1 minute read

L-AQWA BIDU TA’ SENA TURISTIKA

Ftit tal-jiem ilu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ ir-riżultati turistiċi tal-ewwel kwart ta’ din is-sena. Ċifri li juru bl-iżjed mod ċar li ksibna rekord ġdid għall-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena. Riżultati importanti li jimmarkaw l-aqwa bidu ta’ sena turistika fl-istorja f’termini ta’ wasliet, iljieli mqattgħin u nefqa filpajjiż.

Dan ksibnieh wara li s-settur tat-turiżmu għadda minn snin ta’ sfidi, b’restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u lockdowns li ħallew impatt fuq l-industrija madwar id-dinja. Minkejja l-intoppi, is-settur tat-turiżmu wera reżiljenza u kien kapaċi jadatta.

Advertisement

In-numri juruna li fil-perjodu msemmi, madwar 443,000 turist żaru l-Gżejjer Maltin, 4.1% iżjed mill-2019, l-aħħar sena rekord fejn jidħol it-turiżmu.

L-aqwa l-ewwel tliet xhur anke f’termini ta’ ljieli mqattgħin. Fil-fatt, bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena t-turisti qattgħu 2,905,527 lejl. Żieda ta’ 3.8% fuq l-2019. B’mod sinifikanti, in-nefqa totali tat-turisti f’pajjiżna telgħet għal €312,000,000. Din hija żieda oħra u sostanzjali ta’ 14.7% meta mqabbla mal-istess perjodu tal-aħħar sena qabel il-pandemija.

Ġiet irreġistrata żieda flispiża ta’ kull turist b’mod individwali. Filwaqt li fl-2019 il-medja tan-nefqa ta’ kull turist kienet ta’ €640, din is-sena telgħet għal €705: żieda ta’ aktar minn 10%. Għal kull lejl f’pajjiżna, ntefqu kważi €110 minn kull turist fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena: żieda ta’ 10% fuq l-istess perjodu fl-2019. Dak iż-żmien kienu jintefqu medja ta’ €97.

Dawn huma riżultati tal-promozzjoni estensiva li saret flaħħar xhur mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

L-Awtorità mexxiet diversi kampanji diġitali OOH fi swieq ewlenin bħal Franza, ir-Renju Unit, l-Italja u wkoll għall-ewwel darba, fil-Ġappun. Kien hemm promozzjoni fuq it-TV, bħall-ORF fis-swieq li jitkellmu

Dan ksibnieh wara li s-settur tat-turiżmu għadda minn snin ta’ sfidi, b’restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u lockdowns li ħallew impatt fuq l-industrija madwar id-dinja. Minkejja l-intoppi, is-settur tat-turiżmu wera reżiljenza u kien kapaċi jadatta.

bil-Ġermaniż.

Sadanittant, kellna lix-Chef ċelebri Taljan Bruno Barbieri li ġibed xi episodji ta’ Quattro Hotel f’pajjiżna. Ninsabu ferm kuntenti li l-episodji tal-JLTV Air, Land and Sea fuq l-Istorja Lhudija ta’ Malta rebħu żewġ premjijiet prestiġjużi tal-midja. Barra minn hekk, mis-sħubija tagħna ma’ EOLO-KOMETA, Malta rċeviet aktar minn 15K siegħa ta’ espożizzjoni televiżiva fuq il-Eurosport u stazzjonijiet oħra. Din is-sħubija ġabet ukoll opportunitajiet biex isiru avvenimenti promozzjonali kemm fl-Italja kif ukoll fi Spanja.

It-tragward tal-ewwel xhur jikkonferma li l-ħidma fil-qasam tat-turiżmu miexja fid-direzzjoni t-tajba. Dan kollu ser ikun pjattaforma għall-kumplament tas-sena fejn qegħdin naraw li jkollna sena tajba ħafna sabiex b’hekk inkomplu nagħtu sostenn lil din l-industrija favur iżjed opportunitajiet għall-futur.

This article is from: