03
10.10.2021
AZZOPARDI “BLA KLIEM” GĦALL-APPOĠĠ Tkompli minn paġna 1 Kienet din il-gazzetta li f’Awwissu li għadda żvelat kif, minkejja l-esperjenza li kellu fil-kariga, il-PN iddeċieda li fl-elezzjoni interna jikkontesta lil Azzopardi bi tliet kandidati oħrajn – l-Eks Sindku tar-Rabat Robert Tabone, is-Sindku attwali ta’ San Lawrenz Noel Formosa u l-Kunsillier tax-Xagħra Anthony Attard. Dawn kollha magħrufin li huma qrib id-Deputat Chris Said u l-Kap Bernard Grech. Għalkemm, f’dik l-elez zjoni ta’ xahrejn ilu, Azzopardi kien fuq quddiem mal-ewwel għadd, meta waqgħu Attard u Formosa l-wirt ivvantaġġja lil Tabo ne, indikazzjoni ċara li kienet ħad-
ma mill-bidu sal-aħħar kontrih. Ġimagħtejn ilu mbagħad sar magħ ruf kif isem Azzopardi tfaċċa bħala indipendenti fil-lista tan-nominati għall-karigi reġjonali, kif ippubblikata mill-Kummissjoni Elettorali, għallelezzjonijiet reġjonali li saret ilbieraħ. Azzopardi kien ħa sehem f’diversi programmi televiżivi u radjufoniċi qabel l-elezzjoni għal Kap tal-PN f’Ottubru li għadda biex jargumenta kontra l-“Blue Heroes” tal-establishment li riedu jtajru lil Adrian Delia u jpoġġu lil Bernard Grech floku. Ħu Samuel, Brian Azzopardi, li attwalment hu wkoll kunsillier
fir-Rabat, Għawdex, għadu meqjus bħala wieħed mis-sostenituri ta’ Delia. Hu magħruf kif din l-isfida lill-Partit minn Azzopardi ma tteħditx tajjeb fid-Dar Ċentrali u għandna nifhmu li r-riżultat tal-bieraħ bil-wisq aktar. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Azzopardi qal fuq Facebook li m’għandux kliem wara r-riżultat ta’ 68% tal-voti favurih, b’maġġoranza minn kull partit. Minkejja dan, l-imrar għall-PN ilbie raħ ma waqafx mal-elezzjoni fir-Reġjuni t’Għawdex biss. Fil-fatt ir-riżultat fir-Reġjun tat-Tramuntana wkoll rah għall-ewwel darba jitlef il-Presidenza wara li l-kandidat tiegħu Anthony Mifsud kiseb 30 vot, kontra l-41 vot tal-kandidat Laburista Clifford Galea Vella, li issa se jkun il-President. Fil-lista ġenerali għal erba’ membri fi ħdan l-AKL, ġew eletti t-tliet kandidati Laburisti – Steven Axisa, Stephen Sultana u Max Zammit. Magħhom ġie elett kandidat wieħed minn tnejn għall-PN – Charles Bonello. L-Eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea, li tiġi t-tifla tal-Eks Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, ma ġietx eletta biex b’hekk, għall-ewwel darba wkoll, il-PL kiseb maġġoranza fost il-membri fl-Assoċjazzjoni.
Il-Kummissjoni Elettorali kienet irċe viet 15-il nomina għal dawn l-elezzjonijiet tal-AKL, tmienja għall-PL, ħamsa għall-PN u l-unika waħda indipendenti, li kienet dik ta’ Azzopardi. Fil-lista tan-nomini hemm ukoll dik tal-President attwali tal-AKL, Mario Fava, li ma ġiex ikkontestat. Mill-bqija kellhom jinħatru erba’ membri fil-lista ġenerali u President għal kull reġjun (Tramuntana, Lvant, Punent, Port, Nofsinhar u Għawdex). Minkejja dan, l-uniċi kontestazzjoni jiet hawn kienu fir-Reġjuni t’Għawdex u tat-Tramuntana. Ta’ min jinnota, iżda, li fir-Reġjun tal-Lvant is-Sindku Nazzjonalista ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop, li ma kienx ikkontestat, ħa t-tmexxija mingħand l-Eks Sindku Nazzjonalista ta’ Birkirkara Michael Fenech Adami. Fl-elezzjoni interna mill-PN f’Awwissu li għadda dan tal-aħħar kien tilef b’marġni kbira, tant li dakinhar Chircop kien għaddih bid-doppju tal-voti. Fl-elezzjonijiet li saru lbieraħ setgħu jivvutaw il-kunsillieri kollha li jinsabu fil-kariga u, kif inhi l-prassi, il-votazzjoni ssir bis-sistema proporzjonali blużu tal-vot wieħed trasferibbli, skont il-preferenzi.