5 minute read
RELEVANZA ĦAJJA TAL-EWWEL TA’ MEJJU
Ftit aktar minn ġimgħa bogħod mill-festa ta’ Jum il-Ħaddiem, l-Ewwel ta’ Mejju, li ilha tiġi organizzata mill-Partit Laburista f’pajjiżna għal iżjed minn 90 sena, il-poplu Malti u Għawdxi qed jiġi msejjaħ jingħaqad wara t-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela biex jiċċelebra dak kollu li nkiseb sal-lum il-ġurnata. Avolja l-aħħar snin raw id-dinja tintlaqat mill-agħar kriżijiet, f’pajjiżna l-ħaddiema u l-familji tagħhom, flimkien mal-postijiet tax-xogħol, sabu protezzjoni mill-aqwa, grazzi għal miżuri u inċentivi mill-Gvern Laburista. Dan wassal biex illum niftaħru li f’pajjiżna għandna kważi full employment, l-inqas rata ta’ qgħad, l-aqwa benefiċċji fl-istorja, titjib tal-għajxien li baqa’ għaddej u rata ogħla ta’ ċittadini kuntenti bit-tmexxija attwali. Bil-maqlub, għadd ta’ pajjiżi oħrajn madwarna qed jgħixu ċirkostanzi kompletament differenti.
Ir-relevanza ta’ Jum il-Ħaddiem tibqa’ ħajja daqs qatt qabel u iżjed valida f’Malta biex niċċelebraw dan kollu. Tal-istess fehma huma ħames personalitajiet li fl-aħħar jiem esprimew ħsibijiethom dwar din il-ġurnata għażiża għall-Partit Laburista u għall-ħaddiema inġenerali.
Advertisement
JOE BRINCAT, Eks Ministru u Eks Deputat Mexxej Laburista
L-avveniment tal-Ewwel ta’ Mejju jfisser li l-ħaddiema mad-dinja kollha jifhmu li hemm ġurnata għalihom u l-kunċett ta’ ħaddiema, aktar ma għadda żmien, aktar beda jinfirex mhux biss ma’ dawk li huma impjegati, imma wkoll ma’ min hu, pereżempju, self-employed. Jiġifieri l-kunċett ta’ ħaddiem hu min jaqla’ ħobżu bl-għaraq ta’ xbinu.
Għal ċertu żmien l-Ewwel ta’ Mejju kien meqjus bħala festa Komunista u, biex tfixkel, eventwalment anke l-Knisja Kattolika għamlet il-festa tal-Ewwel ta’ Mejju bħala San Ġużepp Ħaddiem.
Jekk naraw l-ewwel darba li ġie ċċelebrat kien għadu ta’ ftit nies li kienu ħarġu jiċċelebraw u jkantaw xi innijiet. Kienu ġew ikkundannati għax għamlu festa Komunista. Aktar ma għadda żmien imbagħad kienu l-festi fit-toroq tal-Belt fejn il-Partit Laburista niżel jitkellem man-nies fit-toroq. Kienu okkażjonijiet sbieħ. Imma anke jekk m’għadux jiġi organizzat bħal dawn iż-żminijiet ma jfissirx li l-ispirtu tal-Ewwel ta’ Mejju spiċċa. Inbidlet id-drawwa jew il-mod kif niċċelebrawh.
Il-kunċett ta’ ħaddiem ma jispiċċax, wisq iżjed meta aħna llum nitkellmu fuq kemm m’hawnx nies qiegħda jew kemm inħolqu impjiegi ġodda … anzi llum il-kunċett ta’ ħaddiem qiegħed hemm iżjed minn qabel. Jeżisti l-Ewwel ta’ Mejju bħala festa biex in-nies jiftakru li huma ħaddiema.
KARMENU VELLA, Eks Ministru Laburista u Eks Kummissarju Ewropew
Iż-żminijiet jinbidlu, iżda s-sinifikat ta’ Jum il-Ħaddiem, l-Ewwel ta’ Mejju, jibqa’ hemm. Jekk immorru lura għall-oriġini tagħha fl-1889, meta f’Chicago, l-Amerka, kienu ltaqgħu federazzjonijiet ta’ partiti Soċjalisti u unjins, b’appoġġ għall-ħaddiema li kellhom konfronti tliet snin qabel.
Ovvjament, f’Malta, il-Partit Laburista dejjem ħares lejn dan il-jum bħala wieħed speċjali u ma bediex jiċċelebrah ilbieraħ.
L-ewwel darba li l-Partit fakkar Jum il-Ħaddiem b’mod diskret kien fl1925, qed ngħidu 98 sena ilu u sentejn oħra niċċelebraw il-100 anniversarju.
Minkejja l-ħafna pressjonijiet ta’ dak iżżmien li kienu jiġu mill-forzi reazzjonarji Nazzjonalisti u l-Knisja f’daqqa.
Għall-Partit Laburista, il-ħaddiem hu kollox, għax twieled għalih u dejjem ra kif se jgħollih ’il fuq, sew meta kien fil-Gvern kif ukoll meta kien jiġġieled għalih mill-Oppożizzjoni. Ħareġ anke kontra l-forzi barranin biex itejjeb ilkundizzjonijiet tax-xogħol lokali, mhux biss xogħol għall-irġiel, imma anke biex idaħħal lin-nisa fid-dinja u jagħtihom aktar indipendenza soċjali.
Hu jum ta’ ċelebrazzjoni fejn il-Maltin u l-Għawdxin jingħaqdu biex jiċċelebraw u jfakkru l-kisbiet tagħhom … il-PN joħroġ in-nies biex jipprotestaw għax, bid-differenza għall-PL, m’għandu xejn x’jiċċelebra. Qed nitkellmu dwar il-passat u l-preżent, imma jien persważ li anke taħt il-Prim Ministru Robert Abela se jkompli jitkabbar is-sinifikat ta’ dan il-jum fil-ġejjieni.
Għax il-ħaddiem hu l-aqwa riżorsa li għandna u kontinwament id-dinja qed tagħraf dan il-ġid li ngawdu minnu. Aħna ngħidu, Malta qed tikber, kibret l-ekonomija li qed tibqa’ tissaħħaħ, Malta saret nazzjon rispettat minn pajjiżi ferm akbar minna. Dan kollu ma setax isir mingħajr il-ħaddiema u s-saħħa tagħhom … għalhekk inħeġġeġ lill-poplu biex jingħaqad mal-Partit Laburista u nagħtu aktar saħħa lill-Moviment tal-Ħaddiema, aktar kuraġġ lill-Gvern u l-Gvern ta’ Robert Abela biex ikomplu jaħdmu fl-interess tal-ħaddiem.
Il-Partit u Gvern Laburista ma jiftakrux fil-ħaddiema fil-jum tal-Ewwel ta’ Mejju biss, imma kull ġurnata ta’ kull xahar ta’ kull sena.
MARIA CAMILLERI, Eks Deputata Laburista
Hu importanti li nin ġabru l-Belt fl-Ewwel ta’ Mejju għax l-ewwel nett din hi festa litteralment tal-ħaddiema. Il-ħaddie ma kisbu drittijiet kbar matul iż-żmini jiet, mhux biss hawn Malta. Jiena mmur lura għaż-żminijiet anke ta’ dak li niftakar jiena meta kont għadni ti fla u mmur lura għaż-żmien lejn l-aħħar tal-ħamsinijiet u s-sit tinijiet meta niftakar li kienu jsiru l-Battle of Flowers u fl-Em pire Stadium, il-Gżi ra, għax kien hemm il-kwistjonijiet talGvern Ingliż malGvern Laburista u ma kienx per mess li jorganizza laqgħat pubbliċi jew dimostrazzjo nijiet.
Jiena kont u ħdimt filqrib b’kollox ma’ ħames Prim Ministri Laburisti, kellna lil Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant, Joseph Muscat u issa għandna lil Robert Abela.
Matul dawn iż-żminijiet wieħed irid iżomm f’moħħu li kien il-
Gvern Laburista li dejjem ħadem biex iġib ’il quddiem id-drittijiet u l-kisbiet tal-ħaddiem. U għalhekk jiena ngħid, u nagħmel appell ukoll, biex aħna lkoll, il-poplu Malti u Għawdxi jrid jiltaqa’ għall-Ewwel ta’ Mejju u nagħtu l-appoġġ lill-Partit u l-Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela. Importanti li niċċelebraw flimkien il-kisbiet kollha li saru matul iż-żminijiet, għax ma nistgħux lanqas ninsew kemm batew missirijietna biex għandna l-livell ta’ għajxien li qed ingawdu llum u dan kollu sar bis-saħħa ta’ Gvernijiet Laburisti, li għalihom il-ħaddiem dejjem jiġi l-ewwel u qabel kollox.
ANĠLU FENECH, Eks Segretarju Ġenerali GWU
Din hi l-festa tagħna l-ħaddiema. Jiena ili niċċelebra l-Ewwel ta’ Mejju mis-sittinijiet, 62 sena sħaħ. Dak iż-żmien kienet diffiċli ħafna, mhux bħal-lum … illum għandna biex nifirħu. Għandna Partit magħqud, għandna ekonomija tajba, għandna pensjonijiet tajbin ukoll, jiġifieri tajjeb li niċċelebraw. Imma dak iż-żmien kien żmien diffiċli ħafna biex tiċċelebra l-Ewwel ta’ Mejju, anke għax kellek il-Knisja kontra jieħu sehem fl-Ewwel ta’ Mejju, jekk ikun jaħdem mal-Gvern ibqa’ ċert li se jaqlagħha fuq rasu. Qabel kienu jgħidulha festa tal-Komunisti u kienet kontra l-liġi li tagħmel dimostrazzjonijiet filBelt u allura konna nagħmluh il-Ħamrun bil-karrijiet.
Għandna nibqgħu magħqudin u niċċelebraw din il-festa. Mal-Ewropa kollha, ħaddieħor se jkun qed ifakkar l-Ewwel ta’ Mejju bi protesti kontra l-gvernijiet rispettivi. Aħna dakinhar se niċċelebraw l-Ewwel ta’ Mejju, għax għandna Gvern san u għax aħna magħqudin flimkien. Jiġifieri importanti li aħna nibqgħu nżommu din il-ġurnata għażiża tagħna.
JOE BORG, Diriġent SKS
Il-bidu tal-Ewwel ta’ Mejju f’Malta jaħbat mat-twaqqif tal-Partit Laburista. Fil-fatt, minn fost il-pijunieri tal-Partit kienu ħarġu nies bħal John Marks, Gino Muscat Azzopardi, Ġużè Orlando u Ġużè Ellul Mercer, li waqt li kienu qed joħolqu dan il-Moviment tal-Ħaddiema biex jiġġieldu għad-drittijiet bħal ġurnata xogħol ta’ tmien sigħat u kundizzjonijiet aħjar oħra, kienu qegħdin isegwu x’qed jagħmel ix-xellug fl-Ewropa u fi Franza
F’Malta l-ewwel darba li ċċelebrajna l-Ewwel ta’ Mejju kien fl-1926 fil-każin tal-Partit Laburista fl-Isla. Imbagħad l-Ewwel ta’ Mejju addiem u l-istorja baqgħet sejra sena wara l-oħra. Il-PL baqa’ konsistenti dejjem jiċċelebra dan il-jum u dak ta’ din is-sena għandu jkun attività oħra tal-massa.
Fl-istess jum, l-SKS se tippubblika ktieb bi stejjer li kien kiteb Ellul Mercer fil-ġurnal Il-Ħmar fejn fl-għoxrinijiet tkellem dwar iljonijiet soċjali f’Malta. Kawża t’hekk il-Knisja f’Malta kienet imponiet id-dnub il-mejjet fuqu. Dawn l-istejjer, li kienu jitkellmu dwar dak li kien għaddej fis-soċjetà tagħna mal-mitt sena ilu, se joħorġu mill-ġdid għallewwel darba u issa se jkunu għall-bejgħ l-ewwel darba fl-Ewwel ta’ Mejju għallprezz speċjali ta’ €10, waqt li mill-ħwienet tal-kotba se jkunu qed jinbiegħu bil-prezz ta’