27 minute read
Tkompli f’paġna
REKORD TA’ TAXXA FFRANKATA
Tkompli minn paġna 1
Advertisement
Waqt li l-valur tal-proprjetajiet li nxtraw permezz tal-iskema kien ilaħħaq medja ta’ €426 miljun fis-sena, din is-sena diġà nbiegħu b’kemm jiswew madwar €493 miljun sa Settembru li għadda.
Minbarra hekk, l-2015 kienet l-aktar sena b’xerrejja u kuntratti eżentati, waqt li din is-sena se tkun l-aktar waħda fejn ġew iffrankati taxxi fl-iskema. Is-sena li għaddiet, li wkoll kienet sena rekord f’dan ir-rigward, ġew iffrankati xejn inqas minn €12.6 miljun.
Miċ-ċifri tal-aħħar tmien snin joħroġ li llum il-First Time Buyers qed jiffrankaw iżjed taxxa milli kienu tmien snin ilu meta jitqabbel mal-ammont li jkun dovut minnhom lill-Istat.
Fil-fatt, waqt li fl-2014 xerrej kien jiffranka medja ta’ darbtejn u nofs aktar it-taxxa li kellu jħallas, din is-sena x-xerrejja se jiffrankaw kważi ħames darbiet iżjed minn dak li se jdaħħal il-Gvern minn tali bejgħ ta’ proprjetà. It-taxxa ffrankata fuq il-bejgħ eliġibbli għall-2021 kienet diġà qorbot il-€15-il miljun sa Settembru, waqt li l-Gvern daħħal biss mat-€3 miljun.
Il-benefiċċju tal-First Time Buyers, flimkien m’oħrajn, għenu lis-suq tal-proprjetà jkompli jilħaq rekord sena wara oħra, waqt li l-poplu investa iżjed f’residenzi privati.
Individwi jew koppji jevitaw milli jħallsu t-taxxa tal-boll dovuta fuq l-ewwel €200,000 kemm-il darba ma jkunux xtraw proprjetà oħra qabel.
Minn Lulju ta’ din is-sena, iżda, iddaħħlet emenda fil-liġi li tippermetti li persuni, li jkunu xtraw garaxx mhux akbar minn 30 metru kwadru, jikkwalifikaw ukoll għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-ewwel proprjetà.
Il-miżura qed terġa’ tiġi estiża fil-Baġit għas-sena d-dieħla, bid-differenza li se tkun qed tissaħħaħ ukoll bi grant għal min jixtri post vakanti jew f’żona ta’ konservazzjoni urbana (UCA) inkella b’arkitettura tradizzjonali bħala l-ewwel residenza tiegħu.
B’din iż-żieda First Time Buyers f’Malta se jgawdu minn grant ta’ €15,000, waqt li dawk f’Għawdex se jingħataw saħansitra €30,000.
TWETTQU 80% TAL-WEGĦDI “GĦAWDXIN”
Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli fost l-oħrajn, mill-implimentazzjoni tal-manifest elettorali, Carmelo Abela, u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, ħabbru li aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma’ Għawdex ġew implimentati.
F’konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex, il-Ministru Abela elenka kif fil-manifest sħiħ tiegħu, il-Gvern kellu 48 miżura li tqassmu ma’ tmien ministeri differenti, inkluż dak għal Għawdex. S’issa, 27 miżura ġew implimentati b’mod sħiħ, filwaqt li 13-il miżura oħra qegħdin fl-aħħar fażi tagħhom u allura r-rata ta’ twettiq hi ta’ ftit aktar minn 81%.
Fir-rigward tal-ħidma bla waqfien li l-Gvern wettaq f’Għawdex, il-Ministru Abela semma wħud mill-miżuri relatati mal-“Gżira tat-Tliet Għoljiet”. Fost il-miżuri li ġew implimentati, semma l-benefiċċji li qed jieħdu l-ħaddiema, l-istudenti u ċittadini oħrajn Għawdxin, b’mod partikolari dawk li qed jaqsmu l-fliegu permezz talfast ferry.
Irrefera wkoll għat-tisħiħ fil-konnettività diġitali permezz tat-tieni fibre-optic link, għall-investiment fl-isptarijiet Għawdxin u fil-kura tassaħħa, kif ukoll għall-wegħda prinċipali biex jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin. Minbarra hekk, Għawdex se jibbenefika minn aktar fondi li ġejjin mill-UE matul is-seba’ snin li ġejjin.
Hu qal li l-Gvern hu kommess li jwettaq dak li wiegħed u li se jkompli jaħdem bissħiħ biex il-miżuri mwiegħda jiġu implimentati. “Minkejja l-miżuri mmirati għal Għawdex, il-poplu Għawdxi gawda wkoll minn numru ta’ miżuri li kienu ta’ benefiċċju għall-poplu Malti; kemm fil-manifest elettorali nnifsu, kif ukoll mill-Baġit għall-2022 li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu,” ikkonkluda Abela.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex ħabbar li aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma’ Għawdex twettqu kompletament. Fost il-miżuri elenka t-titjib fil-konnettività bis-servizz tal-fast ferry, il-proġetti infrastrutturali u l-bini millġdid tat-toroq, aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin permezz ta’ skemi implimentati fosthom it-teleworking scheme, kampanji nazzjonali ta’ reklamar għal Għawdex u t-twaqqif tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex.
Hu qal li “dawn huma biss ftit mill-miżuri li wettaqna bħala Ministeru għal Għawdex u għalkemm qbiżna t-80%, kommessi li nkomplu naħdmu mingħajr waqfien biex inkomplu nwettqu. Fuq kollox, il-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex hi ċara, dik li jkompli jkun mutur ta’ tkabbir fil-ġid nazzjonali u fit-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin”.
Il-Ministru Camilleri temm jgħid li l-programm vast ta’ proġetti infrastrutturali kif ukoll l-investimenti li qed isiru, se jservu biex l-ekonomija Għawdxija tkun aktar reżiljenti, aktar dinamika u tirpilja aktar malajr mill-effetti tal-pandemija dinjija biex tkompli toħloq opportunitajiet ġodda.
LEJN SERVIZZ PUBBLIKU TA’ EĊĊELLENZA
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni talGvern Mario Cutajar nieda l-istrateġija l-ġdida ta’ ħames snin għas-Servizz Pubbliku, bil-viżjoni aħħarija tkun li jinkiseb servizz ta’ eċċellenza. Din l-istrateġija ħolistika, li hi l-ewwel tax-xorta tagħha, se tibbaża fuq tliet elementi ewlenin li huma n-nies, it-teknoloġija u s-servizz, waqt li se jħaddnu tliet prinċipji bażilari – il-kwalità, ilkontabbiltà u s-sostenibbiltà – li se jkunu ta’ gwida f’kulma jsir.
Waqt il-konferenza fejn attendew l-ogħla uffiċjali tas-Servizz Pubbliku, Cutajar fisser li din il-viżjoni għandha l-għan li twassal għal servizz pubbliku li jiffunzjona mingħajr intoppi, li jagħti rendikont u li jaħdem b’mod sostenibbli u konsistenti biex jagħti servizz ta’ eċċellenza. Hu spjega li l-istrateġija l-ġdida tinkorpora fiha 45 inizjattiva, maqsumin skont it-temi li se jservu bħala programm ta’ ħidma biex titwettaq il-viżjoni fil-ħames snin li ġejjin. L-istrateġija tispjega wkoll kif se jitkejjel il-progress, strutturi ta’ moniteraġġ u implimentazzjoni, il-valuri komuni tas-Servizz Pubbliku u l-prinċipji ta’ gwida.
“Dawn l-inizjattivi se jwasslu għal servizz ta’ eċċellenza fejn il-klijent jibqa’ fiċ-ċentru ta’ ħidmietna bla ebda eċċezzjoni. It-tiġdid bla preċedent li sar fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar tmien snin se jservi bħala bażi soda biex issa nagħmlu l-qabża li jmiss. Din l-istorja ta’ suċċess, fejn qatt ma saru daqstant riformi fi żmien daqshekk qasir, irridu nirrepetuha,” tenna s-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Hu semma diversi kisbiet li għamel is-Servizz Pubbliku fl-aħħar snin, fosthom żieda qawwija fil-fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika, rikonoxximenti internazzjonali għall-e-government u wieħed mill-aħjar persentaġġi ta’ nisa fi gradi ta’ tmexxija. Dan kollu wassal biex is-Servizz Pubbliku Malti saħansitra jiġi meqjus bħala case-study għal gżejjer stati żgħar oħrajn ta’ kif isiru b’suċċess riformi fis-servizzi pubbliċi.
Fil-fatt, dan il-proċess ta’ tiġdid issa ġie dokumentat ukoll permezz ta’ pubblikazzjoni ġdida li tikkumplimenta l-istrateġija mnedija din il-ġimgħa. Dawn iż-żewġ pubblikazzjonijiet jinsabu aċċessibbli b’mod elettroniku missit tas-servizz pubbliku.
Is-suċċessi tal-aħħar snin wasslu biex is-Servizz Pubbliku Malti jitqies bħala case study għal gżejjer stati żgħar oħrajn bħalna
OTTIMIŻMU GĦOLI FOST IN-NEGOZJI U L-FAMILJI
DEPOŻITI REKORD MAL-BANEK U D-DOPPJU TA’ DAWK LI KIEN HEMM FL-2013
L-istħarriġ li jsir ta’ kull xahar mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna wera li matul Ottubru l-indiċi ta’ sentiment ekonomiku għal Malta laħaq il-livell ta’ 110. Dan hu 10% aħjar mill-medja storika u 28% aqwa mil-livell f’Ottubru tal-2020.
Minbarra hekk jirriżulta li dan hu 4% aqwa mis-sentiment ekonomiku espress fix-xahar ta’ Ottubru ta’ sentejn ilu, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija. F’kull settur, is-sentiment ekonomiku huwa pożittiv u fil-maġġoranza tas-setturi l-ottimiżmu fil-preżent hu aqwa mill-medja storika.
Il-familji Maltin u Għawdxin kienu ferm ottimisti, tant li ġie osservat livell ta’ fiduċja li kien ilu ma jiġi osservat minn Lulju tal-2018. Dan is-sentiment hu wkoll ikkonfermat mil-livell rekord ta’ depożiti mal-banek lokali li għandhom il-Maltin u l-Għawdxin.
Dawn id-depożiti laħqu l-€15.2 biljun fi tmiem Settembru, jew kważi d-doppju tad-depożiti li l-familji kellhom qabel inbidel il-Gvern fl-2013. Ta’ min jinnota li, minkejja x-xokk tal-pandemija, il-familji faddlu kważi €2 biljun. Dan b’kuntrast ta’ dak li kien ġara fil-kriżi tal-2008 meta d-depożiti tal-familji kienu naqsu għal madwar 15-il xahar u f’punt minnhom kienu naqsu b’aktar minn €200 miljun.
L-istħarriġ tal-Kummissjoni jindika li maġġoranza ta’ 12% tal-familji, li ġew intervistati, sostnew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se titjieb fiż-żmien li ġej. Kważi kwart aktar jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber minn dawk li jemmnu li se tiċkien. Dan meta fl-Unjoni Ewropea l-maġġoranza tal-familji għadhom jistennew li l-ekonomiji filpajjiż rispettivi tagħhom se tkompli teħżien.
F’pajjiżna maġġoranza ta’ 17% tal-familji qalu li jħossu li jaffordjaw li jidħlu għal spejjeż kbar bħalissa u 5% jistennew li anke fil-futur qrib se jibqa’ hekk. Dan filwaqt li maġġoranza ta’ 10% jemmnu li se jirnexxilhom ifaddlu aktar minkejja dan il-konsum.
Fl-Ewropa, b’kuntrast, il-maġġoranza tal-familji jgħidu li ma jistgħux jidħlu għal konsum kbir, minħabba li jemmnu li l-qgħad se jirranka sew, kontra dak li jħossu l-familji Maltin u Għawdxin li qed jistennew tnaqqis.
L-ottimiżmu fost il-familji hu rifless ukoll f’fiduċja fost in-negozji. Anke dawn bħalissa għandhom livell rekord ta’ depożiti mal-banek lokali, fil-livell ta’ €3.6 biljun. Dan hu kważi €2 biljun aktar mid-depożiti li kellhom in-negozji qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Tul il-pandemija n-negozji faddlu kważi nofs biljun ewro.
B’kuntrast fil-kriżi tal-2008 id-depożiti tan-negozji kienu damu sena jonqsu u f’punt minnhom kienu niżlu bi kważi €220 miljun.
Meta intervistati mill-Kummissjoni Ewropea, maġġoranza ta’ 26% tal-fabbriki lokali qalu li żiedu l-produzzjoni fl-aħħar xhur. Dan filwaqt li maġġoranza ta’ kważi 40% tal-operaturi qalu li qed jistennew aktar tkabbir fix-xhur li ġejjin, tant li wkoll sostnew li għandhom madwar erba’ xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li diġà rċevew. Għalhekk, 28% tal-fabbriki qed jantiċipaw li se jkollhom iżidu l-ħaddiema.
Saħansitra aktar ottimisti kienu l-operaturi fis-settur tas-servizzi, fejn maġġoranza ta’ 5% minnhom rrapportaw titjib fl-attività fix-xhur li għaddew. Aqwa minn hekk, aktar minn 11% tal-operaturi esprimew aspettattiva li d-domanda se tkompli tirranka fix-xhur li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, kważi nofs il-kumpaniji f’dan il-qasam qed jantiċipaw li se jkollhom bżonn jimpjegaw aktar ħaddiema.
Anke fis-settur tal-bejgħ, is-sentiment hu aqwa mill-medja storika, b’maġġoranza ta’ kwart ta’ dawk intervistati qallu li qed jistennew titjib fl-attività tagħhom fiż-żmien li ġej u kważi wieħed minn kull għaxra rrapporta li diġà kellu żieda fl-ordnijiet.
Fil-kostruzzjoni, maġġoranza ta’ waħda minn kull tliet azjendi sostnew li għandhom bżonn aktar ħaddiema. Dan f’kuntest li dawn l-operaturi, bħala medja, qalu li għandhom xogħol b’lura għal aktar minn seba’ xhur jew kważi darba u nofs il-medja storika. Kwart tal-azjendi tal-kostruzzjoni qed jantiċipaw li l-ordnijiet se jkomplu jiżdiedu.
Bil-maqlub tal-bqija fl-UE, il-familji lokali żiedu d-depożiti fil-banek u jinsabu fiduċjużi li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb
Fil-kriżi tal-2008 id-depożiti tal-familji u n-negozji kienu damu jonqsu għal 15-il xahar u 12-il xahar rispettivament … f’punt minnhom saħansitra niżlu b’aktar minn €200 miljun
B’aktar investimenti biex ittejjeb l-attività kummerċjali filPort il-Kbir, inkluż billi toħloq aktar faċilitajiet għal vapuri kbar, it-taqsima responsabbli millinfrastruttura marittima fi ħdan Infrastructure Malta għadha kemm bdiet it-tindif u t-tħammil tal-qiegħ ta’ dan ilport prinċipali.
Permezz ta’ Avviż Lokali lillBaħħara, għadha kemm bdiet ħidma kbira ta’ tħammil f’diversi żoni tal-Port biex jitnaddaf fejn hemm faċilitajiet għall-irmiġġ u anke jitneħħa materjal ikkontaminat minn qiegħ il-baħar.
B’hekk, diversi partijiet li jinsabu fuq in-naħa ta’ ġewwa talPort ilKbir se jsiru aktar aċċessibbli għal vapuri akbar, kemm tal-passiġġieri kif ukoll dawk li jġorru l-merkanzija.
Dan il-proġett b’investiment ta’ €7 miljun beda ħdejn il-moll li hemm fix-Xatt lGħassara tal-Għeneb fil-Marsa. Il-fond tal-baħar f’din iż-żona bħalissa hu ta’ seba’ metri u se jiżdied bi tliet metri oħra. Fix-xhur li ġejjin it-tħammil imbagħad se jissokta wkoll fil-parti ta’ ġewwa tal-Port, inkluż ħdejn ilMoll tal-Pont u l-Moll tal-Knisja fl-istess żona, kif ukoll fiż-żona ta’ Ras Ħanżir, fl-inħawi ta’ Kordin.
Fil-fatt, it-tħammil fil-Port il-Kbir se jwitti t-triq ukoll għal proġett ieħor ta’ €65 miljun li se jsir minn Infrastructure Malta biex tibni moll ġdid ta’ 360 metru għall-immaniġġjar tal-merkanzija fiż-żona ta’ Ras Ħanżir. Din il-faċilità ġdida se tintroduċi spazju ta’ rmiġġ addizzjonali tant meħtieġ fil-Port il-Kbir, se ttejjeb l-effiċjenza filPort, filwaqt li tipprovdi lill-awtoritajiet marittimi lokali b’aktar flessibbiltà u disponibbiltà fl-użu tal-mollijiet l-oħrajn fl-istess żona.
Qabel beda t-tħammil sar stħarriġ intensiv biex ġie identifikat x’hemm f’qiegħ il-baħar kif ukoll taħtu, waqt li saru wkoll studji ġeotekniċi. Minbarra hekk ġew eżaminati kampjuni tal-materjal li hemm fl-inħawi qabel dan jittella’ minn qiegħ il-baħar. It-tħammil mistenni jieħu madwar sitt xhur biex jitlesta.
Fix-xhur li ġejjin mistenni jibda wkoll il-proġett biex jitkabbru l-mollijiet għall-vapuri
tal-passiġġieri fix-Xatt ta’ Pinto. Is-sejħa għal offerti biex il-mollijiet Pinto 4 u 5 jitwessgħu JIBDA T-TINDIF U T-TĦAMMIL b’madwar 16-il metru waslet FIL-QIEGĦ TAL-PORT IL-KBIR biex tagħlaq fi ftit jiem oħra. Bit-tkabbir ta’ dawn il-mollijiet, vapuri kbar ikunu jistgħu jorbtu fil-Port mingħajr il-ħtieġa talbraken. Aktar investimenti għal titjib estensiv fis-servizzi u l-attività kummerċjali fil-port prinċipali Sadanittant għaddej ġmielu x-xogħol tal-Grand Harbour Clean Air Project li se jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gass jew Heavy Fuel Oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, biex iħaddmu l-makkinarju għasservizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-Port. Dan linvestiment ta’ €49.9 miljun se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija fil-Port il-Kbir.
MALTA “L-AKTAR SIGURA FIL-COVID DIN IX-XITWA”
Waqt li wissa dwar żieda ta’ aktar każi ta’ COVID-19 fl-Ewropa kollha, partikolarment minħabba varjazzjonijiet kbar fit-tilqim, iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) qal li Malta u l-Portugall se jkunu l-aktar żewġ postijiet siguri fix-xitwa li ġejja. It-tnejn mistennija jevitaw “mewġ konsistenti ta’ infezzjonijiet”, grazzi għar-rati għoljin ta’ tilqim li għandhom fost il-popli rispettivi.
Dr Bruno Ciancio, direttur fl-ECDC, wissa li l-kontinent għadu f’“punt kruċjali” u ħeġġeġ lill-pajjiżi biex jimxu fuq il-passi ta’ Malta u l-Portugall sabiex jiġi evitat aktar it-tixrid tal-virus. Nhar il-Ġimgħa tħabbar li pajjiżna se jkun qed jagħti l-booster tat-tilqima lil kull ċittadin minn 12-il sena ’l fuq.
RITMU FL-ATTIVITAJIET BI ĠBIR GĦALL-MCCFF
Wara li l-ġimgħa li għaddiet tħabbret edizzjoni oħra talFun Run tal-President għall-21 ta’ Novembru li ġej, fl-aħħar jiem qabdu iżjed ir-ritmu tali attivitajiet li lkoll jikkontribwixxu finanzjarjament għallMalta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Is-sena li għaddiet dawn kollha kienu affettwati ħażin b’xi mod jew ieħor minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Din il-ġimgħa, il-President tar-Repubblika Dr George Vella, li taħt il-patroċinju tiegħu jaqgħu dawn l-inizjattivi ta’ solidarjetà nazzjonali, ħabbar it12-il edizzjoni tal-kunċert tant mistenni Rockestra u l-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank.
Din tal-aħħar, li tinsab fit-18il edizzjoni tagħha, se tikkonsisti f’karusijiet magħmulin b’materjal riċiklat u bi tpinġijiet magħmulin mit-tfal.
F’diskors tal-okkażjoni, il-President tkellem dwar l-importanza li “t-tfal jifhmu li fid-dinja mhux kollox hu ward u żahar u li jeżistu persuni vulnerabbli, u li rridu li t-tfal jitgħallmu li jridu jagħmlu xi ħaġa biex jgħinuhom”.
Il-President Vella żied jirringrazzja lil kull min hu involut f’din il-kampanja u ħeġġeġ lill-istudenti kollha biex jagħtu s-sehem tagħhom b’dan ilgħan f’moħħhom. Filwaqt li din is-sena mart il-President mhux se tkun qed iżżur l-iskejjel, hi se tkun qed tiltaqa’ ma’ għadd ta’ tfal minn skejjel differenti fil-Kitchen Garden tal-Palazz ta’ Sant’Anton.
Sadanittant, tħabbret l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rockestra – Times Like These, li se ssir nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Diċembru, fl-MFCC, f’Ta’ Qali.
Id-direttur artistiku ta’ Rockestra Paul Borg Bonaci u d-direttur mużikali ta’ Rockestra Sigmund Mifsud taw id-dettalji tal-kunċert, li se jirritorna bi spettaklu mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u bosta artisti lokali. Spjegaw kif, għall-ewwel darba, Rockestra ta’ din is-sena se tkun qed issir b’udjenza bilqiegħda.
Il-President George Vella qal kif wieħed mill-iskopijiet ewlenin hu li dan l-avveniment jgħaqqad lill-poplu Malti u Għawdxi permezz tal-mużika.
Il-biljetti għal Rockestra 2021 bdew jinbiegħu mill-Erbgħa li għadda u jistgħu jinxtraw minn showshappening.com.mt.
F’din l-ewwel ġimgħa mindu tħabbar l-avveniment, wieħed jista’ jikseb erba’ biljetti u jingħata tnejn oħra bla ħlas.
Kull min jattendi għal Rockestra jrid jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Is-sena l-oħra l-attivitajiet kollha tal-MCCFF kienu affettwati ħażin, b’xi mod jew ieħor, kawża tal-pandemija tal-COVID-19
SFIDI INTERNAZZJONALI FIS-SETTUR TAL-ENERĠIJA
ALEX AGIUS SALIBA
Membru Parlamentari Ewropew
Suġġett li qajjem ħafna tħassib matul dawn l-aħħar xhur kemm fuq livell internazzjonali, u b’mod partikolari fuq livell Ewropew, huwa dak marbut mal-qasam tal-enerġija u ż-żiediet fil-prezzijiet tal-elettriku. L-Unjoni Ewropea hija fost ir-reġjuni li bħalissa qed jiffaċċjaw din il-kriżi, xprunata minn żidiet għoljin fil-prezzijiet tal-gass naturali li qed jirriżultaw f’kontijiet tal-enerġija ogħla għaċ-ċittadini u n-negozji, speċjalment fl-Istati Membri bi swieq tal-enerġija liberalizzati fejn iż-żidiet fl-ispejjeż li jaffaċċjaw il-produtturi tal-enerġija huma riflessi direttament fil-prezzijiet li qed ikollhom iħallsu l-konsumaturi.
Din iż-żieda fil-prezzijiet ma setgħetx ġiet fi żmien aktar sensittiv minn hekk, meta bħalissa għaddejjin sforzi kbar biex l-ekonomija globali tirkupra mill-effetti detrimentali tal-pandemija tal-COVID-19. Aktar minn hekk, dan qiegħed ikompli jżid mal-isfidi marbuta mal-klima u b’mod partikolari sabiex ikun hemm tranżizzjoni lejn in-newtralità tal-karbonju. L-impatt ta’ din iż-żieda fil-prezzijiet fuq l-Istati Membri jiddependi fuq diversi fatturi, inkluż it-taħlita tal-enerġija tagħhom, il-politiki tal-iħħeġġjar u l-istruttura tas-swieq tal-enerġija tagħhom.
Fl-aħħar mill-aħħar, ir-realtajiet differenti kollha għandhom impatt dirett fuq wieħed mill-aktar prodotti bażiċi li jaffettwa liċ-ċittadini tagħna u lill-komunitajiet tan-negozju tagħna, b’żidiet li laħqu rata medja ta’ madwar 40% fi ftit ġimgħat. Dawn mhumiex żidiet insinifikanti, u ċertament li dawn il-piżijiet huma ħafna aktar diffiċli għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna.
Bħala pajjiż aħna xxurtjati li għandna Gvern li kemm ilu fit-tmun matul l-aħħar snin ħadem b’għaqal kbir f’dan is-settur u llum qed naraw ilfrott ta’ dan meta nikkumparaw ruħna ma’ dak li qed jiġi esperjenzat mill-maġġoranza tal-Istati Membri l-oħra li qed jitfgħu piżijiet enormi fuq il-familji u n-negozji, aktar u aktar issa li bdiet il-kesħa u hemm aktar bżonn ta’ enerġija biex tiġi ġġenerata s-sħana. Dan huwa l-uniku Gvern f’pajjiżna li għandu kredibbiltà f’dan il-qasam u li ħadem sabiex jistabbilizza l-prezzijiet tal-enerġija filwaqt li naqqas b’ammont konsiderevoli t-tniġġis meta għalaq il-fabbrika tal-kanċer li ħallielna Gvern Nazzjonalista.
Madanakollu, dan ma jfissirx li din ir-realtà ma tistax tolqotna għaliex l-ebda pajjiż ma jista’ jfendi għal rasu. Fid-dinja globalizzata li ngħixu fiha, b’modi indiretti xorta jista’ jkun hemm impatti fuq pajjiżna u għaldaqstant huwa daqstant ieħor importanti għalina, anke fid-dawl li aħna pajjiż b’riżorsi limitati, li fuq livell Ewropew insibu soluzzjonijiet li jwassluna għal aktar sostenibilità sabiex ħadd ma jaqa’ lura. Ma jistax ikun li filwaqt li qegħdin nirsistu sabiex inġibu l-ekonomiji tagħna lura fuq saqajha jkollna intopp kbir bħal dan li jisfratta l-isforzi kbar kollha li għamilna u li qed nagħmlu lkoll.
Dan huwa l-messaġġ li mexxejt ’il quddiem fil-Kumitat għall-protezzjoni tal-Konsumaturi u s-Suq Intern fejn anke ħeġġiġt lill-Kummissjoni Ewropea tkompli tibni fuq il-ħidma li diġà bdiet, tfittex tintervjeni u tiġi ’l quddiem biex taħdem mal-Istati Membri sabiex flimkien isibu soluzzjonijiet li jagħtu lok għal miżuri speċifiċi li kull pajjiż irid jiddetermina sabiex jilqa’ għall-isfidi li qed jiffaċċja s-settur domestiku tiegħu. Filwaqt li kulħadd għandu l-isfidi, l-ebda pajjiż m’għandu sitwazzjoni identika għal dik ta’ Stat Membru ieħor. Bla dubju ta’ xejn, dan kollu jrid isir ukoll fi sfond tal-ħidma kbira kkordinata li għaddejja sabiex nilħqu l-miri biex innaqqsu t-tniġġis u fl-istess ħin niżguraw li l-partijiet interessati fl-ekonomija tagħna ma jiġux sopravalutati b’tali mod li dan jirriżulta fi tfixkil serju għall-irkupru tagħna.
L-IMPATT TAT-TIBDIL FIL-KLIMA FUQ STATI ŻGĦAR
ALEANDRA MUSCAT
Parteċipanta tal-Programm LEAD
Din il-ġimgħa d-dinja kienet iffukata fuq is-summit ‘COP26’ li ġie organizzat ġewwa Glasgow sabiex il-mexxejja ta’ diversi pajjiżi jingħaqdu flimkien u jiddiskutu l-ikbar prijorità dinjija, it-tibdil fil-klima. Wara l-impatt li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19, id-dinja kollha għandha quddiemha sfida sabiex l-irkupru ekonomiku u soċjali jkun wieħed li jkopri wkoll soluzzjonijiet għal din l-isfida internazzjonali li diversi esperti mediċi jqisuha bħala theddida għas-saħħa pubblika akbar mill-COVID-19. L-impatt fil-fatt diġà beda jinħass f’temperaturi estremi, żieda fil-livell tal-baħar, maltempati kbar, għargħar u nixfa kbira f’diversi postijiet.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela aċċenna b’mod speċjali għall-fatt li bħala gżira żgħira, Malta, flimkien ma’ stati gżejjer żgħar oħra taffaċċja sfidi kbar. Dan għaliex għalkemm il-produzzjoni tal-emissjonijiet ta’ gżejjer stati żgħar hija inqas minn 1%, in-natura tal-gżejjer tagħmilna l-aktar vulnerabbli għal temperaturi estremi u żidiet fil-livell tal-baħar. Huwa stmat li fil-100 sena li ġejjin il-livell tal-baħar se jogħla b’5mm kull sena, bidla li ġġib magħha konsegwenzi kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi. Din it-theddida għall-kosta tagħna tħalli wkoll impatt fuq is-sistemi bijoloġiċi u l-bijodiversità marittima lokali, li fuqhom jiddependu kemm l-għajxien ta’ bosta Maltin u Għawdxin, kif ukoll it-turiżmu. Skema importanti f’dan ir-rigward imnedija riċentement hija dik imsejħa ‘ship to shore’ fejn il-vapuri li jiddaħħlu fil-portijiet tagħna ma jżommux il-magni tagħhom mixgħulin iżda jinqalbu għall-enerġija elettrika permezz ta’ infrastruttura installata fil-portijiet tagħna b’investiment ta’ €50 miljun.
L-emissjonijiet fit-toroq tagħna wkoll qed jiġu indirizzati permezz ta’ aktar inizjattivi sabiex iħeġġu aktar sewwieqa jagħżlu karozzi elettriċi. Fost dawn l-inizjattivi nsibu żieda sostanzjali fil-fondi mogħtija għal xiri ta’ karozzi elettriċi, li fl-2022 se jammontaw għal €12,000, filwaqt li ser jiżdiedu b’1,200 iċ‘charging points’ għal dawn il-vetturi madwar Malta u Għawdex fit-tliet snin li ġejjin. Iżda l-aktar żewġ proposti fil-qasam tat-trasport li jistgħu jħallu impatt pożittiv ħafna fuq l-ambjent, fl-opinjoni tiegħi huma t-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd u l-introduzzjoni tas-sistema tal-Metro. Kollox jiddependi iżda fuq kemm dawn is-servizzi jkunu effiċjenti kif ukoll fuq l-għażliet personali tagħna. Jekk verament nixtiequ ngħixu f’ambjent nadif u b’inqas tniġġis, irridu nkunu aħna li nagħmlu l-ewwel pass b’bidliet żgħar li kollettivament iwasslu għal effetti kbar.
Iċ-ċokon ta’ pajjiżna jġib miegħu limitazzjonijiet kbar fejn jidħlu l-użu ta’ sorsi rinnovabbli differenti għall-produzzjoni tal-enerġija. Hekk kif l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber, id-domanda għall-enerġija wkoll tkompli tiżdied u għalhekk sabiex inżommu mal-miri tal-emissjonijiet huwa meħtieġ li nsaħħu l-konnettività tagħna mal-grids elettriċi tal-Ewropa. Fl-aħħar mill-aħħar, il-pandemija serviet ta’ xhieda kemm l-ekonomija u s-saħħa jimxu id f’id. Ma jistax ikollna żvilupp ekonomiku jekk il-poplu ma jkunx b’saħħtu u għalhekk l-importanza li nnaqqsu l-impatt tat-tibdil fil-klima huwa kbir.
Il-Prim Ministru semma wkoll il-fatt li Malta kienet proprju l-ewwel pajjiż li ġibdet l-attenzjoni tal-Ġnus Magħquda fl-1998 dwar it-tibdil fil-klima, u din il-ħidma trid tibqa’ waħda kontinwa. Il-Kummissjoni Ewropea wkoll irrikonoxxiet l-impenn ta’ pajjiżna f’dan il-qasam hekk kif il-pjan għall-infiq talfond ta’ rkurpru wara l-pandemija huwa l-iktar wieħed li jinvesti fi proġetti ambjentali fost l-Istati Membri kollha. Dan l-infiq jista’ jgħin sabiex nilħqu l-miri ambizzjużi fejn jidħlu emissjonijiet. Dan ma jistax iseħħ iżda jekk il-pajjiżi kollha ma jimxux din il-mixja flimkien u jiġbdu ħabel wieħed. Bħala stati gżejjer żgħar għandna ningħaqdu flimkien sabiex niżguraw li l-isfidi tagħna jkunu magħrufa u naħdmu sabiex insibu mod effiċjenti sabiex negħlbuhom. Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa riżultat ta’ snin twal ta’ żvilupp bla preċedent li wasslu għal dawn l-effetti u huwa għalhekk id-dmir tagħna issa li nisimgħu l-karba tal-ambjent sabiex nagħmlu li nistgħu biex insalvawh qabel ma jkun tard wisq.
GĦAJNUNA KONTINWA
CHRIS AGIUS
Segretarju Parlamentari
Matul l-aħħar ġimgħa u għallġimgħat li ġejjin, il-Parlament qed jiddiskuti l-Baġit, fejn waqt kull seduta jiġi diskuss kull ministeru. Wara li tħabbar il-Baġit, illum ngħid b’aktar konvinzjoni kemm jien kburi u onorat li nagħmel parti minn dan il-partit. Jien għal dawn l-aħħar 25 sena irrappreżentajt lit-Tieni Distrett f’din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, distrett fejn il-maġġoranza assoluta tannies ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema, fejn persentaġġ għoli huma anzjani. Allura bilfors tkun kburi meta tara dan ilGvern iħabbar baġit mimli miżuri soċjali li jikkonferma li għad għandu fuq quddiem nett lil dawk l-aktar fil-bżonn. Gvern bi kredenzjali soċjalisti, li qatt ma nesa għal xiex twaqqaf u x’inhuma l-għeruq tiegħu.
Għandna Gvern fejn fl-aktar mument ta’ bżonn, kien hemm sabiex jgħin lil kull min kellu bżonn l-għajnuna. Matul dawn l-aħħar sena u nofs, waqt iż-żminijiet diffiċli li għaddejna minnhom, ħarisna biex ebda impjieg ma jintilef, biex ebda negozju ma jżarma, biex ebda familja ma titlef mid-dħul tagħha. U issa b’dan il-Baġit komplejna ngħinu lill-familji tagħna, b’ħafna miżuri biex nassiguraw li nħallu pajjiż aħjar għal uliedna.
Minbarra l-ħafna miżuri soċjali li għamilna, komplejna noħolqu u ntejbu skemi biex aktar Maltin u Għawdxin isiru sidien ta’ djarhom. Mhux hekk biss, iżda rridu naraw li d-djar fiċ-ċentri tal-ibliet u tal-irħula tagħna, possibbilment jinżammu sabiex insalvaw l-istil tradizzjonali tagħhom. Inżommu dawk il-faċċati sbieħ u dawk il-gallariji u aperturi tal-injam. Allura issa qed nagħmluha aktar faċli li wieħed isir sid ta’ waħda minn dawn id-djar. Kull minn jixtri proprjetà f’UCA, jista’ jiffranka milli jħallas it-taxxa sa fuq l-ewwel €750,000. Dan żgur ser jgħin sabiex ikollna qawmien ġdid fiċ-ċentri tal-ibliet u tal-irħula tagħna. Mhux hekk biss, iżda jekk ix-xerrej ikun first time buyer, jirċievi €15,000 jekk il-proprjetà tinsab f’Malta u €30,000 jekk tinsab ġewwa Għawdex. U hemm aktar għajnuniet għal min jixtri din it-tip ta’ proprjetà. Ser ikun hemm rifużjoni fuq ħlas ta’ VAT li tintnefaq sa massimu ta’ €54,000. Dan minbarra l-iskema fejn wieħed jiffranka t-taxxa tal-boll fuq l-ewwel residenza sal-ewwel €200,000 u l-għajnuna għal min ma jistax iħallas l-10%. U ħafna aktar skemi biex aktar familji jkomplu jsiru sidien ta’ djarhom.
Dawn l-għajnuniet żgur kienu kruċjali sabiex is-suq tal-proprjetà kompla jikber anke waqt iż-żminijiet diffiċli waqt il-pandemija. Jekk wieħed jagħti ħarsa ħafifa kemm kiber is-settur insibu li fejn tidħol reġistrazzjoni ta’ kuntratti fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2018 kien hemm 9,400 kuntratt u din is-sena dawn telgħu għal 10,440. Jekk dawn il-kuntratti taqlibhom f’valur insibu li fl-2018 dawn il-kuntratti kienu jammontaw għal €1 biljun 7,760 miljun, li din is-sena telgħu għal €2 biljuni 262 miljun. Dan jagħmilha aktar importanti li dan is-settur nindukrawh.
Għalhekk matul is-sena l-oħra waqqafna l-Awtorità għall-Bini u Kostruzzjoni sabiex ikollna settur regolat aħjar, fejn ikollna liġijiet li jimxu mal-bidliet li seħħu f’dan is-settur. Is-sena l-oħra wkoll waqqafna l-liġi li tirregola lil dawk kollha li jaħdmu fil-bejgħ tal-proprjetà. Dan ser iwassal sabiex dawk kollha li jaħdmu fis-settur irid ikollhom liċenzja sabiex ikunu jistgħu jaħdmu mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan kien baġit li jkompli jibni fuq l-għaqal u l-bżulija ta’ dan il-poplu, baġit imsejjes fuq it-twemmin tagħna bi kredenzjali soċjalisti sabiex inħallu lil uliedna pajjiż ħafna aħjar minn dak li għandna llum.
L-AMBJENT FUQ NETT TAL-AĠENDA
ELAINE DEGIORGIO
Chairperson Fondazzjoni iDEAT
Huwa ċar ħafna li fl-aħħar snin, hawn aktar kuxjenza fuq il-ħtieġa li nħarsu u nissalvagwardjaw l-ambjent ta’ madwarna. Spiċċa ż-żmien tal-egoiżmu u xi minn daqqiet bigottiżmu li l-ambjent nieħdu ħsiebu għada għax illum ninsabu komdi u għada ħadd ma rah.
Fid-dinja li qed ngħixu fiha huwa ċar li l-effetti fuq l-ambjent qed jinħassu diġà aħseb u ara x’se jiġri għada.
Tajjeb li nfakkru lilna nfusna qabel ma forsi ngħaġġlu u ngħidu, ‘imma għada min rah’ li għada se jgħixu fih uliedna u wlied uliedna. Għaldaqstant għandna obbligu li nħarsuh.
Ikun hemm min jistaqsi imma x’inhu t-tibdil fil-klima u kif qed jinħass issa? Din ilġimgħa stess li qed nispiċċaw illum, hija eżempju ċar. Sħana ferm aktar mis-soltu, għal xahar li normalment fih jibda jiksaħ mhux ftit u meta salġimgħa l-oħra kienet ġimgħa ta’ maltemp ta’ ċertu qilla.
Eżempji prattiċi oħra tat-tibdil tal-klima huma kemm qed jogħla l-livell talbaħar li dan jista’ jfisser impatt dirett fuq lokalitajiet madwar id-dinja kollha li jinsabu viċin ix-xtajtiet jew li qegħdin f’livell mal-baħar.
Dawn ir-realtajiet hemm bżonn li jkunu affaċċjati bl-aħjar mod u mingħajr aktar telf ta’ żmien.
F’Malta, il-Gvern, mhux qed jirrikonoxxi din ir-realtà, iżda qed jaġixxi.
Il-Gvern qabel mal-miri Ewropej li sa 2050, l-Ewropa tkun carbon neutral iżda fil-frattemp, kien hemm qbil ukoll li sas-sena 2030, jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju b’55%.
Dawn il-miri, il-Gvern mhux biss qabel magħhom fuq biċċa karta iżda qed jaħdem fuqhom. U kif qed jaħdmu fuqhom?
L-ewwel sinjal b’saħħtu ħafna fl-aħħar xhur kien ilpjan ta’ rkupru post-Covid-19, fejn Malta ressqet ’il quddiem l-aktar pjan favur l-ambjent fl-Ewropa, tant li nnotat dan il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen. Permezz ta’ dan il-pjan, ilGvern Malti qed jikkommetti li juża dawn il-fondi sabiex iwettaq proġetti li jkunu aktar ‘ħodor’.
Ma rridux ninsew ukoll li fil-bidu tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, lura fl-2013, il-Gvern kien bagħat sinjal b’saħħtu favur l-ambjent bit-tneħħija tal-heavy fuel oil, l-iktar fuel li jħammeġ, sabiex biddlu mal-gass.
Illum il-Gvern terġa’ qed iħares lejn proġetti oħra fejn l-enerġija tiġi fil-forma tal-idroġenu jew saħansitra l-green hydrogen li terġa’ huwa aktar pro-ambjent.
L-aħħar baġit imressaq wera wkoll b’mod b’saħħtu ħafna l-impenn tal-Gvern Robert Abela favur l-ambjent. Jiena nara tliet miżuri b’saħħithom ħafna f’dan ir-rigward.
L-ewwel u qabel kollox ilfatt li minn Ottubru 2022 se jkun qed jingħata t-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd. Miżura li se tfisser li kulħadd se jkollu inċentiv biex ma jużax il-karozza tiegħu, iżda jagħżel li jibda jmur bit-trasport pubbliku. It-tieni hija ż-żieda fis-sussidju, li issa se jlaħħaq il-€11,000 għal dawk li se jixtru karozza li taħdem bl-elettriku u fl-aħħar u mhux l-inqas proġetti kbar ta’ afforestazzjoni fil-park tal-Inwadar fin-Nofsinhar ta’ Malta.
Dawn kollha huma sinjali b’saħħithom ħafna u magħhom nistgħu nżidu wkoll miżuri u għajnuniet li se jirċievu dawk li jixtru proprjetà fil-qalba tal-irħula u l-ibliet tagħna li se jgħinu sabiex l-ambjent li ngħixu fih, ikun dejjem aħjar.
Ma nistax ma nsemmix iżda l-aħħar avvenimenti, dik tal-laqgħa tal-COP 26 ġewwa l-Iskozja, laqgħa li għaliha attenda wkoll il-Prim Ministru Malti Robert Abela flimkien mal-mexxejja l-oħra dinjin.
Dr Abela stqarr li quddiem il-problema tat-tibdil fil-klima hemm bżonn azzjonijiet kemm minn pajjiżi li huma kbar iżda anke dawk li huma żgħar.
Din l-affermazzjoni hija l-bażi ta’ kollox. Huwa meħtieġ li nibqgħu naħdmu b’mod iffukat sabiex din l-isfida globali tingħeleb billi kulħadd jagħmel il-parti tiegħu.
Ilkoll kemm aħna għandna naħdmu sabiex l-ambjent jibqa’ fuq nett tal-aġenda ħalli tabilħaqq nassiguraw pajjiż li jixraq lil uliedna.
IL-PARK NAZZJONALI TAL-INWADAR:
IT-TISWIR TIEGĦU TUL ĦAMES SNIN TA’ ĦIDMA
Dr. Steve Borg, Chairperson tal-Bord tal-Governanza
Dawk minnkom li dan l-aħħar bdejtu tmorru timxu u tgawdu l-beraħ li joffri l-Park Nazzjonali tal-Inwadar qegħdin issibu post nadif u li joffri ambjent san fejn tistgħu sserrħu l-menti mill-istorbju tal-inħawi urbana ta’ Malta u titpaxxew bil-veduti tal-kosta tipika Maltija Mediterranja. L-istorja ma kenitx hekk sa ftit ilu. Anzi bil-maqlub, minflok kien hemm miżbla li tagħmlilna għajb bħala poplu.
Jiena trabbejt fl-inħawi u fi tfuliti niftakar din ix-xtajta mimlija mogħdijiet tar-riġel, il-ħbula tal-għelieqi mimlijin silla, xgħir u qamħ u r-riħa tfewwaħ tax-xagħri ftit wara li tagħmel ix-xita. Fis-sena 2000 studju xjentifiku mill-Fakultà tal-Bijoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta identifika għadd ta’ flora indiġena u endemika importanti li kienet tinsab f’dawn l-inħawi, speċjalment fix-xagħri tal-baħar li jinsabu tul il-medda tal-kosta.
Minkejja l-evidenza xjentifika miġbura f’dan ir-rapport, kif ukoll li l-Pjan ta’ Struttura għan-Nofsinhar ta’ Malta tal2006 maħruġ mill-MEPA elenka żona biex il-Gvern jiddikjaraha park nazzjonali, dawn ir-rapporti tħallew jimmuffaw fuq l-ixkaffa u minflok ma tnaddaf u ġie indukrat, il-post kompla jmur għall-agħar bir-rimi ta’ kull tip ta’ skart u abbuż uman mingħajr l-ebda tip ta’ infurzar tal-liġi. Għajb.
L-affarijiet bdew jinbidlu meta fl-2015 twaqqaf kumitat ta’ tmexxija fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmul minn grupp żgħir ta’ nies li jispeċjalizzaw f’oqsma xjentifiċi differenti u li kellna għan wieħed biss – li nibdew nippjanaw kif medda ta’ art mitluqa bejn ix-Xgħajra u ż-Żonqor f’Wied il-Għajn twassal għall-ħolqien tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar. Flimkien flejna r-rapporti eżistenti dwar l-inħawi, l-istat tal-art u anki l-obbjettivi li kellhom ikunu l-pilastri ewlenin li fuqu jitmexxa l-park.
Kellu jkun f’Ottubru tal-2016 li ż-żona ġiet stabbilita bil-liġi bħala Il-Park Nazzjonali tal-Inwadar, ġie ippubblikat il-Management Plan Brief mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u twaqqaf il-Bord tal-Governanza, biex jibda jindirizza l-isfidi enormi li kellu quddiemu.
Jgħidulek: Minn fejn taqbad tibda?. L-akbar sfidi kienu li jibda jitneħħa kull tip ta’ skart mormi hemm, il-parti l-kbira eluf ta’ tunnellati ta’ terrapien tal-industrija tal-kostruzzjoni li ntrema tul is-snin bl-aktar mod irresponsabbli, u miegħu kull tip ta’ skart domestiku u fdalijiet ta’ annimali, dan kollu b’dannu kbir fuq l-ambjent naturali u storiku. Imma fl-istess waqt ridna li matul it-tindif, inrażżnu rimi ieħor u nibdew ngħassu nħawi differenti b’sistemi ta’ CCTV, li joperaw lejl u nhar. Waqqafna r-rimi tal-iskart goff, bdejna nikkontrollaw l-abbużi u rsistejna bi programmi metikolużi ta’ mikro-im maniġġjar biex filwaqt li nneħħu l-ġrieħi u l-kruhat fid-deh ra tal-post u nnaqqsu l-perikli, nibdew fl-istess ħin noħorġu l-preġji tiegħu filwaqt li nagħmlu l-post aktar sikur.
Twettqu diversi studji xjentifiċi minn botanisti esperti, li fihom identifikajna l-pjanti aljeni invażivi fil-park kollu, li kienu qegħdin jinfirxu u fil-proċess joqtlu pjanti Maltin, fost hom uħud li ma jikbru mkien ieħor fid-dinja, fosthom il-bebu na tal-baħar u l-ġiżi ta’ Malta. L-ispeċi aljeni bdew jitneħħew bir-reqqa wara rapporti ddettaljati mibgħutin lill-Aġenzija tar-Riżorsi Ambjentali (ERA), li tirregola il-permessi kollha meħtieġa, anki fil-qafas tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ħar sien tal-Bijodiversità.
Bdejna nduru u nneħħu l-imbarazz fuq il-ħitan tas-sejjieħ pubbliċi, applikajna u wettaqna b’suċċess restawr ta’ par ti minnhom ukoll bi proġett tal-EAFRD tal-Unjoni Ewropea. Għamilna diversi mawriet bil-laneċ lil eluf ta’ tfal minn ħafna lokalitajiet ta’ Malta, biex ikunu jistgħu jgawdu l-kosta u anki jaraw il-Ġolf il-Kbir, l-għerien tas-Swali u l-Ġolf l-Abjad millviċin, filwaqt li għamilna għotjiet ta’ eluf ta’ kotba b’temi am bjentali u storiċi lil ħafna libreriji pubbliċi madwar Malta biex inżidu l-għożża u l-għarfien fost it-tfal tagħna.
Aħna konxji li ż-żoni fil-beraħ f’Malta huma ftit. U għal daqstant, ridna noħolqu mkejjen fil-park fejn il-pubbliku jista’ jiġi jgawdi l-ħin u jistrieħ. F’dan ir-rigward il-Bord iden tifika żoni li fihom in-nies jistgħu jmorru, u anki jinġemgħu, b’dannu minimu fuq il-flora u l-fawna tal-park.
L-isem tal-park ittieħed mill-kelma Inwadar, plural tannom komuni ‘nadur’, li bil-Malti tfisser post fl-għoli minn fejn tista’ tgħarrex fil-bogħod mingħajr xkiel. U appuntu filpark, għolja naturali minnhom ħdejn San Anard hija msejħa l-Inwadar. Ironikalment ftit ’il bogħod sibna masġar fi stat abbużiv u telqa totali, b’siġar ilhom snin mejtin jew aljeni u bruġ sħaħ xhieda ta’ rdim illegali ta’ terrapien apparti l-ħerba ambjentali.
U għaldaqstant, twieled il-proġett tal-immaniġġjar talMasġar ta’ San Anard. Minn dan is-sit biss, abbandunat u mit luq għall-abbuż għal kważi nofs seklu, saru studji xjentifiċi, inkisbu l-permessi u ġew implimentati diversi fażijiet t’in terventi. Tneħħew eluf ta’ fliexken tal-ħġieġ u plastik, friġis, ċeramika u kull skart immaġinabbli, u mijiet ta’ tunnellati ta’ terrapien. Saru l-konok u fil-wesgħat imnaddfa bdew jitħaw lu mijiet ta’ siġar tal-ħarrub, żnuber, deru, alaternu u ballut. Kull konka ġiet imħaxilfa biex iżżomm it-tira fil-qilla tas-sajf Malti u s-siġar issaqqew regolarment minn Parks Malta. Hekk kif il-masġar jibda jimmatura bis-siġar li se nkomplu nħawlu anki fix-xhur li ġejjin, inkunu qegħdin noħolqu bijosfera nat