4 minute read

NIĊĊELEBRAW IL-ĦADDIEM

taq il-politika tal-ġustizzja soċjali u jkun dak li jixpruna il-mobbiltà soċjali fejn wild il-ħaddiem, wild il-fqir jista’ jirnexxi wkoll.

Hekk kif jingħad fl-istatut tal-partit f’Kap 2 artiklu numru 1: “Il-Partit Laburista huwa organizzazzjoni politika li tiġbor fiha persuni bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, li jaħdem għal soċjetà inklussiva li tipprovdi xogħol għal kulħadd, isseħħ il-ġustizzja soċjali u li s-saħħa tal-istess soċjetà, titkejjel mill-progress ta’ dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tagħha”.

Advertisement

Sur Editur, Ara jien fi xjuħiti, Sur Editur, intrigat bik u bil-kitba! Avolja mnalla kien hekk ta, għax kieku ġurnata niċċassa lejn Melda tiegħi u ngħid kemm kien aħjar li dħalt il-ħabs, għax kieku skontajt is-sentenza u llum ħieles. Mhux għadni mwaħħal b’din il-mażżra m’għonqi jisimha Melda. Imma kulħadd b’xortih.

Il-ġimgħa d-dieħla niċċelebraw l-Ewwel ta’ Mejju, Jum il-Ħaddiem. Dan huwa jum speċjali għalina s-soċjalisti. Niċċelebraw dak kollu li l-Partit Laburista ġie mwaqqaf għalih, it-tarka tal-ħaddiem, il-ġlieda għall-ħobż, għall-ħelsien, għaddritt tat-tagħlim, għad-dritt tax-xogħol u wkoll tal-mistrieħ.

Din il-ġimgħa fakkarna wkoll l-103 snin mill-mewt ta’ Manwel Dimech. Dimech patrijott li miet fl-eżilju għax tkellem u stinka għal rivoluzzjoni soċjali kontra l-illitteriżmu u l-ġuħ, u favur li Malta jkollha rajha f’idejha. Ironiku hu l-fatt li Dimech miet ftit xhur wara li ġie mwaqqaf il-Partit Laburista.

Ġużè Ellul Mercer li ndifen fil-miżbla għall-ideali soċjalisti tiegħu, fakkar f’kitba tiegħu fuq il-ġurnal Il-Ħmar fl-1929, proprju disa’ snin wara li ġie mwaqqaf il-Partit Laburista, għalfejn huwa daħal fil-politika u għaliex għażel li jimmilita fil-Partit Laburista.

Huwa qal li jappartjeni mal-Partit Laburista għax hu l-partit bl-itjeb twemmin: “fuq it-twemmin li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta’ bniedem, kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta’ bniedem, jaħdem ta’ bniedem u jiekol ta’ bniedem, tant jekk twieled bin il-għana, kemm jekk twieled bin il-faqar….. il-prinċipji, il-pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l-Partit tal-Ħaddiema, ma jitbiddlux.’’

Duminku Mintoff li ma kienx marbut mas-siġġu tal-poter, irreżenja flimkien mal-kumplament tal-Gvern Laburista għax l-Ingliżi kienu qed ikaxkru saqajhom dwar l-integration u kien evidenti li l-benefiċċju u l-istabbiltà ta’ pajjizna ma kinux jinteressawhom.

F’Marzu tal-1958 il-Gvern ta’ Mintoff irreżenja u ssejjaħ strajk nazzjonali għat-28 t’April, ġurnata li l-istess Mintoff jiddiskriviha: “bħala wieħed mill-isbaħ parti mill-istorja tal-Moviment tal-Ħaddiema”. Duminku Mintoff imbagħad jiddeskrivi l-Ewwel ta’ Mejju bħala “l-festa tas-soċjalisti, tal-ħaddiema tad-dinja kollha”.

Meta nħarsu lejn l-istorja naraw kemm Jum il-Ħaddiem huwa importanti għalina s-soċjalisti, kemm dejjem għandu jfakkarna li fuq kollox aħna l-partit li jieħu ħsieb lill-ħaddiem, lill-inqas fis-soċjetà, lill-fqir, lill-batut billi jwet-

Dan hu dak li emminna fih, li nemmnu fih u li nibqgħu nemmnu fih. Politika għan-nies, imfassla proprju għan-nies għax l-umiltà qatt ma tonqosna u qatt ma nitbiegħdu min-nies.

Dan li jagħmilna differenti minn ħaddieħor. U għalhekk kien diskors hekk b’saħħtu u ta’ riflessjoni dak li għamel il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali il-Ħadd li għadda.

Dr Abela sostna kif il-ħaddiem huwa fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li jittieħdu ta’ kuljum biex b’hekk tkompli togħla l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. Huwa saħaq li “hemm it-twemmin tagħna jmexxina, it-twemmin Laburista.”

Hekk kif il-Partit Laburista fil-gvern dejjem ifittex li jtejjeb il-kwalità talħajja tan-nies, min-naħa l-oħra b’mod mill-aktar xokkanti l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tattakkana għax intejbu l-kundizzjonijiet tal-familji u tal-ħaddiema.

Din hi d-differenza. Ħaddieħor ħiereġ fl-1 ta’ Mejju biex jipprotesta. Il-Partit Laburista qed jistieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex niltaqgħu l-Belt Valletta u niċċelebraw lill-ħaddiema.

Għalhekk, inħeġġeġ lil kulħadd sabiex fl-1 ta’ Mejju niltaqgħu kollha l-Belt Valletta f’ċelebrazzjoni għall-familja kollha, niċċelebraw il-kisbiet li għamilna flimkien u naħilfu sabiex inkomplu noħolqu l-ġid u x-xogħol u nkomplu niġġeddu.

Hekk kif il-Partit Laburista fil-gvern dejjem ifittex li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, min-naħa l-oħra b’mod mill-aktar xokkanti l-Oppożizzjoni

Nazzjonalista tattakkana għax intejbu l-kundizzjonijiet tal-familji u tal-ħaddiema

Bħax-xorti mnellħa li għandu Bernard il-Grech. Li jipprova jpinġi lilu nnifsu bħala xi Eroj tal-Maltin. U l-Maltin isibuh bħala Captain Evil. Għax ħlief ħsara bi kliemu ma jagħmilx. Hemm min isibu wkoll bħala Captain Clown, għax iħobb idaħħaq ukoll. Imma kif qanna ma jfieqx dal-povru hux? Mela dil-ġimgħa qal li huwa evidenti l-apprezzament minn numru kbir ta’ persuni għax-xogħol kontinwu li qed jitwettaq mill-Oppożizzjoni fil-Parlament. Alla tal-imsieken dan. Għax bħalma kien jagħmel Eddie! Eddie! Eddie! mal-ewwel ċans li jkollu għax ma tgħaddix tiegħu fil-Parlament, isaffar is-suffara u tarahom qishom in-nagħaġ ta’ Bendu joħorġu ’l barra mill-Ogħla Istituzzjoni tal-pajjiż. Dak xogħol kontinwu li qed twettaq l-Oppożizzjoni mill-Parlament! U ħallina Bern!

Biex tgħaxxaq, ftit paġni wara dan l-artiklu fuq il-gazzetta tagħhom, kien hemm ieħor ta’ Ivan “li taparsi kien Laburist” il-Bartolo li bħala titlu kellu “Oħlom miegħi”. Ma setax kiteb titlu aħjar dan il-Bartlu. Għax jedhew fil-ħolm.

Mela Sur Editur, tal-partit tagħhom bdew jitkażaw bil-Prim tagħna għax qalu li dan qed jindaħal fix-xogħol tal-Qorti. U tismagħhom għaddejjin bid-diska mġenġla tas-soltu li l-Gvern tagħna ma jħallix lill-istituzzjonijiet tal-pajjiż jaħdmu.

Ma nafx kif ma jistħux jidhru quddiem in-nies meta jgħidu hekk. U taf min hu l-perċimes ta’ dan id-diskors? Ħu Karol “Il-boxer” l-Aquilina, Bertu ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, li ma tgħaddix ġurnata li hija ġurnata li ma jipprotestax fuq xi ħaġa. U issa qed jippubblika l-kotba wkoll. Għax dan l-għaref tal-għorrief ħareġ ktieb li kollu kemm hu huwa ndħil lill-Istituzzjonijiet talpajjiż. Xi dwejjaq ta’ nies, ħanina dinja.

Sewwa qallu l-Ministru Jonathan, dak tal-Ġustizzja, li l-proċeduri ġudizzjarji ma jsirux fil-kmamar tal-aħbarijiet, fil-kotba jew filbloggs, imma fil-qrati tal-Ġustizzja. X’jaħsbu li huma dawn, x’kull waħda!

Ara kemm jaħseb li huwa l-granalla dan ħu l-Karol. Taf x’ordni ta Sur Editur? Kiteb u talab lill-uffiċjali tal-pulizija u l-avukati fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex ma jobdux l-ordnijiet “illegali” ta’ dawk ta’ fuqhom. Imbagħad irid jgħid li aħna tal-Labour ħtafna l-Istituzzjonijiet. U jekk ma tridx, iridu jgħidu wkoll li l-Gvern tagħna joħnoq il-libertà tal-espressjoni. Jaqq x’nies.

L-istess pezza dan u ħuh Karol, ma fihomx ħobż. Ħa ngħidlek għalfejn, Sur Editur. Mela ftit ilu fil-Parlament dan il-Karol ħadha kontra d-deputat tagħna Michael il-Farrugia. Tant li l-Farrugia kellu jitlob il-protezzjoni tal-Ispeaker. Għax dan il-Karol beda jgħidlu lil Michael tagħna “Jien nagħmilhielek”, fost kliem ieħor. Issa x’kien se jagħmillu ma nafx, imma ma naħsibx li kien se jagħmillu xi kartolina forma ta’ qalb.

U l-Ispeaker kellu jagħti l-verdett tiegħu u qal li Karol l-Aquilina għandu jirtira l-kliem mhux xieraq li qal. Issa din ma kinitx l-ewwel darba għal Karol. Fi Frar li għadda dan il-Karol ukoll kien ikkundannat għall-imġiba tiegħu fil-Parlament għax beda jgħajjar lin-naħa tagħna.

Anki f’laqgħa tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi fi Frar ta’ sentejn ilu, dan il-Karol f’ħin minnhom tilef il-kontroll u ntilef f’isteriżmu u għajjat. U niftakar li dan il-Karol xi erba’ snin ilu kien attakka lil Helena Dalli waqt li kienet għaddejja bis-sessjoni tagħha quddiem il-Membri tal-Parlament Ewropew u spiċċa jgħajjarha. Issa dan kien l-iktar mument importanti għal Dalli, f’ħin li kien ukoll deċiżiv għan-nomina tagħha bħala Kummissarju.

Għandu track rekord tal-kakka nsomma dan. U jrid jitkessaħ u flimkien ma’ ħuh jippretendu li huma s-salvaturi ta’ Malta. Ajma x’għandna bihom! Uġigħ u għoqda fl-istonku.

Għad-dieħla!

FUQ: Waqt it-tnedija tal-għaxar Valletta Green Festival, bis-sehem tal-Ministri Dalli (xellug) u Bonnici (lemin) u ċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta

L-infjorati tas-sena l-oħra (xellug) u oħrajn passati (taħt) organizzati fi Pjazza San Ġorġ

This article is from: