1 minute read

IL-ĠERMANJA SSEGWI

Next Article
THE MOOR MURDERS

THE MOOR MURDERS

L-PASSI MALTIN DWAR

L-UŻU TAL-KANNABIS

Advertisement

Il-Ġermanja ħabbret bidla filpolitika tagħha fuq l-użu responsabbli tal-kannabis u ddeċidiet li timxi fuq il-passi li diġà ħadet Malta. Bħal fil-każ ta’ pajjiżna, il-Ġermanja għandha l-pjan li, sa tmiem din is-sena, iddaħħal liġi msejsa fuq sforzi biex jitnaqqsu l-ħsara u r-riskju mill-użu tal-ħaxixa.

ONE News ħabbar li uffiċjali Ġermaniżi diġà kellhom diskussjonijiet mal-awtoritajiet relevanti Maltin minħabba li jqisu li Malta hi l-“gold standard” fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward wara l-liġi li daħlet fl-aħħar xhur dwar l-użu responsabbli tal-kannabis.

Mitluba tikkummenta dwar dan, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, li hi responsabbli mis-settur, qalet li “l-Ġermanja kienet qed tipproponi mudell kompletament differenti: wieħed ibbażat fuq il-kummerċjalizzazzjoni, imma issa qed tieħu l-mudell u timxi fuq il-passi tagħna”.

Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat, il-Ġermanja biddlet kompletament il-pożizzjoni tagħha fuq l-użu responsabbli tal-kannabis wara li l-Ministru għas-Saħħa, Karl Lauterbach, stqarr li falliet il-politika ta’ pajjiżu dwar il-kannabis. Għalhekk, issa dan il-pajjiż ewlieni Ewropew se jkun qed jadotta liġi ispirata minn dik ta’ Malta.

“Irridu li ma nħallux li l-kannabis twassal għall-konsum ta’ drogi aktar qawwijin. Irridu nipproteġu aħjar liż-żgħażagħ. Irridu niġġieldu s-suq iswed. Irridu nrażżnu l-kriminalità relatata mad-droga. Irridu nikkontrollaw it-tossiċità tal-prodotti, li qiegħda kulma jmur tiżdied,” saħaq Lauterbach.

Is-Segretarju Parlamentari Maltija qalet li l-liġi l-ġdida Maltija se tagħti daqqa ta’ ħarta kbira lis-suq illegali, filwaqt li tassigura kannabis nadifa u regolata għal min jagħmel użu minnha b’mod ikkontrollat għall-użu personali. Hi spjegat li pajjiżna se jkun qed jixpruna din ir-riforma f’settur daqstant sensittiv billi jospita diskussjonijiet ma’ diversi pajjiżi Ewropej dwar dan.

“Bħala pajjiż li konna minn tal-ewwel li għamilna dan ilpass radikali, se nkunu qed naqsmu l-aħjar prattiċi ma’ dawn il-pajjiżi fuq dak li qed nagħmlu f’kuntest lokali,” tenniet Buttigieg, waqt li ħabbret li f’Lulju li ġej Malta se tospita delegazzjoni għolja ta’ Ministri minn pajjiżi, bħall-Ġermanja, il-Lussemburgu u r-Repubblika Ċeka, għal dan il-għan.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

This article is from: