1 minute read

Rapporti f’paġni 4 u

Next Article
Tkompli f’paġna

Tkompli f’paġna

NOFS IT-TKABBIR FL- 2021 GRAZZI GĦAS-SOSTENN TAL-GVERN

war 93,000 impjieg direttament, imma miżuri oħrajn wasslu biex 6,000 impjieg ieħor ġew salvagwardjati. Dan is-sostenn, b’mod partikolari l-iskema tal-vouchers, ukoll sostna mad-900 impjieg ieħor indirettament.

Advertisement

Minflok ma neħħa s-sostenn fl-2021 kif għamlu diversi gvernijiet oħrajn fid-dinja, il-Gvern Malti kompla jsostni n-negozji u l-familji anke din is-sena. Fil-fatt il-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku implimentati fl-2021 huma stmati li taw spinta lill-PGD ta’ 2.5% oħra.

Dan bażikament ifisser li nofs it-tkabbir ekonomiku li hu pproġettat li jseħħ din is-sena hu direttament dovut għas-sostenn tal-Gvern. F’termini assoluti qegħdin nitkellmu dwar spinta 'l fuq ta’ madwar €335 miljun. Dan jimplika impatt indirett fuq l-impjiegi ta’ madwar 475 persuna.

Flimkien, il-miżuri implimentati fl-2020 u fl-2021 se jkunu taw spinta lill-produzzjoni nazzjonali b’madwar €1 biljun.

Issa li l-bażi għall-irkupru ekonomiku ta’ Malta hi stabbilita sew, il-politika ekonomika se tibda tiffoka fuq il-ġenerazzjoni tat-tkabbir futur tal-pajjiż. Hawnhekk l-ispinta hi ċara għall-miżuri li jixprunaw it-trasformazzjoni diġitali u ambjentali ta’ pajjiżna.

Il-Baġit 2022 bla dubju se jkollu għadd ta’ miżuri f’dan ir-rigward, li se jsostnu l-għadd kbir ta’ proġetti inklużi fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ Malta, li diġà ġie deskritt bħala wieħed mill-aqwa mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.

Fil-laqgħat fost iċ-ċittadini, il-Ministru għall-Finanzi wkoll spjega x’qed iwassal biex madwar id-dinja qed ikun hemm inflazzjoni u kif hemm bżonn mekkaniżmu ġdid li jgħin lil dawk il-familji bi dħul baxx biex jiffaċċjaw dan il-piż.

Fl-aħħar ġimgħat il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar kif il-bżonnijiet u l-aspettattivi tan-nies dwar il-Baġit imorru lil hinn minn biss taxxi u dħul, iżda jinkludu dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-ħajja u ambjent aħjar.

Sadanittant, dawn l-aħħar xhur urew id-differenza fil-mod kif il-Gvern tal-lum kapaċi jiffaċċja l-kriżijiet, bil-maqlub li kien seħħ wara r-riċessjoni tal2008.

Dakinhar, għalkemm ilkriżi kienet 10 darbiet iżgħar mill-pandemija tal-COVID-19, ilGvern Nazzjonalista kien tefa’ l-agħar piżijiet fuq il-ħaddiema. Kawża t’hekk kien hemm effetti devastanti anke fuq l-ekonomija lokali, xi ħaġa li llum ma seħħitx b’riżultati tal-politika progressiva tal-Gvern Laburista fejn il-pajjiż għandu saħansitra l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja.

This article is from: