1 minute read

5,000 OĦRA MISTENNIJA JITBIEGĦDU MILL-FAQAR

Next Article
THE MOOR MURDERS

THE MOOR MURDERS

In-National Reform Programme għall-2023 juri kif il-miżuri mill-Gvern Laburista se jkomplu jgħinu fit-titjib tal-għajxien fil-faxex l-aktar vulnerabbli

Il-Gvern għadu kemm issottometta lill-Kummissjoni Ewropea l-programm nazzjonali tiegħu għar-riforma (National Reform Programme), li jiġbor fih il-miżuri kollha li qed idaħħal biex jilħaq il-miri tal-istrateġija tiegħu bbażata fuq ħames pilastri ewlenin – governanza, ambjent aħjar, infrastruttura aħjar, investiment fl-edukazzjoni u tkabbir ekonomiku – li jtejbu l-kwalità tal-ħajja. Minbarra li jelenka l-miżuri kollha li se jkunu qed jitwettqu, fosthom l-1,000 proposta tal-manifest elettorali “Malta Flimkien”, ir-rapport iħares ukoll fid-dettall lejn l-impatt pożittiv li diġà qed ikollhom sensiela ta’ miżuri implimentati fl-aħħar żmien.

Advertisement

Minn dak indikat fl-istess programm, hu mbassar, minn kalkoli li qed isiru, li grazzi għall-politika Laburista mal-5,130 persuna oħra se jaraw titjib ieħor sinifikanti u saħansitra jitbiegħdu millfaqar jew mir-riskju tiegħu. Fl-istess ħin, rapport separat juri kif indiċi tal-Ġnus Magħquda jpoġġi lil pajjiżna mal-aqwa għaxra fl-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp uman. Grazzi għall-progress irreġistrat mindu nbidlet l-amministrazzjoni f’pajjiżna, il-klassifikazzjoni ta’ Malta tjiebet mis16-il post fl-UE fl-2010 għad-disa’ post 11-il sena wara (ara rapport f’paġni 4 u 5)

Tkompli f’paġna 5

TELQU ’L BARRA GĦALL-APPARENZA … DAĦLU LURA JIRREĠISTRAW BIEX

MA JITILFUX IL-€50 MILL-ONORARJA

Meta nhar it-Tlieta l-Oppożizzjoni reġgħet għażlet li tibbojkottja s-seduta Parlamentari għax m’għaddietx tagħha, quddiem il-kameras id-deputati Nazzjonalisti ħarġu jiġru ’l barra mal-Kap Bernard Grech. Minkejja dan, nistgħu niżvelaw kif uħud minnhom sfidawh u daħlu lura jew marru xorta l-Parlament, primarjament biex jgħaddu l-card mis-sistema Parlamentari u ma jidhrux li kienu assenti bla raġuni u jispiċċaw bl-onorarja mnaqqsa.

Tkompli f’paġna 7

This article is from: