Rapport f’paġna 5
MILL-ĠDID IPPREMJATA L-BŻULIJA
Iċ-ċekkijiet sa €140 f’rifużjoni tat-taxxa lesti biex jibdew jitqassmu għas-sitt sena konsekuttiva
Minn għada, il-Gvern se jibda jqassam iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tattaxxa biex ikompli jkun ta’ spalla għall-ħaddiema u jkompli jtejjeb il-livell tal-għajxien tal-familji
Maltin u Għawdxin. Iċ-ċekk individwali, li għalih huma intitolati dawk il-ħaddiema bi dħul annnwali ta’ inqas minn €60,000, se jkun bejn €60 u €140, bl-ogħla rifużjoni tingħata lil min għandu l-aktar dħul baxx.
Għas-sitt sena konsekuttiva din il-miżura se tkun qed tħalli €26 miljun oħra fil-bwiet ta’ aktar minn 250,000 ħaddiem. B’hekk in-nefqa totali fuq dan il-benefiċċju, mill2018 sal-lum, se tkun laħqet iżjed minn €100 miljun imqassmin f’ċekkijiet lill-familji Maltin u Għawdxin.
L-ewwel indikazzjoni li se jibdew jitqassmu dawn iċ-ċekkijiet ingħatat nhar it-Tnejn li għadda millPrim Ministru Robert Abela nnifsu waqt il-mass meeting tal-Ewwel ta’
Mejju fil-Belt Valletta quddiem folla enormi li nġabret għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.
“Meta bdejna din il-miżura ftit ta’ snin ilu, investejna fiha inqas minn
€12-il miljun f’sena. Illum dan l-investiment aktar milli rdoppjajnieh.
F’sitt snin, b’din il-miżura waħedha, se nkunu investejna €100 miljun lura fikom il-ħaddiema. Għax
aħna nagħtu kelma u nżommuha,” tenna dakinhar il-Prim Ministru.
Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fl-istess jum
reġa’ kien kritiku għal din it-tip ta’ għajnuna lill-ħaddiema meta qal li “se jkun qiegħed jibagħtilna ċ-ċekkijiet għar-rifużjoni tat-taxxa, drajnieha issa!”. Is-sena li għaddiet hu kien ukoll irrimarka li għajnuna simili hi biss tberbiq ta’ flus.
Fil-manifest elettorali, Grech kien ippropona miżura għalkollox bil-maqlub ta’ dik li se titwettaq minn għada.
Aktar riċenti l-Kap Nazzjonalista u esponenti tal-Oppożizzjoni wkoll esprimew ruħhom kontra l-għajnuna ferm akbar li qed tingħata lill-familji, dik tas-sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija, li qegħdin jilqgħu għaż-żidiet esaġerati kkawżati mill-Gwerra fl-Ukrajna.
Tkompli f’paġna 5
KARLU INKURUNAT UFFIĊJALMENT
Iċ-ċerimonja formali tal-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III tar-Renju Unit ilbieraħ ġibdet l-attenzjoni kollha, b’mijiet preżenti għall-avveniment fil-Katidral ta’ Westminster Abbey li jmur lura għal mijiet ta’ snin, eluf li mlew it-toroq prinċipali ta’ Londra u miljuni oħrajn li segwew permezz tax-xandiriet diretti. Din l-ewwel inkurunazzjoni formali għal dawn l-aħħar 70 sena ma kinitx nieqsa mill-kritika fi żminijiet soċjali diffiċli għall-pajjiż.
Ara wkoll paġni 10 u 11
DETTALJI
EDITUR
RONALD VASSALLO
email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
KIMBERLY CEFAI
email: sales@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
DISINN TAL-PAĠNI
KIMBERLY CEFAI
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
KUNTATT ĠENERALI
KullĦadd
email: editorial@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate
Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU
www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI
www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT
Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI
Emerġenza Covid 19 - 111
Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112
Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 22°C
L-Inqas Temperatura: 15°C
L-Indiċi UV: 9
Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u l-Libja
It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab
Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar ix-Xlokk li jsir
mix-Xlokk
Il-Viżibilità: Tajba
Il-Baħar: Ħafif
L-Imbatt: Ftit li xejn
It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310
National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539
Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221
Mint Care Pharmacy, 5B-71, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974
Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġ, Tal-Ibraġ – 21370141
Brown’s Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352
Smiths St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402
Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198
St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711
Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037
Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503
Polymer Żabbar Pharmacy, 30, Triq tal-Ħofra, Ħaż-Żabbar – 21676263
Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311
Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328
Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856
Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479
Għawdex
Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170
Nadur Pharmacy, Pjazza t-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589
L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
MAT-8,500 NEGOZJU ĠDID FI ŻMIEN TLIET SNIN BISS
Mindu Robert Abela sar Prim Ministru ġew reġistrati medja ta’ tmien negozji kuljum
Mill-2019 ’l hawn kien hemm żieda ta’ kważi 8,500 negozju fl-ammont sħiħ f’pajjiżna, medja ta’ kważi tmien negozji ġodda ma’ kull ġurnata li fihom Dr Robert Abela kien Prim Ministru.
Din il-qabża importanti seħħet minkejja li f’dawn is-snin pajjiżna għadda mill-agħar pandemija fi 80 sena u mis-sena li għaddiet kellu jiffaċċja l-impatti devastanti tal-Gwerra fl-Ukrajna.
Fl-istess ħin, minkejja l-proċedura tal-Financial Action Task Force (FATF) bejn l-2021 u l-2022, li skont it-tbassir tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet se ġġib katastrofi fis-settur finanzjarju, isservizzi professjonali u l-gaming, Malta esperjenzat tkabbir anke hawnhekk.
Statistika uffiċjali tindika li f’dawn is-setturi kien hemm żieda ta’ kważi 2,400 negozju jew madwar żewġ negozji addizzjonali kuljum.
Minbarra li rewħet il-kwistjoni u saħansitra ħeġġet lill-FATF għal proċeduri kontra pajjiżna, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista pprovat tbeżża’ lin-negozji stabbiliti u dawk potenzjali minħabba l-greylisting. It-tattiċi komplew anke wara li, bil-ħidma kbira mill-Gvern u l-awtoritajiet kompetenti, Malta ħarġet minn taħt l-istess proċedura fi żmien
ri bil-għaqal ta’ sostenn mill-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela wasslu biex, bil-maqlub ta’ dak li ġara fil-bqija tal-Unjoni Ewropa, id-domanda
L-istat qawwi tal-konsum privat jispjega għaliex fl-aħħar tliet snin kien hemm żieda ta’ 1,434 negozju fil-bejgħ bl-ingrossa (wholesale), bl-imnut (retail) u t-trasport, flimkien żieda ta’ 1,232 negozju
Nhar l-Erbgħa l-Uffiċċjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li b’kollox is-sena li għaddiet kien hemm 136,183 intrapriża rreġistrati f’Malta, żieda ta’
1.2% fuq l-2021. Minn dawn 13.8% kienu fis-setturi professjonali, xjentifiċi u tekniċi, waqt li 13.3% kienu fl-oqsma finanzjarji u tal-assigurazzjoni u 7.9% fl-oqsma amministrattivi u
L-NSO qal li ż-żieda fir-reġisgozji fl-2022 ammontat għal 10,293, waqt li kien hemm
6,595 li tneħħew minn fuq ir-reġis-
L-ASSISTENZA SOĊJALI TARA
1,600 INQAS
F’DIPENDENTI
Fl-aħħar tliet snin l-ammont ta’ benefiċjarji minn assistenza soċjali naqas b’aktar minn 1,600, li jikkonferma kemm il-politika ekonomika u soċjali tal-Gvern ta’ Robert Abela wasslet għal titjib fil-qagħda finanzjarja ta’ dawk l-aktar fil-bżonn, minkejja l-isfidi internazzjonali kollha. It-tnaqqis li seħħ fl-aħħar snin jikkuntrasta bilkbir ma’ dak li kien seħħ fis-snin ta’ wara l-kriżi ferm iżgħar tal-2008 meta dawk fuq l-assistenza soċjali kienu żdiedu b’madwar 900 persuna.
L-aktar tnaqqis qawwi fid-dipendenza fuq l-assistenza soċjali seħħ fost dawk li jew kienu qiegħda jew kienu għadhom kemm waqfu jirreġistraw. Fil-fatt, waqt li fl-aħħar kwart tal-2019 kien hemm 3,455 persuna fuq l-Unemployment Assistance, l-Unemployment Assistance Taper u s-Subsidiary Unemployment Assistance, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena dawn naqsu għal 2,656.
Jiġifieri wieħed minn kull erbgħa li kienu fuq dawn il-benefiċċji fl-2019 issa m’għadx fadlilhom bżonn ta’ din l-għajnuna wara li esperjenzaw titjib fil-ħajja.
Minkejja l-għadd ta’ restrizzjonijiet bil-pandemija xorta kien hemm żieda ta’ 471 lukanda/restorant mill-2020 sal-2022
Kif tixhed l-istatistika uffiċjali, l-ekonomija ta’ pajjiżna kompliet tiddiversifika u xorta tipprogressa mill-2020 ’l hawn. Fil-fatt, analiżi tal-aħħar tliet snin turi li kien hemm żieda ta’ 823 negozju fil-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u 779 azjenda addizzjonali fis-saħħa u fl-edukazzjoni privata. Dan minbarra tkabbir ta’ 635 negozju fl-industrija, il-biedja u s-sajd, u 720 azjenda fil-kostruzzjoni.
Minkejja l-isfidi partikolari tal-pandemija, li wasslet ukoll għall-waqfien tal-ivvjaġġar bl-ajru u bil-baħar, xorta kien hemm tkabbir fl-industrija tal-ospitalità b’żieda ta’ 471 lukanda jew restorant imqabbel mal-2019.
Il-maġġoranza ta’ dan it-tkabbir flgħadd ta’ azjendi rreġistrati f’pajjiżna kienet osservata fost dawk li jħaddmu inqas minn għaxar persuni. Fil-fatt dawn żdiedu bi 8,048 ħaddiem. Warajhom kien hemm żieda ta’ 325 azjenda li tħaddem bejn 10 u 49 ħaddiem, kif ukoll tkabbir ta’ 42 negozju li jħaddmu bejn 50 u 249 persuna.
Impressjonanti ferm huwa l-fatt li f’dawn l-aħħar tliet snin kien hemm żieda ta’ 19-il azjenda li tħaddem aktar minn 250 ħaddiem. Dan ifisser tkabbir ta’ 15% fuq l-istess medda ta’ żmien
Fost dawk fuq il-benefiċċju ta’ assistenza soċjali fl-aħħar tliet snin kien hemm tnaqqis ta’ kważi 600 persuna, biex b’hekk wieħed minn kull sebgħa li kienu dipendenti fuq dan il-benefiċċju fi tmiem l-2019 illum m’għadhomx. Fejn jidħlu single parents dipendenti fuq assistenza soċjali, dawn naqsu b’228, li jfisser li waħda minn kull għaxar single parents li kienu dipendenti fuq assistenza soċjali tliet snin ilu, illum m’għadhiex f’din il-qagħda vulnerabbli.
Minbarra dan it-tnaqqis ta’ aktar minn 1,600 benefiċjarju fuq assistenza soċjali, kien hemm ukoll tnaqqis ta’ kważi 1,000 persuna dipendenti fuq l-għajnuna supplimentari, meta mqabbel mal-perjodu eżatt qabel Dr Abela sar Prim Ministru. Dan ifisser li kull jumejn, kemm ilu jamministra l-pajjiż hu, kien hemm tnaqqis ta’ kważi ħames persuni dipendenti fuq benefiċċji soċjali intitolati lil dawk fuq l-inqas dħul.
Minkejja dan it-tnaqqis qawwi fl-ammont ta’ benefiċjarji, l-investiment soċjali f’dan is-sostenn mhux talli naqas, iżda żdied b’mod sinifikanti. Fil-fatt, l-allokazzjoni fuq assistenza soċjali llum tlaħħaq kważi €14-il miljun, kontra madwar €11-il miljun tliet snin ilu. Dan filwaqt li l-allokazzjoni fuq għajnuna supplimentari telgħet għal €5.5 miljun, minn €2.2 miljun fl2019.
Taħt Dr Robert Abela żdiedet bilkbir ukoll l-allokazzjoni fuq Children’s Allowance, li minn €9.5 miljun żdiedet għal €12-il miljun, dik tar-romol minn €33 miljun għal €40 miljun u dik għall-pensjonanti minn €134 miljun għal €211-il miljun.
TA’ BEPPE JINSISTU LI DELIA MA JITKELLIMX WAQT IL-PROTESTA
Mid-Dar Ċentrali jipprovaw jikkuntentaw lill-Eks Kap permezz ta’ banners imma l-qiegħa spiċċat tisħon aktar
Nies qrib Adrian Delia kienu rrabjati li dak, li huma għadhom jikkunsidrawh bħala l-Kap tagħhom, ma tkellimx fil-protesta tal-Partit Nazzjonalista bħal-lum ġimgħa quddiem l-Isptar San Luqa.
Il-KullĦadd hi informata li din ir-rabja kibret l-aktar għax kienet il-pressjoni tal-fazzjoni tad-Deputat Beppe Fenech Adami li wasslet biex it-tmexxija tal-Partit tiddeċiedi li Delia ma jitkellimx. Wara kwistjonijiet li tqajmu fl-aħħar ġimgħat, l-istrateġisti ddeċidew li Delia ma kellux ikun fuq il-palk jitkellem qabel il-Kap Bernard Grech, bħalma ġara fl-aħħar ġimgħat.
Hu sigriet magħruf li Grech xejn mhu komdu li Delia qed jidher daqsu. Dan anke wara li stħarriġ tal-opinjoni pubblika wera li hu popolari daqsu jew f’xi każi saħansitra aktar minnu.
Imma, fl-istess ħin, Grech ma kellu l-ebda għażla u fl-aħħar ġimgħat kellu jċedi għallpressjoni ta’ Delia, li mhux lest li jitlaq minn idejh il-mertu fil-kawża ġudizzjarja dwar il-konċessjonijiet tal-isptarijiet lil Steward Healthcare.
Din id-darba, iżda, il-pressjoni ġiet mingħand dawk li Bernard Grech hu midjun magħhom u kellu jikkuntentahom ukoll. Fil-fatt, kienu dawk li lil Grech poġġewh fil-kariga li għamluha ċara li Delia m’għandux jidher aktar minnhom u għad-detriment tagħhom.
Uħud mill-banners favur l-Eks Kap Adrian Delia (inset) li twaħħlu għall-protesta tal-Ħadd
Fuq quddiem nett tagħmel dan l-argument kien hemm il-fazzjoni ta’ Beppe Fenech Adami, li, bħal Delia, jikkontesta fuq Birkirkara u t-Tmien Distrett.
Sorsi fil-PN spjegaw kif, wara d-deċiżjoni li Delia ma jitkellimx, deher ċar ħafna wkoll li l-Eks Kap m’għamel ebda sforz kbir biex jiġbed in-nies lejn l-attività tal-PN, li finalment kienet waħda li marret ħażin ħafna.
Biex jipprovaw ipaċu l-affari ma’ Delia waħlulu banner
biex jgħidulu grazzi tal-ħidma li għamel fuq l-isptarijiet, iżda dan ukoll spiċċa ma kkuntenta lil ħadd, la lil ta’ Delia, li xtaqu liż-“żiemel” tagħhom fuq ilpalk, u wisq inqas lil dawk ta’ kontrih.
Fil-fatt, din il-gazzetta hi infurmata minn membru fil-kumitat sezzjonali Nazzjonalista ta’ Birkirkara li “ta’ Fenech Adami kemmxu xufftejhom u l-messaġġ wassluh”.
Anke dawk li jappoġġjaw lil Justin Schembri kellhom
tagħhom xi jgħidu lit-tmexxija Nazzjonalista. Dawn fakkru kif id-deputat li jappoġġjaw huma ġab voti kważi daqskemm ġabu Adrian Delia u Beppe Fenech Adami u għalhekk m’għandux jibqa’ jkun żvantaġġjat.
U l-protesta, suppost nazzjonali, mhux biss wasslet għall-inkwiet minħabba n-nuqqas ta’ suċċess, iżda qabdet ukoll uġigħ ta’ żaqq fost il-fazzjonijiet differenti li l-ħin kollu jimmanuvraw.
Tali manuvri jibqgħu joħorġu
fid-dieher kif ġara bl-attakk talEks Deputat Jason Azzopardi flaħħar ġimgħat. Dan tal-aħħar ma qagħadx jomgħodha fuq Facebook dwar Bernard Grech u tenna li dan qed jieħu rikba b’xejn bil-ktieb, li ħareġ il-PN, dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet. Azzopardi qal li hu ħadem ħafna u ma ġiex mitlub mill-Partit biex jikkontribwixxi fil-ktieb, anke, jekk skontu, għamel ix-xogħol kollu hu u mbagħad spiċċa ħa l-kredtu Delia.
IL-PN RIED RIFUŻJONI GĦAL MIN JAQLA’ L-AKTAR
Tkompli minn paġna 1
Fil-kampanja għall-aħħar elezzjoni ġenerali l-PN kien wiegħed tnaqqis fit-taxxa biss għal dawk li jaqilgħu iżjed minn €60,000 fis-sena. Din il-miżura kienet se tiswa €21 miljun, li Grech kien biħsiebu jġibhom miċċekkijiet li l-Gvern Laburista jagħti lill-familji. Hu kien ammetta wkoll li l-ħaddiema bil-paga minima kienu se jkunu esklużi mill-kreditu tat-taxxa mwiegħed. Dwar dan, nhar it-Tnejn il-Prim Ministru fakkar li “kieku telgħu huma (l-PN), kieku kien ifisser li r-rifużjoni tat-taxxa li se nagħtu l-ġimgħa d-dieħla, kienu se jwaqqfuha … li s-€26 miljun li se ninvestu fikom, ma kinux jagħtuhom. Minflok, f’dak il-pjan (manifest elettorali), ħa nfakkarhom x’riedu jagħmlu, riedu jagħtu biss €2,000 rifużjoni lil dawk li jaqilgħu l-aktar. Araw naqra, daqstant għal qalbhom il-ħaddiema tagħna”. Fl-aħħar xhur, hekk kif l-ekonomija globali bdiet tirkupra, id-dinja reġgħet bdiet tiffaċċja sfidi kbar li ma kinux mistennija. Dan xekkel ir-ritmu ta’ rkupru u
impatta b’mod negattiv it-tkabbir ekonomiku globali. Bosta kumpaniji barra minn xtutna kellhom jagħlqu minħabba l-piżijiet li ġabet magħha l-Gwerra fl-Ukrajna mill-bidu tas-sena l-oħra, bil-konsegwenza li ħafna ħaddiema spiċċaw mingħajr impjieg.
Kontra l-qagħda globali, f’Malta ddaħħlu iżjed miżuri li jtejbu d-dħul tal-ħaddiema
F’Malta, bil-maqlub, il-Gvern baqa’ jwieżen lill-familji u lin-negozji u assorba l-impatt hu biex ma jgħaddix dawn il-piżijiet fuqhom. Permezz ta’ dan, l-ekonomija Maltija baqgħet b’saħħitha u s-suq tax-xogħol kompla jissaħħaħ.
Fil-fatt, pajjiżna baqa’ jirreġistra livelli għoljin ta’
impjiegi, filwaqt li llum l-ġurnata għandna fost l-inqas rati ta’ qgħad meta mqabbel mal-bqija tal-Unjoni Ewropea. B’deċiżjonijiet f’waqthom u b’miżuri bi ħsieb immirati lejn il-bżulija, ix-xogħlijiet baqgħu siguri u pajjiżna baqa’ reżiljenti fi żminijiet diffiċli.
Fil-ħarġa tagħna nhar il-Ħadd li għadda ħabbarna wkoll kif, fuq perjodu ta’ għaxar snin bejn l-2012 u l-2022, il-paga medja nazzjonali żdiedet b’€5,570. Is-sena li għaddiet biss ġiet irreġistrata l-akbar żieda, dik ta’ iżjed minn €1,200 fuq l-2021, kważi tliet darbiet aktar miż-żieda li kien hemm bejn l-2012 u l-2013 taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista.
Din is-sena wkoll, komplew jiġu attwati diversi miżuri oħrajn li jippremjaw il-bżulija u jtejbu d-dħul tal-ħaddiema, fosthom bit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-overtime u dik fuq il-part-time minn 15% għal 10%, kif ukoll iż-żieda fl-In-Work Benefit u l-estensjoni fl-eliġibilità biex aktar familji jgawdu minn din il-miżura. IlKullĦadd hi informata li dawn il-miżuri swew madwar €20 miljun oħra
MAL-€500,000 FI ĦLASIJIET GĦAL PROĊEDURI TAL-IVF MATUL L-2022
Is-sena l-oħra ġew approvati rekord ta’ applikazzjonijiet inkluż bl-emendi li tressqu mill-Gvern għal-liġi soċjali
Il-Gvern ħallas man-nofs miljun ewro, inkluż lil ġenituri prospettivi li kienu jħallsu spejjeż addizzjonali fi trattamenti u mediċini ta’ prokreazzjoni assistita, li ma kinux għadhom disponibbli sal-bidu tas-sena li għaddiet. Dan joħroġ mir-rapport annwali talAwtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għall-2022, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa, b’rendikont tas-suċċess ta’ dan il-Gvern fejn tidħol l-In-Vitro Fertilisation (IVF) b’servizzi li komplew jiġu estiżi fl-aħħar snin.
F’dan ir-rigward, fi Frar tas-sena l-oħra waqt il-kampanja elettorali, ilPrim Ministru Robert Abela kien ħabbar, fost oħrajn, li l-Gvern kien se jirrifondi l-ispejjeż tal-mediċini jew proċeduri talIVF fil-forma ta’ għotja lil dawk il-koppji kollha li mill-bidu tas-sena kienu għaddejjin bil-proċess delikat. L-għotja bdiet tkopri, fost l-oħrajn, spejjeż b’lura sakemm twasslu l-mediċini meħtieġa u bdew jingħataw ukoll b’xejn f’pajjiżna stess.
L-emendi għal liġi aktar b’saħħitha tal-IVF kienu fost il-wegħdi ewlenin fl-aħħar manifest elettorali Laburista “Malta Flimkien”. Fil-fatt, kif imwiegħed, Gvern ġdid għadda dawn l-emendi mill-istadji kollha tal-Parlament sal-ewwel mitt jum tal-leġiżlatura.
B’riżultat ta’ dawn l-emendi wkoll żdiedu n-nies li jgawdu millproċess tal-IVF bla ħlas, bl-età tan-nisa togħla għal 45 sena, żieda fiċ-ċikli b’xejn u servizz li beda jiġi offrut anke lil min diġà kellu l-ewwel wild, fost
477 tarbija diġà twieldu bis-servizz b’xejn tal-IVF mindu tnieda fl-2015
l-oħrajn. L-emendi wkoll taw aktar aċċess lit-tobba u lill-ispeċjalisti biex jagħmlu użu aħjar mill-aħħar teknoloġija medika biex permezz ta’ testijiet apposta jiġu evitati stejjer ta’ qsim il-qalb, meta jkun hemm ċertezza li t-trabi se jmutu fi ftit ġimgħat jew xhur wara li jkunu twieldu.
L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun qalet li fl-2022 tħallsu xejn inqas minn €458,534, maqsumin bejn mediċini jew proċeduri tal-IVF/ICSI (€353,589), proċessi ta’ trasferiment ta’ embrijuni (€92,057) u interventi ta’ intra-uterine insemination (IUI) (€12,889).
Fl-2021, l-Awtorità kienet approvat rekord ta’ proċeduri ta’ prokreazzjoni assistita sa mit-twaqqif tagħha tmien snin qabel meta twettqu 904 proċeduri approvati, waqt li saru 194 ċiklu ta’ IVF (in vitro fertilisation) u 123 ċiklu ta’ IUI (intrauterine insemination). Flimkien dawn kienu rriżultaw f’57 tqala.
Issa matul is-sena l-oħra, l-Awtorità qabżet dak ir-rekord meta approvat 1,510 talbiet minn koppji eterosesswali, koppji tal-istess sess u persuni singli, li jfisser żieda ta’ 68% fuq it-talbiet li saru fl-2021. Il-maġġoranza ta’ dawn it-talbiet kienu għal ċikli tal-IVF, ċikli ta’ stim
ulazzjoni tal-oocytes, għal IUIs, għall-użu ta’ embrijuni krijopriservati u għall-krijopriservazzjoni tal-isperma.
Il-274 ċiklu ta’ IVF irriżultaw f’90 tqala, li minnhom 32 diġà twieldu, filwaqt li 44 tqala oħra għadhom għaddejjin. Aktar kmieni din il-ġimgħa l-Awtorità qalet li b’hekk il-medja tattake home baby rate fl-2022 telgħet għal 27.74%, li hi 7.12% ogħla minn dik tal2021 u 12.30% minn tal-2020.
Ir-rapport jiżvela wkoll li, matul is-sena 2022, irriżultaw ħames tqalat minn IUI bl-isperma tal-missier naturali, tliet tqalat oħra rriżultaw minn IUI permezz ta’ donazzjoni minn terzi, filwaqt li wkoll ġew approvati 23 donatur tal-isperma barrani għall-użu f’Malta.
Is-suċċessi ta’ Gvernijiet Laburisti fl-aħħar snin bil-proċess tal-IVF għenu biex aktar familji jiġu megħjuna fi tqala assistita, minħabba problemi ta’ fertilità.
Kien dan il-Gvern li ħaseb biex jagħti din l-għajnuna kemm bid-dħul ta’ liġi fl-ewwel lok, emendi li saru għaliha matul is-snin u anke għajnuna finanzjarja lill-koppji involuti. Kien dan il-Gvern ukoll li ressaq emendi għalliġi għall-protezzjoni tal-embrijuni, li jneħħu d-diskriminazzjoni abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali meta wieħed ikollu bżonn trattamenti għall-infertilità, kif inhu l-IVF.
Fl-ewwel leġiżlatura wara l-2013, Gvern Laburista daħħal is-servizz bla ħlas tal-IVF u wara l-elezzjoni tal-2017, kif wiegħed, wessa’ s-servizz b’titjib fil-liġi f’Ottubru tal-2018, biex din tkun tirrifletti aħjar l-avvanzi li saru fit-teknoloġija u b’hekk aktar koppji jkollhom l-istess opportunità bħal oħrajn
Sa sena qabel kienet diġà nqabżet iċ-ċifra ta’ 100 wild bl-IVF mindu l-proċedura setgħet tibda ssir b’xejn f’pajjiżna minn Jannar tal-2015. Dan seħħ wara t-twelid ta’ tliet settijiet ta’ tewmin fl-Isptar Mater Dei lejn l-aħħar ta’ dik is-sena. Sal-lum, iżda, jirriżulta li kien hemm 477 tarbija li twieldet bisservizz b’xejn tal-IVF fl-ART Clinic talIsptar Mater Dei.
Ħidma konsistenti rat ukoll emendi fl-Ordni ta’ Standard Nazzjonali dwar il-Leave ta’ Prokreazzjoni Medikament Assistita. B’dawn l-emendi, ġenituri prospettivi, li jissottomettu ruħhom għall-proċess ta’ prokreazzjoni medikament assistita, ġew intitolati għal 60 siegħa leave bi ħlas sħiħ mill-post tax-xogħol tagħhom għal kull ċiklu talIVF, sa massimu ta’ tliet proċessi.
Fis-6 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet illiġi reġgħet ġiet emendata u approvata mill-Parlament.
Ir-rapport jikkonferma wkoll kemm kienu għaqlin l-emendi li ddaħħlu filliġi tant li, b’riżultat tagħhom, il-ħidma tal-Awtorità kompliet tiżdied is-sena li għaddiet
Dawn taw l-opportunità lil iżjed individwi jsiru ġenituri permezz ta’ es-
tensjoni fl-età tan-nisa eliġibbli u l-legalizzazzjoni tal-proċedura importanti tal-Preimplantation Genetic Testing for Monogenic (PGTM) biex setgħu jiġu evitati kundizzjonijiet jew mard ġenetiku li l-ġenituri faċilment jgħaddu lit-tarbija tagħhom.
L-emendi wkoll raw it-twessigħ talintitolament għas-servizz tal-IVF mingħajr ħlas lil persuni li kellhom wild naturali u li issa qed jesperjenzaw infertilità jew problemi fit-tqala, kif ukoll biex persuni, li diġà kellhom wild bl-IVF, ikollhom l-opportunità tat-tieni wild.
Permezz tal-emendi fl-2022 u dawk fl-2018, l-Awtorità qalet li setgħet tirċievi 316-il applikazzjoni addizzjonali għassostenn.
Familji ġodda japprezzaw din l-għajnuna kollha mogħtija mill-Gvern, tant li l-Awtorità regolarment tirċievi noti ta’ ringrazzjament, li jiġbru s-sentiment ta’ dawk li qed jibbenefikaw u raw il-ħolm tagħhom jitwettaq u ħajjithom tinbidel bl-imħabba ta’ wild.
Waħda minn dawn l-ittri, ippubblikata fl-istess rapport annwali, tiġbor fi ftit kliem dan l-apprezzament: “F’dawn iż-żminijiet diffiċli, għamiltu l-vjaġġ tagħna ferm inqas ta’ strapazz bl-għajnuna u l-appoġġ tagħkom kollha. Permezz tal-qalb tajba għentu biex tneħħu piż kbir minn fuq spallejna … li jfisser ħafna għalina matul dawn iż-żminijiet ibsin. Għalkemm għalikom jista’ jidher bħala dmir, għalina jfisser id-dinja. Napprezzaw tassew. Grazzi mill-qiegħ ta’ qalbna”.
FAMILJI L-IŻJED VULNERABBLI BL-IKBAR TITJIB
B’reazzjoni għal rapport mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), li stħarreġ l-operat tat-taqsima tal-osservanza tal-benefiċċji, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal tenna li fl-aħħar għaxar snin iddaħħlu diversi miżuri u riformi soċjali biex jipprovdu firxa ta’ għajnuniet finanzjarji lil benefiċjarji mhux kontributorji.
Filwaqt li ħa nota tar-rakkomandazzjonijiet li saru biex skont u fejn meħtieġ tittieħed azzjoni, il-Ministeru wkoll irrimarka l-investiment soċjali li twettaq f’dawn l-aħħar snin biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja, mhux b’inqas ta’ dawk vulnerabbli.
“L-analiżi li saret b’mod arbitrarju ffukat fuq tip wieħed ta’ familja fejn l-ebda wieħed mill-membri tagħha mhu f’qagħda li jaħdem u b’hekk jinstab jekk iddħul disponibbli ta’ din il-familja jkunx biżżejjed biex tlaħħaq mal-ħtiġiet bażiċi. Hu magħruf sew li x-xibka ta’ ħarsien soċjali f’dawn l-aħħar snin issaħħet sew bil-varar ta’ riformi soċjali u titjib fil-benefiċċji bil-għan li tkun tista’ tilqa’ għal sfidi u għal aspirazzjonijiet li minn żmien għal ieħor jinbidlu,” tenna l-Ministeru mmexxi minn Michael Falzon.
Fil-fatt, flimkien ma’ miżuri maħsuba biex tissaħħaħ l-adegwatezza tal-pensjonijiet u l-assistenza għall-anzjani u għall-familji vulnerabbli, hu mill-aktar rikonoxxut kif il-Gvern introduċa inizjattivi li jħajru persuni jinqatgħu mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali u tal-qgħad u jsibu impjieg li jagħtihom sigurtà finanzjarja. Dawn l-inizjattivi għenu biex tonqos iż-żieda fil-benefiċjarji li sal-2014 u l-2015 kienet dejjem qed tikber u wasslu biex eluf ta’ persuni, l-aktar nisa u ġenituri waħedhom, mhux biss sabu impjieg iżda aktar minn hekk baqgħu fid-dinja tax-xogħol.
Il-Ministeru kompla li l-iskop aħħari tas-sistema tal-benefiċċji mhux kontributorji, b’mod partikolari dawk li jiddependu minn test tal-mezzi, ċertament mhix intiża biex tipprovdi kumdità finanzjarja għal individwi li jistgħu jaħdmu bi qligħ jew li għandhom ġid sinifikanti. Bil-kontra, dawn huma mmirati biex jagħtu sostenn lil familji bi dħul baxx u persuni li bla ma jridu, qed jiddependu fuq il-ħarsien soċjali minħabba ċirkustanzi tal-ħajja, kundizzjonijiet ta’ saħħa jew diżabilità u li jxekkluhom li jsibu impjieg.
Għalhekk, tenna l-Ministeru, f’dawn l-aħħar għaxar snin tnedew miżuri u riformi biex jitkattar id-dħul tagħhom kif ukoll is-servizzi li jirċievu. “Bħala riżultat t’hekk, id-dħul disponibbli għall-familji li jiddependu fuq l-assistenza soċjali kiber sew. Biex nieħdu l-istess eżempju ta’ familja b’erba’ membri kif sar fir-rapport tal-NAO, naraw li d-dħul ta’ dawn it-tip ta’ familji, kiber sa 87% mill-2012 ’l hawn, b’żieda ta’ kważi €11,000, speċjalment f’każi fejn ikun hemm persuni b’diżabilità severa jew ibatu minn kundizzjonijiet ta’ saħħa. Dan l-ammont ma jinkludix l-ammont tal-benefiċċju tal-enerġija li jvarja skont il-konsum jew il-valur tal-mediċini intitolati u l-ammont tal-COLA addizzjonali.”
OPEN DAY FIL-KATIDRAL: 29 arazzi fil-glorja kollha tagħhom esposti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn se jibqgħu għat-tgawdija tal-poplu u ta’ dawk kollha li jżuru pajjiżna sal-24 ta’ Ġunju li ġej, waqt li llum issir open day bi dħul b’xejn. Din hi l-akbar espożizzjoni ta’ arazzi ta’ dan it-tip fid-dinja bi storja ta’ aktar minn 300 sena mindu l-Gran Mastru Ramon Perellos ikkummissjonahom fl-1696, fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu, u nħadmu fil-Belġju fuq sentejn bejn l-1697 u l-1702. Ir-restawr tagħhom fil-Belġju stess ħa 16-il sena u tlestew is-sena l-oħra. Il-maġġoranza tal-arazzi għandhom qies ta’ aktar minn sitt metri kwadri, għaldaqstant jagħmilhom ukoll l-akbar sett antik fid-dinja.
IS-SUSSIDJI TAĊ-ĊEREALI JSALVAW IL-ĦOBŻ U L-PREZZ
Waqt li iżjed jissemmew is-sussidji talGvern fil-kriżi tal-enerġija, fejn assorba kull żieda fil-prezzijiet relatati, jirriżulta li l-għajnuna li ngħatat f’pajjiżna għallimportazzjoni taċ-ċereali, li l-prezzijiet internazzjonali tagħhom ukoll splodew bil-Gwerra fl-Ukrajna, ukoll kellha effetti pożittivi. Ir-reġjun fi gwerra hu meqjus bħala wieħed mill-aktar li kien jipproduċi prodotti simili fid-dinja.
Minn tagħrif li ngħata mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, fl-aħħar jiem jidher ċar kif, avolja l-prezzijiet tal-ħobż u prodotti relatati żdiedu fil-prezz anke f’Malta, id-daqqa kienet mitigata bl-aħjar mod tant li kellna s-sitt l-inqas żieda fl-Unjoni Ewropea kollha u ferm inqas mill-medja fost l-istati membri.
Mistoqsi mill-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius biex jgħid x’kienet iż-żieda fil-prezz tal-ħobż fl-aħħar għaxar snin, sena b’sena, il-Ministru tenna li l-informazzjoni, kif mitluba, bdiet tinġabar mill-UE mill-2017 ’il quddiem, waqt li rreferih għal żewġ tabelli li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Minn dawn joħroġ li s-suq liberalizzat lokali, waqt li fl-2020 u l-2021 esperjenza żidiet insinifikanti ta’ 0.7% u 0.3% rispettivament, is-sena li għaddiet ra qabża ta’ 12.1%. Din kienet 3.1% inqas mill-qabża medja li esperjenzat l-Ewropa kollha u, li ma kienx għas-sussidji
offruti mill-Gvern lill-importaturi taddqiq u ċ-ċereali biex jiġi prodott id-dqiq lokalment, kien mistenni li ż-żieda tkun ferm akbar.
Meħud kont tal-limitazzjonijiet talħażna u l-konsum f’pajjiżna, operaturi lokali jimportaw biss kwantitajiet żgħar. Dan fil-kriżi wassal għal żieda addizzjonali fil-prezzijiet u anke għal riskju serju fis-sigurtà tal-provvisti lokali.
Il-Gvern
Is-sussidji speċifiċi, li minn tagħrif li għandha l-KullĦadd ammontaw s’issa għal ftit inqas minn €3 miljun fil-każ tad-dqiq u l-qamħ għall-produzzjoni lokali tad-dqiq, kienu jirrestrinġu lillbenefiċjarji milli jgħollu l-prezzijiet tal-prodotti meta jinbiegħu direttament minnhom.
Minkejja dan, esperti fis-settur spjegaw li l-Istat, iżda, ma jistax jintervjeni meta l-istess prodott mixtri jinħadem u jerġa’ jinbiegħ lil terzi f’forom oħrajn, li jinkorpora wkoll spejjeż ta’ produzzjoni. Produtturi lokali esperjenzaw tnaqqis fil-konsum tal-ħobż tradizzjonali Malti, iżda tennew li l-konsumatur fil-ħajja
tiegħu ta’ kuljum xorta għadu jfittex il-ħobż u prodotti oħrajn simili li llum il-ġurnata jvarjaw ħafna iżjed minn snin ilu
Skont l-aħħar statistika tal-Eurostat dwar l-inflazzjoni fil-ħobż, li ġiet ippreżentata mill-Ministru Caruana, 20 pajjiż fl-UE esperjenzaw żidiet akbar minn ta’ pajjiżna u d-differenzi jixhdu, fost l-oħrajn, sitt darbiet aktar fl-Ungerija, l-aktar pajjiż li kellu żieda, u madwar tliet darbiet iżjed f’pajjiżi oħrajn talLvant, bħal-Litwanja, l-Estonja, is-Slovakkja, il-Kroazja u l-Polonja.
Bil-maqlub ta’ pajjiżi oħrajn, minn Mejju tas-sena l-oħra, negozji eliġibbli f’Malta ġew offruti l-assistenza finanzjarja fl-importazzjoni ta’ prodotti bbażata fuq id-differenza bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-ogħla prezz f’Diċembru 2021, li tqies bħala riga f’dan ir-rigward. It-talbiet kollha jiġu assessjati għall-validità tagħhom minn awdituri indipendenti.
Dawn is-sussidji, flimkien ma’ dawk għall-għalf tal-annimali li diġà assorbew ukoll aktar minn €6 miljun oħrajn sal-bidu ta’ dan ix-xahar, ġew estiżi salaħħar ta’ din is-sena, kif imħabbar filBaġit 2023. Din il-gazzetta hi infurmata li talbiet għal €3 miljun oħra f’għajnuniet għadhom qegħdin jiġu analizzati, minħabba kjarifiki jew aktar dokumentazzjoni li ntalbu qabel ikunu jistgħu jiġu pproċessati.
MAL-10,000 VETTURA ANTIKA JIĠU SKRAPPJATI S-SENA LI GĦADDIET
Matul l-2022 ġew skrappjati ftit inqas minn 10,000 vettura antika biex għamlu spazju għal flotta aktar moderna, inklużi vetturi li jniġġsu ferm inqas bħal dawk elettriċi. Il-maġġoranza ta’ dawk li tneħħew mit-toroq tal-pajjiż is-sena l-oħra kienu vetturi u muturi privati, total ta’ aktar minn 9,000 jew 92% tal-għadd sħiħ.
Statistika ppubblikata ġimgħa ilu kkonfermat kif il-qalba għal vetturi li jniġġsu inqas għaddejja b’saħħitha, tant li, bejn Marzu 2022 u Marzu 2023, ġew irreġistrati sitta minn kull għaxra ġodda li huma elettriċi, mild hybrid, plug-in hybrid jew jaħdmu bil-gass, fost l-oħrajn.
Kif imħabbar mill-KullĦadd nhar il-Ħadd, mit-12,051 vettura ġdida, li żdiedu f’dan il-perjodu, kien hemm 7,195 li ma jaħdmux bi fuels konvenzjonali, jiġifieri bil-petrol jew bid-diesel biss, u fil-maġġoranza (4,022) kienu elettriċi. Dan ifisser li kull għaxar vetturi li żdiedu fit-toroq ta’ pajjiżna kienu biss erbgħa li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel.
Fattur ewlieni wara s-suċċess ta’ din il-qalba ambjentali importanti huma l-in-
ċentivi li qed joffri l-Gvern, li jlaħħqu għal €11,000 f’Malta u €12,000 f’Għawdex.
Ix-xahar li għadda wkoll tħabbar kif, b’kollaborazzjoni mal-Gvern, il-Bank of Valletta u l-APS Bank se jkunu qed joffru rata ta’ interess ta’ 0% għal kull min jissellef biex jinvesti f’vettura elettrika jew hybrid, kif ukoll f’inizjattivi favur l-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli. Minn din l-opportunità jistgħu jibbenefikaw in-
Il-Ħadd li għadda rrapportajna kif, bl-inċentivi qawwija, qed jinxtraw aktar vetturi “nodfa”
dividwi privati, SMEs, intrapriżi kbar, korpi kostitwiti u entitajiet fis-settur pubbliku u privat, fost oħrajn. Fl-istess ħin qed jibda jirranka l-proċess ta’ elettrifikazzjoni tal-flotta ta’ vetturi użati mis-Settur Pubbliku u fiżżmien li ġej anke azjendi privati se jibdew jibbenefikaw minn inċentivi u fondi ħalli jagħmlu din il-qalba meħtieġa.
Minbarra hekk, għadu attiv l-inċentiv ta’ €1,000 meta tiġi
skrappjata vettura antika biex tinxtara waħda ġdida.
Sadanittant, meta wieġeb għal mistoqsija Parlamentari mid-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia, il-Ministru Aaron Farrugia, li hu responsabbli għat-trasport fost l-oħrajn, ippreżenta tabella ta’ kemm ġew skrappjati vetturi antiki s-sena l-oħra, skont il-kategorija ta’ klassifikazzjoni tagħhom.
Din tinkludi wkoll numru mdaqqas ta’ vetturi goffi, fost-
hom għall-ġarr tal-passiġġieri, bħal coaches u minibuses, u dawk għall-ġarr ta’ merkanzija, bħal trakkijiet.
B’riżultat ta’ flotta aktar moderna l-għadd ta’ vetturi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel naqas bi 2% bejn Marzu 2022 u Marzu 2023.
Meta wieħed iħares f’aktar dettall lejn din il-bidla fl-ammont ta’ vetturi li jniġġsu inqas, jara li din żdiedet aktar bejn Diċembru 2022 u Marzu 2023. Fil-fatt, f’dawk it-tliet xhur kien hemm żieda ta’ xejn inqas minn 1,816-il vettura u minnhom 590 biss kienu jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel biss.
Ta’ min ifakkar li wara t-tnaqqis qawwi fit-tniġġis bil-produzzjoni tal-enerġija, illum hu s-settur tat-trasport li jikkawża l-aktar emissjonijiet. Bil-bidla fil-flotta tas-Settur Pubbliku u tal-azjendi privati, flimkien mal-bidla gradwali fil-vetturi privati, hu mistenni tnaqqis sostanzjali fit-tniġġis u titjib fil-kwalità tal-arja f’pajjiżna.
Il-Kummissjoni Ewropea qed timmira li jitnaqqas drastikament it-tniġġis tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-vetturi kollha fl-UE sal-2030.
Jew uża l-app
biex tirrapporta rimi illegali ta’ skart
KARLU III JIĠI INKURUNAT RE
Iċ-ċerimonja tradizzjonali kienet ilha ma sseħħ mill-1953 meta ommu Eliżabetta II, li mietet is-sena l-oħra, kienet saret ir-Reġina tar-Renju Unit … waqt li miljuni jsegwu bi ħġarhom, ma tonqosx kritika dwar kemm tali pompożità u l-monarkija nnifisha huma relevanti fiż-żminijiet diffiċli li għaddej il-pajjiż
Ir-Re Karlu III ilbieraħ ġie inkurunat formalment fl-akbar ċerimonja fir-Renju Unit għal dawn l-aħħar 70 sena. F’ċerimonja, li tmur lura bi kważi 1,000 sena, l-Arċisqof ta’ Canterbury, mexxej spiritwali tal-Knisja Anglikana, poġġa l-kuruna antika ta’ St Edward’s fuq ras Karlu fletà ta’ 74 sena, waqt li dan kien bilqiegħda fuq it-tron tas-Seklu 14 fil-Katidral ta’ Westminster Abbey.
Dan l-avveniment storiku seħħ quddiem għajnejn kongregazzjoni ta’ madwar 100 mexxej dinji u mistieden speċjali oħra fil-Katidral, waqt li udjenza televiżiva ta’ miljuni kbar segwiet ukoll b’ħeġġa minn madwar id-dinja kollha.
L-inkurunazzjoni solenni u dak kollu li jiġi magħha tmur lura għal żmien il-predeċessur ta’ Karlu, William the Conqueror fl-1066.
Iċ-ċerimonja ta’ sagħtejn ilbieraħ, li wkoll rat l-inkurunazzjoni tat-tieni mara ta’ Karlu, Camilla ta’ 75 sena, bħala r-Reġina, bla dubju għandha l-għeruq tagħha fl-istorja, iżda kellha wkoll l-għan li tippreżenta monarkija b’viżjoni lejn il-ġejjieni u tirrappreżenta Gran Brittanja aktar diversifikata, inkluż bil-preżenza ta’ mexxejja mir-reliġjonijiet kollha waqt is-servizz reliġjuż.
Għall-pajjiż, li għadu qed isib saqajh fl-isfera politika wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea u anke jipprova jżomm pożizzjoni prominenti fid-dinja moderna, is-sostenituri tiegħu jqisu li l-familja rjali tipprovdi għodda diplomatika vitali u mezz kif dan jibqa’ fuq il-palk dinji.
(“Not My King”).
Aktar minn 11,000 uffiċjal tal-pulizija kienu stazzjonati għal dak li seta’ jinqala’ u l-grupp tal-kampanja għall-ħolqien ta’ repubblika qal li l-kap tiegħu Graham Smith ġie arrestat flimkien ma’ ħames dimostranti oħrajn.
“Din sistema inugwali u skaduta għax għandha eredi biljunarju mwieled fil-ġid u l-privileġġi li bażikament jissimbolizza n-nuqqas ta’ ugwaljanza fil-ġid u l-poter fis-soċjetà tagħna,” qal il-Membru Parlamentari Clive Lewis, li kien fost id-dimostranti kontra l-monarkija.
Sadanittant, f’Westminster Abbey imżejjen bil-fjuri u l-bnadar, politiċi u rappreżentanti millpajjiżi tal-Commonwealth, inkluż il-President
Malti George Vella, ħadu posthom maġenb ħaddiema tal-karità u ċelebritajiet, fosthom l-atturi Emma Thompson, Maggie Smith, Judi Dench u l-kantanta Amerikana Katy Perry.
Ħafna miċ-ċerimonja inkludiet elementi li jmorru lura għall-antenati tal-monarkija sar-Re Edgar fis-sena 973, qalu uffiċjali. L-innu tal-inkurunazzjoni ta’ George Frideric Handel, “Zodak The Priest” tkanta bħalma jsir f’kull inkurunazzjoni sa mill-1727.
Għalkemm fuq skala iżgħar minn dak preċedenti, l-avveniment kien
meqjus spettakolari
Il-Prim Ministru Rishi Sunak tenna li l-ebda pajjiż mhu kapaċi jkollu spettaklu simili. Iżda, minkejja l-entużjażmu tiegħu, l-inkurunazzjoni kienet qiegħda sseħħ fost kriżi kbira li għaddejjin il-familji u n-negozji, partikolarment bil-prezzijiet tal-enerġija, u saħansitra xettiċiżmu popolari, l-aktar fost iż-żgħażagħ, dwar ir-rwol u r-relevanza tal-monarkija.
żżejjed għal dak li għaddej il-pajjiż
L-avveniment tal-bieraħ, għalkemm xorta fuq skala iżgħar minn dak tar-Reġina Eliżabetta fl-1953, kien meqjus bħala spettakolari żżejjed, b’espożizzjoni ta’ sensiela ta’ ġojjelli, fosthom ix-xettru li jxedd l-akbar djamant bla lewn li jeżisti fid-dinja.
Karlu b’mod awtomatiku ħa post ommu malmewt tagħha f’Settembru li għadda u l-inkurunazzjoni mhix essenzjali, iżda hi meqjusa mezz ta’ leġittimazzjoni għall-monarka b’mod pubbliku.
Ir-Re u r-Reġina ħallew Buckingham Palace fi triqithom lejn il-Katidral f’karozzella moderna, akkumpanjati mill-kavallerija u mijiet ta’ suldati li mlew ir-rotta.
Għexieren ta’ eluf ta’ ammiraturi injoraw l-irxiex biex jinġabru jsegwu dak li għal xi wħud iqisuh mument importanti fl-istorja. Minkejja dan, mhux kulħadd kien hemm biex ikollu ċans li jsellem lir-Re u mijiet ta’ repubblikani bbuwjaw u xejru bnadar bil-kliem “Mhux ir-Re Tiegħi”
Iżda wkoll kien hemm affarijiet ġodda, bħall-innu kompost minn Andrew Lloyd Webber, magħruf għall-musicals teatrali tiegħu fil-West End u Broadway, u kant minn kor gospel.
In-neputi ta’ Karlu, il-Prinċep George, kien fost il-page boys fiċ-ċerimonja, ma kien hemm l-ebda rwol formali għal ibnu ż-żgħir, il-Prinċep Harry, wara d-distakk famuż tiegħu mill-familja, u għal ħuh, il-Prinċep Andrew, li kien imġiegħel jirrinunzja d-dmirijiet irjali minħabba l-ħbiberija tiegħu mal-Amerikan Jeffrey Epstein, li nstab ħati ta’ reati sesswali. Għalihom kienet riservata t-tielet filliera wara membri attivi tal-familja rjali.
Wara li ħa l-ġurament li jmexxi b’ġustizzja u jħaddan iċ-Church of England, li tagħha hu l-kap titulari, Karlu ġie midluk mill-Arċisqof ta’ Canterbury Justin Welby b’żejt ikkonsagrat f’Ġerusalemm qabel il-kuruna ta’ 360 sena tpoġġiet fuq rasu u dawk miġburin għajtu “God save the King”.
Wara s-servizz, Karlu u Camilla telqu lura lejn Buckingham Palace f’karozzella oħra, din id-darba dik li nbniet għal Ġorġ III, l-aħħar re fi żmien il-kolonji Brittaniċi fl-Amerka.
Il-President ta’ Malta George Vella, li flimkien mas-Sinjura Miriam Vella kienu Londra biex jirrappreżentaw lil pajjiżna, nhar il-Ġimgħa kellu laqgħa mar-Re Karlu III u mal-kapijiet ta’ stati minn pajjiżi oħrajn imsieħba fil-Commonwealth.
Din il-laqgħa f’Malborough House f’Londra serviet biex jirriflettu fuq il-futur tal-Commonwealth taħt it-tmexxija tal-istess Re Karlu III, b’enfasi partikolari dwar il-potenzjal tażżgħażagħ li jmexxu ’l quddiem il-prinċipji talpaċi u l-iżvilupp sostenibbli.
PUBLIC
SERVICE EXPO, “VETRINA” TA’ SERVIZZI PUBBLIĊI MILL-AQWA
L-għodda diġitali f’kull settur imħaddma miċ-Ċivil esposta mill-Erbgħa li ġej fl-MFCC
Matul din il-ġimgħa li ġejja se tkun qed tittella’ l-ewwel edizzjoni tal-Public Service EXPO, avveniment uniku li se jiġbor l-amministrazzjoni pubblika kollha taħt saqaf wieħed.
B’madwar 20 stand, il-Public Service EXPO se tesponi l-aqwa għodda diġitali li għandu s-Servizz Pubbliku f’kull settur u qasam tal-ħajja.
Bil-mod kif ix-xogħol taċ-Ċivil, kif magħruf ukoll, irrivoluzzjona f’dawn l-aħħar snin taħt it-tmexxija ta’ Mario Cutajar, l-ewwel, u issa taħt Tony Sultana, bħala Segretarju Permanenti Ewlieni, iċ-ċittadin għandu aċċess aqwa għas-servizzi li jiġu offruti mill-Gvern, apparti li dawn ukoll żdiedu b’mod sinifikanti fl-għadd tagħhom. Ta’ dan illum is-servizz hu rikonoxxut bħala wieħed millaqwa li jiġu offruti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
Fost l-oħrajn, waqt it-tlett ijiem tal-Public Service EXPO bejn nhar l-Erbgħa u l-Ġimgħa li ġejjin fil-Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC) f’Ta’
Qali l-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw sistemi intelliġenti varji li jintużaw ta’ kuljum fis-Servizz Pubbliku. Dawn jinkludu sistemi li jiffaċilitaw permessi lokali, benefiċċji u sigurtà soċjali, kura u saħħa personali, ipproċessar
ta’ applikazzjonijiet u sistemi ta’ parkeġġ, fost oħrajn.
Wieħed jista’ jara wkoll sistemi oħrajn diġitali ta’ interess uniku, fosthom bomb disposal robot, kċina diġitali, ologrammi ta’ statwi, passport system identifier, 3D costume scanning, diversi robots, simulators tal-eSports u scanning diġitali ta’ arkivji notarili li jmorru lura b’mijiet ta’ snin.
Se jkunu esposti wkoll sistemi diġitali li jassistu u jmexxu l-pajjiż fuq skala nazzjonali, fosthom l-Emergency Management Control Centre, Air Traffic Demos, id-dashboard tal-Borża ta’ Malta, laboratorju tal-ittestjar tal-mediċini u s-sistema diġitali li tħaddem il-Funtana tat-Tritoni. Se jkun hemm ukoll għodod diġitali li jintużaw fid-diplomazija u fl-użu tal-agrikoltura u riżorsi naturali.
Dawk li se jattendu l-EXPO jistgħu jesperjenzaw ukoll diversi realtajiet virtwali (virtual realities) u tours virtwali ta’ attrazzjonijiet ta’ interess.
L-aħħar postijiet disponibbli għall-Public Service EXPO, li hi miftuħa kemm għall-uffiċjali pubbliċi kif ukoll għall-pubbliku inġenerali, jinkisbu biss permezz ta’ reġistrazzjoni fuq is-sit elettroniku tas-servizz pubbliku (publicservice.gov. mt).
L-EWWEL IDEAT “ĦODOR”
MINFLOK BINJA TAL-AUM
Konsultazzjoni pubblika dwar il-proġett ta’ reklamazzjoni urbana f’Bormla biswit id-daħla tal-Isla … iż-żona, li kienet destinata għal dormitorju, issa se tinbidel fi ġnien
Art li fiha ’l fuq minn 3,000 metru kwadru, li kienet immarkata għall-iżvilupp, se tkun qed tinbidel fi spazju miftuħ ieħor għall-komunità tal-Kottonera.
Kif kien imwiegħed, iż-żona mitluqa, li bħalissa tintuża bħala parkeġġ, se tara li jinħolqu aktar parkeġġi, imma taħt l-art, flimkien ma’ spazju ta’ rikreazzjoni tal-ogħla livell u sigurtà fejn ir-residenti u kull min iżur l-akkwati jkun jista’ jirrilassa fil-kwiet qalb il-ħdura ta’ pjanti u siġar.
Din hi l-istess art, li kienet intenzjonata li tiġi żviluppata f’dormitorju biex jintuża mill-istudenti tal-American Uni-
versity of Malta (AUM), iżda ġiet irkuprata mill-Gvern biex tingħata fi spazju miftuħ pubbliku u aċċessibbli għal kulħadd.
F’laqgħa ta’ konsultazzjoni fl-istess post, organizzata minn Project Green, li se tieħu ħsieb dan il-proġett, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Bormla, ġie spjegat li dan l-ispazju pubbliku se joffri diversi faċilitajiet, inkluż picnic area, spazju għall-parkour, bandli, outdoor gym u ġnien. Ma’ dan se jkun hemm parkeġġ ta’ tliet sulari taħt l-art, li kapaċi jesa’ 220 karozza, li wkoll ħafna iżjed minn kemm jipparkjaw bħalissa
fil-post.
L-aġenzija l-ġdida Project Green iddiskutiet il-faċilitajiet u l-elementi differenti ta’ dan l-ispazju miftuħ mal-komunità tal-inħawi fejn attendew diversi residenti, sidien ta’ negozji u persuni oħrajn interessati.
Bħalissa qed isiru disinji potenzjali għall-ġnien il-ġdid b’tali mod li jinkorpora mhux biss il-bżonnijiet tan-nies li joqogħdu fil-madwar, iżda wkoll jikkumplimenta u jirrispetta l-istorja u l-karatteristiċi tal-post.
Qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, dan l-ispazju kien jintuża bħala suq tal-pitkali
u kien imdawwar b’arkati. Fil-proġett li qed jiġi propost, id-disinn se jkun qed jinkorpora dawn l-arkati biex ikompli jagħti l-ħajja lill-istorja ta’ Bormla.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green, Steve Ellul, spjega kif 10,000 persuna fil-Kottonera li joqogħdu inqas minn għaxar minuti ’l bogħod bil-mixi missit se jibbenefikaw minn dan il-proġett ġdid, li se jkun qed jagħti dimensjoni addizzjonali lill-istorja rikka ta’ Bormla hekk kif mistenni jfakkar l-istorja tal-lokalità li maż-żmien intesiet.
“Fil-proġetti ambjentali, li qed nippjanaw, biħsiebna naraw li jkunu kompluti b’mod ħolistiku biex jinkludu l-aspett soċjali u kulturali filwaqt li jipprijoritizzaw il-bżonnijiet ta’ kulħadd,” tenna Ellul.
Waqt din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni r-residenti ppreżentaw diversi ideat littim ta’ Project Green preżenti, li wieġbu l-mistoqsijiet u spjegaw il-ħidma li se tkun qed issir biex jitlesta proġett sinifikanti bħal dan.
Project Green se tkompli tikkonsulta ma’ aktar entitajiet interessati qabel ma tiffinalizza d-disinn finali biex jitressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti.
PJAZZA SAN ĠORĠ SE TIEĦU ĠIMGĦA
ŻEJDA “FIL-ĦOLM”
Il-“Ġnien tal-Ħolm”, li temporanjament beda jħaddar Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta flaħħar jiem ġie estiż għal ġimgħa oħra. Illum kellha tkun l-aħħar ġurnata għal din l-attrazzjoni annwali quddiem il-Palazz tal-President, iżda minflok issa se jibqa’ jservi lill-pubbliku sal-Ħadd li ġej, Jum l-Omm.
Dan l-ispazju aħdar, b’eluf ta’ pjanti u siġar maturi, għall-ewwel darba ħa post id-disinn tal-infjorata, kif kienet tiġi organizzata fl-aħħar snin mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA). Jason Micallef, Ċermen tal-istess aġenzija, tenna li din id-deċiżjoni ttieħdet wara r-rispons tant pożittiv mill-pubbliku.
LILL-ĦADDIEM UREWH IL-ĠENNA U
Nhar il-Ħadd li għadda rajna flimkien li matul l-istorja kollha moderna, kull kisba, kull benefiċċju, kull dinjità, kull servizz soċjali u anke d-dritt talvot il-Maltin u l-Għawdxin ħaduhom mingħand Gvern Laburista. Dawn ilveritajiet tant huma ċari daqs il-kristall li jammettuhom anke l-istess Nazzjonalisti.
Meta twieled il-PN fis-sena 1880, il-“ġenituri” tiegħu kienu jappartjenu lill-klassi privileġġata, l-elitisti, li kienu jgħixu ħajja komda u paxxuta mentri l-maġġoranza l-kbira tal-familji kienu jissieltu ta’ kuljum biex jitrejqu u b’xi mod jibqgħu jeżistu minn jum għall-ieħor. Ulied il-poplu lanqas kienu joħolmu li jmorru fi skola Primarja, aħseb u ara waħda Sekondarja u wara jibqgħu telgħin biex jedukaw ruħhom fl-Università. L-injoranza, il-ħafa, it-tallaba, il-mard, il-ġuħ u l-miżerja kienu l-iħirsa li ta’ kuljum kienu jagħmlu ħajjiet il-ħaddiema kalvarju kontinwu. Għaldaqstant, meta l-PN tfaċċa fix-xena politika ftit li xejn kien jimpurtah mill-ħajja iebsa tal-familji Maltin. Il-battalji tiegħu kienu biex isaħħu u jiżguraw il-privileġġi u l-ħajja komda ta’
ċirku magħluq. U biex jissalvagwardja dawn il-privileġġi, l-enerġija u l-battalji kollha Nazzjonalisti kienu biex l-ilsien uffiċjali tal-gvern jibqa’ dak Taljan, għax huma biss setgħu jitgħallmuh.
Dan hu fatt storiku li jista’ jiċħdu biss min ma jimpurtahx mill-verità
F’din id-difiża tal-Italjanità ta’ Malta, il-PN sab alleata qawwija fil-Kurja tal-Knisja li, bħalu, irraġunat li l-ilsien Taljan jista’ jservi ta’ barriera kontra l-Protestantiżmu Ingliż.
Fuq kollox, il-PN qatt ma ħass li kellu bżonn il-ħaddiema, għax dawn vot ma kellhomx. Kienu jivvotaw biss dawk li għandhom il-proprjetà, dawk li jħallsu kera relattivament għolja, il-membri tal-kleru u n-negozjanti. Fil-fatt, kull meta l-PN kiseb maġġoranzi enormi, anke f’din is-sitwazzjoni ta’ votazzjoni ristretta, għamel dan bl-arma tad-dnub il-mejjet użata mill-Kurja kontra l-avversarji politiċi.
Meta fil-1947, il-Partit Laburista ta vot lil kulħadd, inklużi lin-nisa, dan kiseb maġġoranza qawwija u l-PN irnexxielu biss jeleġġi ftit iżjed minn ponn ta’ deputati. Il-mużika kienet inbidlet għall-PN u beda jintebaħ li jrid jibda jara kif se jiżfen mal-mużika l-ġdida, li hu qatt ma ħabb u lanqas aċċetta.
Minħabba qasma fil-Malta La-
bour Party segwew gvernijiet dgħajfin sal-1955, meta l-Perit Dom Mintoff reġa’ għaqqad il-Partit u kiseb rebħa straordinarja.
Il-Gvern Laburista tal-1955-58 wettaq rivoluzzjoni soċjali b’xita ta’ servizzi, benefiċċji, edukazzjoni obbligatorja, ġid u dinjità ġdida lill-ħaddiema.
L-ispazju limitat biex nirrepeti x’ġara wara r-riżenja ta’ Mintoff fil-gvern. Ngħid biss li, mill-1962 sal-1971, il-PN iggverna bil-voti tad-dnub il-mejjet. Meta saret il-paċi mal-Knisja, fl-elezzjoni tal1971 Mintoff reġa’ ddomina u mexxa lillMLP għal tliet rebħiet elettorali. Meta l-PN tilef l-elezzjoni tal-1976, induna x’kienet ir-raġuni li qatt ma jista’ jakkwista maġġoranza u ddeċieda li jibdel sufu, imma mhux il-vizzju.
Seminar straordinarju fl-1776 fil-Kulleġġ De La Salle
Ir-rebħa elettorali tal-Perit Mintoff f’Settembru tal-1976 kienet mistennija mill-PN u xprunat lil tant deputati ġodda u fl-aħjar ta’ ħajjithom biex jibdlu l-affarijiet mill-qiegħ. Kien hemm kunsens ġenerali biex jirrikorru għand il-Professur Reverendu Peter Seraccino Inglott ħalli jidderiġihom ’il quddiem u jindikalhom ir-riformi meħtieġa
ħalli l-PN xi darba jegħleb lil-Labour ta’ Mintoff, li sa dakinhar f’għajnejhom dehret missjoni impossibbli.
Fr Peter kien Ġiżwita, skular, bniedem ta’ kultura profonda u intelliġenza kbira. Hu laqa’ l-istedina tal-PN b’entużjażmu u b’determinazzjoni, kif ukoll deher li hu ċert minnu nnifsu u mis-soluzzjonijiet u mill-proposti li kien se jippreżenta lillPN.
Wara ftit ġimgħat mit-telfa elettorali, il-Professur Serracino Inglott għarraf lill-PN, li hu kien lesta l-proposti u l-pjan tiegħu. Qalilhom li analizza r-raġuni tat-telfiet tal-PN u r-rebħiet tal-MLP; wasal għall-konklużjonijiet ovvji; kien ħejja dik imsejħa “relazzjoni” dettaljata; u ppropona li jiġi organizzat seminar ta’ tlett ijiem biex din tkun diskussa u jittieħdu l-miżuri proposti minnu.
Peress li kien riesaq il-Milied, il-PN iddeċieda li jsir is-seminar fil-vaganzi fil-Kulleġġ De La Salle fil-Kottonera u għalih kellhom jattendu l-eżekuttiv, il-membri Parlamentari u l-membri tal-ELCOM. Fr Peter mhux biss kien l-awtur tar-relazzjoni politika, imma wkoll ir-ruħ u d-dominatur tas-seminar.
Il-punti ewlenin tar-“relazzjoni” politika
Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa
*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa
Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com
the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Gudja.
CFO document to be collected from
Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.
Tuesday 2nd May 2023 to Friday 5th May 2023, 9.00am to 5.00pm and Monday 8th May 2023, 9.00am to noon.
Closing date for submissions:
Monday 8th May 2023, at 12.00pm
MBAGĦAD TEFGĦUH FL-INFERN
Il-Professur Serracino Inglott introduċa r-“relazzjoni” tiegħu billi ta ħarsa ħafifa lejn l-istorja taż-żewġ partiti ewlenin lokali u rrimarka li t-tnejn twieldu u kibru għal raġunijiet totalment differenti: il-PN biex jiddefendi l-interessi tal-klassi ta’ fuq u l-Labour dik t’isfel.
Hawn enfasizza li, jekk il-PN irid li xi darba jikseb maġġoranza f’elezzjoni, kellu jimbarka fuq kampanja li jnessi lill-poplu x’kien u x’jirrappreżenta. Il-PN kellu jibda juri li hu wkoll “jekk mhux lest isir aħmar, imma xi ftit roża se jsir”, fi kliemu stess.
Fr Peter kompla janalizza l-maġġoranza li bena Mintoff, magħmula minn kważi l-familji kollha tal-ħaddiema, bl-eċċezzjoni ta’ dawk fanatikament konservattivi, il-ħolqien ta’ klassi medja ġdida u negozjanti li kienu marru tajjeb bil-ġid li qassam il-Gvern Laburista.
Ir-Reverendu kien sostna li din il-maġġoranza soda Laburista xorta kellha għarqub ta’ Akille. Għax iżjed kemm din il-klassi medja, li nħolqot mill-politika tal-Gvern Laburista, tibda togħla, iżjed jibda jdejjaqha l-issikkar tal-Perit Mintoff u l-insistenza tiegħu li jadotta sistemi ta’ protezzjoni għall-industrija Maltija billi, pereżempju, iwaqqaf importazzjoni ta’ ħwejjeġ u prodotti oħrajn bil-konsumatur ikun kostrett jixtri biss
minn dawk li kienu jinħadmu f’Malta. Il-Professur bassar li din il-klassi medja maħluqa mill-istess Gvern Laburista tibda tħoss li għandha tipprova u tagħti ċans lill-PN, jekk dan juri biċ-ċar li lest ineħħi dawn il-miżuri ta’ protezzjoni u jilliberalizza l-kummerċ.
Fr Peter enfasizza li anke jekk qtajja’ mhux ħażin ta’ votanti mill-klassi medja jersqu lejn il-PN, ma jkunux biżżejjed biex tkun ifformata koalizzjoni ġdida li f’elezzjoni ġenerali tikseb il-50% u wieħed tal-voti, għax kien jilħaq l-iżjed il-figura ta’ madwar 49%.
Dan ikun ifisser li l-PN ikun l-akbar partit tal-Oppożizzjoni fl-Ewropa, imma xorta waħda jibqa’ Mintoff bil-maġġoranza u allura fil-Gvern.
Iċ-ċavetta tal-maġġoranza f’idejn il-ħaddiema
Serracino Inglott għalaq ir-“relazzjoni” billi talab lill-PN jiftaħ għajnejh għal din ir-realtà politika. U kompla jispjega b’soluzzjoni sempliċi, imma ta’ ħajja jew mewt għall-PN: jew il-PN jattira lejh mill-inqas 4% tal-voti tal-familji tal-ħaddiema biex jitla’ fuq it-tarġa mixtieqa tal-maġġoranza tal-voti inkella jirrassenja għall-eternità fl-Oppożizzjoni.
Il-PN kellu jagħmel kull sforz, inklużi
kutrumbajsi, sagrifiċċji, manuvri u wegħdi biex iċaqlaq numru relattivament baxx ta’ voti minn familji tal-ħaddiema.
Hawn il-Professur kien ippropona biex tal-PN jibdlu l-arma, għax l-iswed kien jirrappreżenta l-Faxxiżmu, fl-istess ħin li l-innu hu replika tal-innu ta’ Mussolini, La Giovinezza. Imma wara dibattitu twil, din il-proposta m’għaddietx u allura Fr Peter issuġġerixxa li almenu jibdew idaħħlu l-blu, iċ-ċelesti u l-abjad.
Kien milqugħ l-impenn biex jikkonvinċu lill-familji tal-ħaddiema li huma t-tarka tagħhom u għal għaxar snin sħaħ ipprattikawh sakemm fl-1981 attiraw dawk il-voti tal-ħaddiema li kienu biżżejjed biex taw maġġoranzi kontinwi lil min qatt ma impurtah mill-ħaddiema.
Kellhom jgħaddu ftit is-snin sakemm inkixfu għalkollox kif qalbhom qatt ma kienet tħabbat mal-ħaddiema.
Illum li jinsabu fl-għaxar sena tal-eżilju u f’deżert politiku mill-ġdid qed jipprovaw jerġgħu jqajmu mill-mewt l-istrateġija, li kien ħajjarhom biha Fr Peter Serracino Inglott, u jingannaw mill-ġdid bil-ħaddiema u jwebbluhom li huma t-tarka tagħhom. Iridu juruna l-Ġenna biex jeħduna l-Infern. Naf x’qed ngħid u naf li hu minnu. Jien kont f’dak is-seminar straordinarju f’De La Salle.
Serracino Inglott spjega li l-PN ħtieġlu jattira 4% tal-voti tal-ħaddiema billi jagħmel “kutrumbajsi, manuvri u wegħdi”
IL-FESTIVAL ANNWALI TAL-LOGĦOB TAN-NAR BI TMIEM GRANDJUŻ
Il-Malta International Fireworks Festival, mifrux fuq għaxart ijiem f’numru ta’ tmiemu bi spettaklu grandjuż nhar il-Ħadd li bidel is-smewwiet fuq il-Port il-Kbir bu lil eluf ta’ Maltin u turisti li nġabru biex josservaw ix-xogħlijiet artistiċi minn lokali u internazzjonali.
Dawk li nġabru mad-dawra tal-Port, mill-Belt Valletta sal-Kalkara, tpaxxew ukoll zati permezz tad-drones li fformaw xeni relatati mal-istorja u mat-tradizzjonijiet
Din it-22 edizzjoni tal-festival, li hu organizzat kull sena mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu organizzata bejn it-22 t’April u l-Ħadd li għadda b’wirjiet pirotekniċi f’Għawdex, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Manoel Island u fl-aħħar fil-Port il-Kbir bis-sehem ta’ madwar
Il-festival iservi wkoll ta’ kompetizzjoni bejn l-esibituri u fl-ewwel post ġiet l-Għaqda Bambina tal-Mellieħa, segwita minn Nakaja Art mill-Polonja u Pyro-Team mis-Serbja post rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar ta’ Birżebbuġa aqwa prodott.
Il-festival issa sar appuntament mistenni kull sena u qed jikseb popolarità dejjem
ANNWALI TAN-NAR GRANDJUŻ
ta’ lokalitajiet, wasal fi f’tila ta’ lwien li għaġġmadwar 100 esibitur
ukoll b’wirjiet sinkronizMaltin, fost oħrajn. għat-Turiżmu (MTA), ġiet il-Mellieħa, in-Naxxar, 700 parteċipant. l-Għaqda tan-Nar Marija mis-Serbja fit-tieni u t-tielet Birżebbuġa rebħet l-unur taldejjem akbar barra l-pajjiż.
INKOMPLU NSAĦĦU L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA
ità tal-ħajja ta’ kulħadd. L-istorja tal-Partit Laburista, sawret il-prinċipji soċjali tagħna li mhux biss għadhom ħajjin sal-lum il-ġurnata, imma talli ssaħħew u komplew jindirizzaw ir-realtajiet tal-ġurnata.
Huwa bix-xieraq għalhekk li mhux biss infakkru ġurnata bħal din, iżda nieħdu din l-okkażjoni sabiex nirrikonoxxu u niċċelebraw il-kontribut ta’ kulħadd.
Dan il-Gvern huwa mannies, kull mument, f’kull sitwazzjoni, speċjalment f’dawk l-iktar diffiċli fejn azzjoni mhux meħuda taf tfisser kollass ekonomiku u piż finanzjarju fuq il-familji ul-pensjonanti.
wasslu għal dan ir-riżultat, biss nemmen li dan il-Gvern irnexxielu jmantni numru ta’ inċentivi mifruxin fuq numru ta’ snin sakemm persuna tibqa’ fid-dinja tax-xogħol.
Ftit tal-jiem ilu ċċelebrajna jum tant importanti, għalina, jum b’sinifikat partikolari li jirrikonoxxi lil kull min jagħti sehmu fis-soċjetà, sabiex jipprovdi għajxien għalih u għal familtu. Dan il-Gvern huwa mibni fuq il-prinċipju ta’ ġustizzja usolidarjetà soċjali, speċjalment ma’ min jiflaħ l-anqas. Minbarra li aħna Gvern, aħna wkoll il-Partit tal-ħaddiema, li joħroġ għonqu għall-inġustizzji u li jsaħħaħ il-kwal-
Il-Gvern huwa grat għall-ħidma ta’ kull persuna, mill-iċken sal-ikbar wieħed. Għalhekk għal sena oħra, ħabbarna rifużjoni tat-taxxa oħra, li se tlaħħaq is-€26 miljun f’ċekkijiet li se jaslu għand 250,000 ħaddiem u pensjonant.
F’sitt snin, b’din il-miżura waħedha, iktar minn €100 miljun kienu investiti fil-ħaddiem. Dan huwa l-istess ċekk li ried ineħħi l-Kap tal-Oppożizzjoni, sena ilu dawn l-istess nies kienu jgħidu li daħħalna dawn iċ-ċekkijiet biex nixtru l-voti.
Huwa dover tagħna bħala Gvern Laburista li nkomplu nidentifikaw ċirkustanzi diffiċli. Saħħaħna l-paga minima nazzjonali, naqqasna l-prekarjat b’mod sostanzjali, filwaqt li ħloqna aktar opportunitajiet ta’ xogħol li jissarrfu f’pagi aħjar. Hawnhekk, nemmen li fadal element ta’ aktar tisħiħ fit-taħriġ ta’ ċerti ħiliet li għalihom qed tikber aktar id-domanda.
Minkejja d-diffikultajiet li ffaċċjajna fl-aħħar snin, pajjiżna rnexxielu jżid in-nies li jaħdmu bi qligħ b’madwar 100,000 fl-aħħar 10 snin. Dan huwa l-ikbar numru ta’ nies jaħdmu u l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna.
Hemm diversi raġunijiet li
L-in-work benefit, it-tapering of benefits u ċ-childcare b’xejn kienu fost l-aktar miżuri b’saħħithom li komplew jgħinu aktar persuni jidħlu u jibqgħu fid-dinja tax-xogħol.
L-ekonomija kibret b’tali mod li mhux biss assorbiet il-ħaddiema Maltin, iżda żiedet ukoll il-bżonn ta’ ħaddiema ġejjin minn barra l-pajjiż.
Wasalna għal dan ir-riżultat għax komplejna nkabbru l-ekonomija, fejn matul din is-sena mistenni jkollna tkabbir ta’ 3.7%, ferm iżjed mill-medja tal-pajjiżi l-oħrajn taż-Żona Ewro.
Il-medja tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi taż-Żona Ewro se tkun waħda minima ta’ 1%, li jfisser differenza ta’ 2.7%. Dan ħareġ mir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali, li ġie ppreżentat ftit
tal-ħin ilu. Minn dan ir-rapport ħareġ li s-sena l-oħra, is-sena meta bdiet il-gwerra fl-Ukrajna u li ġabet kriżi tal-enerġija, l-ekonomija Maltija xorta waħda kibret bi kważi 7%.
Bħala Gvern kommessi li nkomplu nżommu ekonomija b’saħħitha li tagħti livell t’għajxien b’saħħtu għallMaltin u l-Għawdxin.
Ser nibqgħu saqajna mal-art u nkomplu ngħinu liż-żgħir jitla’ tarġa ’l fuq. Dan hu Gvern li dejjem żamm kelmtu ma’ kulħadd, minkejja l-isfidi kollha. Żidna l-pensjonijiet, ma daħħalna l-ebda taxxa, raħħasna l-kontijiet tal-enerġija u żammejna l-prezzijiet tal-fuels stabbli, minkejja ż-żieda f’livell internazzjonali.
Ejjew inkomplu naħdmu flimkien, ħalli niksbu aktar suċċessi filwaqt li niżguraw futur aħjar mimli opportunitajiet, li jkomplu jagħmlu din il-gżira ċkejkna viżibbli, aktar minn qatt qabel, fuq il-mappa tad-dinja.
RIFLESSJONIJIET GĦAL JUM L-OMM
ba l-messaġġi li kienet tibgħat is-soċjetà, in-nisa jieqfu jaħdmu malli jiżżewġu biex isiru ommijiet. Fil-fatt, l-aħħar statistika turi li l-parteċipazzjoni tan-nisa fissuq tax-xogħol żdiedet minn 47% fl-2013 għal 74% fl-2022, jiġifieri aktar mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Iżda dan ma jfissirx li għamilna biżżejjed – għad fadal ħafna xi jsir. Illum xorta waħda għadna nħossu l-konsegwenzi ta’ dik il-mentalità. Ħafna ommijiet qatt ma setgħu jkollhom l-indipendenza finanzjarja.
il-bonus li qed jitħallas kull sena lil mijiet ta’ ommijiet li m’għandhomx dritt għal pensjoni għaliex ħadmu inqas minn għaxar snin.
Mil-lat ta’ indipendenza finanzjarja tal-ommijiet, l-ikbar u l-aqwa miżura li daħħal dan il-Gvern li jemmen fil-ġustizzja soċjali hija bla dubju ta’ xejn ic-childcare bla ħlas għall-ġenituri li jkunu qed jaħdmu t-tnejn.
lejn l-ommijiet mhux biss mill-ulied iżda wkoll mill-partners tagħhom. Nemmen li r-relazzjonijiet jikbru u jissaħħu jekk inkomplu naħdmu biex ikollna bidla għall-aħjar fil-mentalità. Bidla li trid titrawwem mit-tfulija biex tagħmel id-differenza. Sinċerament nemmen li f’ħafna familji din il-mentalità ta’ ugwaljanza diġà qiegħda hemm.
Fid-diskors u fil-lingwaġġ tagħna baqa’ wisq espressjonijiet komuni li juru li għad hemm x’jinbidel u x’jitranġa fil-mentalità fejn jidħlu r-relazzjonijiet. Jiġuni f’moħħi ċerti frażijiet li juru li f’xi wħud għad hemm bżonn li sseħħ fihom bidla kulturali.
Nhar il-Ħadd li ġej infakkru Jum l-Omm, festa li bdiet tiġi ċċelebrata fl-Istati Uniti fil-bidu tas-seklu 20. F’Malta din it-tradizzjoni sabiħa daħlet aktar tard fl-1961 u bdiet bis-saħħa ta’ programm tat-tfal fuq ir-Rediffusion.
Flimkien ma’ Jum il-Mara, din hija okkażjoni oħra biex nagħmlu riflessjoni dwar l-istat tal-ommijiet fis-soċjetà tagħna. Ċertament bil-miżuri li ttieħdu saru avvanzi kbar għall-ommijiet.
Spiċċa ż-żmien li minħab-
Din is-sena stess kellna nintroduċu emendi fil-liġi tas-servizzi soċjali biex dawn l-ommijiet li spiċċaw dipendenti fuq żwieġhom ma jkomplux isofru l-iżvantaġġ. Tajna fakultà lill-qorti biex f’każi ta’ separazzjoni u divorzju, tkun tista’ tordna li parti mill-bolol tas-siġurtà soċjali, li jkunu tħallsu minn żewġha, tiġi assenjata lill-mara.
Din ma kinitx l-unika miżura b’risq in-nisa. Kien dan il-Gvern ukoll li ta u anke eventwalment żied u tejjeb
Din il-miżura soċjali u edukattiva fl-istess ħin fetħet il-bibien tax-xogħol u tal-karrieri għal mijiet ta’ ommijiet u ġabet l-akbar rata ta’ parteċipazzjoni tal-mara fis-suq tax-xogħol b’vantaġġ għaddħul finanzjarju tal-familja u fl-istess waqt għall-ekonomija inġenerali tal-pajjiż.
Jum l-Omm huwa jum li għandna għalfejn niċċelebraw dawn il-kisbiet. Iżda waqt li l-ulied u l-missirijiet jagħmlu ġesti sbieħ bl-għoti ta’ fjuri, ikliet u rigali oħrajn lill-ommijiet għeżież tagħhom, ma nistgħux ni
eqfu naħdmu biex inkomplu nsaħħu l-istima u r-rispett
Jiena personalment nista’ nixhed dan. Insib appoġġ kontinwu biex inkompli bil-ħidma politika tiegħi minn żewġi anke f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħlijiet tad-dar li f’familji tradizzjonali kien isir min-nisa biss.
Filwaqt li nifhem li hemm funzjonijiet naturali li jistgħu jsiru mill-mara biss, m’hemm xejn xi jżomm lirraġel u lill-membri l-oħrajn tal-familja li jaqsmu r-responsabbiltajiet mal-omm. Dan huwa l-isbaħ u l-aqwa ġest li jista’ jsir, mhux biss f’Jum l-Omm imma s-sena kollha.
Għaliex meta r-raġel jagħmel ċertu xogħol fiddar qisu qed jagħmel pjaċir. Jgħidlek ħsiltlek il-ħwejjeġ, ħsiltlek l-art jew il-platti. Dawn id-doveri mhux għal tnejn u għall-familja kollha jkunu saru!
Ejjew ma nħallux Jum l-Omm ta’ din is-sena jgħaddi bla ma nagħmlu riflessjoni fuq kif nistgħu tabilħaqq nagħtu ġieħ mistħoqq lill-ommijiet tagħna matul is-sena kollha. Nieħu din l-okkażjoni biex nixtieq Jum l-Omm mill-isbaħ u mimli mħabba lill-ommijiet kollha fosthom l-għexieren ta’ ommijiet li saru ommijiet grazzi għar-riformi kuraġġużi li dan il-Gvern għamel fil-liġi tal-IVF.
ORIZZONTI USA’ TAL-HOUSING
ubl-għaraq ta’ ġbinu tela’ s-sellum tal-proprjetà u xtara l-ewwel dar tiegħu. Min wasal s’hawn rajna kif bi djalogu kontinwu miegħu nsostnuh
ħalli jibqa’ fuq dak is-sellum u skaluna wara l-oħra jibqa’ tiela’ biex ikompli jgħix ħajja ta’ kwalità.
Sa ftit snin ilu, koppja żagħżugħa, first-time buyers, li jibdew jaħsbu biex jagħmlu l-pass kuraġġuż u jsiru sidien ta’ darhom, fil-lista twila ta’ suppliers, li dan il-pass jirrikjedi, ma kinux iniżżlu lill-Awtorità tad-Djar.
viġilanti u jifhem ir-realtajiet ul-isfidi kurrenti li kull individwu jesperjenza meta jkun se jidħol jew saħansitra diġà daħal fis-suq tal-proprjetà.
Aħna nafu li din l-għotja mhijiex sejra tkopri l-ispejjeż kollha li jkollhom jaffaċċjaw iż-żgħażagħ huma u jimlew darhom.
€10,000 sal-31 ta’ Mejju biex huma wkoll jibbenefikaw minn din il-miżura li se tkun qed ittaffi ftit mill-piż li jġib miegħu x-xiri tal-proprjetà.
Meta fl-2017, ġejt fdat bid-dekasteru tal-akkomodazzjoni soċjali, ma ħadtx biss ġurament jew assumenjt sempliċiment responsabbiltà.
Għamiltha l-missjoni tiegħi li nwessgħu l-orizzonti tagħna fis-settur tal-akkomodazzjoni.
Ma ridtx li l-vjaġġ tal-Gvern utal-Awtorità tad-Djar jieqaf mat-twettiq ta’ xi binja għall-akkomodazzjoni soċjali.
Nifhmu li dan huwa kruċjali għal faxxa ta’ nies vulnerabbli li għandhom bżonn lill-Gvern bħala forċina biex ikollhom saqaf diċenti u dinjituż. Ridt li noffru wkoll dik iddaqqa t’id lil min seta’ jaħdem
Illum, għax idejna tinsab fuq il-polz tal-poplu Malti u Għawdxi u għax noffru kullana ta’ skemi li persuni minn kull faxxa tas-soċjetà jistgħu jibbenefikaw minnhom, eluf ta’ koppji qed jirrikorru għand l-Awtorità, għaliex għandha x’toffrilhom.
Permezz ta’ skema waħda biss, dik tal-għotja ta’ €10,000 fuq medda ta’ 10 snin lill-firsttime buyers li xtraw proprjetà mill-1 ta’ Jannar tal-2022, f’xahrejn, l-Awtorità tad-Djar ipproċessat aktar minn 2,500 applikazzjoni. Din il-miżura hija xhieda kemm dan il-Gvern huwa
Kellna Oppożizzjoni li ddeskriviet din il-miżura bħala “qatra f’oċean.” Deskrizzjoni negattiva u maqtugħa mir-realtà. Għall-Oppożizzjoni forsi veru għotja ta’ €10,000 fuq medda ta’ 10 snin lill-first-time buyers hija “qatra f’oċean”, iżda għal dawk li se jkunu qed jibbenefikaw, din l-għotja se tfisser mitqlu deheb. Tfisser li se nkunu ta’ spalla f’xi pagament tal-loan jew se nkunu ta’ assistenza biex jixtru biċċa għamara.
Meta wieħed jara din l-għotja fil-kuntest usa’ tax-xogħol tal-Gvern sabiex jgħin lil min isir sid ta’ daru għall-ewwel darba, malajr jinduna li qegħdin tassew nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.
U rrid inħeġġeġ lil dawk il-first-time buyers li xtraw proprjetà matul l-2022 biex japplikaw għall-għotja tal-
Il-fatti juru li l-investiment tal-Gvern fis-settur tal-housing laħaq livelli bla preċedent, kemm f’termini ta’ flus li qed jiġu allokati fil-baġit tal-Awtorità u l-Ministeru, imma anke f’termini ta’ benefiċjarji tal-iskemi kollha li llum ilaħħaq l-għexieren tal-eluf.
Il-fatti juru li qatt daqs illum, ma kien hawn għajnuniet universali li jolqtu lil kull klassi soċjali.
Huwa għalhekk li fejn tidħol akkomodazzjoni affordabbli m’aħniex se nieqfu hawn. Se nkunu kuraġġużi u nagħmlu l-qabża li jmiss.
Fi kliem il-Prim Ministru stess, għamilna riformi kbar, imma lkoll nemmnu li, għad fadal xi nwettqu fis-settur tal-housing. Il-pass li jmiss huwa li jkollna stock b’saħħtu ta’ appartamenti permezz ta’ proġett ta’ akkomodazzjoni affordabbli.
Dan se jwassal biex inkomplu nwieġbu għall-isfidi li jaffaċċjaw dawk li jridu jidħlu fis-suq tal-proprjetà iżda
għadhom qed isibuha diffiċli. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Awtorità tad-Djar u tal-Ministeru li għamlu sforzi kbar f’dawn l-ewwel erba’ xhur tas-sena biex jipproċessaw eluf kbar ta’ applikazzjonijiet, mistoqsijiet, utalbiet oħra.
Għaliex apparti l-2,500 applikazzjoni li rċevejna minħabba din l-għotja l-ġdida, l-Awtorità laqgħet fi ħdanha aktar minn 750 applikazzjoni ġdida fl-istess perjodu għall-iskemi l-oħra li jgħinu persuni jsiru sidien ta’ djarhom jew biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-kera.
Dawn huma skemi bħall-benefiċċju tal-kera, l-iskema tal-10% depożitu, skemi bħall-equity sharing, l-iskema tad-diżabilità, is-sussidju tal-kera għal kirjiet ta’ qabel l-1995 u l-iskema New Hope.
Dan kollu huwa xhieda ċara li l-housing imur lil hinn minn numri u statistiċi. Irridu nkomplu noffru wkoll serħan il-moħħ li wara ġurnata iebsa ta’ ħidma, tista’ ssib spazju fejn tistrieħ u tiżviluppa bħala bniedem u tgħix ħajja ta’ kwalità.
FIL-KOLLETTIV GĦALL-ANNIMALI
Għawdxi.
F’intervista fuq ir-radju li kelli ftit tal-jiem ilu, kelli l-opportunità li nagħti rendikont tal-progress li flimkien wettaqna f’dan il-qasam tant għal qalb il-poplu Malti u Għawdxi. L-annimali dejjem fiċ-ċentru tagħna, u kuntenti immens bilvolum ta’ proġetti u inizjattivi li aħna bħal Gvern wettaqna, u determinati li għad irridu nikkonkludu.
mu biex disa’ proposti oħra jiġu konklużi fl-iqsar żmien possibbli.
Il-ħarsien tal-annimali huwa wieħed kumplessiv li jirrikjedi viżjoni u djalogu, investiment u ħidma bla waqfien. Dak li wettaqna flimkien s’issa huwa biss l-istadju tal-bidu, għat-twettiq tal-viżjoni tagħna.
L-ewwel 12-il xahar fil-vjaġġ tiegħi bħala Segretarju Parlamentari għaddew f’leħħa ta’ berqa. Sena li fiha wettaqna żviluppi importanti, kemm fil-qasam tas-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll f’dak tal-ħarsien tal-annimali. Minkejja dan it-tragward sinifikanti, konxji bil-bżonn ta’ iktar interventi li għad fadlilna nimplimentaw, biex tabilħaqq inwettqu l-bidla li qiegħed jitlob minna l-elettorat Malti u
Fl-istess ħin, kif jgħid il-qawl Malti, il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. L-iżviluppi li qegħdin inwettqu ma jistgħux ikunu biss emendi kożmetiċi li ma jirriflettux il-ħtiġijiet li hemm bżonn filpreżent u dawk tal-futur. Il-ħidma tagħna hija waħda bbażata fuq is-sens komun, bil-ħtiġijiet tal-annimali u bis-sidien tagħhom dejjem fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nagħmlu.
Irriflettejt ħafna fuq ir-rapport annwali tal-Kummissarju tal-Annimali Alison Bezzina, rapport integrali biex iżommilna saqajna mal-art u nkomplu naqdfu iktar. Ta’ min isemmi li mit-18-il proposta ppreżentati, sitta minnhom ġew konklużi, erbgħa minnhom b’mod definit. Matul il-ġimgħat li ġejjin, sejrin inkomplu naħd-
Minn din l-istatistika joħorġu żewġ elementi kruċjali. Fuq naħa, għandna ċertifikat b’saħħtu fuq il-ħidma li bħala Gvern qegħdin inwettqu, anke f’settur daqstant multilaterali u fil-bżonn ta’ ideat ġodda. Fl-istess ħin, nafu li l-mixja favur il-progress hija waħda twila, u tirrikjedi sforz kollettiv u pjan konkret.
Infakkar kif matul is-sena li għaddiet, id-Direttorat tal-Annimali rnexxielu jiġbor mal-1,300 qattus, 540 kelb u 38 annimal ieħor, fosthom papri u fniek.
L-istess ħidma kompliet din is-sena, hekk kif fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-Dipartiment kompla jiġbor 167 qattus u 147 kelb. Fl-istess ħin, grazzi għad-diversi kampanji li nedejna flimkien, irnexxielna nagħtu dar ġdida lil 550 kelb u 144 qattus. Matul dawn l-ewwel tliet xhur tas-sena, 57 kelb u 72 qattus ġew adottati, persważa li dawn il-ħlejjaq ser jagħtu wens u mħabba bla qies lis-sidien tagħhom. Kuntenti? Iva. Sodisfatti?
Qatt.
Il-ħidma tagħna tieqaf biss
jekk l-ebda annimal ma jisfa abbandunat ġewwa pajjiżna. Kull animal ħaqqu sid li jieħu ħsieb is-saħħa u l-bżonnijiet ta’ kuljum tiegħu, li jgħix f’post sikur u mdawwar bl-għozza u bl-imħabba. Qabel ma nilħqu dan it-traġitt finali, anke jekk huwa wieħed ferm ambizzjuż, ma nistgħu qatt nieħdu pass lura milli nwettqu l-kampanji u l-investimenti meħtieġa.
Kien għalhekk li komplejna naħdmu fuq diversi inizjattivi matul dawn l-aħħar ġimgħat. Waqt laqgħa t’informazzjoni li saret iktar kmieni dan ix-xahar, għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali ġew mgħarrfa dwar kif jistgħu jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjoni għall-iżvilupp ta’ strateġiji reġjonali.
Permezz tal-programm
LEADER, kif ukoll b’għajnuna teknika minn Servizzi Ewropej Malta (SEM), dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu japplikaw biex iwettqu għadd ta’ proġetti blużu ta’ Fondi Ewropej.
Konxji li fil-passat, l-għaqdiet f’dan il-qasam ma bbenefikawx minn dawn il-fondi bl-istess rata u aċċessibilità ta’ għaqdiet f’setturi oħra.
Ħdimna biex bħala Gvern
inkattru l-għajnuna, l-informazzjoni u s-sostenn neċessarju, u nvaraw iktar proġetti fil-komunitajiet tagħna, liema inizjattivi ser ikunu ta’ benefiċċju għall-annimali kollha f’pajjiżna.
Il-ħsieb wara din l-inizjattiva huwa wieħed sempliċi. Aħna bħala Gvern nirrikonoxxu l-irwol tant kruċjali li l-għaqdiet voluntiera għandhom f’pajjiżna.
Dawn l-għaqdiet huma t-tarka ta’ protezzjoni tal-annimali fil-bżonn, jagħtuhom il-vuċi li m’għandhomx, u ta’ kuljum, mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, jipprovdu l-assistenza kollha neċessarja, biex jissalvagwardjaw is-saħħa u l-għajxien xieraq ta’ dawn il-ħbieb tagħna. Kien dan kollu li jwassalna sabiex bħala Gvern, kif dejjem għamilna, inkomplu ngħinu u nassistu fit-talbiet tagħhom.
Proġetti u inizjattivi bħal dawn, jistgħu jilħqu l-milja tagħhom biss jekk il-ħidma favur il-progress tkompli għaddejja. B’dedikazzjoni u b’ambizzjoni, inħares ’il quddiem biex matul l-erba’ snin li ġejjin, nilħqu l-għanijiet tagħna u nassiguraw sens ta’ sigurtà, kura u mħabba lill-annimali tagħna aktar minn qatt qabel.
KUNTATT DEJJIEMI MAN-NIES
fil-pjazez u ltaqa’ mal-bejjiegħa u max-xerrejja fis-swieq, fil-ħwienet u fl-istabbilimenti. Dan huwa partit li jisma’, partit fil-gvern li jaġixxi fuq l-ilmenti u s-suġġerimenti tan-nies. Perfetti m’aħniex imma r-rieda u l-ġenwinità, għal ħidma sħiħa favur dak li għandhom l-aktar bżonn in-nies, jinħassu.
Għax dan hu Gvern Laburista li qatt mhu ser jabbanduna lill-poplu u jitilqu għal riħu fi żminijiet ta’ kriżi li laqtu lid-dinja kollha. Anzi għall-kuntrarju huwa Gvern li daħal għat-toqol tal-isfidi biex il-poplu jsofri mill-inqas.
Sur Editur, Qegħdin sew dawn tal-partit tagħhom. Naf li ngħidhielek kemm-il darba din, imma ħaqq l-ożberċ, il-wiċċ imċappas li għandhom, ma nifilħux. Mela huma jistgħu jiħħamallaw u jiktbu li jridu fuq kulħadd, ovvja kontra tagħna tal-Labour, imbagħad min jikkritikahom, tara l-allat kollha jaqbżu għalihom.
Meta naħseb ftit u nara l-ħidma li ssir fi ħdan il-Partit Laburista, nagħraf kemm verament dan hu partit li jagħmel ħiltu kollha sabiex joħloq politika għan-nies, jispjega u jwassal din il-politika u fuq kollox jara li l-kuntatt mal-poplu jkun kontinwu u konsistenti.
Il-kuntatt mal-poplu jfisser li tiltaqa’ man-nies fil-pjazez, fil-ħwienet, fis-swieq, li żżur in-negozji, tfassal mal-istakeholders, mal-korpi kostitwiti u mal-unjins, li tisma’ u tifhem lilll-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Ifisser ukoll li tagħti wens lill-anzjani fid-djar tal-anzjani filwaqt li ssostni u tħeġġeġ lill-anzjani li jgħixu fil-komunità, li tħoss u ssegwi l-grinta u l-ħsibijiet taż-żgħażagħ li kapaċi joffrulek sfidi interessanti li ta’ min jixtarr, u jpoġġihom fuq l-aġenda għad-diskussjoni.
Dan hu dak li jagħmel ta’ kuljum ilPrim Ministru Robert Abela kif ukoll l-amministrazzjoni tal-partit. Il-Prim Ministru jisħaq kontinwament fuq l-essenzjalità tal-kuntatt kontinwu man-nies u bir-raġun. Għax huwa dan il-kuntatt li jaqra l-polz kif tassew iħabbat tal-poplu Malti u Għawdxi.
Partit li għandu widna biex jisma’ u id li tagħder lil min qed ifittex li jsemma’ leħnu hija umiltà minnha nfisha u tbiegħed kull tentazzjoni ta’ atteġġjament arroganti. Il-mument li ningħalqu f’torri huwa l-mument li l-poplu jibda jħossu distakkat mill-politiku u mill-mexxejja tiegħu. Il-kritika żżommok fuq ponot subgħajk.
Li tagħraf tieħu l-kritika u taħdem fuqha hija importanti. Is-suppervja hija oħt l-arroganza u din ma tistax isseħħ fil-Partit Laburista. Robert Abela jaċċenna l-messaġġ sabiex dejjem inżommu f’moħħna li ma nagħtu l-ebda lok għas-suppervja.
Fil-ġimgħat li jwasslu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, il-Partit Laburista ħaddem dan il-ħsieb bil-prattika hekk kif il-preżenza tal-Mexxej flimkien mat-tmexxija u mad-deputati tal-Partit Laburista intensifikat aktar hekk kif żaru diversi postijiet tax-xogħol fejn iltaqgħu mal-impjegati u mas-sidien, niżel
Żbalji jsiru, imma wieħed għandu jagħraf li żbalja u jagħraf kif jirkupra mill-iżball. Dan huwa punt li jiddistingwi lil dan il-partit fil-gvern millPN meta kien fil-gvern u agħar minn hekk meta f’għaxar snin fl-Oppożizzjoni għadhom jittrażmettu l-istess attitudni ta’ politika arroganti u sens ta’ dritt divin li jħossu li għandhom fuq il-poplu, biex ma ngħidux li għandhom l-ardir li lil min jappoġġja lill-Partit Laburista jgħajruh baxx u idjota.
Dan il-Gvern jirrikonoxxi l-isfidi kbar li qed ngħaddu minnhom fosthom l-isfida tal-għoli tal-ħajja. Ħadd ma jista’ jinnegah dan, kulħadd imur jixtri u jara b’għajnejh li l-prezzijiet tal-prodotti huma ogħla. Però, ħadd ma jista’ jipponta subgħajh lejn ilGvern li għall-kuntrarju għen lill-poplu.
Ħa d-deċiżjoni li jżomm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuels, xi ħaġa li ma għamilx bil-qalb il-Gvern ta’ Gonzi PN fi kriżi finanzjarja li hija tibna fejn il-kriżijiet li qed naffaċċjaw illum. Agħar minn hekk il-PN għadu jemmen li l-piż tal-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuels ogħla għandu jintefa’ fuq il-poplu kif qed jagħmlu l-kumplament tal-Ewropa. Qaluha u ammettewha darba, tnejn, tlieta. Għax jemmnu fl-awsterità li ġġib magħha dwejjaq u staġnar, qgħad u għaks, sentiment li l-poplu ma riedx u ra kif għamel biex iwarrab fl-2013.
F’din il-leġiżlatura għaddiet biss l-ewwel sena minn ħamsa. B’wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu li minkejja l-isfidi, il-pajjiż ħoloq il-ġid u l-poplu gawda minnu. Għad fadal aktar snin ta’ ħidma li nilqgħuhom b’entużjażmu biex flimkien inkomplu noħolqu l-ġid u x-xogħol hekk kif tenna l-Prim Ministru fil-indirizz tiegħu waqt l-attività suċċess li organizza l-Partit Laburista nhar Jum il-Ħaddiem fil-Belt Valletta meta qal: “Konvint li se naslu u pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem.
Iċ-ċertezza u l-istabbiltà jagħtuna s-serħan il-moħħ li fuqu nkomplu nibnu. Ix-xogħol se jkompli jiġi. Se jiġi xogħol ta’ kwalità li joffri karrieri. Il-ġid se jkompli jinħoloq. U aħna se nibqgħu naħdmu biex minn dak il-ġid igawdi kulħadd. Ftakru: għadna fil-bidu tal-leġiżlatura. Għaddiet biss l-ewwel sena, minn ħamsa.”
Hemm dak li ma jħobbx jidher, ħu Karol “author all of a sudden” l-Aquilina u l-viċi tiegħu tal-għaqda li jsejħu lilhom infushom Repubblika, Alessandra Dee Crisps “al peperoncino”. Din sbejħa oħra ta, Sur Editur.
Mela dawn impjegathom il-Kurja. Kellhom il-kredenzjali kollha f’posthom, Sur Editur, m’iniex nilmenta. Il-Kurja mhix se timpjega lili, mhux minħabba l-età biss, imma jien m’għandix il-kredenzjali li għandhom huma. Ħeqq jien Laburist minn ġuf ommi, miżżewweġ għand il-familja ta’ Melda tiegħi, familja Laburista bil-pedigree, u għalhekk m’għandix il-kredenzjali. Viva dawk li għandhom ilkwalifiċi tajbin għall-Kurja, mhux bħali, m’hemmx x’tagħmel. Issa din Alessandra Dee Crisps “al peperoncino”, u Robert “author all of a sudden bħal ħuh” l-Aquilina, ħadu għalihom għax kien hemm min uża l-libertà tal-espressjoni li tant jippritkaw favuriha dawn, u kkritikahom. U l-bella kumpanija ħarġet teqred u tivvomta u tgħid li mhux sew min ikkritikahom. Kemm qegħdin sew, allajbierek. Issa kulħadd jafhom lil dawn iż-żewġ xempji tal-kakka, li ma jħallu lill-ebda Laburist bi kwietu. U kulħadd jaf x’tip ta’ aġġettivi u dardir jużaw meta jitkellmu fuqna. Imma huma jaħsbu li huma t-tabernaklu t’allathom, għandu jkun, ħadd ma jista’ jmisshom. U morru tnellħu!
Anzi kien hemm il-Kamra tal-Avukati li tat ċamata lil dan Robert “Ice Ice Baby” l-Aquilina. Għax dan ix-xempju tal-qdusija fuq fejsbuk, xebbah lill-Avukat Ġenerali u lill-Avukat tal-Istat, mad-dittatur tal-Korea ta’ Fuq. Qed tara, Sur Editur!
Imma nsomma.
Bilħaqq, xi ktibtlek jien il-Ħadd li għadda, Sur Editur, dwar ilpjan ta’ Robert l-Aquilina? Li qal li jrid il-protezzjoni għax qed jibża’. Għidtlek li kollox intenzjonat biex iħammġu isem pajjiżna mal-barranin? Balleċ, lanqas għaddew erbgħa u għoxrin siegħa li ma fetaħx ħalqu dak li għandu qalbu perżuta għal pajjiż twelidu.
David l-Għarukaża mar ixandar fil-Parlament Ewropew li Robert l-Aquilina qed jibża’ għal ħajtu f’Malta. U flimkien ma’ uffiċjal ta’ xi grupp tal-Parlament Ewropew, Ramona Sigarru jew x’kunjomha, qalu li l-attiviżmu ta’ Robert l-Aquilina m’għandux jonqos minħabba t-theddid vjolenti kontra l-ħidma tiegħu u appellaw biex tingħata protezzjoni effettiva lilu u lill-familja tiegħu.
Ċapċpulu lil dan l-għaref li sab is-serħan ta’ Sigarru u reġa’ uża l-Parlament Ewropew biex jirremetti kontra pajjiż twelidu. Jaqq x’nies.
Il-Ħadd li għadda ktibtlek li l-istilla tal-elezzjoni ta’ żmien Simon “it-tea boy” il-Busuttil, Salvu l-Mallia qal li min jivvota għall-partit tagħna ħaqqu jiġi interdettjat miċ-ċittadinanza Maltija. Ftit jiem wara, tħajjar Manuel “Arriva” d-Delia, u qal li dawk li għandhom fiduċja fil-partit tagħna u fil-Prim tagħna huma peasants u idjoti. Issa jien fittixt naqra, mhux għax ma nafx xi tfisser peasant, ta, Sur Editur. Imma ridt nara t-tifsira tagħha kif jagħtiha l-Ingliż. Hemm hi: “A peasant is a poor person of low social status who works on the land”. Kemm hu ħelu Alla jbierek, dan Manuel “king of Zimbabwe” d-Delia!
Ma nixba’ qatt nisma’ l-Kap tagħhom jien. Skont Melda tiegħi, għandi stonku xieref biex nissaportih. Il-Ħadd li għadda dan Bernard il-Grech qal li l-partit li jaħseb li jmexxi, huwa l-partit tas-soluzzjonijiet, il-partit tar-rebħiet. O Ġesù żommli lsieni għax nidneb!
U għadhom lura xi ħaġa dawn tal-partit tagħhom ta, Sur Editur. Għall-meeting protesta li kellhom, ramaw is-siġġijiet. U ħasbu li għadna fi żmien il-pandemija, ħniena dinja, għax għamlu distanza ta’ metru u nofs, b’metru u nofs bejn siġġu u ieħor. Anzi kellhom ponn nies!
Għad-dieħla!
TITNIEDA L-KAMPANJA ANNWALI TAL-HOSPICE
Hospice Malta nediet il-kampanja annwali tagħha ta’ ġbir ta’ fondi bl-isem Sunflower għall-2023. L-organizzazzjoni qed tagħmel talba lill-pubbliku biex jgħin fil-ġbir ta’ fondi għal din l-NGO li tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva mingħajr ebda ħlas.
Fi stqarrija pubblika, ingħad li fl2022 Hospice Malta appoġġjat aktar minn 1,300 pazjent u l-maħbubin tagħhom, billi offriet pjani ta’ kura personalizzata mfassla biex tissodisfa l-ħtiġijiet uniċi ta’ kull individwu. Is-servizzi offruti minn Hospice jinkludu appoġġ mediku, psikoloġiku, soċjali u spiritwali fuq bażi kontinwa minn tim ta’ professjonisti multidixxiplinarji.
Fuljetti ta’ tagħrif dwar il-kampanja u kif wieħed jista’ jikkontribwixxi qed jitqassmu lill-familji madwar Malta u Għawdex biex il-pubbliku jkun imħeġġeġ jikkontribwixxi u jappoġġja din il-kawża ġusta u jagħmel differenza fil-ħajja ta’ bosta pazjenti u l-familji tagħhom.
Dwar il-metodi kif tista’ ssir kontribuzzjoni tista’ żżur is-sit uffiċjali (www.hospicemalta.org) bil-possibbiltà li d-donazzjonijiet jintlaqgħu online. Jista’ wkoll jintbagħat SMS vojt lil wieħed minn dawn in-numri: 5061 8100 (€4.66); 5061 9234 (€11.65); 7993 3894 (BOV Mobile).
Il-kontribuzzjonijiet li jsiru se jippermettu lil Hospice Malta tkompli bil-ħidma kruċjali tagħha li tgħin lill-pazjenti u lill-maħbubin tagħhom bis-servizzi ta’ kura paljattiva offruta, fosthom kura fid-dar, terapija ta’ matul il-jum, idroterapija, care assistant, self ta’ tagħmir speċjalizzat, kura wara l-ħin u trasport tal-pazjenti. Minbarra hekk, id-donazzjonijiet se jgħinu fit-tlestija tal-kumpless il-ġdid St Michael Hospice, li mistenni jiftaħ aktar tard din is-sena.
IN-NATIONAL STEM AWARDS FIT-TIENI EDIZZJONI TAGĦHOM
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, din il-ġimgħa ħabbar it-tnedija tat-tieni edizzjoni tan-National STEM Awards waqt konferenza tal-aħbarijiet.
L-għan ta’ dawn il-premjijiet hu li jintwera apprezzament u jiġu onorati persuni jew organizzazzjonijiet f’Malta għall-kontribuzzjoni tagħhom fis-soċjetà fejn iħeġġu aktar nies jitħarrġu f’suġġetti marbuta max-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, magħrufin flimkien bħala STEM.
In-National STEM Awards 2023 jiġu organizzati fuq inizjattiva tan-National STEM Engagement Working Group, immexxi miċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, fi ħdan il-Kunsill Malti għaxXjenza u t-Teknoloġija (MCST).
Għall-edizzjoni ta’ din is-sena tfasslu tmien kategoriji ta’ nominazzjonijiet:
■ Premju Għalliem/a tal-iskola Primarja li tispira l-istudenti fis-suġġetti STEM;
■ Premju Għalliem/a tal-iskola Sekondarja li tispira l-istudenti fis-suġġetti STEM;
■ Premju Edukatur jew Edukatriċi tas-suġġetti STEM mhux formali;
■ Premju Proġett STEM fil-Komunità;
■ Premju Proġett STEAM;
■ Premju għal kontribuzzjoni fis-suġġetti STEM;
■ Premju għal Riċerkaturi;
■ Premju għad-Diversità fi STEM.
Is-Segretarju Parlamentari
Azzopardi Tanti qal li permezz ta’ dawn il-premjijiet jiġi ċċelebrat l-impenn ta’ dawk kollha li qegħdin jagħtu kontribut siewi lill-komunità, grazzi għallgħarfien, it-talenti u s-sengħa li jħaddnu fis-suġġetti taħt il-kategorija STEM.
lità fil-ħajja tas-soċjetà.
“Il-premji STEM huma għotja ta’ apprezzament biex nuruhom li l-isforzi tagħhom huma ferm apprezzati u li rridu niċċelebraw il-passjoni li jħaddnu fis-suġġetti STEM. Nawgura lill-parteċipanti kollha għan-nominazzjonijiet ta’
Apprezzament lejn dawk kollha li qegħdin jagħtu kontribut siewi lill-komunità, bl-għarfien, it-talenti u s-sengħa li jħaddnu fis-suġġetti STEM
Hu tenna li dawn il-persuni jew organizzazzjonijiet qed jagħtu ħafna liċ-ċittadini biex ikomplu jtejbu l-kwa-
dawn il-premjijiet. Dan hu biss inċentiv biex tagħtu aktar minn dak li tafu,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.
Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-Kun-
sill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr Tonio Portughese, qal li “l-Esplora kisbet reputazzjoni kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali għall-missjoni dejjiema tagħha li tqajjem kurżità u l-immaġinazzjoni tan-nies dwar id-dinja ta’ madwarna, u kif se nintegraw ix-xjenza u t-teknoloġija fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. In-National STEM Awards 2023 huma biss waħda minn numru kbir ta’ inizjattivi li din twettaq, b’kollaborazzjoni mal-MCST, il-Gvern u entitajiet oħrajn pubbliċi.”
Dawk interessati għandhom jibagħtu n-nomini sad-29 ta’ Ġunju 2023 permezz tal-link https://www.surveymonkey. com/r/37VJGFW.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi wieħed iċempel fuq 23602167 jew billi jibgħat ittra elettronika lil stemengagement.esplora@esplora.org.mt.
QATEL MARA BL-ISKUŻA LI ĦASIBHA ĦALLIEL
Minkejja li Oscar Pistorius kien rebbieħ ta’ sitt medalji tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2012, il-fama tiegħu dabet fix-xejn wara li spara u qatel lis-sieħba tiegħu, fil-kamra tal-banju tad-dar tiegħu stess. Oscar kellu saqajn prostetiċi, iżda dan il-fatt lanqas ma kisiblu ħniena jew mogħdrija mill-ġurati. Għax milli semgħu, Oscar ma kienx xi bniedem gustuż. Kien kattiv kemm mat-tfaja tiegħu kif ukoll ma’ oħra li kien ikellem qabel.
Minn CHARLES B. SPITERI
Fl-14 ta’ Frar tal-2013 Oscar Pistorius spara lill-ħabiba tiegħu Reeva Steenkamp diversi drabi mill-bieb tal-kamra tal-banju tiegħu — imbagħad sostna li ħaseb li kienet persuna li daħlitlu f’daru bil-moħbi. Lil Pistorius ma kinux isejħulu Blade Runner ta’ xejn. Meta kellu biss 25 sena, l-isprinter tal-Afrika t’Isfel Oscar Pistorius ħasad lid-dinja b’salt wieħed meta daħal bħala atleta fil-korsa tal-Logħob ta’ Londra tal2012, liebes saqajn prostetiċi tal-fibre tal-karbonju. Huwa kellu ż-żewġ saqajn, minn taħt l-irkoppa, neqsin.
Medalji f’kompetizzjonijiet
Mingħajr iż-żewġ saqajn sa mill-infanzja, Pistorius kien diġà rebaħ u ħa d-dar bosta medalji f’diversi kompetizzjonijiet. Fosthom kiseb bosta medalji tad-deheb fil-Paralimpiċi. Is-suċċess tiegħu ġibed l-attenzjoni ta’ organizzazzjonijiet atletiċi b’saħħithom, u għal mument tul ħajtu deher bħallikieku l-karriera ta’ Pistorius setgħet tbiddel b’mod fundamentali lid-dinja sportiva.
Imbagħad, fl-14 ta’ Frar 2013, instabet mejta t-tfajla tiegħu, il-mudella Reeva Steenkamp. Hi kienet intlaqtet għallmewt b’tiri tan-nar, fil-kamra tal-banju tad-dar ta’ Pistorius qrib Pretoria, l-Afrika t’Isfel. Pistorius sostna li kien ħa żball f’li għamel, għax kien ħaseb li daħallu xi ħadd fid-dar, u li l-isparatura kienet aċċidentali. Inizjalment kien instab ħati ta’ omiċidju involontarju, iżda fl-2015, Qorti tal-Appell qalbet is-sentenza u rribattiet li kien ħati ta’ qtil.
Kien raġel perikoluż
U wara l-mewt ta’ Steenkamp, ħarġu fid-dawl skeletri skuri mill-gwardarobba ta’ Oscar Pistorius, li joħorġu fid-dieher ix-xbieha ta’ raġel ħafna iktar perikoluż milli kienet emmnet id-dinja.
Min kienu Oscar Pistorius u Reeva Steenkamp? Oscar Leonard Carl Pistorius twieled fit-22 ta’ Novembru tal-1986, mingħajr għadam tal-fibula, fl-ebda waħda minn riġlejh. Minħab-
ba f’hekk, iż-żewġ saqajn ġew maqtugħin minn taħt l-irkoppa meta kellu biss 11-il xahar. Bħala tifel żgħir, hu tgħallem jimxi fuq speċi ta’ forom ta’ saqajn tal-fibreglass.
Il-ġenituri ta’ Pistorius: Henke u Sheila Pistorius, kienu s-sidien ta’ negozju tal-minjieri taż-żingu f’Johannesburg, l-Afrika t’Isfel. Sa minn età żgħira, huma ħeġġew lil binhom biex
jipparteċipa fl-isport u minkejja d-diżabilità fiżika tiegħu, ta’ tifel kien jilgħab kemm il-waterpolo kif ukoll ir-rugby. Madanakollu, Pistorius sofra korriment fl-irkoppa meta fl-2003 kien qed jilgħab ir-rugby. Ftit wara, waqt li kien qed jirriabilita rkopptu, kiseb l-ewwel saqajn prostetiċi tiegħu tal-fibre tal-karbonju. Fl-2004, mar jipparteċipa fil-Logħob Paralimpiku f’Ateni, fejn rebaħ it-track tal-200 metru u kiseb medalja tal-bronż fl-isprint tal100 metru.
Attenzjoni internazzjonali B’riżultat ta’ dan kollu, Pistorius kiseb attenzjoni internazzjonali u rebaħ tliet medalji
Is-suċċess tiegħu ġibed l-attenzjoni ta’ organizzazzjonijiet atletiċi b’saħħithom, u għal mument tul ħajtu deher bħallikieku
l-karriera ta’ Pistorius setgħet tbiddel b’mod fundamentali lid-dinja sportivaOscar Pistorius waqt telieqa
ta’ bejniethom intemmet ħin bla waqt u f’qasir żmien, bilqtil imdemmi f’temp ta’ tliet xhur biss.
Il-qtil u l-provi li segwew
Fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu tal-14 ta’ Frar, 2013, Oscar Pistorius spara erba’ tiri millbieb tal-kamra tal-banju taddar tiegħu fi Pretoria. Fil-ġuri tiegħu, baqa’ jsostni li emmen li kien hemm ħalliel jistaħba fuq in-naħa l-oħra tal-bieb.
Qal li kien emmen li daħallu ħalliel biex jisirqu u li kien qed jistaħba fuq in-naħa l-oħra tal-bieb tal-kamra tal-banju. Fir-realtà, ma kien hemm l-ebda ħalliel. Pistorius kien għadu kemm spara u qatel lit-tfajla tiegħu, Reeva Steenkamp. Sussegwentement
L-imħabba ta’ bejniethom intemmet ħin bla waqt u f’qasir żmien, bil-qtil imdemmi f’temp ta’ tliet xhur biss
prostetiċi tiegħu meta spara. Barra minn hekk, Steenkamp kienet imkebba fl-art b’idejha fuq rasha meta ntlaqtet. Ġar xehed ukoll li kien hemm għajta ta’ mara f’saħna tad-demm, qabel ma kienu sparati t-tiri. Xhieda oħra qalu li dakinhar filgħaxija, qabel ma seħħew l-isparaturi, semgħu lil Pistorius u Steenkamp jargumentaw.
U matul il-proċess, kienu ppreżentati bċejjeċ oħra ta’ evidenza li wrew lil Pistorius minn lenti differenti milli kienu jafuh bosta nies. Messaġġ wieħed minn Steenkamp lil Pistorius, mibgħut madwar ġimagħtejn qabel il-qtil tagħha, jaqra: “Kultant, jien nibża’ minnek, mill-mod kif tirrabja miegħi u kif iġġib ruħek meta nkunu flimkien.”
tad-deheb fil-Paralimpiċi ta’ Beijing fl-2008. Hemmhekk hu stabbilixxa rekord dinji fil-klassi tiegħu. Sena wara, fl-2009, weġġa’ rasu f’inċident tattbaħħir, li fl-2010 żammu barra mill-kompetizzjonijiet ewlenin tal-klassi. Irritorna fl-2011 biex jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja Paralimpika, fejn rebaħ żewġ midalji oħra tad-deheb.
Filwaqt li Pistorius kien qed jagħmel isem fid-dinja għall-ħila sportiva tiegħu, Reeva Steenkamp kienet diġà stabbilixxiet ruħha bħala mudella ta’ suċċess.
Skont is-CNN, Steenkamp, li kienet gradwata minn skola tal-liġi, kellha wkoll katalgu impressjonanti ta’ okkażjonijiet tal-immudellar, li għam-
luha magħrufa sew. Kienet
ħadmet ukoll bħala preżentatriċi għall-FashionTV fl-Afrika
t’Isfel; ippużat bħala mudella għall-edizzjoni tar-rivista FHM
tal-Afrika t’Isfel, u kienet ilwiċċ ta’ Avon madwar il-pajjiż.
Kisret daharha f’waqgħa
Hi twieldet f’Cape Town fid-19
ta’ Awwissu 1983, minn Barry u June Steenkamp qabel ma
marret toqgħod Port Elizabeth.
In-negozju ta’ Barry Steenkamp kien it-taħriġ taż-żwiemel u
bintu kibret bħala rikkieba
akkanita sakemm kaġun ta’
waqgħa kisret daharha ftit wara li għalqet l-20 sena.
Wara dan u skont ma kien rappurtat fil-gazzetti tal-Afrika
t’Isfel, hi kellha terġa’ tibda titgħallem timxi mill-ġdid.
Madanakollu, l-inċident ma naqqsilhiex mill-ħidma li kienet imdorrija tagħmel u sakemm
Pistorius kien qed jirkupra mill-korriment tiegħu stess u jħejji lilu nnifsu biex jikkompeti għal darb’oħra, Steenkamp bl-istess mod, kienet qed tipprepara għad-debutt tagħha f’reality television bħala kontestanta fl-ispettaklu Tropika
Island of Treasure
F’xi żmien lejn Novembru 2012, Steenkamp iltaqgħet ma’ Oscar Pistorius. Bla dewmien, it-tnejn iffurmaw relazzjoni bejniethom u minn barra dehru qishom koppja ċelebri millaqwa.
Sfortunatament, l-imħabba
Pistorius ġie arrestat u akkużat bi qtil qabel ma ngħata l-ħelsien mill-arrest. Sena wara, f’Marzu 2014, il-proċess ta’ Pistorius beda fl-Ogħla
Qorti tal-Afrika t’Isfel.
Kif irrappurtatminn FOX News, il-ġuri kien mimli ġrajjiet drammatiċi. Meta Pistorius deher fil-qorti, hu kien viżibbilment imħawwad, f’biki kontinwu, u l-ħin kollu jgħatti ħalqu bil-maktur. Saħansitra rremetta waqt ix-xhieda li ta l-patologu, fejn intwerew fl-awla r-ritratti tal-awtopsja ta’ Steenkamp.
“Kull filgħodu nqum u intom tkunu l-ewwel nies li naħseb fikom; l-ewwel nies li nitlob għalikom,” kien sostna Pistorius lill-ġenituri ta’ Reeva meta ntalab jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda. “Ma nistax nimmaġina l-uġigħ, in-niket u l-vojt li kkawżajt lilkom u lill-familja kollha. Kont sempliċement qed nipprova nipproteġi lil Reeva.”
Żamma ta’ pistola moħbija
Pistorius sostna li kien qam f’nofs il-lejl għal dak li emmen li kien il-ħoss ta’ tkissir ta’ tieqa fil-kamra tal-banju.
Hu xehed li kien iżomm pistola moħbija taħt is-sodda tiegħu għall-protezzjoni personali. Dan minħabba li l-Afrika t’Isfel għandha waħda mill-ogħla rati ta’ qtil fid-dinja, u l-invażjonijiet fid-djar huma ħwejjeġ komuni u li jseħħu sikwit.
“Qabel ma kont naf,” qal, “kont diġà sparajt erba’ tiri.”
Pistorius sostna wkoll li kien spara t-tiri minħabba l-biża’; imbagħad libes saqajh prostetiċi u faqa’ l-bieb bil-pala tal-cricket, biex sab lil Steenkamp fuq in-naħa l-oħra. Iżda l-prosekuturi argumentaw li l-angolu ’l isfel tat-tiri minn ġol-bieb kienu jindikaw li hu kien diġà liebes is-saqajn
Akkużat b’abbuż
Aktar tard il-ġurnal The Guardian irrapporta li namrata antika ta’ Pistorius kienet marret takkużah b’abbuż emozzjonali u fiżiku. Hi qalet li kien issakkarha fid-dar għal sigħat sħaħ, mingħajr ma jagħtiha ebda ikel; iċempel lill-ġenituri tagħha matul il-ġurnata biex isegwi l-movimenti li tkun qed tagħmel, u jheddidha u jabbużaha fiżikament sal-punt li tibża’ għal ħajjitha.
Kif irriżulta mill-ewwel proċess ta’ Pistorius, l-akkużat ma nstabx ħati ta’ qtil aggravat. Minflok, hu nstab ħati li wettaq delitt inqas gravi minn omiċidju, ċoè qtil simili ma’ wieħed involontarju. Għal din ir-raġuni, il-Qorti kkundannatu ħames snin ħabs.
Madanakollu, id-deċiżjoni, ma ntlaqgħetx tajjeb. Il-ġenituri ta’ Steenkamp qatt ma emmnu lil Pistorius u baqgħu konvinti li kien qed jigdeb fuq dak li ġara dik il-lejla u naturalment kienu rrabjati għas-sentenza li ngħatatlu minħabba l-bdil tal-akkuża. Meta f’Ottubru 2015, Pistorius inħeles mill-ħabs biex jiskonta l-kumplament tas-sentenza tiegħu b’arrest domiċiljari, il-prosekuturi malajr appellaw.
Il-Qorti tal-Appell warrbet il-kundanna preċedenti ta’ Pistorius u sabitu ħati ta’ qtil. Għal dan, f’Lulju 2016 ikkundannatu sitt snin ħabs. Sena wara, madankollu, dik is-sentenza reġgħet instabet li kienet wisq klementi, u finalment is-sentenza ta’ Pistorius żdiedet għal 13-il sena u ħames xhur.
U għalkemm it-tim ta’ Pistorius ipprova jappella dik l-aħħar sentenza u jnaqqas il-ħin li kellu jqatta’ wara l-kanċell tal-ħabs, dawk it-tentattivi kienu bla frott. Oscar Pistorius seta’ darba tqies bħala figura ta’ ispirazzjoni, iżda l-wirt tiegħu kien imħassar għal dejjem meta qatel lil Reeva Steenkamp, f’Jum San Valentinu għaxar snin ilu.
NANI – IL-FAMILJA TA’ MUŻIĊISTI BELTIN
Minkejja d-daqs tagħha, Malta għandha patrimonju mużikali dokumentat li jmur lura sew fiż-żmien. Il-mużika sagra u dik profana minn dejjem kienet taffaxxina lil ħafna nies tas-soċjetà Maltija. Fost numru ta’ mużiċisti Maltin li għamlu isem lil pajjiżna f’dan il-qasam insibu dawk ġejjin mill-familja Beltija – Nani.
Fil-fatt, Angelo Nani kien l-ewwel membru tal-familja Nani li stabbilixxa ruħu ġewwa Malta wara li telaq minn Venezja fl-1766. Angelo kien ta’ dixxendenza nobbli Venezjana u vjolinist millaqwa.
Ġie Malta biex jieħu sehem f’kunċert u fil-fatt kien impressjona sew lill-Gran Mastru Pinto tant li kkonvinċieh jibqa’ f’pajjiżna u jaħdem ta’ vjolinist mal-Ordni ta’ San Ġwann. Emanuele Nani, iben Angelo, segwa l-passi ta’ missieru. Kien kompożitur imfittex fi żmienu u vjolinist imsemmi bħal missieru. Tant għamel suċċess fl-Italja, li Emanuele Nani sar magħruf bħala ‘Nani Divino’ jew ‘L’illustre Nani’.
Però kien Dottor Paolo Nani li baqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa kompożituri Maltin tas-seklu 19. Twieled il-Belt Valletta fit18 ta’ Novembru 1814, minn
Dott. Giuseppe u Caterina née Recau. Angelo Nani kien jiġi nannuh. Sa minn ċkunitu ġie mħajjar għal-linja ta’ avukat bħal missieru u fil-
fatt iggradwa bħala Duttur tal-Liġi Ċivili fl-Università ta’ Malta fl-1832 meta kellu biss 18-il sena.
Dan ma naqqas xejn mill-passjoni li kellu lejn il-mużika. Fl-1834 iżżewweġ lill Maddalena née Cuschieri. Kellhom żewġt itfal, fosthom Anton, li ’l quddiem ukoll kiseb fama bħala kompożitur ta’ kalibru u suċċessur ta’ missieru fit-tmexxija tal-Cappella Nani.
Studja l-mużika ma’ Dun Giuseppe Burlò (1772-1856) u Emanuele Muscat (17901837) f’Malta, u wara, fl-1833 mar ikompli l-istudji tiegħu fil-Konservatorju San Pietro a Majella f’Napli taħt il-gwida ta’ wħud mill-aqwa mużiċisti Taljani ta’ dak iżżmien: fosthom, Nicola Antonio Zingarelli (1752-1837), Giovanni Furno u Francesco Ruggi (1767-1845).
Jingħad li waqt li kien
Napli, Nani kellu ħbiberija mal-kompożitur operistiku illustri Gaetano Donizetti (1797-1848) u li dan kellu impressjoni tajba ħafna tax-xogħlijiet ta’ Nani. Meta rritorna Malta fl-1839 fletà ta’ 25 sena, Nani waqqaf il-Cappella di Musica tiegħu biex permezz tagħha jagħti servizz waqt il-liturġija fil-knejjes Maltin.
Għaqqad orkestra minn mużiċisti li kienu ingaġġati fit-Teatru Manoel, u beda jikteb il-mużika liturġika li kellu bżonn. Kien sewwasew f’dan iż-żmien li huwa ġie inkarigat bis-servizzi mużikali fil-Bażilika tal-Patrijiet Karmelitani u fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu –it-tnejn fil-Belt Valletta.
Dan huwa meqjus bħala l-bidu ta’ fenomenu ġdid fil-mużika sagra Maltija. Fl-epoka Romantika żviluppat prattika mużikali kemxe -
jn partikolari f’Malta fejn ftit kien baqa’ distinzjoni stilistika bejn il-mużika sagra u dik profana. Ġurnali ta’ dak iżżmien jiddefinixxu l-mużika ta’ Nani hekk: “The cappella became extremely popular; with a cult following that verged on hysteria.”
Paolo Nani kien katalist ta’ dan l-istil ġdid f’pajjiżna. Il-formazzjoni akkademika tiegħu fid-dinja operistika ta’ Napli żgur kellha impatt fuqu u wasslitu biex ikollu parti daqshekk importanti fl-iżvilupp ta’ ġeneru li żewweġ il-mużika liturġika malopra.
Il-mużika ta’ Nani hija deskritta bħala mużika li hija rikka fil-melodija kif ukoll fl-orkestrazzjoni, speċjalment fejn jidħlu l-istrumenti tar-ram. Il-fattur li ddistingwa l-mużika ta’ Paolo Nani minn dik ta’ kompożituri Maltin oħra stabbiliti huwa
l-użu liberali tiegħu tal-istrumenti tar-ram – strumenti li qabel kellhom użu limitat ħafna fil-mużika liturġika. Filwaqt li l-antifoni kienu ilhom jiġu mmużikati sa miż-żminijet tal-kant Gregorjan, nistgħu ngħidu li f’Malta tas-seklu 19 servew bħala l-bieb li minnu l-opra daħlet fil-knejjes tagħna. Matul il-karriera twila tiegħu, Paolo Nani kien Maestro di Cappella ta’ ħafna knejjes Maltin. Sorsi dokumentati jgħidulna li fl-aqwa tagħha, il-Cappella Nani kienet tipprovdi servizzi ’l fuq minn 20 knisja!
Minbarra l-impenji tiegħu fil-knejjes, Nani kien ukoll għalliem tal-mużika f’diversi skejjel filwaqt li bejn l-1841 u l-1887 kien ukoll maestro concertatore (għalliem tal-kor) fit-Teatru Manoel u wara anke fit-Teatru Rjal. Paolo Nani kien kompożitur ta’ fama, tant li matul il-karriera tiegħu kiteb ’il fuq minn 250 xogħol li saħħru bi ġmielhom lill-poplu Malti, sew dawk li kienu jattendu għaċ-ċerimonji reliġjużi kif ukoll dawk li segwew xogħlijiet profani li kienu jsiru fit-teatri fil-Belt Valletta. Nani għadu sal-lum imfakkar l-aktar għall-antifoni tal-festi li l-għadd tagħhom jilħaq il-35 – ewlenin fosthom Sancte Paule – Belt Valletta (1840), Flos Carmeli – Karmelitani, Belt Valletta (1861), Gloriosae Virginis Mariae - Naxxar (1868), Ego
Ġie Malta biex jieħu sehem f’kunċert u fil-fatt kien impressjona sew lill-Gran Mastru Pinto tant li kkonvinċieh jibqa’ f’pajjiżna u jaħdem ta’ vjolinist mal-Ordni ta’ San Ġwann. Emanuele Nani, iben Angelo, segwa l-passi ta’ missieru
L-istil ta’ Nani kkonvinċa lill-udjenza kif ukoll lill-kritiċi.
L-ewwel fost l-opri Maltin li ntwerew fir-Royal Opera House fi tmiem l-1877 insibu l-opra
ta’ Antonio Nani I Cavalieri di Malta. Skont gazzetta Maltija tad-19 ta’ Jannar 1880, l-opra tant intgħoġbot, li ntalab jerġa’ jagħmilha
Sum - Siġġiewi (1875), u Beata Mater – Agostinjani, Belt Valletta (1881).
Dottor Paolo Nani miet fit23 ta’ Marzu 1904 u l-funeral tiegħu sar l-għada fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Il-funeral tiegħu ġibed folol kbar ta’ nies u dan kien jixhed il-popolarità li kien igawdi dan il-mużiċist magħruf. F’bijografija ppubblikata fis-sena 1904 stess, Mons. Luigi Farrugia jiddeskrivi lil Nani bħala “uno degli astri più fulgidi che splendettero nel cielo di Malta” (waħda
mill-istilel li dawlet is-sema Malti).
Iben Paolo, Antonio Nani twieled il-Belt Valletta fis6 ta’ Ottubru 1842. Missieru stess kien l-ewwel għalliem tiegħu tal-mużika. Wara studja għand Giuseppe Burlon u Giuseppe Spiteri Fremond, u kompla jistudja anke f’Napli bejn is-sena 1867 u 1877. Kif irritorna Malta, Mro Anton Nani kien diġà kkunsidrat bħala l-aqwa surmast Malti tal-perjodu. Kiteb
tliet opri liriċi li baqgħu jis -
semmew fir-repertorju vast tiegħu: Zorilla (1870), Agnese
Visconti (1876) u I Cavalieri di Malta (1877). It-tliet opri nħadmu fit-Teatru Rjal.
L-istil ta’ Nani kkonvinċa lill-udjenza kif ukoll lillkritiċi. L-ewwel fost l-opri Maltin li ntwerew fir-Royal Opera House fi tmiem l-1877 insibu l-opra ta’ Antonio
Nani I Cavalieri di Malta
Skont gazzetta Maltija tad-19 ta’ Jannar 1880, l-opra tant intgħoġbot, li ntalab jerġa’ jagħmilha fil-ħames arias.
Kif wasal lura minn Napli fl-1879, Anton Nani beda jassisti lil missieru fit-tmexxija tal-Cappella Musicale u fl-istess ħin kompla jikteb ħafna aktar mużika reliġjuża għall-użu fil-knejjes.
Fost xogħlijiet importanti nsibu Requiem (b’dedika għall-memorja t’ommu), Messa del Naufrago , O Salu-
taris Hostia u Laudate Pueri
Fl-1866, Requiem ta’ Antonio Nani ngħatat Medalja tad-Deheb fil-London Universal Exhibition. Wara l-1885 kiteb ħafna mużika profana u operistika minħabba l-popolarità li beda jkollhom l-attivitajiet mużikali fit-teatri.
Iżda Anton Nani beda jaffaċċja l-problemi wara li fis-sena 1903, il-Papa Piju X ħareġ Motu Proprio bil-ħsieb li tiġi mrażżna l-influwenza ta’ mużika operistika fuq il-mużika sagra. Anton Nani pprotesta u ma riedx jobdi r-regoli ġodda maħruġa mill-Papa peress li l-identità mużikali tal-Cappella Nani kienet mibnija fuq l-għaqda tas-sagru mal-opra.
Biex aċċetta għaddew ħames snin sakemm biddel l-istil f’dik li kellha x’taqsam
il-mużika sagra. Kien permezz tal- Messa in Fa , li Anton Nani kiseb tifħir kbir mingħand l-istess Papa għal din il-kompożizzjoni sagra li kienet konformi mar-regoli l-ġodda.
Mro Anton Nani kien ukoll il-Maestro di Cappella f’diversi knejjes Maltin bħala suċċessur ta’ missieru, Dott. Paolo Nani. Il-gazzetta L’Osservatore Maltese kitbet hekk dwar ir-relazzjoni li kellhom Nani l-missier u l-iben: “Tajjeb tkunu tafu li tfaċċa surmast ieħor tal-Familja Nani. Dan huwa iben Paolo, Antonio Nani, li sa minn żgħożitu, missieru ħarrġu biex ikun jista’ jieħu f’idejh u jiret il-Kappella Nani.”
Mro Antonio Nani miet fit23 ta’ Frar 1929.
RITIENNE ZAHRA
ĦOLMA LI TGĦIN LIL ĦADDIEĦOR JIEĦU ĦSIEB SAĦĦTU
Kull persuna fl-interess tagħha li tieħu ħsieb saħħitha. Hawn min hu kapaċi jikkontrolla lilu nnifsu stess, u hawn min jippreferi jiddependi fuq ħaddieħor għal dak il-ftit kuraġġ.
Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li minn dejjem kellha din il-ħolma li tgħin lil ħaddieħor jieħu ħsieb saħħtu. Filfatt, kellha tgħaddi minn din l-esperjenza hija stess biex setgħet tgħin lilha nnifisha u eventwalment lil ħaddieħor ukoll. Qed nirreferi għal Ritienne Zahra.
Għandha 39 sena, tħobb ħafna l-mużika, u ta’ kuljum tipprova ma tfallix ġurnata milli tmur il-gym u ssib dik is-siegħa għaliha biss fejn tgħinha mentalment u fiżikament. Bħala nutrition coach, l-aktar aspett li tħares lejh huwa li tagħti sapport kbir lil tant persuni li jmorru għandha
Fil-fatt, Ritienne ilha għal dawn l-aħħar għaxar snin taħdem bħala nutrition coach. Interessajt ruħi nkun naf aktar dwar x’jikkonsisti eżattament dan ix-xogħol tagħha. “Xogħol li ġej mill-qalb, dejjem lesta hemm għan-nies, lesta biex nisma’ u ngħin li jirrikjedi ħafna dedikazzjoni u ħinijiet twal,” bdiet tgħidli.
Importanti ħafna l-moderazzjoni fl-ikel
Ilkoll konxji mill-fatt li s-saħħa tal-bniedem hija importanti ħafna. B’hekk magħha ddiskutejt dwar dawk il-persuni li jittraskuraw saħħithom u jġibu kull skuża bin-nuqqas ta’ ħin. “Kieku minn meta jkunu żgħar, ngħallmu u nedukaw lit-tfal dwar kemm hu importanti l-eżerċizzju u ngħallmu aktar fuq l-ikel, kieku żgur li m’hawnx dan il-mard kollu. Jiena dejjem ngħid li jekk ma niħdux ħsieb is-saħħa xi darba ser iddur kontra tagħna u jibdew ħerġin il-problemi ta’ saħħa.
Jaħasra dik it-30 minuta mixja u ikel mingħajr ma taqta’ l-karboidrati. Id-dieti stretti jagħmlu ħafna ħsara lill-ġisem, importanti ħafna l-moderazzjoni fl-ikel.”
Ta’ min jgħid li Ritienne, minn dejjem kellha din il-ħolma li tgħin lil ħaddieħor jieħu ħsieb saħħtu. Fil-fatt, din il-ħolma qalbitha f’realtà. B’hekk ridt inkun naf kemm kienet faċli jew diffiċli din ittriq għaliha.
“Iva hekk hu. Titwieled miegħek u minn meta kont l-iskola, kulħadd kien jiġi jif-
taħ qalbu miegħi. Għaddejt minn żmien ħażin għax kont bullied għal ħafna snin peress li kont aktar minn 100kgs, iżda bdejt u għamilt l-ewwel pass u qatt ma ħarist lura,” kompliet tgħidli.
Kienet tiġi bullied diversi drabi minħabba l-figura tagħha
Sfortunatament kif qaltli hija stess, meta kienet għadha studenta l-iskola, kienet tiġi bullied diversi drabi minħabba l-figura tagħha għaliex kienet overweight. Minħabba f’hekk kellha self-esteem baxx u sfortunatament kienet taqla’ diversi titli koroh.
Ħallejt f’idejha sabiex tel-
Kieku minn meta jżgħar, ngħallmu u nedukaw lit-tfal dwar kemm hu importanti l-eżerċizzju u ngħallmu aktar fuq l-ikel, kieku żgur li m’hawnx dan il-mard kollu. Jiena dejjem ngħid li jekk ma niħdux ħsieb is-saħħa, xi darba ser iddur kontra tagħna u jibdew ħerġin il-problemi ta’ saħħa
abora aktar. “Iva, kelli ħafna żmien fejn kont bullied minħabba l-figura tiegħi, fejn sħabi kienu jilbsu ħwejjeġ fejn jiena qatt ma stajt. Kont nibki ħafna d-dar waħdi, kont niekol tuffieħa biss f’ġurnata fejn imbagħad kont neħel mal-fridge flaħħar tal-ġurnata.”
Kien proprju hawn li mażżmien bdiet taħdem fuqha nnifisha, u bdiet temmen fiha nnifisha. Iddiskutejt magħha x’kienu l-passi neċessarji li kellha tieħu sabiex tavvanza fuq il-figura tagħha. “L-ewwel bdejt billi qtajt bil-mod iz-zokkor għax jiena kont persuna li l-ħin kollu nnaqqar u bdejt nagħżel it-tajjeb mill-ħażin mingħajr ebda dieti stretti u bdejt l-ewwel mixja ta’ 23 sena meta kont niżen 103.4kgs,” stqarret miegħi Ritienne.
Magħha ddiskutejt ukoll fl-opinjoni tagħha, liema huwa dak it-tip ta’ ikel l-aktar li għandu jiġi evitat fejn
L-ewwel bdejt billi qtajt bil-mod izzokkor għax jiena kont persuna li l-ħin kollu nnaqqar u bdejt nagħżel it-tajjeb
mill-ħażin mingħajr ebda dieti stretti u bdejt l-ewwel mixja ta’ 23 sena
tidħol ħsara għal saħħitna. “Ħafna zokkor, u ħafna xaħmijiet speċjalment takeaways. Ħalli tiekol cheat meal darba f’ġimgħa, għax il-ġisem għandu bżonn minn kollox, iżda mhux ta’ spiss. Illum hawn ħafna easy tips u easy ideas għal min għandu ħajja mgħaġġla li pjuttost kulħadd.”
Minbarra li tgħin individwi Maltin, Ritienne wkoll tassisti persuni minn madwar id-dinja. Interessajt ruħi nkun naf x’toffrilhom eżattament. “Iva, aħna noffru online support, fejn llum il-ġurnata bis-saħħa tat-teknoloġija hija faċli immens biex tikkomunika mad-dinja. Fil-fatt, għandi ħafna rispons qawwi u dan grazzi għad-dedikazzjoni li għandna lejn innies li jiġu għandna l-uffiċċji tagħna, kif ukoll online barra minn xtutna.”
SKEDA ONE
Kull tip ta’ eżerċizzju huwa tajjeb
Ma’ Ritienne ddiskutejt ukoll fl-opinjoni tagħha liema eżerċizzju huwa l-aktar effettiv, jekk hux il-mixi jew il-gym. “Kull tip ta’ eżerċizzju huwa tajjeb. L-importanti li ntellgħu l-heart rate ħalli naħarqu x-xaħam flimkien ma’ dieta bilanċjata skont il-bżonnijiet tal-persuna.
Illum anke tidħol YouTube, tista’ tagħmel l-eżerċizzju mid-dar tiegħek stess, speċjalment meta persuna ma tkunx fi stat fejn ma tistax tħallas flus żejda għall-gym.”
Fl-aħħar nett, Ritienne ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Kollox huwa possibbli fil-ħajja u kulħadd kapaċi jagħmel bidla. Taqta’ qalbek qatt u tħalli xejn iwaqqfek,” temmet tgħid f’din l-intervista miegħi.
reċensjoni tal-ktieb
ĠOMINA ĦABEL TAT-TAJJAR
“In nomine Patris et Filii et Spiritus Sancti. Għidli, binti.”
“Ħarist lejn raġel, Dun Nikol.”
Dun Nikol kemmex ħuġbejh u tbissem. Il-leħen kien għarfu. Iżda għamel wiċċu max-xibka tal-konfessjonarju biex ikun żgur. U bil-ħlewwa kollha staqsieha, “Ma fhimtx eżatt, Ġomina. X’jiġifieri ħarist lejn raġel?”
Kien se jkompli jgħidilha, “Mela qatt ma kont rajt raġel f’għomrok?” Imma gidem ilsienu. Kien jaf lil Ġomina sewwa, u kien jaf kemm kienet xebba bil-għaqal u twajba… u innoċenti.
“Għax, Dun Nikol. Dar-raġel miżżewweġ u ħarist lejh!”
“Imma billi ħarist lejh… Ir-raħal mimli rġiel miżżewġa, u naħseb li xi darba ħarist lejhom.”
“Imma, Dun, dan ir-raġel ħares lejja wkoll. Imbagħad tbissimli, u jien…”
“B’daqshekk, Ġomina? Billi raġel isellem mara…”
“Għax imbagħad għamilt ġurnata naħseb
fuq hekk biss. U la rqadt. U lanqas tqarbint ilbieraħ.”
Wiċċ il-qassis isserja. Ma kienx jaf x’se jistaqsiha bla ma jdaħħlilha f’moħħha ħsibijiet li qatt ma kellha qabel, u jispiċċa jagħtiha skandlu.
“Ismagħni sewwa, Ġomina. Billi raġel iħares lejk u jitbissimlek ma fiha xejn. Imma int… għax għedtli li lanqas torqod ma stajt…”
Dun Nikol gidem xofftu. Imbagħad kompla, “Għidli, Ġomina. Ħassejt xi xewqat?”
Ġomina damet ftit mumenti ma titkellimx u tul dawk il-ftit mumenti, Dun Nikol kien imwerwer li din ix-xebba innoċenti se tgħidlu li kellha xewqat żienja għal raġel miżżewweġ.
“Iva, Dun Nikol.”
“Jiġifieri kellek xewqat…”
“Eħe. Għax il-mara tiegħu marida ħafna u ma tistax tieħu ħsiebu sew. U għedt illi kieku kont il-mara tiegħu jien, kont insajjarlu tajjeb, u nnaddaflu sew u…”
“Jiġifieri dawn ix-xewqat li kellek?”
Mistoqsija: Ma’ min qed titkellem il-protagonista?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĠOMINA-ĦABEL TAT-TAJJAR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb SENSEI hija:
Z. MICALLEF - SIĠĠIEWI
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Kemm kien l-ammont ta’ intrapriżi rreġistrati f’pajjiżna s-sena li għaddiet?
Isem:
Numru tat-telefown:
Tweġiba:
Indirizz:
THE WHITE HOUSE FARM MURDERS
Il-Massakru tal-Familja Bamber
Jeremy Nevill Bamber huwa qattiel tal-massa Ingliż li nstab ħati għallqtil ta’ ħames membri tal-familja tiegħu. Bamber, li kien adottat mill-koppja Bamber, instab ħati li qatel lil ommu June, lil missieru Nevill, lil oħtu Sheila, li kienet adottata wkoll, u lit-tewmin tagħha, Daniel u Nicholas Caffell. Waqt il-ġuri ntqal li Bamber qatilhom ħalli jiret u poġġa l-ixkubetta f’idejn oħtu Sheila, biex mal-ewwel daqqa t’għajn jidher li kienet hi qatlet lil kulħadd u li wara neħħiet ruħha b’idejha. Bamber weħel għomru l-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien. Hu prova kemm-il darba jappella s-sentenza u għadu jinsisti li huwa innoċenti. Din is-sena, Bamber kiser ir-rekord tar-Renju Unit bħala l-iktar ħabsi li ilu maqful il-ħabs.
Min kien Jeremy Bamber?
Jeremy Bamber twieled fit-13 ta’ Jannar tal-1961 bħala Jeremy Paul Marsham fis-St Mary Abbots Hospi tal, f’Kensington, f’Londra. Ommu, Juliet Dorothy Wheeler, kellha rela zzjoni mas-Surġent Maġġuri tal-Ar mata Ingliża, Leslie Brian Mar sham u fl-1960 inqabdet tqila b’Jeremy. Fl-istess sena li well det, Juliet poġġiet lil binha għall-adozzjoni bl-għajnuna taċ-Church of England Children’s Society. Hekk kif kellu sitt xhur, Nevill u June Bamber adottawh.
Il-familja Bamber
kienet waħda għanja u kienet tgħix f’dar kbira f’White House Farm, f’Essex. Jeremy issa kellu wkoll oħtu, Sheila, li kienet ġiet adottata mill-koppja Bam ber fl-1957. Hu kien imur is-St Nicholas Primary u wara mar fl-iskola privata ta’ Maldon Court. F’Settembru tal-1970, Bamber kompla jistudja f’Gresham’s School iżda ma kiseb l-ebda kwalifikazz joni. Minkejja dan, Bamber mar isSixth Form College f’Colchester fejn għadda minn seba’ eżamijiet tal-livell ordinarju.
Hekk kif spiċċa mill-iskola, Nevill ħallas vjaġġ għall-Awstralja lil ibnu, fejn dan tal-aħħar ħa kors tal-iscuba diving hawnhekk u wara mar New Zealand. Jidher li Bamber wettaq xi serqiet fi New Zealand u rritorna lejn l-Ingilterra, fejn beda jaħdem fir-ristoranti u barijiet. Wara li laħaq ftehim ma’ missieru, Bamber beda jaħdem fir-razzett ta’ Nevill u dan tal-aħħar tah karozza u dar, li kienet tinsab madwar 5.6 km ’il bogħod mir-razzett. Apparti minn hekk, Bamber kellu 8% mill-qligħ tas-sit tal-caravans ta’ missieru, Osea Road Camp Sites Ltd, f’Maldon. Ftit ġimgħat qabel it-twettiq tal-omiċidji, Bamber daħal fis-sit
Bamber waqt
il-funeraltal-vittmi
tal-caravans fejn wettaq xi serqiet. Dan sar magħruf wara l-omiċidji hekk kif kixfitu t-tfajla tiegħu, Julie Mugford.
Il-qtil
Għal ħabta tat-3.30 a.m. tas-7 ta’ Awwissu tal-1985, Bamber ċempel lill-pulizija u għarrafhom li ġew sparati xi tiri fid-dar ta’ missieru. Hu qalilhom li missieru ċempillu u għarrfu li oħtu Sheila ‘tilfitha’ u li kellha l-ixkubetta f’idejha. Hekk kif il-pulizija marru jaraw x’kien ġara, huma sabu lil Sheila mejta mal-art fil-kamra tas-sodda tal-ġenituri tagħha. Huma sabuha bl-ixkubetta mmirata lejn għonqha. Fl-istess kamra sabu wkoll lill-omm, June, mejta. It-tfal ta’ Sheila, it-tewmin Nicholas u Daniel ta’ sitt snin, instabu mejtin fis-so -
Ftit ġimgħat qabel it-twettiq tal-omiċidji, Bamber daħal fis-sit tal-caravans fejn wettaq xi serqiet. Dan sar magħruf wara l-omiċidji hekk kif kixfitu t-tfajla tiegħu, Julie Mugford
dod tagħhom filwaqt li Nevill instab mejjet fil-kċina. B’kollox ġew sparati 25 tir, fejn ħafna minnhom kienu mill-viċin.
Sheila, li kienet tbati mill-iskiżofrenija, kienet qattgħet xi xhur fi sptar psikjatriku għall-kura u l-pulizija bdew jemmnu li hi kienet li qatlet lil kulħadd u wara lilha nnifisha. L-attenzjoni tagħhom daret fuq Bamber wara li tkellmu mal-għarusa tiegħu, Julie Mugford, fejn qaltilhom li Bamber tefa’ dell ikrah fuqu stess. Apparti minn hekk, l-evidenza kienet turi li Bamber ma rċeviex telefonati mingħand missieru għax dan talaħħar kien midrub serjament u ma nstabu l-ebda traċċi ta’ demm fuq it-telephone tal-kċina.
Mill-investigazzjoni ħareġ li l-ixkubetta kellha silencer imwaħħal magħha u b’hekk ma setax ikun li
Sheila qatlet lilha nnifisha għax ma kinitx tlaħħaq biex tagħfas il-grillu. Apparti minn hekk, Sheila ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex tegħleb lil missierha, għax jidher li dan talaħħar iġġieled għal ħajtu. L-aħħar sejba kienet li Sheila kellha żewġ tiri, li kienet turi li dan ma kienx attentat ta’ suwiċidju u b’hekk ma kinitx il-qattiela.
Dan il-każ hu kemxejn stramb għax ix-xena tad-delitti baqgħet aċċessibbli. Fil-fatt, wieħed mill-kuġini ta’ Bamber sab is-silencer li ntuża moħbi f’bank tlett ijiem wara l-qtil. Dan kien ifisser li l-evidenza setgħet ġiet imbagħbsa iżda l-ġurija kienet konvinta li Bamber kien il-qattiel u weħel għomru l-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien.
Bamber qiegħed jiskonta s-sentenza tiegħu f’HM Prison Wakefield.
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.
Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Isem:
Indirizz:
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
TISLIBA 485
MIMDUDIN:
1. Kompli l-qawl: Ħadd ma jaħmel imsarnu f’..........(5)
4. Kollettiv ta’ ġewża (4)
7,23. Toqgħod? (6)
WEQFIN:
1. Kunjom (6)
2,16. Piż (6)
3. United (3)
5. Eric Borg Barthet (1,1,1)
9. Staqsi għal xi ħadd (3)
10. Akkwista (6)
12. Itaqqab (6)
16. Ara 2
18. Ara 11
19,21M Jagħmluhulek
għal fuq il-palk jew tv (6)
20. Għasfur (5)
21. Ara 19
23. Ara 7
24. Tniggeż din (5)
6. Għamel vista (3)
8. Għasfur (9)
11,18. Irrepeti (4)
12,17. Iġorr affarijiet tqal (5)
13. Ħaġa bla ras (3)
14. Fejn tkun (6)
15. Ġeneralment ta’ xi qaddis (6)
17. Ara 12 wieqfa
21. Logħba antika (3)
22. Nofs kuġini (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
MIMDUDIN: 1.Tnejn, 4.Ħadd, 7,15.Astratti, 9,11,Intiż, 10.Spazju, 12.Eżatti, 16.App, 18.Lt, 19.Nar, 20.Platt, 21.Nil, 24.Ritmi
WEQFIN: 1.Tlieta, 2.ECT, 3,17.Naspli, 5,23. Azzjoni, 6.DDU, 8.Spettatur, 12.EP, 13.All, 14.Intatt, 21.Nej, 22.Lin
MHUX POŻI… AZZJONI KONKRETA
Ir-rieda u d-determinazzjoni tal-Partit Laburista fil-Gvern li jtejjeb il-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi għaddiet dejjem mittest taż-żminijiet, kienu x’kienu ċ-ċirkostanzi.
Editorjal
Waqt li l-PN jiddandan bil-pożi u l-paroli, li ma jsarrfu xejn konkret, u meta kellu ċ-ċans ħaseb biss f’xawwatu, il-Partit Laburista fil-Gvern poġġa fil-prattika dak kollu li minn dejjem emmen li hu ġust u xieraq … l-istorja diġà tatu raġun
Mhux l-inqas meta għaxar snin ilu kellu jitlaq mill-punt ta’ pajjiż b’ekonomija staġnata u ċittadini mgħaffġin taħt piżijiet esaġerati jew inkella aktar riċenti meta, fl-aħjar ritmu li konna fih sa dakinhar, pajjiżna kellu jiffaċċja l-akbar sfidi immaġinabbli li l-umanità fid-dinja kollha kienet ilha ma tara sa mill-aħħar gwerra dinjija.
L-aħħar tliet snin ta’ kriżijiet internazzjonali kienu eżami qawwi għal kull pajjiż u għal kull poplu. Kull wieħed u waħda minna nafu liema tip ta’ protezzjoni esperjenzajna f’dawn ilgżejjer. Inħarsu lil hinn minn xtutna nafu wkoll x’seta’ faċilment kien id-destin tagħna li kieku ma kienx għall-interventi
għaqlin u kull forma ta’ għajnuna mill-Gvern immexxi millPrim Ministru Robert Abela.
Is-salvagwardji abbundanti
li ġew attwati hawnhekk mhux biss huma bla preċedent, iżda tawna serħan il-moħħ li ħaddieħor għadu ma jistax isib u
llum iħares lejna bħala eżempju li għandu jimxi fuqu.
Kienet tkun sitwazzjoni kompletament bil-maqlub, li kieku l-Istat iddeċieda li jerġa’ jirrepeti dak adottat minn Gvern Nazzjonalista preċedentement meta l-problemi kienu ferm iżgħar u lanqas jitqabblu ma’ dawk li feġġew mill-2020 ’il quddiem.
Kienet tkun irresponsabbiltà akbar li kieku l-pajjiż u l-poplu tħallew jinġarru mill-kurrenti li ħolqu l-pandemija tal-COVID-19 u l-Gwerra fl-Ukrajna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għadu jemmen li dak kellu jkun id-destin tagħna u jitkellem u jipprietka bl-istess mentalità tal-predeċessur tiegħu Lawrence Gonzi, li għabba l-problemi u l-piżijiet kollha fuq dahar il-poplu. Komdi huma, komdu kulħadd!
Il-mentalità u t-twemmin tal-Partit Laburista jagħmluh differenti ħafna minn hekk u għalhekk kull faxxa tas-soċjetà, b’enfasi fuq dawk l-aktar vulnerabbli, baqgħet miexja sew ’il quddiem. Għalhekk il-familja u n-negozji jħossuhom protetti bl-akbar tarka li nħolqot għalihom quddiem ir-riskji kollha.
Għalhekk kull ċittadin, millinfanzja sal-anzjanità, jibqa’ jsib kull għajnuna f’miżuri benevolanti li jgħinuh jgħix aħjar sena wara oħra, minkejja ċ-ċirkostanzi.
Għalhekk baqgħu jitwettqu ruxxmata miżuri li kienu introdotti fi żminjiet aktar kalmi, bħal dik tar-rifużjoni tat-taxxa, li mal-250,000 persuna fostna se jerġgħu jieħdu minn għada. Is-sitwazzjoni tal-lum timbotta lejn it-tentazzjoni li dawn l-għajnuniet jitwarrbu minħabba prijoritajiet oħrajn.
Minkejja dan, pajjiżna mhux biss ta l-akbar attenzjoni lillprijoritajiet iddettati mill-kriżijiet imsemmijin, imma kompla fl-istess ħin fil-mixja prospera li beda jgawdi mill-bidla filGvern fl-2013.
Dan ukoll jibqa’ rifless fl-appoġġ u l-fiduċja akbar li jgawdi l-Partit Laburista, bħalma rrakkontaw it-toroq tal-Belt Valletta nhar l-Ewwel ta’ Mejju għaċċelebrazzjonijiet kbar ta’ Jum il-Ħaddiem.
Ħaddieħor, li nhar it-Tnejn li għadda ried biss jipprotesta anke jekk bla raġuni, għadu jiftaħar bil-“passat glorjuż” ta’ meta kien għadu fil-poter.
Kif nafu lkoll, fl-2008 Gvern Nazzjonalista mhux biss kien injora kull prijorità nazzjonali, anke jekk l-isforzi meħtieġa kienu inqas, iżda spiċċa mar lura mill-akbar wegħda li kien għamel, kumbinazzjoni dik tat-tnaqqis tat-taxxa, u ħalla lil kulħadd ifendi għal rasu b’piżijiet żejda imposti minnu. Agħar minn hekk, ma ddejjaqx jaħseb biss għal xawwatu Il-mentalità u l-politika tiegħu ddettawlu li, waqt li jgħabbi lill-poplu bi prezzijiet tal-enerġija ogħla mis-suq internazzjonali, bil-moħbi u bis-serqa jirriserva żieda ta’ €600 filġimgħa għall-membri tal-Kabinett tiegħu, fost l-akbar skandli li GonziPN baqa’ jġorr sa tmiemu, sakemm il-poplu ġietu l-ewwel opportunità li jqaċċatlu rasu fl-2013.
Waqt li l-PN u l-esponenti tiegħu, illum għadhom kapaċi jiddandnu bil-pożi u bil-ħafna paroli, li ma jsarrfu xejn konkret, Gvern Laburista poġġa fil-prattika dak kollu li minn dejjem emmen li hu ġust u xieraq.
L-istorja wkoll tatu u se tibqa’ tagħtih raġun u dan il-poplu kollu jafu.