mal-ewwel ċans li jkollu għax ma tgħaddix tiegħu fil-Parlament, isaffar is-suffara u tarahom qishom in-nagħaġ ta’ Bendu joħorġu ’l barra mill-Ogħla Istituzzjoni tal-pajjiż. Dak xogħol kontinwu li qed twettaq l-Oppożizzjoni mill-Parlament! U ħallina Bern!
Biex tgħaxxaq, ftit paġni wara dan l-artiklu fuq il-gazzetta tagħhom, kien hemm ieħor ta’ Ivan “li taparsi kien Laburist” il-Bartolo li bħala titlu kellu “Oħlom miegħi”. Ma setax kiteb titlu aħjar dan il-Bartlu. Għax jedhew fil-ħolm.
Mela Sur Editur, tal-partit tagħhom bdew jitkażaw bil-Prim tagħna għax qalu li dan qed jindaħal fix-xogħol tal-Qorti. U tismagħhom għaddejjin bid-diska mġenġla tas-soltu li l-Gvern tagħna ma jħallix lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż jaħdmu.
Ma nafx kif ma jistħux jidhru quddiem in-nies meta jgħidu hekk. U taf min hu l-perċimes ta’ dan id-diskors? Ħu Karol “Il-boxer” l-Aquilina, Bertu ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, li ma tgħaddix ġurnata li hija ġurnata li ma jipprotestax fuq xi ħaġa. U issa qed jippubblika l-kotba wkoll. Għax dan l-għaref tal-għorrief ħareġ ktieb li kollu kemm hu huwa ndħil lill-Istituzzjonijiet talpajjiż. Xi dwejjaq ta’ nies, ħanina dinja.
Sewwa qallu l-Ministru Jonathan, dak tal-Ġustizzja, li l-proċeduri ġudizzjarji ma jsirux fil-kmamar tal-aħbarijiet, fil-kotba jew filbloggs, imma fil-qrati tal-Ġustizzja. X’jaħsbu li huma dawn, x’kull waħda!
Ara kemm jaħseb li huwa l-granalla dan ħu l-Karol. Taf x’ordni ta Sur Editur? Kiteb u talab lill-uffiċjali tal-pulizija u l-avukati fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex ma jobdux l-ordnijiet “illegali” ta’ dawk ta’ fuqhom. Imbagħad irid jgħid li aħna tal-Labour ħtafna l-Istituzzjonijiet. U jekk ma tridx, iridu jgħidu wkoll li l-Gvern tagħna joħnoq il-libertà tal-espressjoni. Jaqq x’nies.
L-istess pezza dan u ħuh Karol, ma fihomx ħobż. Ħa ngħidlek għalfejn, Sur Editur. Mela ftit ilu fil-Parlament dan il-Karol ħadha kontra d-deputat tagħna Michael il-Farrugia. Tant li l-Farrugia kellu jitlob il-protezzjoni tal-Ispeaker. Għax dan il-Karol beda jgħidlu lil Michael tagħna “Jien nagħmilhielek”, fost kliem ieħor. Issa x’kien se jagħmillu ma nafx, imma ma naħsibx li kien se jagħmillu xi kartolina forma ta’ qalb.
U l-Ispeaker kellu jagħti l-verdett tiegħu u qal li Karol l-Aquilina għandu jirtira l-kliem mhux xieraq li qal. Issa din ma kinitx l-ewwel darba għal Karol. Fi Frar li għadda dan il-Karol ukoll kien ikkundannat għall-imġiba tiegħu fil-Parlament għax beda jgħajjar lin-naħa tagħna.
Anki f’laqgħa tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi fi Frar ta’ sentejn ilu, dan il-Karol f’ħin minnhom tilef il-kontroll u ntilef f’isteriżmu u għajjat. U niftakar li dan il-Karol xi erba’ snin ilu kien attakka lil Helena Dalli waqt li kienet għaddejja bis-sessjoni tagħha quddiem il-Membri tal-Parlament Ewropew u spiċċa jgħajjarha. Issa dan kien l-iktar mument importanti għal Dalli, f’ħin li kien ukoll deċiżiv għan-nomina tagħha bħala Kummissarju.
Għandu track rekord tal-kakka nsomma dan. U jrid jitkessaħ u flimkien ma’ ħuh jippretendu li huma s-salvaturi ta’ Malta. Ajma x’għandna bihom! Uġigħ u għoqda fl-istonku.
Għad-dieħla!
FUQ: Waqt it-tnedija tal-għaxar Valletta Green Festival, bis-sehem tal-Ministri Dalli (xellug) u Bonnici (lemin) u ċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta
L-infjorati tas-sena l-oħra (xellug) u oħrajn passati (taħt) organizzati fi Pjazza San Ġorġ
L-INFJORATA LURA FIL-BIDU TA’ MEJJU
Il-Valletta Green Festival, l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti magħruf ukoll bħala l-infjorata, se jerġa’ jittella’ din is-sena bejn it-3 u s-7 ta’ Mejju li ġejjin. Dan se jkun l-għaxar anniversarju tal-festival, li jattira eluf ta’ viżitaturi lokali u barranin, waqt li jqajjem kuxjenza akbar favur l-ambjent sostenibbli u jippromwovi kultura biex nipproteġu dak li għandna u niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima.
Din is-sena l-Valletta Green Festival se jinkludi ġnien fi Pjazza San Ġorġ li se joħloq vjaġġ maġiku f’waħda mill-akbar żoni miftuħa tal-kapitali. Se jkun hemm ukoll diversi stands fosthom minn Ambjent Malta, l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA), l-EWA (Water Be The Change), Project Green u l-Valletta Design Cluster.
Fi Pjazza Tritoni se jkun hemm ir-Roadshow Truck tal-Wasteserv, filwaqt li fi Triq it-Teatru l-Antik se jkun hemm stands mill-ECO Market. F’diversi pjazez u postijiet pubbliċi madwar ilBelt se jkun hemm ukoll diversi prestazzjonijiet minn flash mob ta’ Dancel Dance Studio.
It-tnedija għall-infjorata ta’ din is-sena saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli.
mal-Partit Laburista
Il-Ministru Bonnici enfasizza l-importanza ta’ festivals ta’ dan it-tip fejn il-pubbliku jin għata pjattaforma biex isegwi aktar mill-qrib inizjattivi ambjentali fi sfond kulturali. “Hu wkoll inkoraġġanti li naraw diversi stakeholders jipparteċipaw f’dan il-festival. Dan juri biċ-ċar l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-involviment tal-komunità fil-qalba tal-Belt Valletta,” tenna Bonnici.
Il-Ministru Dalli wkoll qalet li “attivitajiet bħal dawn iservu ta’ pjattaforma biex nibagħtu messaġġ b’saħħtu favur l-ambjent, is-sostenibbiltà u noffru aktar informazzjoni dwar il-ħidma li qed titwettaq minn diversi en titajiet, filwaqt li l-viżitaturi jkollhom iċ-ċans jitgħallmu aktar dwar prattiċi sostenibbli.”
Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li “l-Valletta Green Festival hu wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-miftuħ u juri biċ-ċar l-impenn tal-aġenzija li toħloq kuxjenza dwar l-ambjent mhux biss fil-proġetti u l-binjiet tagħha, iżda anke lil hinn.”
Għal aktar dettalji u tagħrif wieħed għan du jżur is-sit uffiċjali jew il-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
BARMIL LI WASSAL GĦAL BATTALJA MEDJEVALI
Illum se nwasslilkom żewġ rakkonti mill-Istorja. Kultant, din tirrakkuntalna ġrajjiet li minflok ma jdaħħqu, inisslu dwejjaq, uġigħ u mwiet. Dan ir-rakkont iqiegħed quddiemna fatt li seħħ tassew u li kien se jtawwal ferm kieku Karlu
I ta’ Spanja ma invadiex lill-Italja ftit aktar minn mitejn sena wara.
Minn CHARLES B. SPITERI
Fl-1325, il-bliet-stati Taljani ta’ Bologna u Modena daħlu fi gwerra ta’ ħajja qasira li allegatament bdiet meta s-suldati ta’ Modena serqu barmil tal-injam.
Matul il-perjodu Medjevali, dik li nafu llum bħala l-Italja ma kinitx pajjiż unifikat, u ma kellux ikun unifikat għalkollox qabel l-1871. Darba, l-Italja kienet frammentata f’diversi bliet-stati, dukati u renji, li kienu kollha mmexxija b’mod indipendenti u kellhom it-tradizzjonijiet tagħhom, lingwi, kulturi u politika. Minħabba dawn id-differenzi kollha, li kienu kbar, ma kienx rari li l-provinċji tal-Italja jidħlu f’kunflitt ma’ xulxin - u wieħed mill-aktar kunflitti strambi fihom, kienet il-Gwerra tal-Barmil.
Is-sisien għall-Gwerra tal-Barmil tal-ballut, fil-fatt kienu stabbiliti żewġ sekli qabel ma bdiet il-battalja.
Rappreżentant magħżul minn Alla
Fl-1154, l-Imperatur Ruman ‘Qaddis’ Frederick Barbarossa tal-Ġermanja, iddeċieda li kellu jkun sultan tal-Italja u ddikjara lilu nnifsu bħala r-rappreżentant tal-art magħżul minn Alla. Din id-dikjarazzjoni poġġietu f’kontradizzjoni sinifikanti mat-Taljani, li argumentaw li l-Papa inkuruna lil Barbarossa bħala Imperatur Ruman Imqaddes; u li għalhekk kien ifisser li l-Papa kien il-proprju rappreżentant midluk t’Alla.
F’dan il-punt fl-istorja, il-Papa kien dejjem dak li ta rikonoxximent spiritwali lill-ħakkiema Kristjani Ewropej. Barbarossa wieġeb għal dan it-tħassib tat-Taljani billi rebaħ lil Milan, Tortona, Pavia, Bologna u t-Toskana.
Wara li t-taħditiet mal-Papa Alessandru III fallew, Barbarossa kompla jassedja l-Italja sakemm seħħet it-telfa tiegħu fil-Battalja pro-Papa ta’ Legnano mill-Lega tal-Lombardija, fl-1176. Barbarossa mar lura lejn il-Ġermanja, iżda r-rigal għat-tluq tiegħu irriżulta f’qasma politika kbira fl-Italja, li kienet ilha magħquda għal sekli sħaħ.
Kienet din il-qasma li qanqlet il-Gwerra stramba tal-Barmil fl-
1325.
Kif bdiet il-Gwerra tal-Barmil?
L-assedju ta’ Barbarossa seta’ spiċċa, iżda l-kunflitt fl-Italja kien ħaj għall-aħħar. Mill-gwerra ħarġu żewġ fazzjonijiet: il-Ġibellini, li appoġġjaw lill-Imperatur Ruman, u l-Guelfi, li kienu favur il-Papa.
Din id-diviżjoni politika wasslet għal riżentiment u rivalitajiet fost il-bliet-stati tal-Italja, li mbagħad wasslet biex il-ġlied u t-tilwim saru okkorrenzi regolari fis-sekli ta’ wara r-renju ta’ Barbarossa.
Il-Battalja ta’ Cassano bdiet fl1259 bejn l-armati Guelfi u Ġibellini. Bologna u Modena kienu żewġ bliet-stati tal-fruntiera, bħal dawk li kienu fuq naħat opposti tal-ispettru politiku. Bologna kienet aktar dominata mill-Guelfi (b’sostenn tal-Papa), u Modena kienet aktar f’idejn il-Ġibellini (b’sostenn tal-Imperatur).
Dan ikkawża rivalità sinifikanti bejn it-tnejn, li wasslet għal ħafna rejds matul is-snin. Iżda skont l-Istorja, fl-1325, it-tensjonijiet ħraxu għalkollox.
Tfaqqa’ l-Gwerra
Lejla waħda fl-1325, diversi suldati ta’ Modena rnexxielhom jidħ-
lu mill-ħitan tal-belt ta’ Bologna. Lemħu barmil f’bir pubbliku, ħatfuh u ħarġuh ’il barra mill-belt, ferħanin bir-rebħa tagħhom.
Hekk kif skoprew li l-barmil li kellhom ma kienx għadu f’postu, in-nies ta’ Bologna rrabjaw ferm u talbuh lura. Min-naħa tagħhom, innies ta’ Modena ma laqgħux it-talba, anzi rrifjutawha bil-kbir. B’dak l-atteġġjament, Bologna ħassitha umiljata u ma damitx ma ddikjarat gwerra sħiħa fuq Modena. B’hekk bdiet il-gwerra magħrufa bħala l-Gwerra tal-Barmil.
Bejn Bologna u Modena, Modena kienet meqjusa bħala l-underdog. Meta mqabbla ma’ Bologna, il-beltstat kellha ħafna inqas riżorsi u suldati.
Rinforz ta’ suldati
Bologna ġabret ’il fuq minn 32,000 suldat u kisbet forzi minn kontinġenzi oħra ta’ Guelph mit-Tramuntana tal-Italja bħala rinforz. Saħansitra rnexxielhom iressqu b’mod attiv lill-Papa għan-naħa tagħhom. Allegatament, il-Papa Ġwanni XXII iddikjara lill-maġistrat ewlieni ta’ Modena bħala eretiku, u spiċċa jmexxi hu nnifsu, armata ta’ suldati tal-infanterija kontra s-suldati ta’ Modena.
Min-naħa tagħha, Modena
rnexxielha tiġbor biss 7,000 suldat. Mad-daqqa t’għajn, kien jidher bħallikieku li żgur kienu kkundannati li jsofru telfa miżerabbli f’idejn l-armata ta’ Bologna u l-alleati tagħhom.
Madankollu, Modena kellha l-vantaġġ distint li kellha suldati Ġermaniżi mħarrġa professjonalment fl-armata tagħha, minħabba l-istatus ta’ Modena bħala Ġibellini, li appoġġjaw lill-Imperatur Ġermaniż Kattoliku. Teknikament, l-armata ta’ Bologna kienet akbar, iżda t-truppi tagħha kienu jikkonsistu f’milizzja li ma kinitx imħarrġa.
Bis-suldati li kisbu u li kellhom aktar esperjenza, is-suldati ta’ Modena ffaċċjaw lil dawk ta’ Bologna barra l-belt ta’ Zappolino. Minħabba l-kaos u d-diżorganizzazzjoni tat-truppi ta’ Bologna, is-suldati ta’ Modena malajr għelbuhom. Dan il-fatt wassal lit-truppi ta’ Bologna jirtiraw. Hu stmat li bejn iż-żewġ naħat, kien hemm madwar 2,000 vittma.
Is-suldati ta’ Bologna, maħkuma u umiljati, ma kellhomx għażla oħra għajr li jwaqqfu l-attakk u jibqgħu fis-sigurtà tal-ħitan tal-belt tagħhom. Dawk ta’ Modena komplew iqarrqu b’dawk kontrihom, billi taparsi għamluhom ġrajja atletika kompetittiva barra l-belt - u spiċċaw biex serqulhom it-tieni barmil.
Konsegwenza dejjiema
Naturalment, il-Gwerra tal-Barmil kienet dwar ħafna aktar minn barmil attwali. Fil-fatt, xi storiċi jgħidu li l-barmil innifsu, fil-fatt ma kienx misruq sakemm Modena kienet diġà għelbet lil Bologna fil-battalja. Sekli ta’ nuqqas ta’ qbil wasslu għall-kunflitt, u l-barmil, jekk tassew kien jeżisti, kien sempliċement it-tiben li kisser dahar il-ġemel.
Eventwalment il-gwerra ntemmet, u f’Jannar tal-1326, ġie ffirmat armistizju miż-żewġ rivali li solvew il-kwistjonijiet temporanjament. Madankollu l-kunflitt bejn il-Guelfi u l-Ġibellini kien se jkompli għal żewġ sekli oħra, sakemm Karlu I ta’ Spanja invada lill-Italja fl-1529.
DEĊIFRATI L-ITTRI
TAR-REĠINA TAL-ISKOĊĊIŻI
Li Reġina twassal għall-qtugħ ir-ras ta’ kuġintha, wara li għal 19-il sena tefgħetha taħt arrest domiċiljari, tidher ħaġa krudila ferm. Iżda fil-fatt hekk ġara, minħabba li r-Reġina Eliżabetta I saret taf li kuġintha, ir-Reġina Mary tal-Iskoċċiżi kienet qed timmaniġġja biex teħdilha t-tron tagħha tal-Ingilterra. Is-sentenza tal-mewt ingħatat fl-1586 u issa, minn ittri li nstabu, l-istorja qed tingħata ħajja ġdida.
L-ittri kriptiċi li r-Reġina Mary tal-Iskoċċiżi kienet kitbet mill-ħabs li ntefgħet fih, ġew dekodifikati u jitfgħu dawl qawwi fuq l-aħħar snin tagħha fil-jasar.
Bl-użu tal-analiżi tal-kompjuter u t-tqabbil storiku, ir-riċerkaturi setgħu jiddeċifraw is-57 ittra li r-Reġina tal-Iskoċċiżi kitbet fil-ħabs. Dawn jipprovdu ħarsa lejn l-aħħar jiem tal-monarka.
Għal snin sħaħ, din il-ġabra ta’ ittri kriptiċi, li jmorru għas-seklu 16 straħu fil-fond fl-arkivji tal-Librerija
Nazzjonali ta’ Franza, jiġbru t-trab.
Iżda wara li grupp ta’ codebreakers internazzjonali sabu l-ittri, li oriġinarjament kienu mmarkati
ħażin bħala ‘testi Taljani,’ u bdew jaħdmu fuqhom bħala proġett sekondarju, malajr indunaw li kellhom f’idejhom informazzjoni li tbiddel l-istorja: l-ittri tal-ħabs ta’ Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi li kienu ilhom mitlufin bosta snin.
Kellha tabdika t-tron
Mary Stuart kienet waħda mill-aktar figuri influwenti fl-Ewropa tas-seklu 16. Ftit jiem biss wara t-twelid tagħha fl-1542, hi telgħet fuq ittron Skoċċiż. Iktar tard iżżewġet fil-familja rjali Franċiża wkoll, u saret ir-Reġina Consort ta’ Franza.
Wara l-mewt tal-ewwel raġel, Mary reġgħet lura biex tmexxi lill-Iskozja, iżda l-kunflitti bejnha u bejn in-nobbli Skoċċiżi ġegħluha tabdika mit-tron, għalkemm organizzat diversi kampanji biex tirkupra d-dritt tat-twelid tagħha.
Wara li sofriet telfa kbira fl-1568, Mary ħarbet lejn l-Ingilterra u fittxet il-protezzjoni tal-kuġina tagħha, ir-Reġina Eliżabetta I. Minflok għenitha, ir-reġina ordnat li Mary tinżamm taħt arrest domiċiljari, fejn baqgħet għal 19-il sena.
Fl-1586, ir-Reġina Eliżabetta kkundannat lil Mary għall-mewt permezz tal-qtugħ ir-ras tagħha wara li kixfet l-allegat pjan ta’ Marija biex twarrab lir-reġina u tieħu l-kuruna Ingliża taħt idejha.
Matul is-snin l-istoriċi analizzaw l-ittri ta’ Mary fil-fond, iżda ħafna
emmnu li l-ġabra ma kinitx kompluta. Wara, studju ġdid ippubblikat f’Taylor & Francis ivverifika dik it-teorija.
Aktar minn 50 ittra deċifrati
“Hemm xhieda,” kitbu l-awturi tal-istudju, “li ittri oħrajn minn Mary Stuart huma neqsin minn dawk il-kollezzjonijiet, bħal ittri referenzati f’sorsi oħrajn iżda li ma nstabux band’oħra.”
L-awturi jgħidu li issa kixfu u ddeċifraw aktar minn 50 minn dawk l-ittri mitlufin, li żvelaw informazzjoni ġdida fjamanta fuq il-metodi ta’ kodifikazzjoni ta’ Mary, ħajjitha, u s-snin li wasslu għall-eżekuzzjoni tagħha.
“Din hi skoperta tassew eċċi-
tanti,” qal il-codebreaker u l-awtur ewlieni tal-istudju George Lasry.
“Aktar qabel, aħna ksirna l-kodiċi sigrieti ta’ slaten u rġejjen, u huma interessanti ferm, iżda ta’ Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi, l-ittri tagħha huma aktar notevoli peress li ddeċifrajna ħafna ittri mhux pubblikati u peress li hi personalità tant famuża.”
Protezzjoni minn rikatt jew kastig
Aktarx li l-ittri nkitbu f’kodiċi biex jipproteġu lil Mary u lill-alleati tagħha minn rikatt politiku jew kastig. It-tim tal-codebreaker — magħmul minn Lasry, mill-pjanista u professur tal-mużika Norbert Biermann, u mill-fiżiku u espert tal-gvern Satoshi Tomokiyo – kellu jaħdem mill-bidu biex jiddeċifra-
Aktar qabel, aħna ksirna l-kodiċi sigrieti ta’ slaten u rġejjen, u huma interessanti ferm, iżda ta’ Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi, l-ittri tagħha huma aktar notevoli peress li ddeċifrajna ħafna ittri mhux pubblikati u peress li hi personalità tant famuża
hom, peress li l-maġġoranza tal-ittri qatt ma kienu analizzati qabel.
L-ewwel pass tal-proċess tad-deċifrar kien it-traskrizzjoni tal-ittri u l-mogħdija tagħhom fi programmi tas-software tal-kompjuter li janalizzaw il-kodiċi. Il-codebreakers setgħu jidentifikaw ilFranċiż bħala l-lingwa oriġinali tat-test sempliċi u qassmu l-200 simbolu f’ittri, ismijiet u postijiet individwali.
Minn hemm, bdew jiddeċifraw xi kliem manwalment u bdew jinnutaw xi dettalji — bħal ripetizzjonijiet kontinwi għal xi iben u referenzi għal Sir Francis Walsingham, il-kap spjun tar-Reġina Eliżabetta — li għenuhom jindikaw lil Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi bħala l-awtriċi ta’ kollox.
IL-KNISJA TAL-VITTORJA FIL-BELT VALLETTA
Min jaf kemm-il darba nidħlu l-Belt u lanqas biss ninnutaw kemm din il-belt rikka millwirt storiku u kulturali, hija miżgħuda bi knejjes sbieħ u artistiċi. Fil-bidu tagħha din kienet ilsien t’art vojta. Mal-wasla tagħhom f’Malta l-Kavallieri raw potenzjal kbir f’dak l-ilsien t’art li kien jilqgħek hekk kif tidħol filPort il-Kbir.
Fil-bidu tagħhom bnew biss fortizza li ġiet imsejħa Sant’Iermu. Din kienet t’importanza kbira waqt il-ġlidiet li seħħew fl-Assedju l-Kbir tal-1565, bejn il-Kavallieri u l-Maltin u l-għadu Tork. Sant’Iermu waqa’ f’idejn itTorok wara xahar ta’ taqbid bejn iż-żewġ naħat.
Wara li dan l-Assedju ntrebaħ mill-Kavallieri dawn riedu jaraw x’setgħu jagħmlu biex isaħħu d-difiża tagħhom fuq l-għolja Sciberras. Il-forti waħdu ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex ifendi attakk ieħor Tork. B’hekk il-Kavallieri riedu jibnu belt ġdida, li jkollha l-kumditajiet kollha li belt Ewropea kien ikollha dak iż-żmien. Riedu jibnu belt li fuq kollox toffri sfida f’każ li l-għadu jerġa’ jipprova jattakka lil din il-gżira.
Il-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette, kien irnexxielu jakkwista għajnuna finanzjarja kbira mill-Papa u minn ħafna rejiet Ewropej, biex jibda l-bini ta’ din il-belt ġdida fi ftit xhur.
Fiċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-fondazzjoni tal-Belt Valletta, li tqiegħdet fit-28 ta’ Marzu, 1566, waqqfu fl-istess post il-Knisja tal-Vittorja. Din kienet ħaġa xierqa ħafna wara r-rebħa li l-Kavallieri kienu rnexxielhom jagħmlu f’Malta wara ħafna telfiet li kienu ġarrbu fis-snin ta’ qabel għall-kamp Nisrani. Tpoġġa artal taħt tinda u tqaddset quddiesa għall-okkażjoni.
Fil-bidu din il-knisja kienet biss kappella, mibnija fl-1566 mill-Gran Mastru La Valette. Kien hu stess li ddedikaha lill-Madonna tal-Vittorja, bħala tifkira tar-rebħa tal-Assedju l-Kbir li proprju
saret f’jum li l-knisja tiċċelebra t-twelid tal-Madonna (8 ta’ Settembru).
Jista’ jkun li l-għan li tinbena din il-knisja kien li taqdi l-bżonnijiet spiritwali ta’ dawk in-nies li kienu bdew joqogħdu hemm jew għall-ħaddiema. F’jum il-festa tal-Vittorja kienet issir quddiesa għal dawk in-nies preżenti fil-lokal. Din il-kappella fiha tliet artali u kienet timexxa minn saċerdot konventwali. Dan ifisser li saċerdot membru fl-Ordni ta’ San Ġwann kien imexxi l-funzjonijiet. La Valette ma laħaqx il-Belt titlesta mir-rikkezzi kollha li hu kien pjana li ried għaliha għax miet. Id-dif-
na tiegħu kienet saret f’din il-kappella. Iżda aktar tard meta tlesta il-Konkatidral ta’ San Ġwann il-fdalijiet ta’ dan il-Gran Mastru ttieħdu fil-kripta tiegħu, fejn kienu jindifnu l-Gran Mastri kollha tal-Ordni f’Malta. Fl-1617 kien hemm ħsieb li din il-kappella ssir il-Knisja Parrokkjali tal-Ordni. Infatti bdew jinġiebu rikkezzi minn postijiet oħra biex din il-knisja tiżżejjen, bl-isbaħ u bl-ifjen ornamenti. Fis-16 ta’ Lulju 1617 nġiebu żewġ kwadri ta’ Sant’Antnin Abbati u Sant’Antnin Konfessur, li l-Ordni kien ġab miegħu minn Rodi. Flimkien ma’ dawn iż-żewġ kwadri nġie -
bu wkoll mill-Viċi Pirjol Fra Agostino d’Otal, ix-xbieha mirakoluża qadima ħafna tal-Madonna mogħtija lillGran Mastru Alof de Wignacourt min-Nobbli Mikiel Ralli ta’ Kostantinopli. Din il-knisja fl-1752 sarula xi tibdiliet mill-Balliju ta’ Majorka, Fra Ġlormu de Castillo et Gordan. Tkabbret il-faċċata minn barra u minn ġewwa, sar it-tkabbir tas-sagristija u d-dar tal-kappillan, żdiedu wkoll il-kor u ż-żewġ artali oħra. Il-pittura tas-saqaf inħadmet mill-pittur Malti Enrico Arnaux. Għalkemm il-Baruni Azzopardi jgħid li l-pittur kien Alessio Erardi. Imbagħad f’nofs is-sek-
lu 18 saru żewġ kwadri oħra għal din il-knisja; wieħed ta’ San Liborius Isqof, li nħadem minn Ermanalgiasldo Grech fl-1795 u l-ieħor tas-Salib imqaddes u l-qaddisin kollha. Minflok dan il-kwadru iżda fis-seklu 19 sar ieħor ta’ San Eligius, il-protettur tal-ħaddieda, minħabba li f’din il-knisja kienet għadha kif twaqqfet din il-fratellanza.
Hemm ukoll pittura tal-Madonna bil-Bambin li ħallas għalih il-Balliju de Brandenburgh Pittur ieħor Malti, Franġisku Zahra fl1759 pitter erba’ kwadri li kienu; ta’ San Franġisk ta’ Paola, l-Anġlu Gabriel, San
Fis-sena 2000 tqabbdu xi esperti barranin biex janalizzaw din il-pittura u r-restawr fuq din il-knisja reġa’ beda sena wara fl-aħħar t’Awwissu 2001. Barra s-saqaf ġiet irrestawrata l-faċċata ta’ din il-knisja kif ukoll is-sagristija.
Ġakbu Appostlu u San Gejtanu. Fis-sagristija mbagħad hemm il-pitturi ta’ dawk innies li kienu b’xi mod benefatturi ta’ din il-knisja.
Fosthom hemm il-kwadri; tal-Gran Mastri La Valette, Alof de Wignacourt, Perellos u tal-Balliju de Brandenburgh. Fl-1837, din il-knisja tħalliet għas-servizz tar-Riġimenti Kattoliċi minħabba li l-ħakma ta’ Malta f’dan iż-żmien kienet diġà għaddiet f’idejn l-Ingliżi.
Maż-żmien din il-knisja qisha ġiet mitluqa, kien daħlil-
ha ħafna ilma mis-saqaf, tant li l-pittura tas-saqaf spiċċat fi stat ħażin ħafna. Il-kumitat tal-proġett għar-Riabiltazzjoni tal-Belt Valletta flimkien
ma’ Din l-Art Ħelwa, fl-1995
ħarġu l-offerti għar-rest-
awr tal-pittura li kienet se
tiġi tiswa Lm7,000. Għal dan ir-restawr tqabbad il-pittur
Emanuel Zammit.
Ix-xogħol beda fl-1996 u kompla sejjer għal tliet snin, iżda kellu jitwaqqaf ħesrem għax kien hemm xi dubji.
Fis-sena 2000 tqabbdu xi esperti barranin biex janaliz-
zaw din il-pittura u r-restawr fuq din il-knisja reġa’ beda sena wara fl-aħħar t’Awwissu 2001. Barra s-saqaf ġiet irrestawrata l-faċċata ta’ din il-knisja kif ukoll is-sagristija. Ix-xogħol tar-restawr ta’ barra tħalla f’idejn ir-restawratur Sante Guido u sħabu bil-kordinazzjoni ta’ Dr Keith Sciberras. Ix-xogħol kollu tlesta f’Settembru tal2004. Sar ukoll restawr millArkitett Amanda Degiovanni fuq id-dar tal-Kappillan li hemm biswit din l-istess knisja.
ELAINE SALIBA
SIEFRET FIT-TUL SABIEX
TAGĦMEL DAK LI TĦOBB
Il-personalità tal-lum hija artista li xi żmien ilu siefret ’il bogħod waħedha, sabiex tesplora u ssir taf aktar lilha nnifisha. Ix-xogħol bl-idejn minn dejjem kien għal qalbha. Qed nirreferi għal Elaine Saliba.
Għandha 35 sena, toqgħod iż-Żurrieq, għalliema tal-Arti u bħala passatempi tħobb tpinġi u toħloq illustrazzjonijiet u disinji mill-arti tagħha stess. Tħobb taħdem kemm bl-idejn bħala żebgħa, materjali ta’ texture u diġitali. Passatempi oħra li għandha huma li timxi u tgħum. In-natura hija l-ispirazzjoni ewlenija ta’ kulma tagħmel.
Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna relaxed u bħala mara li tieħu l-ħajja ġurnata b’ġurnata u tipprova ma tiġix influwenzata millħajja mgħaġġla, mill-ġenn u mill-promozzjoni kontinwa ta’ prodotti.
Fil-passat kienet taħdem bħala graphic designer. Ix-xogħol bl-idejn minn dejjem kien għal qalbha u filfatt xogħolha jinvolvi amalgamazzjoni ta’ tekniċi bl-idejn u diġitali li jagħmlu
xogħol uniku. Ħallejt f’idejha sabiex tispjegali eżattament x’tip ta’ xogħol toħloq bl-idejn. “Apparti t-tpinġija, minn età żgħira bdejt noħloq prodotti bl-idejn. Fil-bidu kienu ħwejjeġ minn drappijiet differenti, maż-żmien dan il-passatemp żvolġa.
Sirt kollezzjonista ta’ drappijiet u materjali li nuża fi proġetti artistiċi varji.
Waqt l-istudju tiegħi fl-arti esplorajt id-dinja diġitali u minn hemm ma ħaristx lura. Infatti llum nesprimi idea
bl-idejn. Però, fil-proċess li nevolviha b’mod diġitali dejjem nirreferi għal materji primi.”
Tittrasforma dak kollu li tosserva fl-arti li jistgħu japprezzaw nies oħra
Bħala artista, Elaine stqarret miegħi li x-xogħol tagħha jagħtiha ħafna sodisfazzjon. Huwa mod ta’ kif tesprimi ruħha u tittrasforma dak kollu li tosserva fl-arti li jistgħu japprezzaw nies oħra.
“Apparti minn hekk xogħli bħala għalliema tal-arti jagħtini ħafna sodisfazzjon għax b’hekk qed ngħaddi dak li tgħallimt lil nies oħra u naqsam din l-esperjenza ma’ studenti żgħar li nemmen ħafna li għandhom bżonn jesploraw l-immaġinazzjoni u l libertà artistika.”
Ta’ min jgħid li waqt li kienet taħdem bħala graphic designer kellha taddatta l-arti tagħha skont il-bżonn tal-klijenti, iżda llum il-ġurnata tippreferi ħafna aktar
Apparti t-tpinġija, minn età żgħira bdejt noħloq prodotti bl-idejn. Fil-bidu kienu ħwejjeġ minn drappijiet differenti, maż-żmien dan il-passatemp żvolġa. Sirt kollezzjonista ta’ drappijiet u materjali li nuża fi proġetti artistiċi varji
li jkollha l-istil tagħha. “Nipreferi li naħdem fl-istil li l-iktar li jogħġobni u l-klijenti jkellmuni għal stil li ħloqt jien, iktar milli jien ikolli naddatta għal dak li jkollu f’moħħu l-klijent għax xi drabi jista’ jkun stil li jien m’iniex komda naħdem bih.” Interessanti l-fatt, li f’April 2019 kienet marret l-Amerka t’Isfel waħedha. Kienet biħsiebha ddum sitt xhur. Għamlet dan kollu peress li Elaine hija persuna li tħobb ħafna tpinġi u toħloq illustrazzjonijiet u riedet issib ħin għaliha biex dak li tħobb tagħmel twettqu hemmhekk.
Riedet li ssir taf iktar lilha nnifisha f’ambjent u kultura differenti minn dawk li mdorrija tgħix fihom. Waqt dan il-vjaġġ iltaqgħet marraġel tagħha fil-Messiku. Hu wkoll artist u ftit wara li ltaqgħu ddeċidew li jkomplu l-vjaġġ flimkien fejn ħadmu fuq proġetti artistiċi.
“Din kienet ħolma li għexnieha ġurnata b’ġurnata sakemm faqqgħet il-Covid u s-sitwazzjoni saret ftit diffiċli. Minn hemm iddeċidejna li niġu Malta u bdejna ħajja
flimkien fuq din il-gżira, iżżewwiġna u llum għandna tifel jismu Gael,” qaltli sodisfatta Elaine.
Barra minn hekk, Elaine tistqarr li hija differenti mill-kumplament tal-familja tagħha li inzertaw huma wkoll għandhom dik il-parti artistika fihom, imma għall-kuntrarju tagħha stess beżgħu li jesprimuha. Elaine hija totalment differenti. Siefret ’il bogħod waħedha, sabiex tesplora u ssir taf aktar lilha nnifisha.
“Il-familja kienet ta’ ispirazzjoni kbira. Kważi kollha artisti u jesprimu ruħhom b’materjali differenti. Dejjem ħadmu fis-skiet u qatt ma fittxew li jikbru artistikament. Ħadmu ma’ negozjanti kbar u ta’ isem jew ħadmu u x-xogħol artistiku żammewh bħala passatemp.”
Kienet involuta
fl-illustrazzjonijiet ta’ ktieb għat-tfal
Sirt naf ukoll li fis-sena 2021 kienet involuta fl-illustrazzjonijiet ta’ ktieb għat-tfal. Fil-fatt, huwa ktieb dwar
SKEDA ONE
artist famuż Franċiż miktub bil-lingwa Maltija. Jinkludi wkoll rimi addattati għat-tfal ta’ età ’l fuq minn sitt snin u bl-illustrazzjonijiet tagħha tat il-ħajja lil dawn il-kliem. L-illustrazzjonijiet ġew ispirati mill-kelma u mill-arti oriġinali tal-artist.”
Fuq bażi personali, lil Elaine ddejjaqha l-ħajja mgħaġġla u l-fatt li affarijiet ta’ importanza minima saru essenzjali. “Il-flus ħadu l-prijorità ta’ kollox u fuq kulħadd. Dik idejjaqni ħafna u infatti kieku jkolli nagħżel nippreferi ngħix ħajja iktar sempliċi, bħal dik li nisma’ n-nannu jirrakkontali fejn l-ewwel tiġi s-saħħa, l-ikel pur u l-familja.”
Fl-aħħar nett, ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Ħajja waħda u tajjeb li wieħed isib dak li vera jagħmlu kuntent f’din il-ħajja. Nemmen fl-importanza tal-ħolm, li nieħdu ħsieb saħħitna u li nagħmlu ħilitna sabiex il-ħolm nwettquh. Wieħed m’għandux jaħli żmien għax iż-żmien igerbeb u ma jistenna lil ħadd,” temmet tgħid.
reċensjoni tal-ktieb
AQLA’ KJASS!
DISA’ STEJJER TA’ SFIDA
Għaxar ġganti tal-komik Taljan ingħaqdu kollha f’daqqa f’din il-ġabra unika u b’saħħitha biex jgħidu: daqshekk għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru. U għamluh permezz tal-format tal-komik, il-graphic novel, fejn l-istejjer li jirrakkontaw jużaw il-mezz – immedjat u qawwi għax viżiv –tal-istampi tal-komiks.
Oriġinarjament ippubblikat l-Italja bl-isem Fai Rumore (pubblikazzjoni Il Castoro), u issa miġjub għall-Malti minn Clare Azzopardi u ppubblikat mill-Merlin Publishers, Aqla’ Kjass! huwa ktieb uniku fejn disa’ stejjer jirrakkontaw episodji ta’ gaslighting, slut shaming, fatphobia, catcalling, date rape u sitwazzjonijiet oħrajn ta’ vjolenza abbażi tal-ġenru. Iżda ma jiqfux hemm, għax dawn l-istejjer jinterpretaw il-vuċi tan-nisa li jridu jirrakkontaw huma stess dawn l-istejjer u jgħidu daqshekk, se nkissru s-silenzju u naqilgħu kjass biex dawn l-affarijiet ma jseħħux iktar.
Aqla’ Kjass! jiftaħ b’daħla ta’ Audrey Friggieri, il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru. Kif tgħid Friggieri fid-daħla, “F’Aqla’ Kjass!, Elisa, Sabrina, Roża, Lara, Laura, Ele, Camilla, kif ukoll ħafna oħrajn fostna u hemm barra li ma nafux x’jisimhom, jieħdu n-narrattiva ta’ ħajjithom f’idejhom. Għandhom il-poter, huma konxji tiegħu, u jużawh … Bejn il-paġni ta’ dan il-ktieb insibu l-messaġġ tad-deheb għalina lkoll: L-ISTORJA TA’ ĦAJJITNA NIKTBUHA AĦNA STESS, u ma nċedu qatt dan il-poter biex persuni oħrajn jiktbuha għalina!”
Elisa, Sabrina, Roża, Lara, Laura, Ele, Camilla … tfajliet u nisa li setgħu kienu aħna, jew ħutna l-bniet jew it-tfal tagħna jew sħabna t-tfajliet. Nisa li f’disa’ stejjer ta’ sfida, għaddew minn episodji ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u ddeċidew li jisfidaw, jgħollu leħinhom u jaqilgħu KJASS!
Dan il-komik huwa indirizzat primarjament lil udjenza ta’ adolexxenti, li proprju qed jiskopru dinja fejn din il-vjolenza għadha mhijiex xi ħaġa biss tal-imgħoddi imma li huma wkoll dawk li qed jgħidu daqshekk, dawn l-istejjer m’għandhomx jibqgħu jiġru.
Għalhekk twieled dan il-ktieb. Biex ixaqqaq is-silenzju u jimlieh bl-istejjer, bil-kliem, bir-rabja u bl-istorbju jekk hemm bżonn.
Fi kliem Clare Azzopardi li ttraduċiet dan ilktieb, “F’dawn l-istejjer sirt naf karattri żgħażagħ li għaddew minn vjolenza sesswali, minn ibbulljar, ansjetajiet, manipulazzjoni psikoloġika u ħafna esperjenzi oħra. U appuntu għalhekk ma kienx dejjem faċli li nittraduċihom, għax kważi kważi bdejt ngħid lili nnifsi li kieku ma niktibhomx, ma jseħħux, u la ma jseħħux, il-protagonisti ma jkollhomx jgħaddu minn hekk …”
Aqla’ Kjass! hu bla dubju ktieb b’saħħtu, uniku fil-panorama tal-ktieb għall-adolexxenti bil-Malti, illi permezz tal-komiks se jasal b’mod dirett u immedjat għand l-adolexxenti – nisa u rġiel – li qed isibu s-saħħa biex jaqilgħu kjass u jgħidu daqshekk!
Aqla’ Kjass! jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online minn merlinpublishers.com
Mistoqsija: Għal liema vjolenza qed jirreferi l-ktieb?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb AQLA’ KJASS!. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-BARBAĠANN FIX-XEWKIJA hija:
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
F’liema pożizzjoni qiegħda Malta fil-klassifikazzjoni tal-Unjoni Ewropea?
Isem:
Numru tat-telefown:
Tweġiba:
Indirizz:
THE MOOR MURDERS
L-Aħħar Vittmi
IR-RABA’ PARTI
Ir-raba’ vittma, Lesley Ann Downey, marret funfair f’Ancoats waħedha fis26 ta’ Diċembru tal-1964. Brady u Hindley għaddew minn ħdejha u waqqgħu basket mal-art apposta biex jitolbuha tgħinhom. Huma qalulha biex tgħinhom iġorru l-affarijiet fil-karozza u tmur magħhom biex tgħinhom idaħħluhom fid-dar. Downey għamlet hekk iżda ma kinitx taf li kienet se toħroġ minn hemm ġew bla ħajja. Jidher li kif Downey daħlet ġewwa, hi ġiet imneżżgħa, għalqulha ħalqha u ġagħluha tippoża għar-ritratti. Wara, hi ġiet stuprata u mgħallqa bi spag. Hindley qalet li xħin Brady qatilha, hi kienet qiegħda timla l-banju bl-ilma u xħin marret ħdejn Brady sabet lil Downey bla ħajja. Mill-banda l-oħra, Brady qal li kienet Hindley li qatlet lil Downey.
L-għada filgħodu, Brady u Hindley ħadu l-katavru ta’ Downey lejn Saddleworth Moor, fejn difnuha għarwiena, bi ħwejjiġha ħdejn saqajha, f’qabar baxx.
L-aħħar vittma kien Edward Evans ta’ 17-il sena. Fis-6 ta’ Ottubru tal-1965, Hindley u Brady marru ħdejn l-istazzjon tat-tren biex Brady jagħżel il-vittma li kien imiss. Sadanittant, Hindley baqgħet fil-karozza tistenna lil Brady. Wara ftit, Brady irritorna ma’ Edward Evans, fejn qal li kien sejjer magħhom biex iwettqu atti sesswali. Huma t-tlieta marru d-dar tan-nanna ta’ Hindley u qagħdu jixorbu flixkun inbid.
F’ħin minnhom, Brady qal lil Hindley biex issejjaħ lir-raġel t’oħtha, David Smith. Hindley qalet lil Smith biex jistenna barra sakemm tagħmillu sinjal bit-torċ. Hekk kif għamlitlu s-sinjal, Smith ħabbat fuq il-bieb u fetaħlu Brady, li staqsieh kienx hemm għall-fliexken tal-inbid u qallu jidħol jistennieh fil-kċina. Smith għamel hekk u hekk kif Brady daħal f’kamra oħra, hu sema’ għajat u twerżiq ġej mill-kamra fejn daħal Brady.
Hindley għajtet lil Smith biex jgħin lil Brady u kif daħal fil-kamra ra lil Evans bilqiegħda mal-art, b’rasu u spallejh iserrħu mas-sufan. Smith saħaq li Evans kien qed jgħajjat u Brady tah daqqa fuq rasu bil-mannara li kellu f’idu.
Wara din id-daqqa, Smith ra lil Brady jifga lil Evans b’wire tad-dawl. Waqt li Brady kien qed jissara ma’ Evans biex joqtlu, hu weġġa’ l-għaksa u l-katavru ta’ Evans kien wisq tqil biex iqandlu għal ġol-karozza. Kien għalhekk li geżwruh fil-plastik u qafluh fil-kamra tas-sodda biex fis-sigħat tal-għada filgħodu jeħduh f’Saddleworth Moor ħdejn il-vittmi l-oħrajn.
Smith mar lura d-dar għand martu, li kienet oħt Myra – Maureen, u qalilha x’kien ġara. Smith kien imwerwer
minn Brady u beża’ li jagħmillu xi ħaġa u b’hekk ċempel lill-pulizija, fejn dawn tal-aħħar ġew għalih u ħaduh l-għassa ta’ Hyde. Hemmhekk, Smith qalilhom x’għamel Ian Brady. Kien għalhekk li s-Suprintendent Bob Talbot mar f’Wardle Brook Avenue u miegħu ħa surġent. Talbot, li kien liebes ħwejjeġ oħra fuq l-uniformi, ħabbat u staqsa lil Hindley jekk żewġha kienx id-dar. Hindley qaltlu li ma kinitx miżżewġa u ma kienx hemm irġiel jgħixu fid-dar. Ma’ din il-gidba, Talbot qalilha min kien u Hindley daħħlitu ġewwa.
Talbot ra lil Brady mimdud fuq is-sufan u qallu li kien qiegħed jinvestiga “att vjolenti li kien jinvolvi armi tan-nar”. Hindley ċaħdet dan u ħalliet lil Talbot ifittex fid-dar.
Talbot sab il-kamra tas-sodda msakkra u talab lil Hindley biex tiftaħlu. Hekk kif daħlu hemm, huma sabu l-katavru ta’ Evans. Wara din
is-sejba, Talbot u l-pulizija rritornaw ħdejn Brady, u arrestawh fuq allegat qtil. Brady qalilhom li hu u Eddie kellhom xi jgħidu u li tilfu l-kontroll waqt il-ġlieda. Hu ttieħed l-għassa u Hindley akkumpanjatu, minkejja li ma ġietx arrestata.
Hindley, li marret bil-kelb tagħha l-għassa, ma qalet xejn dwar il-qtil ta’ Evans u bdiet tgħid li l-mewta tiegħu kienet waħda aċċidentali. Hi tħalliet tmur lura d-dar bil-patt u l-kundizzjoni li terġa’ tmur l-għassa l-għada filgħodu filwaqt li Brady inżamm arrestat.
Fil-11 ta’ Ottubru tal-1965, il-pulizija arrestaw lil Hindley u ġiet mixlija li kellha sehem fil-qtil ta’ Evans. Hi
nżammet fl-HM Prison Risley sakemm il-pulizija fittxew sew fid-dar fejn kienu joqogħdu. Fid-dar, il-pulizija sabu ktieb u fih kien hemm imniżżel l-isem “John Kilbride”. Din is-sejba
Hindley u Brady marru ħdejn l-istazzjon tat-tren biex Brady jagħżel il-vittma li kien imiss
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.
Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Isem:
Indirizz:
N. GRECH - FGURA
TISLIBA 483
MIMDUDIN:
1. Kompli l-qawl: ....... il-but (5)
4. Il-qrejjaq joqogħdu fuqhom (4)
7,16. Prim aktar (5)
9. M’għadux nej (3)
WEQFIN:
1. Uża l-gomma (6)
10. Jekk tħallihom barra jdubu (6)
12. Moħħok hemm (6)
16. Ara 7
18. L-Istati Uniti (2)
19. Jaqa’ fil-logħob
8. Iżommu xi statwa fuqu (9)
2. Inżommu l-ilma fih (6)
3,17. Kunjom (6)
5. Ħares (3)
6,11. Hekk xemgħa (5)
11. Ara 6
12,23. Għasfur (5)
13. Frott (3)
14. Pajjiż San Pawl (6)
15. Imwessgħin (6)
17. Ara 3
21. Fil-Brażil (3)
22. Paul Attard Inguanez (1,1,1)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
MIMDUDIN: 1.Ħabib, 4.Wied, 9,11.Weraq, 10.Qantar, 12.Kasbar, 16.Lia, 18.Pa, 19.Bra, 20.Siġra, 21.Ear, 23.Arab, 24.Nsara
WEQFIN: 1.Ħawwel, 2,3.Berbaq, 5.Int, 6,7. Darab, 8.Barbaġann, 12,22.Karta, 13,21 wieqfa. Spiera, 14.Rbatna, 15.Gażaża,17.Iva
“A-B-D-I-K-A-R” HI L-KELMA!
Editorjal
B’mentalità u attitudni żbaljati tal-PN, mhux ta’ b’xejn li faxxa ferm akbar tal-poplu tibqa’ tagħraf li hu biss il-Partit Laburista li jinsab tassew f’sintonija mal-interessi nazzjonali u jista’ jgawdi l-fiduċja
Li f’dibattiti sensittivi ma tiġbidx listess ħabel, kif jitlob linteress nazzjonali, diġà hu serju. Li, flistess ħin, ukoll tabdika millħalfa li għamilt bħala rappreżentant talpoplu flogħla istituzzjoni u tinjora responsabbiltajiet Kostituzzjonali li għandek, jiggrava biss issitwazzjoni.
LOppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Bernard Grech, li tkompli togħdos filpolitika talpassat, irrepetiet dan innuqqas aggravat proprju din ilġimgħa. Iffaċċjata b’dibattitu mressaq millGvern għal liġi aħjar filprevenzjoni kontra lvjolenza domestika, lewwel ittantat taljena billi tesiġi li titwarrab laġenda Parlamentari u, minflok, tiġi diskussa b’urġenza lqagħda tallinja nazzjonali talajru, lAir Malta, imbagħad sempliċement ħarbet middmir li tagħti sehemha.
Meta nhar itTlieta lIspeaker Anġlu Farrugia ddeċieda u qies li, fiċċirkostanzi, m’hemmx urġenza għaddibattitu mitlub anke wara spjega millMinistru għallFinanzi u xXogħol
Clyde Caruana dwar kif taħditiet malKummissjoni Ewropea għadhom mhux konklużi, lOp
pożizzjoni għażlet li tkun infantili u tibbojkottja lillParlament.
Issa jekk hemm min għandu ħafna xi jwieġeb għallħniżrijiet talpassat fillinja nazzjonali talajru, hu proprju lPartit Nazzjonalista, inkluż bilftehim skandaluż tal2010 li ppermetta li bdoti jirtiraw ta’ 55 sena, iżda jibqgħu jitħallsu żewġ terzi tassalarju sa letà talpensjoni nazzjonali.
Iżda bliskuża talAir Malta, lOppożizzjoni ħalliet lillGvern jiddiskuti waħdu ssuġġett daqstant importanti talvjolenza domestika. Minkejja lħafna diskorsi, akkużi u rikbiet b’xejn fuq każi riċenti anke fatali, illum ilpoplu jaf ferm aħjar kif dawn kienu biss duħħan u tentattiv ieħor fjakk millPN biex jiskorja punti politiċi. Mhux għax tassew jinteressah li ssoċjetà tagħna tkompli tiġġieled u tevita reati ta’ dan ittip, waqt li tingħata aktar protezzjoni lil vittmi simili.
Għamel sew ilPartit Laburista li fakkar kif, b’tali attitudni, mhux ta’ b’xejn li xxahar li għadda flogħla istituzzjoni listess deputati Nazzjonalisti ġabu ruħhom b’mod vjolenti filkonfront talGvern, bilKap
innifsu fuq quddiem, jisfida għallġlied. Kien ukoll Bernard Grech li, wara li għal darb’oħra dakinhar kien irrikorra għallbojkott Parlamentari, qagħad jinċita lillfolla barra biex “iqumu minn hemm”. Sitwazzjoni li wasslet biex kien hemm min beżaq fuq ilġurnalisti ta’ ONE News
Listess atteġġjament irresponsabbli Nazzjonalista seħħ fisseduta talKumitat għallKonsiderazzjoni talAbbozzi ta’ Liġi talParlament fid29 ta’ Marzu li għadda li kellha tiddiskuti proposta oħra talGvern biex jiżdiedu lpoteri talPulizija biex ikunu jistgħu jżommu persuni taħt arrest għal aktar mit48 siegħa attwali f’każi fejn ikunu suspettati b’reati gravi.
Dakinhar reġgħu abdikaw mirresponsabbiltajiet tagħhom u, wara li llaqgħa saret mingħajrhom, lunika reazzjoni li kellhom ġiet filforma ta’ theddid u intimidazzjoni midDeputat u Kelliem talOppożizzjoni għallĠustizzja Karol Aquilina filkonfront taċChairperson Michael Farrugia, li kellu jirrikorri għallprotezzjoni talParlament.
Flistess vena negattiva u
distruttiva, issa Bernard Grech irid iniżżel linnies fittoroq biex nhar lEwwel ta’ Mejju jipprotestaw kontra lGvern, avolja dan qed jagħmel lalmu kollu tiegħu u iżjed biex jipproteġi lillħaddiema, lillfamilji u linnegozji kollha f’pajjiżna, kif jenfasizzaw listituzzjonijiet kollha internazzjonali. U dan flistess nifs li deputati tiegħu jfakkruna li għandhom raġun jgħidu li trid tieqaf minnufih lgħajnuna talGvern, li qed tiffrankalna lagħar piżijiet millkontijiet talelettriku, talgass u talfuels. Pajjiżi Ewropej li għabbew dan kollu fuq ilpopli tagħhom illum għandhom kriżijiet soċjali u deħlin f’riċessjoni. Laħħar Gvern Nazzjonalista kien għamel listess.
Bilmaqlub, illum pajjiżna la għandu waħda u lanqas loħra.
B’eżempji ta’ dan ittip ta’ mentalità u attitudni żbaljati millPN, li minnhom qed ikollna ħafna u b’mod regolari, mhux ta’ b’xejn li faxxa ferm akbar talpoplu tibqa’ tagħraf li hu biss ilPartit Laburista li jinsab tassew f’sintonija malinteressi tiegħu u talpajjiż … u jibqa’ luniku wieħed li jista’ jibqa’ jgawdi lfiduċja nazzjonali.