2 minute read
ĠM: PROGRESS UMAN QAWWI F’MALTA
Skont il-Ġnus Magħquda, l-iżvilupp li seħħ f’pajjiżna taħt it-tmexxija ta’ Gvernijiet Laburisti tejjeb il-qagħda
Malta rnexxielha tkabbar l-Indiċi tal-Iżvilupp Uman (HDI) b’6.6% fuq perjodu ta’ 11-il sena, skont ċifri li għadhom kemm ġew ippubblikati mill-Programm għall-Iżvilupp talĠnus Magħquda (UNDP). Dan l-iżvilupp ngħata spinta kbira ’l quddiem bil-bidla fil-Gvern fl-2013, tant li l-klassifikazzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tjiebet mis-16-il post fl2010 għad-disa’ post fl-2021.
Advertisement
Din hi indikazzjoni ċara li l-politika Laburista fissret żvilupp qawwi fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-ħarsien soċjali fil-kuntest tal-progress soċjo-ekonomiku tal-pajjiż.
L-Iżvizzera għandha l-ogħla indiċi ta’ żvilupp uman fid-dinja, waqt li d-Danimarka għandha l-ogħla wieħed fl-UE, u r-ranking tagħhom fil-quċċata baqa’ l-istess. Ir-ranking ta’ Malta tela’ mit-32 post fl-1990 għat-23 post fid-dinja u d-disa’ post fl-UE sentejn ilu.
Dan sar possibbli għax it-tkabbir annwali fl-iżvilupp f’Malta kien ta’ 0.74% fl-20 sena li għaddew, imqabbel maż-0.64% fid-dinja. Din ir-rata wkoll tisboq dawk tal-ewwel fil-lista – l-Iżvizzera u d-Danimarka – li esperjenzaw tkabbir ta’ 0.40% u 0.64% rispettivament.
L-ifqar pajjiż fl-UE, ir-Rumanija, jinsab fit-53 post fid-dinja minħabba rata ta’ żvilupp baxxa ta’ 0.13%.
Il-ĠM qalet li, ovvjament, il-pandemija tal-COVID-19, it-taqlib fis-sistemi ta’ loġistika u trasport dinji, l-effetti tal-bidla fil-klima u issa l-Gwerra fl-Ukrajna kollha kellhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp uman, tant li l-indiċi dinji naqas għal sentejn wara xulxin għall-ewwel darba mindu beda jiġi ppubblikat 32 sena ilu.
M’hemm l-ebda dubju li l-iżvilupp uman jiddependi ħafna mit-tkabbir ekonomiku li jkollu pajjiż, għax dan ifisser li l-pajjiż u s-soċjetà jkollhom aktar riżorsi finanzjarji disponibbli biex isostnu l-iżvilupp. Is-sena li għaddiet, l-aktar pajjiż sinjur fid-dinja ras għal ras kien l-Iżvizzera bi Prodott Gross Nazzjonali ta’ $66,933 ras għal ras. Id-Danimarka (fis-sitt post u l-ewwel fl-UE) kellha dħul ras għal ras ta’ $60,365. F’dan ir-rigward, Malta kienet fit-23 post fid-dinja u fit-13-il post fl-UE.
Osservazzjoni li tagħmel il-UNDP fir-rapport tagħha hi kif it-tkabbir tal-ġid mhux dejjem jinfirex indaqs fost setturi differenti tal-popolazzjoni. Dan kien il-każ l-iżjed fl-aħħar sentejn minħabba t-taqlib li għaddiet u għadha għaddejja minnu d-dinja.
Fil-fatt, ir-rata ta’ inugwaljanza (0 = ugwaljanza sħiħa; 100 = inugwaljanza assoluta) fis-soċjetajiet kienet ta’ 19.4 fid-dinja kollha. Uħud mill-pajjiżi bl-inqas rati ta’ inugwaljanza huma membri tal-UE, fejn id-Danimarka, pereżempju, għandha figura ta’
L-iżvilupp uman hu proċess kontinwu u l-Gvern impenjat li jkollu rwol ewlieni f’dan bl-inizjattivi tiegħu
5.2, waqt li anke dik fl-Iżvizzera hi baxxa. Ir-rata ta’
Malta hi ta’ 7.4, li mhix ħażina, għalkemm tista’ jkun aħjar. Dan ipoġġina fil-15-il post fl-UE kollha.
Figura ta’ sodisfazzjon hi l-Indiċi ta’ Żvilupp tal-Ġeneru, fejn Malta qiegħda fl-aħjar klassi ma’ pajjiżi bħall-Irlanda u Franza, li għand- hom skor akbar minn 0.987, waqt li Malta għandha skor ta’ 0.980. Waqt li n-nisa Maltin jgħixu ħames snin aktar mill-irġiel u jattendu skola sena aktar minnhom, li huma fatturi pożittivi, sfortunatament għadhom jaqilgħu inqas mill-impjiegi.
Fost l-istatistika estensiva ppubblikata mill-UNDP, wieħed isib ukoll ċifri interessanti bħal dawk talpajjiżi fejn tingħata l-akbar karità. Hawnhekk ukoll il-figura tagħmlilna ġieħ fejn Malta qiegħda fil-35 post minn 119-il pajjiż. Pajjiżi aktar għonja, bħall-Iżvezja u l-Finlandja, jinsabu warajna f’dan ir-rigward.
Il-ĠM tqis li, biex soċjetà tkun l-aktar b’saħħitha, il-membri tagħha jridu jqisu li ħajjithom hi aħjar u jkunu aktar hienja aktar ma jgħixu fit-tul, pajjiżhom ikollu Prodott Gross Domestiku (PGD) għoli ras għal ras, l-appoġġ soċjali jkun disponibbli u qawwi, iċ-ċittadini jkunu ħielsa li jiddeċiedu x’se jagħmlu b’ħajjithom, ma jkunux mgħobbijin b’korruzzjoni u jkunu kapaċi jagħmlu karità.
Il-UNDP qieset dawn l-elementi kollha biex tiżviluppa Indiċi tal-Hena. Skont dan l-Indiċi, Malta tinsab fis-37 post fost 137 pajjiż u d-19-il post fl-UE.
Aspett li qed jikseb importanza kbira minħabba t-tibdil fil-klima hu dak li l-UNDP issejjaħlu ‘Planetary pressures-adjusted HDI’. Dan ikejjel il-pressjoni li jkun hemm fuq il-pajjiż minħabba tibdil negattiv fil-klima, skont, pereżempju, l-emissjonijiet fl-arja jew ħela fl-użu ta’ materjali.
Dan l-indiċi jingħata valur ta’ 0.721 għal Malta u jfisser li l-klassifikazzjoni tagħna fid-dinja tinżel mit-23 post għall-45 post. Biex wieħed ikollu perspettiva ta’ dan il-valur, jista’ jsemmi d-Danimarka li għandha PHDI ta’ 0.803 li permezz tiegħu żżomm l-istess post bħalma għandha fl-HDI ġenerali. Hemm pajjiżi, bħal Spanja, li l-PHDI tagħhom hu ferm aħjar mill-HDI innifsu.
Naturalment, din hi xi ħaġa li Malta qed tagħtiha attenzjoni akbar. Tant hu hekk li l-baġit tal-ambjent u l-enerġija din is-sena tela’ għal €814-il miljun, jew żieda ta’ 23% fuq dak preċedenti.
Il-prijorità li qed jingħata l-ambjent, inkluż fil-manifest elettorali