3 minute read

U SPIN TAL-PN

l-pożizzjoni għaqlija tat-tmexxija tiegħu sa mill-2020

Ritratt: TVM.COM.MT u aġixxa fl-interess nazzjonali iet tal-poplu, għamel 10 snin jiddefendi l-interessi ta’ Skanska.

Advertisement

L-inkonsistenza u l-irresponsabbiltà tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista baqgħu joħorġu fil-beraħ anke wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-NAO nhar it-Tnejn li għadda.

Waqt li l-Gvern, permezz tal-Whip tiegħu s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul, talab li jiġi diskuss mill-ewwel fil-Parlament dakinhar stess, tant kemm ma kellux x’jaħbi u tant kemm ir-rapport jikkonferma dak li dejjem stqarr il-Prim Ministru, in-naħa tal-Oppożizzjoni rrifjutat. Din il-mossa rriflettiet b’mod ċar li r-rapport jikxef il-gideb sfaċċat tagħha u ma kellhiex kontro-argumenti xi tressaq. Kif ingħad mill-Partit Laburista, hu aktar konvenjenti għal Bernard Grech li joqgħod jitkellem waħdu fejn ikompli jallega bl-addoċċ mingħajr ma jkun jista’ jmerih xi ħadd.

Il-Prim Ministru Robert Abela xorta indirizza lill-Parlament dwar is-suġġett fost il-ħafna interruzzjonijiet min-naħa l-oħra biex ma jitħalliex jitkellem. Immexxija mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, l-Oppożizzjoni nfexxet f’għajjat u qajmet point of orders biex ixxekkel lillPrim Ministru.

Iżjed minn hekk u f’nofs seduta, il-

Kap tal-Oppożizzjoni sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li matulha kompla jirrepeti l-istess gideb u tgħawwiġ tal-fatti tal-aħħar ġimgħat u xhur, bil-maqlub ta’ dak li jisħaq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.

Fil-Parlament il-Prim Ministru, filwaqt li qal li mhux se jieħu attitudni li kollox sar tajjeb, sostna li r-rapport tal-NAO jifqa’ kull bużżieqa li pprovat tonfoħ l-Oppożizzjoni dwaru u dwar ilGvern, għax qal juri li hu kien korrett meta tkellem dwar il-fatti b’rabta ma’ din il-kwistjoni.

Sussegwentement l-Oppożizzjoni tenniet li l-Grupp Parlamentari tagħha, f’laqgħa straordinarja, jappoġġja t-talba biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil Robert Abela, Chris Fearne u Clyde Caruana, fost l-oħrajn, minkejja dak li qal l-Awditur Ġenerali.

Stqarrija relatata tal-PN titfa’ dawl fuq talbiet identiċi li saru qabel mill-għaqda Nazzjonalista Repubblika, immexxija minn ħu d-Deputat Karol Aquilina.

Fil-fatt Robert Aquilina ħareġ b’dawn it-talbiet biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil dawk kollha involuti fil-ftehim tal-konċessjoni tal-isptarijiet, xi ħaġa li kienet ripetuta fid-denunzja tal-PN u f’konferenza stampa minn Grech quddiem il-bini tal-Qorti fejn qal li ppreżenta fatti ġodda lill-inkjesta maġisterjali.

Nhar il-Ħamis filgħodu, il-PN segwa l-passi ta’ Repubblika u għamel rikors quddiem il-Maġistrat inkwirenti Gabriella Vella. Dan seħħ l-għada li esponenti ta’ Repubblika ressqu artikli fil-gazzetti, dwar ħlasijiet lill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, li hu dejjem sostna li kienu ta’ xogħlijiet li saru wara li spiċċa mill-kariga.

Muscat ukoll daħħal rikors fil-Qorti min-naħa tiegħu fejn talab lill-Maġistrat Vella biex tirrikuża ruħha mill-inkjesta u din tgħaddi f’idejn ġudikant li jista’ jassigura l-imparzjalità f’dan il-każ, kemm bħala perċezzjoni kif ukoll bħala fatt.

F’messaġġ fuq Facebook, l-Eks Prim Ministru ta r-raġunijiet varji tiegħu għal dan u insista li l-Maġistrat baqgħet qatt ma bagħtet għalih biex jixhed minkejja t-talbiet li għamel, li kien hemm leaks kontinwi mill-inkjesta tagħha u li qraba tal-istess Maġistrat ippromwovew propaganda ta’ min talab l-inkjesta. Muscat qal li, fid-dawl ta’ dawn l-affarijiet, ħass li kellu jressaq dan ir-rikors fil-Qorti għax il-kwistjoni kienet saret waħda politika

Fil-kwistjoni kollha l-Gvern assigura li se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu għallġid tas-settur tas-saħħa, tal-pazjenti li jirrikorru għas-servizzi tal-aqwa kwalità u tal-pajjiż inġenerali. Fl-interess nazzjonali, it-tmexxija għaqlija ta’ Robert Abela se tkompli taħdem fuq il-pjani għas-settur tas-saħħa u l-isptarijiet, kif imwiegħed fil-manifest elettorali, u wara d-deċiżjoni tal-Qorti anke billi jirranġa l-Isptar San Luqa, fost oħrajn. Quddiem Oppożizzjoni qarrieqa li darba wara l-oħra tibqa’ tinjora l-fatti, il-Gvern se jibqa’ konsistenti mal-fatti, waqt li jibqa’ jippreżenta s-soluzzjonijiet.

FL-EŻEKUTTIV TAL-PN

BI KSUR TAL-ISTATUT

… mis-sitwazzjoni vittma wkoll il-Kunsill tal-Gudja

Stefan Caruana hu s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit Nazzjonalista u jirriżulta li issa ilu f’din il-kariga għal kważi erba’ xhur bi ksur tal-istatut tal-istess Partit. Sorsi tal-KullĦadd fid-Dar Ċentrali spjegaw u fakkru kif Caruana daħal fil-kariga wara li l-predeċessur tiegħu, Rudolph Marmara, kien fost ħafna li rriżenjaw mill-PN mindu laħaq Kap Bernard Grech.

Is-sorsi indikaw li, tant kemm fil-PN m’hemmx ħjiel jew kontroll ta’ dak li qed jiġri, b’mod partikolari mill-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, Stefan Caruana qed jokkupa r-rwol li ngħatalu bi ksur dirett tal-istatut.

Fost l-oħrajn, l-istatut Nazzjonalista jgħid li persuna fil-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv ma tistax tkun magħżula minn fost il-kunsillieri lokali, mentri Caruana għadu sal-lum jifforma parti mit-tmexxija tal-Kunsill tal-Gudja bħala minority leader.

Teknikament dan kien ifisser li Caruana kellu saħanasitra jirriżenja mill-pożizzjoni fil-Kunsill Lokali qabel aċċetta l-kariga amministrattiva fil-Partit. Għalkemm wieħed stenna li tal-inqas jirregola ruħu ladarba jkun sab postu fir-rwol il-ġdid imma sal-lum dan għadu ma seħħx. Filfatt, din hi xi ħaġa li Caruana m’għamilx u għal darb’oħra fil-PN hemm min qed isostni li din hi waħda minn ħafna affarijiet li s-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino ġie jaqa’ u jqum minnhom.

Is-sorsi tennew li, sakemm xi ħaġa ma taffettwax lilu direttament, Piccinino mhu jagħti kas ta’ xejn. Bil-maqlub, “fejn jikkonċernah, hemm anke konfużjoni joħloq” saħqu s-sorsi, waqt li rreferew għall-ġlied kbir li kien hemm riċentament fil-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN).

Il-Kap Bernard Grech jaf mhux konxju ta’ x’inhu għaddej, xtaqu jenfasizzaw is-sorsi tagħna, għalkemm ma kkummentawx meta ffaċċjati bil-mistoqsija jekk dan allura jirriflettix nuqqas ta’ kapaċità fit-tmexxija. Sadanittant, minn din il-kwistjoni kollha biex imliet pożizzjoni fil-PN jidher li qed ibati wkoll il-Kunsill Lokali tal-Gudja. Din il-gazzetta hi infurmata li Caruana mhux jattendi kontinwament il-laqgħat bħala rappreżentant tal-poplu Gudjan elett fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali erba’ snin ilu.

Kemm-il darba Caruana jirriżenja mill-Kunsill Lokali mhux biss dan isir magħruf pubblikament, iżda minfloku jkun irid jiġi co-opted xi ħadd ieħor mill-PN, ladarba hu diġà kien elett f’elezzjoni każwali wara li Mark Anthony Sammut tela’ fil-Parlament wara diversi tentattivi li għamel. Għaldaqstant jidher li l-PN sab problema hemm ukoll.

This article is from: