3 minute read

QAWWI F’MALTA FI ŻMIEN 11-IL SENA

Next Article
THE MOOR MURDERS

THE MOOR MURDERS

ġenerali tal-poplu biex sal-2021 dan tela’ seba’ pożizzjonijiet fil-klassifika u jinsab mal-aqwa għaxra fl-UE

Indiċi tal-Iżvilupp Uman tal-ĠM

Advertisement

L-AQWA GĦAXAR STATI MEMBRI TAL-UE UE Globali mu. It-tqassim tal-ġid, għalkemm jista’ jkun aħjar, hu tajjeb kif imsemmi diġà.

Fejn jidħlu l-ħtiġijiet bażiċi, l-Istat Malti jipprovdi kura medika tajba u b’xejn, waqt li s-sistema edukattiva toffri numru ta’ opportunitajiet lil kull min irid ikabbar il-potenzjal tiegħu.

Kif tgħid il-ĠM, l-iżvilupp uman hu “dwar kemm in-nies jingħataw il-libertà li jgħixu ħajjiet ta’ valur, li jfisser l-iżvilupp tal-ħiliet tagħhom u ċ-ċans li jużawhom”. Din hi libertà li fl-aħħar għaxar snin tkabbret ferm fl-istadji differenti tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin, ibda miż-żgħażagħ, kompli f’dawk li għandhom bejn 20 u 65 sena, u spiċċa b’dawk li huma anzjani.

Però l-iżvilupp uman hu proċess li jkompli matul is-snin. Hu għalhekk li l-Gvern kien u jibqa’ impenjat li jkollu rwol strumentali f’dan l-iżvilupp permezz tal-inizjattivi u programmi tiegħu, inkluż bl-għajnuna wiesgħa u qawwija li joffri lill-aġenziji u għaqdiet mhux governattivi, biex Malta tkompli ttejjeb il-kwalità ta’ ħajja tal-poplu.

“Malta Flimkien”, jidher mill-fatt li l-baġit tiegħu kellu t-tieni l-akbar żieda perċentwali wara s-saħħa. Ta’ min isemmi wkoll li 37% tal-fondi Ewropej għall-irkupru wara l-COVID (madwar €118-il miljun) se jintefqu fuq inizjattivi ħodor.

L-Indiċi HDI hu wieħed utli ħafna għax jitfa’ dawl importanti fuq ir-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp. Illum kulħadd jagħraf li ż-żieda fil-PGD waħedha mhix indikatur assolut tal-progress f’pajjiż. L-iżvilupp irid jagħti kas ukoll kriterji alternattivi, bħalma huma l-impjiegi, it-tqassim tal-ġid fis-soċjetà u jekk il-ħtiġijiet bażiċi tan-nies humiex ipprovduti.

Mil-lat ta’ impjiegi, f’dawn l-aħħar snin Malta kellha dik li l-ekonomisti jsejħulha ‘full employment’, jiġifieri impjiegi għal kull min irid jaħdem. Dan jidher mill-parteċipazzjoni għolja fis-suq tax-xogħol u n-nuqqas ta’ qgħad. Dan kien il-każ speċjalment fejn jittratta n-nisa, li numru rekord tagħhom qed jaħd-

Skont tagħrif ippubblikat millUfċċju Nazzjonali tal-Istatistika din il-ġimgħa stess, fl-2021 ilGvern Malti nefaq aktar minn €2.7 biljun fuq protezzjoni soċjali, żieda ta’ €120 miljun fuq is-sena ta’ qabel. Dawn jinkludu l-akbar baġits fl-istorja għall-benefiċċji, kura tassaħħa u miżuri kontra l-qgħad, fost oħrajn, li wkoll żdiedu s-sena li għaddiet.

MINGĦAJR APPOĠĠ FL-ENERĠIJA, IL-FAQAR KIEN JIŻDIED

Tkompli minn paġna 1

Min-National Reform Programme ppreżentat millGvern toħroġ partikolarment il-politika soċjali qawwija tiegħu u li se tkompli tiżdied fuq is-suċċessi li ġew irreġistrati wkoll fl-aħħar snin.

Skont stimi tal-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol, iż-żieda fiċ-Children’s Allowance se twassal għal tnaqqis ta’ 0.11% fir-rata ta’ tfal f’riskju ta’ faqar. Flistess ħin il-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja, minħabba li hu aktar b’saħħtu għal familji bi tfal, ukoll mistenni jwassal għal titjib sinifikanti, tant li r-rata ta’ tfal f’riskju ta’ faqar mistennija tonqos b’0.74%.

B’kollox għalhekk dawn iż-żewġ miżuri flimkien se jnaqqsu r-rata ta’ tfal b’riskju tal-faqar b’1.04%. Dan ifisser li, fiż-żmien li ġej, madwar 865 tifel u tifla oħra mistennija jinħarġu minn sitwazzjoni vulnerabbli.

Il-mekkaniżmu addizzjonali kien ta’ benefiċċju qawwi wkoll għal ħafna anzjani, tant li, skont il-Min isteru, ir-rata ta’ anzjani f’riskju ta’ faqar mistennija tonqos bi kważi punt perċentwali. Dan ikun ifisser li, wara din il-miżura, kważi 915-il anzjan se jkollhom dħul ogħla mill-ammont li bih jitqiesu li mhumiex f’riskju tal-faqar.

Jekk wieħed iħares lejn il-popolazzjoni kollha, iż-żieda fiċ-Children’s Allowance u d-dħul tal-mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja huma stmati li se jnaqqsu r-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar b’0.66% oħra. B’hekk madwar 3,350 persuna, li sas-sena li għaddiet kellhom dħul inqas minn 60% tal-medja nazzjonali, issa se jkunu qed joħorġu minn sitwazzjoni fejn ikunu f’riskju ta’ faqar.

Fil-fatt, dawn iż-żewġ miżuri għollew id-dħul b’medja ta’ madwar €30 fix-xahar, li jfisser titjib fiddħul ta’ kważi 5% fis-sena, għal dawk bl-inqas introjtu.

Fl-istess ħin, skont l-istimi tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, il-politika adottata mill-Gvern li jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli se twassal biex il-ġid nazzjonali din is-sena jkun 0.63% aktar milli kien ikun kieku għolew il-prezzijiet kif ġara barra minn xtutna.

Waqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma temminx f’dan is-sostenn u għadha tiddikjara li għandu jitwaqqaf (ara rapport f’paġna 7), jirriżulta li l-effetti pożittivi ta’ din il-politika Laburista se jkomplu jiżdiedu fis-snin li ġejjin. Fil-fatt, sal-2025 il-ġid nazzjonali se jkun 0.9% aktar milli kieku l-Gvern ma pprovdiex tali sostenn. Dan minħabba li n-negozji se jkunu jistgħu jkomplu jinvestu.

Hu stmat li, mingħajr dan l-appoġġ, kieku l-investimenti kienu jonqsu bi kważi 7%, waqt li l-familji kienu jnaqqsu l-konsum tagħhom bi kważi 5%. Minbarra hekk, ir-rata ta’ inflazzjoni kienet tkun 5.2% ogħla, li jkun ifisser għoli tal-ħajja ta’ iżjed minn 12% u mhux fl-inqas livelli Ewropej, kif jinsab bħalissa. Daqqa bħal din kienet twassal għal żieda notevoli fir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar, kif għadhom jesperjenzaw għadd ta’ stati membri oħrajn fl-UE.

This article is from: