3 minute read

IL-KNISJA TAL-VITTORJA FIL-BELT VALLETTA

Min jaf kemm-il darba nidħlu l-Belt u lanqas biss ninnutaw kemm din il-belt rikka millwirt storiku u kulturali, hija miżgħuda bi knejjes sbieħ u artistiċi. Fil-bidu tagħha din kienet ilsien t’art vojta. Mal-wasla tagħhom f’Malta l-Kavallieri raw potenzjal kbir f’dak l-ilsien t’art li kien jilqgħek hekk kif tidħol filPort il-Kbir.

Fil-bidu tagħhom bnew biss fortizza li ġiet imsejħa Sant’Iermu. Din kienet t’importanza kbira waqt il-ġlidiet li seħħew fl-Assedju l-Kbir tal-1565, bejn il-Kavallieri u l-Maltin u l-għadu Tork. Sant’Iermu waqa’ f’idejn itTorok wara xahar ta’ taqbid bejn iż-żewġ naħat.

Advertisement

Wara li dan l-Assedju ntrebaħ mill-Kavallieri dawn riedu jaraw x’setgħu jagħmlu biex isaħħu d-difiża tagħhom fuq l-għolja Sciberras. Il-forti waħdu ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex ifendi attakk ieħor Tork. B’hekk il-Kavallieri riedu jibnu belt ġdida, li jkollha l-kumditajiet kollha li belt Ewropea kien ikollha dak iż-żmien. Riedu jibnu belt li fuq kollox toffri sfida f’każ li l-għadu jerġa’ jipprova jattakka lil din il-gżira.

Il-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette, kien irnexxielu jakkwista għajnuna finanzjarja kbira mill-Papa u minn ħafna rejiet Ewropej, biex jibda l-bini ta’ din il-belt ġdida fi ftit xhur.

Fiċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-fondazzjoni tal-Belt Valletta, li tqiegħdet fit-28 ta’ Marzu, 1566, waqqfu fl-istess post il-Knisja tal-Vittorja. Din kienet ħaġa xierqa ħafna wara r-rebħa li l-Kavallieri kienu rnexxielhom jagħmlu f’Malta wara ħafna telfiet li kienu ġarrbu fis-snin ta’ qabel għall-kamp Nisrani. Tpoġġa artal taħt tinda u tqaddset quddiesa għall-okkażjoni.

Fil-bidu din il-knisja kienet biss kappella, mibnija fl-1566 mill-Gran Mastru La Valette. Kien hu stess li ddedikaha lill-Madonna tal-Vittorja, bħala tifkira tar-rebħa tal-Assedju l-Kbir li proprju saret f’jum li l-knisja tiċċelebra t-twelid tal-Madonna (8 ta’ Settembru).

Jista’ jkun li l-għan li tinbena din il-knisja kien li taqdi l-bżonnijiet spiritwali ta’ dawk in-nies li kienu bdew joqogħdu hemm jew għall-ħaddiema. F’jum il-festa tal-Vittorja kienet issir quddiesa għal dawk in-nies preżenti fil-lokal. Din il-kappella fiha tliet artali u kienet timexxa minn saċerdot konventwali. Dan ifisser li saċerdot membru fl-Ordni ta’ San Ġwann kien imexxi l-funzjonijiet. La Valette ma laħaqx il-Belt titlesta mir-rikkezzi kollha li hu kien pjana li ried għaliha għax miet. Id-dif- na tiegħu kienet saret f’din il-kappella. Iżda aktar tard meta tlesta il-Konkatidral ta’ San Ġwann il-fdalijiet ta’ dan il-Gran Mastru ttieħdu fil-kripta tiegħu, fejn kienu jindifnu l-Gran Mastri kollha tal-Ordni f’Malta. Fl-1617 kien hemm ħsieb li din il-kappella ssir il-Knisja Parrokkjali tal-Ordni. Infatti bdew jinġiebu rikkezzi minn postijiet oħra biex din il-knisja tiżżejjen, bl-isbaħ u bl-ifjen ornamenti. Fis-16 ta’ Lulju 1617 nġiebu żewġ kwadri ta’ Sant’Antnin Abbati u Sant’Antnin Konfessur, li l-Ordni kien ġab miegħu minn Rodi. Flimkien ma’ dawn iż-żewġ kwadri nġie - bu wkoll mill-Viċi Pirjol Fra Agostino d’Otal, ix-xbieha mirakoluża qadima ħafna tal-Madonna mogħtija lillGran Mastru Alof de Wignacourt min-Nobbli Mikiel Ralli ta’ Kostantinopli. Din il-knisja fl-1752 sarula xi tibdiliet mill-Balliju ta’ Majorka, Fra Ġlormu de Castillo et Gordan. Tkabbret il-faċċata minn barra u minn ġewwa, sar it-tkabbir tas-sagristija u d-dar tal-kappillan, żdiedu wkoll il-kor u ż-żewġ artali oħra. Il-pittura tas-saqaf inħadmet mill-pittur Malti Enrico Arnaux. Għalkemm il-Baruni Azzopardi jgħid li l-pittur kien Alessio Erardi. Imbagħad f’nofs is-sek- lu 18 saru żewġ kwadri oħra għal din il-knisja; wieħed ta’ San Liborius Isqof, li nħadem minn Ermanalgiasldo Grech fl-1795 u l-ieħor tas-Salib imqaddes u l-qaddisin kollha. Minflok dan il-kwadru iżda fis-seklu 19 sar ieħor ta’ San Eligius, il-protettur tal-ħaddieda, minħabba li f’din il-knisja kienet għadha kif twaqqfet din il-fratellanza.

Hemm ukoll pittura tal-Madonna bil-Bambin li ħallas għalih il-Balliju de Brandenburgh Pittur ieħor Malti, Franġisku Zahra fl1759 pitter erba’ kwadri li kienu; ta’ San Franġisk ta’ Paola, l-Anġlu Gabriel, San

Fis-sena 2000 tqabbdu xi esperti barranin biex janalizzaw din il-pittura u r-restawr fuq din il-knisja reġa’ beda sena wara fl-aħħar t’Awwissu 2001. Barra s-saqaf ġiet irrestawrata l-faċċata ta’ din il-knisja kif ukoll is-sagristija.

Ġakbu Appostlu u San Gejtanu. Fis-sagristija mbagħad hemm il-pitturi ta’ dawk innies li kienu b’xi mod benefatturi ta’ din il-knisja.

Fosthom hemm il-kwadri; tal-Gran Mastri La Valette, Alof de Wignacourt, Perellos u tal-Balliju de Brandenburgh. Fl-1837, din il-knisja tħalliet għas-servizz tar-Riġimenti Kattoliċi minħabba li l-ħakma ta’ Malta f’dan iż-żmien kienet diġà għaddiet f’idejn l-Ingliżi.

Maż-żmien din il-knisja qisha ġiet mitluqa, kien daħlil- ha ħafna ilma mis-saqaf, tant li l-pittura tas-saqaf spiċċat fi stat ħażin ħafna. Il-kumitat tal-proġett għar-Riabiltazzjoni tal-Belt Valletta flimkien ma’ Din l-Art Ħelwa, fl-1995 ħarġu l-offerti għar-rest- awr tal-pittura li kienet se tiġi tiswa Lm7,000. Għal dan ir-restawr tqabbad il-pittur

Emanuel Zammit.

Ix-xogħol beda fl-1996 u kompla sejjer għal tliet snin, iżda kellu jitwaqqaf ħesrem għax kien hemm xi dubji.

Fis-sena 2000 tqabbdu xi esperti barranin biex janaliz- zaw din il-pittura u r-restawr fuq din il-knisja reġa’ beda sena wara fl-aħħar t’Awwissu 2001. Barra s-saqaf ġiet irrestawrata l-faċċata ta’ din il-knisja kif ukoll is-sagristija. Ix-xogħol tar-restawr ta’ barra tħalla f’idejn ir-restawratur Sante Guido u sħabu bil-kordinazzjoni ta’ Dr Keith Sciberras. Ix-xogħol kollu tlesta f’Settembru tal2004. Sar ukoll restawr millArkitett Amanda Degiovanni fuq id-dar tal-Kappillan li hemm biswit din l-istess knisja.

This article is from: