3 minute read
IS-SAĦĦA LILL-ĦADDIEM
l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja. L-ikbar rati ta’ ħolqien tax-xogħol. Fost l-aħjar kundizzjonijiet għall-ħaddiema.
Il-problema llum fil-qasam tax-xogħol m’għadhiex fejn se ssib taħdem, jew li tibża’ tbiddel impjieg (anke jekk tkun qed tmur kontra qalbek) għax ma tafx fejn se ssib xogħol, iżda kif min iħaddem se jsib biżżejjed impjegati għan-negozju tiegħu.
Advertisement
Fl-istess żmien kienu jippruvaw iwasslu messaġġ ieħor. Kienu jgħidu li l-Partit Laburista se jiffriża l-paga minima. Illum nafu li l-Partit Laburista mhux talli ma ffriżax il-paga minima talli f’April tal- 2017 żiedha u issa reġa’ beda d-diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali kollha fil-pajjiż sabiex jerġa’ jkun hemm żieda oħra.
li jqis il-valur tar-raba’ stmata bħala art agrikola għall-użu agrikolu, iċ-ċirkostanzi u l-kundizzjoni tar-raba’ u kwalunkwe piż li jkun sproporzjonat għal sid il-kera. Il-kera riveduta mill-Bord m’għandhiex teċċedi l-1.5% fis-sena tal-valur li jkun ippubblikat kull ħames snin fuq il-Gazzetta tal-Gvern. Il-kera għandha tapplika għal perjodu ta’ tmien snin u għandha tibqa’ l-istess wara għeluq it-tmien snin, sakemm ma jintlaħaqx ftehim mod ieħor bejn il-kerrej u sid il-kera. Fuq kollox, b’mekkaniżmu li se jkun introdott se nassiguraw ukoll li kull valutazzjoni tiġi stmata skont dawn il-kriterji stabbiliti u b’hekk nassiguraw li ma jkunx hemm varjazzjoni ta’ stimi għall-istess art agrikola.
Bħalma għamilna f’din l-ewwel sena minn ħamsa, ser nibqgħu nkunu ta’ spalla għallbdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin, sabiex mhux biss ngħollu l-livell u l-prodott lokali, iżda wkoll nassiguraw li l-agrikoltura tkun sostenibbli.
“Rodd il-ħniena lis-sid, issaħħa lil ħaddiem”.
Kemm huma sbieħ dawn il-kelmiet mill-Innu Nazzjonali. Fuq l-għatba tal-festa tal-ħaddiema, il-kliem imsemmi jinstema’ ferm aktar ħlejju, aktar sabiħ.
U l-ħaddiem Malti għandu biex jiċċelebra.
Jiċċelebra għax qatt daqs illum f’pajjiżna l-qasam tax-xogħol ma kien fejn qiegħed bħalissa.
Qed ngħid dan mhux bħala Laburist konvint, iżda bħala persuna li nista’ niftakar u nqabbel. Illum Malta għandha
Ma rridx ninstema’ li qed nipprietka l-perfezzjoni. Mhux l-iskop u ma rridx nagħmel hekk. Konxju li jaf ikun hemm ħaddiema, kemm Maltin iżda anke barranin li jixirqilhom kundizzjonijiet aħjar, iżda l-mixja li mxejna fl-aħħar snin kienet waħda qawwija.
Ma ninsewx li ftit aktar minn għaxar snin ilu meta l-pajjiż kien fuq l-għatba tal-elezzjoni ġenerali tal-2013, il-Partit Nazzjonalista dak iżżmien fil-Gvern kien ibeżża’ lill-poplu Malti u Għawdxi, lill-ħaddiema, li ‘Labour won’t work’. Għaxar snin wara kulħadd fehem li l-unika ħaġa li mhux taħdem hija l-Oppożizzjoni. Il-bqija hija storja.
L-unika friża tafu fejn kienet? Insomma kien hemm aktar minn friża waħda, imma forsi tispikka l-aktar dik tal-pensjoni. Il-ħaddiema tal-bieraħ il-Partit Nazzjonalista rringrazzjahom billi ma tahom l-ebda żieda. Mhux ta’ b’xejn li l-poplu bagħathom isorġu fuq is-siġġijiet tal-Oppożizzjoni għax il-poplu fehem li min jiffriża mill-ideat postu hemm huwa maħbuż.
U la qed insemmu lill-Oppożizzjoni ma nistax ma nagħmilx referenza għall-protesta li qalu li se jagħmlu fl-1 ta’ Mejju. Fuq dan il-punt fil-konferenza ġenerali tal-Partit ta’ nhar ilĦadd li għadda kien hemm diversi kelliema li fakkru kemm il-Partit Nazzjonalista m’għandu l-ebda kredenzjali mal-ħaddiema. Smajt min semma l-ħaddiema tat-tarzna. Is-sikrana li tħalliet tikber biex nibet il-prekarjat fl-impjiegi. Kollha vera. Iżda l-iktar ħaġa kontra l-ħaddiema li qatt għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kienet li daħħal taxxa fuq min jaqla’ l-paga minima. Fejn tista’ tasal aktar minn hekk? Agħar minn kollox li taw tummakka fuq iżżgħir waqt li kienu jitfgħu fuq il-poplu Malti u Għawdxi l-ikbar piżijiet tal-kontijiet taddawl u l-ilma u waqt li huma żiedu l-paga tagħhom.
Għalhekk importanti li f’din il-mixja lejn Jum il-Ħaddiem niftakru min kien dejjem mal-ħaddiem u mhux meta qabel lilu biss.
Illum ħafna mill-affarijiet li ddaħħlu bilkemm sirna napprezzawhom, għax drajniehom. Ħafna nesew għax draw li r-riżultati li qed ingawdu llum inbdew b’deċiżjonijiet bħal taċ-childcare b’xejn, tnaqqis ta’ taxxi, tnaqqis fil-kontijiet, għajnuna lin-negozji, l-ebda żieda fit-taxxa u nista’ nibqa’ sejjer.
Iċ-ċifri minn hemm bdew u mhux mill-ajru. Illum għadna qed nieħdu ħsieb lil min iħaddem u l-ħaddiem biex iċ-ċirku li ħloqna jibqa’ għaddej. Ġew salvati eluf ta’ impjiegi fi żmien il-pandemija. Qed jingħataw sussidji kbar fl-enerġija kemm fil-kontijiet iżda anke fejn jidħol fuel u r-rota b’hekk tibqa’ għaddejja.
Gvern li qed jaħdem ta’ kuljum biex iġib aktar investiment li jfisser impjiegi ta’ kwalità u li jixirqu lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Id-drittijiet tal-ħaddiema ħa ħsiebhom mhux biss b’miżuri finanzjarji u fiskali bħal ħafna ftehimiet kollettivi tal-ħaddiema tal-Gvern, iżda ta aktar drittijiet lill-ħaddiema bħal dawk dixxiplinati biex jieħdu l-leave u ta lura l-leave li jaħbat f’festa. Ma’ dawn hemm ħafna aktar.
Fuq l-għatba ta’ żewġ avvenimenti mfakkra b’tant għożża mill-moviment tagħna, il-65 anniversarju mill-Istrajk Ġenerali u ma jistax jonqos Jum il-Ħaddiem, l-għajta, ‘is-saħħa lill-ħaddiem’ toħroġ ħafna u ħafna aktar bil-qalb.
Il-festa t-tajba lill-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin.