1 minute read

L-INFJORATA LURA FIL-BIDU TA’ MEJJU

Il-Valletta Green Festival, l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti magħruf ukoll bħala l-infjorata, se jerġa’ jittella’ din is-sena bejn it-3 u s-7 ta’ Mejju li ġejjin. Dan se jkun l-għaxar anniversarju tal-festival, li jattira eluf ta’ viżitaturi lokali u barranin, waqt li jqajjem kuxjenza akbar favur l-ambjent sostenibbli u jippromwovi kultura biex nipproteġu dak li għandna u niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima.

Advertisement

Din is-sena l-Valletta Green Festival se jinkludi ġnien fi Pjazza San Ġorġ li se joħloq vjaġġ maġiku f’waħda mill-akbar żoni miftuħa tal-kapitali. Se jkun hemm ukoll diversi stands fosthom minn Ambjent Malta, l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA), l-EWA (Water Be The Change), Project Green u l-Valletta Design Cluster.

Fi Pjazza Tritoni se jkun hemm ir-Roadshow Truck tal-Wasteserv, filwaqt li fi Triq it-Teatru l-Antik se jkun hemm stands mill-ECO Market. F’diversi pjazez u postijiet pubbliċi madwar ilBelt se jkun hemm ukoll diversi prestazzjonijiet minn flash mob ta’ Dancel Dance Studio.

It-tnedija għall-infjorata ta’ din is-sena saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli.

mal-Partit Laburista

Il-Ministru Bonnici enfasizza l-importanza ta’ festivals ta’ dan it-tip fejn il-pubbliku jin għata pjattaforma biex isegwi aktar mill-qrib inizjattivi ambjentali fi sfond kulturali. “Hu wkoll inkoraġġanti li naraw diversi stakeholders jipparteċipaw f’dan il-festival. Dan juri biċ-ċar l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-involviment tal-komunità fil-qalba tal-Belt Valletta,” tenna Bonnici.

Il-Ministru Dalli wkoll qalet li “attivitajiet bħal dawn iservu ta’ pjattaforma biex nibagħtu messaġġ b’saħħtu favur l-ambjent, is-sostenibbiltà u noffru aktar informazzjoni dwar il-ħidma li qed titwettaq minn diversi en titajiet, filwaqt li l-viżitaturi jkollhom iċ-ċans jitgħallmu aktar dwar prattiċi sostenibbli.”

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li “l-Valletta Green Festival hu wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-miftuħ u juri biċ-ċar l-impenn tal-aġenzija li toħloq kuxjenza dwar l-ambjent mhux biss fil-proġetti u l-binjiet tagħha, iżda anke lil hinn.”

Għal aktar dettalji u tagħrif wieħed għan du jżur is-sit uffiċjali jew il-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

This article is from: