2 minute read
SIEFRET FIT-TUL SABIEX TAGĦMEL DAK LI TĦOBB
Il-personalità tal-lum hija artista li xi żmien ilu siefret ’il bogħod waħedha, sabiex tesplora u ssir taf aktar lilha nnifisha. Ix-xogħol bl-idejn minn dejjem kien għal qalbha. Qed nirreferi għal Elaine Saliba.
Għandha 35 sena, toqgħod iż-Żurrieq, għalliema tal-Arti u bħala passatempi tħobb tpinġi u toħloq illustrazzjonijiet u disinji mill-arti tagħha stess. Tħobb taħdem kemm bl-idejn bħala żebgħa, materjali ta’ texture u diġitali. Passatempi oħra li għandha huma li timxi u tgħum. In-natura hija l-ispirazzjoni ewlenija ta’ kulma tagħmel.
Advertisement
Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna relaxed u bħala mara li tieħu l-ħajja ġurnata b’ġurnata u tipprova ma tiġix influwenzata millħajja mgħaġġla, mill-ġenn u mill-promozzjoni kontinwa ta’ prodotti.
Fil-passat kienet taħdem bħala graphic designer. Ix-xogħol bl-idejn minn dejjem kien għal qalbha u filfatt xogħolha jinvolvi amalgamazzjoni ta’ tekniċi bl-idejn u diġitali li jagħmlu xogħol uniku. Ħallejt f’idejha sabiex tispjegali eżattament x’tip ta’ xogħol toħloq bl-idejn. “Apparti t-tpinġija, minn età żgħira bdejt noħloq prodotti bl-idejn. Fil-bidu kienu ħwejjeġ minn drappijiet differenti, maż-żmien dan il-passatemp żvolġa.
Sirt kollezzjonista ta’ drappijiet u materjali li nuża fi proġetti artistiċi varji.
Waqt l-istudju tiegħi fl-arti esplorajt id-dinja diġitali u minn hemm ma ħaristx lura. Infatti llum nesprimi idea bl-idejn. Però, fil-proċess li nevolviha b’mod diġitali dejjem nirreferi għal materji primi.”
Tittrasforma dak kollu li tosserva fl-arti li jistgħu japprezzaw nies oħra
Bħala artista, Elaine stqarret miegħi li x-xogħol tagħha jagħtiha ħafna sodisfazzjon. Huwa mod ta’ kif tesprimi ruħha u tittrasforma dak kollu li tosserva fl-arti li jistgħu japprezzaw nies oħra.
“Apparti minn hekk xogħli bħala għalliema tal-arti jagħtini ħafna sodisfazzjon għax b’hekk qed ngħaddi dak li tgħallimt lil nies oħra u naqsam din l-esperjenza ma’ studenti żgħar li nemmen ħafna li għandhom bżonn jesploraw l-immaġinazzjoni u l libertà artistika.”
Ta’ min jgħid li waqt li kienet taħdem bħala graphic designer kellha taddatta l-arti tagħha skont il-bżonn tal-klijenti, iżda llum il-ġurnata tippreferi ħafna aktar
Apparti t-tpinġija, minn età żgħira bdejt noħloq prodotti bl-idejn. Fil-bidu kienu ħwejjeġ minn drappijiet differenti, maż-żmien dan il-passatemp żvolġa. Sirt kollezzjonista ta’ drappijiet u materjali li nuża fi proġetti artistiċi varji li jkollha l-istil tagħha. “Nipreferi li naħdem fl-istil li l-iktar li jogħġobni u l-klijenti jkellmuni għal stil li ħloqt jien, iktar milli jien ikolli naddatta għal dak li jkollu f’moħħu l-klijent għax xi drabi jista’ jkun stil li jien m’iniex komda naħdem bih.” Interessanti l-fatt, li f’April 2019 kienet marret l-Amerka t’Isfel waħedha. Kienet biħsiebha ddum sitt xhur. Għamlet dan kollu peress li Elaine hija persuna li tħobb ħafna tpinġi u toħloq illustrazzjonijiet u riedet issib ħin għaliha biex dak li tħobb tagħmel twettqu hemmhekk.
Riedet li ssir taf iktar lilha nnifisha f’ambjent u kultura differenti minn dawk li mdorrija tgħix fihom. Waqt dan il-vjaġġ iltaqgħet marraġel tagħha fil-Messiku. Hu wkoll artist u ftit wara li ltaqgħu ddeċidew li jkomplu l-vjaġġ flimkien fejn ħadmu fuq proġetti artistiċi.
“Din kienet ħolma li għexnieha ġurnata b’ġurnata sakemm faqqgħet il-Covid u s-sitwazzjoni saret ftit diffiċli. Minn hemm iddeċidejna li niġu Malta u bdejna ħajja flimkien fuq din il-gżira, iżżewwiġna u llum għandna tifel jismu Gael,” qaltli sodisfatta Elaine.
Barra minn hekk, Elaine tistqarr li hija differenti mill-kumplament tal-familja tagħha li inzertaw huma wkoll għandhom dik il-parti artistika fihom, imma għall-kuntrarju tagħha stess beżgħu li jesprimuha. Elaine hija totalment differenti. Siefret ’il bogħod waħedha, sabiex tesplora u ssir taf aktar lilha nnifisha.
“Il-familja kienet ta’ ispirazzjoni kbira. Kważi kollha artisti u jesprimu ruħhom b’materjali differenti. Dejjem ħadmu fis-skiet u qatt ma fittxew li jikbru artistikament. Ħadmu ma’ negozjanti kbar u ta’ isem jew ħadmu u x-xogħol artistiku żammewh bħala passatemp.”
Kienet involuta fl-illustrazzjonijiet ta’ ktieb għat-tfal
Sirt naf ukoll li fis-sena 2021 kienet involuta fl-illustrazzjonijiet ta’ ktieb għat-tfal. Fil-fatt, huwa ktieb dwar