4 minute read
Tkompli f’paġna
10.10.2021
03 AZZOPARDI “BLA KLIEM” GĦALL-APPOĠĠ
Advertisement
Tkompli minn paġna 1
Kienet din il-gazzetta li f’Awwissu li għadda żvelat kif, minkejja l-esperjenza li kellu fil-kariga, il-PN iddeċieda li fl-elezzjoni interna jikkontesta lil Azzopardi bi tliet kandidati oħrajn – l-Eks Sindku tar-Rabat Robert Tabone, is-Sindku attwali ta’ San Lawrenz Noel Formosa u l-Kunsillier tax-Xagħra Anthony Attard. Dawn kollha magħrufin li huma qrib id-Deputat Chris Said u l-Kap Bernard Grech.
Għalkemm, f’dik l-elezzjoni ta’ xahrejn ilu, Azzopardi kien fuq quddiem mal-ewwel għadd, meta waqgħu Attard u Formosa l-wirt ivvantaġġja lil Tabone, indikazzjoni ċara li kienet ħadma mill-bidu sal-aħħar kontrih.
Ġimagħtejn ilu mbagħad sar magħruf kif isem Azzopardi tfaċċa bħala indipendenti fil-lista tan-nominati għall-karigi reġjonali, kif ippubblikata mill-Kummissjoni Elettorali, għallelezzjonijiet reġjonali li saret ilbieraħ. Azzopardi kien ħa sehem f’diversi programmi televiżivi u radjufoniċi qabel l-elezzjoni għal Kap tal-PN f’Ottubru li għadda biex jargumenta kontra l-“Blue Heroes” tal-establishment li riedu jtajru lil Adrian Delia u jpoġġu lil Bernard Grech floku. Ħu Samuel, Brian Azzopardi, li attwalment hu wkoll kunsillier fir-Rabat, Għawdex, għadu meqjus bħala wieħed mis-sostenituri ta’ Delia.
Hu magħruf kif din l-isfida lill-Partit minn Azzopardi ma tteħditx tajjeb fid-Dar Ċentrali u għandna nifhmu li r-riżultat tal-bieraħ bil-wisq aktar.
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Azzopardi qal fuq Facebook li m’għandux kliem wara r-riżultat ta’ 68% tal-voti favurih, b’maġġoranza minn kull partit.
Minkejja dan, l-imrar għall-PN ilbieraħ ma waqafx mal-elezzjoni fir-Reġjuni t’Għawdex biss. Fil-fatt ir-riżultat fir-Reġjun tat-Tramuntana wkoll rah għall-ewwel darba jitlef il-Presidenza wara li l-kandidat tiegħu Anthony Mifsud kiseb 30 vot, kontra l-41 vot tal-kandidat Laburista Clifford Galea Vella, li issa se jkun il-President.
Fil-lista ġenerali għal erba’ membri fi ħdan l-AKL, ġew eletti t-tliet kandidati Laburisti – Steven Axisa, Stephen Sultana u Max Zammit. Magħhom ġie elett kandidat wieħed minn tnejn għall-PN – Charles Bonello.
L-Eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea, li tiġi t-tifla tal-Eks Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, ma ġietx eletta biex b’hekk, għall-ewwel darba wkoll, il-PL kiseb maġġoranza fost il-membri fl-Assoċjazzjoni.
Il-Kummissjoni Elettorali kienet irċeviet 15-il nomina għal dawn l-elezzjonijiet tal-AKL, tmienja għall-PL, ħamsa għall-PN u l-unika waħda indipendenti, li kienet dik ta’ Azzopardi.
Fil-lista tan-nomini hemm ukoll dik tal-President attwali tal-AKL, Mario Fava, li ma ġiex ikkontestat. Mill-bqija kellhom jinħatru erba’ membri fil-lista ġenerali u President għal kull reġjun (Tramuntana, Lvant, Punent, Port, Nofsinhar u Għawdex).
Minkejja dan, l-uniċi kontestazzjonijiet hawn kienu fir-Reġjuni t’Għawdex u tat-Tramuntana.
Ta’ min jinnota, iżda, li fir-Reġjun tal-Lvant is-Sindku Nazzjonalista ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop, li ma kienx ikkontestat, ħa t-tmexxija mingħand l-Eks Sindku Nazzjonalista ta’ Birkirkara Michael Fenech Adami. Fl-elezzjoni interna mill-PN f’Awwissu li għadda dan tal-aħħar kien tilef b’marġni kbira, tant li dakinhar Chircop kien għaddih bid-doppju tal-voti.
Fl-elezzjonijiet li saru lbieraħ setgħu jivvutaw il-kunsillieri kollha li jinsabu fil-kariga u, kif inhi l-prassi, il-votazzjoni ssir bis-sistema proporzjonali blużu tal-vot wieħed trasferibbli, skont il-preferenzi.
NOFS IT-TKABBIR FL- 2021 GRAZZI GĦAS-SOSTENN TAL-GVERN
L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni din il-ġimgħa ppubblika rapport komprensiv bid-dettalji dwar kif ġew implimentati 79% tal-miżuri tal-Baġit fl-ewwel tliet kwarti tas-sena. It-twettiq ta’ 364 miżura, li jinkludu miżuri mill-Baġit 2021 u 159 miżura oħra li eventwalment ġew konklużi fl-2021, fisser żieda ta’ 7% fuq il-medja miksuba f’dawn l-aħħar tmien snin.
Minbarra hekk ir-rapport jinkludi wkoll stima tal-impatt ekonomiku tal-miżuri ta’ appoġġ li introduċa l-Gvern minħabba l-pandemija.
Ir-rapport jixhed kif id-diversi pakketti ta’ assistenza taw spinta sostanzjali ta’ 5% lill-Prodott Gross Domestiku (PGD). F’termini assoluti fl-2020 dawn il-miżuri taw spinta ta’ madwar €635 miljun.
Il-Wage Supplement salva mad-
IL-PJAN MALTI GĦALL-2022 GĦADA FIL-PARLAMENT
Għada l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana se jressaq ilBaġit għas-sena d-dieħla. Baġit ta’ pajjiż li qed iħares ’il quddiem, wara li mal-kumplament tad-dinja ffaċċja l-agħar ta’ pandemija fuq żewġ fronti, dak mediku u dak ekonomiku.
Waqt li l-pandemija għadha ma spiċċatx u l-effetti tagħha f’bosta oqsma għadhom jinħassu sew, Malta tista’ tħares lejn is-sena li ġejja b’ottimiżmu kbir wara li l-miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar sena u nofs salvaw l-impjiegi u poġġewna fit-triq biex nerġgħu nirkupraw.
It-tali rkupru hu kkonfermat minn riżultati ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn rinomati li għażlu li jpoġġu lil Malta f’pożizzjoni soda.
Min-naħa tiegħu l-Gvern ma straħx fuq dak miskub s’issa u fl-aħħar xhur kien attiv jaġġorna l-istrateġiji ekonomiċi u tax-xogħol tiegħu, filwaqt li nieda wkoll strateġija għal wara l-COVID-19.
Fiċ-ċentru ta’ din il-ħidma kollha dejjem kien hemm in-nies, bil-Gvern saħansitra jagħżel li minn żmien għal żmien ilaqqa’ wkoll il-Kabinett fil-lokalitajiet biex ikun viċin iċ-ċittadini. Anke fit-tfassil għall-Baġit li se jiġi ppreżentat għada kien hemm proċess ta’ konsultazzjoni qawwija bilPrim Ministru nnifsu jmexxi numru kbir ta’ laqgħat mal-imsieħba soċjali u anke ħa sehem f’laqgħat fil-komunità.
Bħala bażi ta’ din id-diskussjoni kien ippubblikat dokument ta’ qabel il-Baġit bit-tema ta’ “X’Pajjiż Tixtieq Tħalli lil Uliedek?” bil-Ministru Caruana jikkummenta li “l-Baġit għas-sena 2022 se jkompli jibni fuq dak li ksibna u nwittu t-triq mill-ġdid biex nerġgħu nsaħħu l-finanzi tal-pajjiż... biex il-pajjiż kif kien b’saħħtu qabel il-pandemija, jerġa’ jkun f’pożizzjoni li jista’ jilqa’ u jiflaħ għall-isfida li jmiss. Dan mingħajr ma nżidu ebda taxxa żejda u bi prijoritajiet li jirriflettu l-aspettattivi tan-nies.”
Filwaqt li kien hemm impenn li ma jiżdidux it-taxxi, il-Prim Ministru diġà ddikjara wkoll li s-sena d-dieħla l-Gvern se jerġa’ jżid il-pensjonijiet, fost oħrajn.
WARA R-RIĊESSJONI TAL-2008
Moody’s, S&P Global – żewg downgrades wara xulxin, l-agħar f’10 snin Qgħad rekord – l-ogħla (kważi 8,000) Piż tad-dejn nazzjonali: kważi 70% Żieda fil-prezz tad-dawl: +7ċ kull unit (+72%) Nies b’ċaħda materjali severa: + 20,000
WARA L-PANDEMIJA TAL-2020
Moody’s, DBRS, Fitch u S&P Global – konferma tar-rating, l-aqwa f’10 snin Qgħad rekord – l-inqas (taħt 1,500) Piż tad-dejn nazzjonali: taħt is-60% Żieda fil-prezz tad-dawl: 0ċ kull unit (0%) Nies b’ċaħda materjali severa: - 1,000