2 minute read

DEĊIFRATI L-ITTRI TAR-REĠINA TAL-ISKOĊĊIŻI

Li Reġina twassal għall-qtugħ ir-ras ta’ kuġintha, wara li għal 19-il sena tefgħetha taħt arrest domiċiljari, tidher ħaġa krudila ferm. Iżda fil-fatt hekk ġara, minħabba li r-Reġina Eliżabetta I saret taf li kuġintha, ir-Reġina Mary tal-Iskoċċiżi kienet qed timmaniġġja biex teħdilha t-tron tagħha tal-Ingilterra. Is-sentenza tal-mewt ingħatat fl-1586 u issa, minn ittri li nstabu, l-istorja qed tingħata ħajja ġdida.

L-ittri kriptiċi li r-Reġina Mary tal-Iskoċċiżi kienet kitbet mill-ħabs li ntefgħet fih, ġew dekodifikati u jitfgħu dawl qawwi fuq l-aħħar snin tagħha fil-jasar.

Advertisement

Bl-użu tal-analiżi tal-kompjuter u t-tqabbil storiku, ir-riċerkaturi setgħu jiddeċifraw is-57 ittra li r-Reġina tal-Iskoċċiżi kitbet fil-ħabs. Dawn jipprovdu ħarsa lejn l-aħħar jiem tal-monarka.

Għal snin sħaħ, din il-ġabra ta’ ittri kriptiċi, li jmorru għas-seklu 16 straħu fil-fond fl-arkivji tal-Librerija

Nazzjonali ta’ Franza, jiġbru t-trab.

Iżda wara li grupp ta’ codebreakers internazzjonali sabu l-ittri, li oriġinarjament kienu mmarkati ħażin bħala ‘testi Taljani,’ u bdew jaħdmu fuqhom bħala proġett sekondarju, malajr indunaw li kellhom f’idejhom informazzjoni li tbiddel l-istorja: l-ittri tal-ħabs ta’ Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi li kienu ilhom mitlufin bosta snin.

Kellha tabdika t-tron

Mary Stuart kienet waħda mill-aktar figuri influwenti fl-Ewropa tas-seklu 16. Ftit jiem biss wara t-twelid tagħha fl-1542, hi telgħet fuq ittron Skoċċiż. Iktar tard iżżewġet fil-familja rjali Franċiża wkoll, u saret ir-Reġina Consort ta’ Franza.

Wara l-mewt tal-ewwel raġel, Mary reġgħet lura biex tmexxi lill-Iskozja, iżda l-kunflitti bejnha u bejn in-nobbli Skoċċiżi ġegħluha tabdika mit-tron, għalkemm organizzat diversi kampanji biex tirkupra d-dritt tat-twelid tagħha.

Wara li sofriet telfa kbira fl-1568, Mary ħarbet lejn l-Ingilterra u fittxet il-protezzjoni tal-kuġina tagħha, ir-Reġina Eliżabetta I. Minflok għenitha, ir-reġina ordnat li Mary tinżamm taħt arrest domiċiljari, fejn baqgħet għal 19-il sena.

Fl-1586, ir-Reġina Eliżabetta kkundannat lil Mary għall-mewt permezz tal-qtugħ ir-ras tagħha wara li kixfet l-allegat pjan ta’ Marija biex twarrab lir-reġina u tieħu l-kuruna Ingliża taħt idejha.

Matul is-snin l-istoriċi analizzaw l-ittri ta’ Mary fil-fond, iżda ħafna emmnu li l-ġabra ma kinitx kompluta. Wara, studju ġdid ippubblikat f’Taylor & Francis ivverifika dik it-teorija.

Aktar minn 50 ittra deċifrati

“Hemm xhieda,” kitbu l-awturi tal-istudju, “li ittri oħrajn minn Mary Stuart huma neqsin minn dawk il-kollezzjonijiet, bħal ittri referenzati f’sorsi oħrajn iżda li ma nstabux band’oħra.”

L-awturi jgħidu li issa kixfu u ddeċifraw aktar minn 50 minn dawk l-ittri mitlufin, li żvelaw informazzjoni ġdida fjamanta fuq il-metodi ta’ kodifikazzjoni ta’ Mary, ħajjitha, u s-snin li wasslu għall-eżekuzzjoni tagħha.

“Din hi skoperta tassew eċċi- tanti,” qal il-codebreaker u l-awtur ewlieni tal-istudju George Lasry.

“Aktar qabel, aħna ksirna l-kodiċi sigrieti ta’ slaten u rġejjen, u huma interessanti ferm, iżda ta’ Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi, l-ittri tagħha huma aktar notevoli peress li ddeċifrajna ħafna ittri mhux pubblikati u peress li hi personalità tant famuża.”

Protezzjoni minn rikatt jew kastig

Aktarx li l-ittri nkitbu f’kodiċi biex jipproteġu lil Mary u lill-alleati tagħha minn rikatt politiku jew kastig. It-tim tal-codebreaker — magħmul minn Lasry, mill-pjanista u professur tal-mużika Norbert Biermann, u mill-fiżiku u espert tal-gvern Satoshi Tomokiyo – kellu jaħdem mill-bidu biex jiddeċifra-

Aktar qabel, aħna ksirna l-kodiċi sigrieti ta’ slaten u rġejjen, u huma interessanti ferm, iżda ta’ Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi, l-ittri tagħha huma aktar notevoli peress li ddeċifrajna ħafna ittri mhux pubblikati u peress li hi personalità tant famuża hom, peress li l-maġġoranza tal-ittri qatt ma kienu analizzati qabel.

L-ewwel pass tal-proċess tad-deċifrar kien it-traskrizzjoni tal-ittri u l-mogħdija tagħhom fi programmi tas-software tal-kompjuter li janalizzaw il-kodiċi. Il-codebreakers setgħu jidentifikaw ilFranċiż bħala l-lingwa oriġinali tat-test sempliċi u qassmu l-200 simbolu f’ittri, ismijiet u postijiet individwali.

Minn hemm, bdew jiddeċifraw xi kliem manwalment u bdew jinnutaw xi dettalji — bħal ripetizzjonijiet kontinwi għal xi iben u referenzi għal Sir Francis Walsingham, il-kap spjun tar-Reġina Eliżabetta — li għenuhom jindikaw lil Mary, Reġina tal-Iskoċċiżi bħala l-awtriċi ta’ kollox.

This article is from: