KullĦadd_10.10.2021

Page 1

MINKEJJA L-PANDEMIJA TKOMPLI RANKATURA FL-IMPJIEGI F’GĦAWDEX Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 10 ta’ Ottubru, 2021

Ħarġa Nru 1,474

Rapport f’paġna 6

Prezz €1

BAĠIT 2022… PAJJIŻ LI JĦARES ’IL QUDDIEM • Għada se jitressaq pjan ta’ Gvern li jwettaq dak li jwiegħed • Nofs it-tkabbir tal-PGD fl-2021 bil-miżuri t’appoġġ mill-Gvern Rapporti f’paġni 4 u 5

IL-PN MAĦSUD... TILFU L-KANDIDATI TA’ GRECH Mill-inqas 15-il kunsillier tal-Partit Nazzjonalista m’għażlux il-kandidat uffiċjali tagħhom, Robert Tabone, fl-elezzjoni għat-tmexxija tar-Reġjun t’Għawdex bħala parti mill-ħatra ta’ amministrazzjoni ġdida tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) li saret ilbieraħ. Minflok ikkonfermaw lil Samuel Azzopardi fil-pożizzjoni ta’ President

tar-Reġjun, anke jekk din id-darba kien qed jikkontesta bħala indipendenti. Azzopardi, li kien ilu jokkupa l-pożizzjoni f’isem il-PN sa mit-twaqqif tar-reġjuni 12-il sena ilu, f’Awwissu li għadda ġie sfiduċjat f’elezzjoni interna tal-Partit fi block vote evidenti kontrih minħabba li kien “ta’ (Adrian) Delia”. L-elezzjoni reġjonali tal-bieraħ, fejn

kienu eliġibbli li jivvutaw il-kunsillieri kollha skont ir-reġjun tagħhom, ikkonfermat li hemm ħafna aktar kunsillieri Nazzjonalisti li għadhom jappoġġjaw lill-Eks Kap Nazzjonalista u baqgħu urtati bil-mossa viljakka kontra Samuel Azzopardi. Fil-fatt minn 35 kunsillier Nazzjona­ lista, il-kandidat ta’ Bernard Grech ġab biss 20 vot. B’kollox kienu eliġib-

bli li jivvutaw 72 kunsillier Għawdxi, 35 tal-PN, 34 tal-Partit Laburista u 3 indipendenti. Waqt li kollha eżerċitaw dan id-dritt, tliet voti kienu ddikjarati invalidi. Bħala indipendenti, Azzopardi rebaħ il-kontestazzjoni b’49 vot u kważi nofs l-appoġġ tal-kunsillieri Nazzjonalisti.

Tkompli f’paġna 3


02

10.10.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq in-Nofsinhar tal-Italja ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab b’ħalbiet iżolati taxxita, lokalment bir-ragħad u buffuri tar-riħ Ir-Riħ: Moderat mill-Punent li jsir ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat li jsir moderat għal qawwi L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mill-Punent il-Lbiċ It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

25°C UV 4

KUNTATT ĠENERALI

19°C

Il-Ħamis

25°C UV 4

18°C

25°C UV 4

Il-Ġimgħa

18°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

24°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

UV 4

17°C

23°C UV 4

18°C

24°C UV 4

18°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

10.10.2021

AZZOPARDI “BLA KLIEM” GĦALL-APPOĠĠ Tkompli minn paġna 1 Kienet din il-gazzetta li f’Awwissu li għadda żvelat kif, minkejja l-esperjenza li kellu fil-kariga, il-PN iddeċieda li fl-elezzjoni interna jikkontesta lil Azzo­pardi bi tliet kandidati oħrajn – l-Eks Sindku tar-Rabat Robert Tabone, is-Sindku attwali ta’ San Lawrenz Noel Formosa u l-Kunsillier tax-Xagħra Anthony Attard. Dawn kollha magħrufin li huma qrib id-Deputat Chris Said u l-Kap Bernard Grech. Għalkemm, f’dik l-elez­ zjoni ta’ xahrejn ilu, Azzopardi kien fuq quddiem mal-ewwel għadd, meta waqgħu Attard u Formosa l-wirt ivvantaġġja lil Tabo­ ne, indikazzjoni ċara li kienet ħad-

ma mill-bidu sal-aħħar kontrih. Ġimagħtejn ilu mbagħad sar magħ­ ruf kif isem Azzopardi tfaċċa bħala indi­pendenti fil-lista tan-nominati għall-karigi reġjonali, kif ippubblikata mill-Kummissjoni Elettorali, għallelezzjo­nijiet reġjonali li saret ilbieraħ. Azzopardi kien ħa sehem f’diversi prog­rammi televiżivi u radjufoniċi qabel l-elezzjoni għal Kap tal-PN f’Ottubru li għadda biex jargumenta kontra l-“Blue Heroes” tal-establishment li riedu jtajru lil Adrian Delia u jpoġġu lil Bernard Grech floku. Ħu Samuel, Brian Azzopardi, li attwalment hu wkoll kunsillier

fir-Rabat, Għawdex, għadu meqjus bħala wieħed mis-sostenituri ta’ Delia. Hu magħruf kif din l-isfida lill-Partit minn Azzopardi ma tteħditx tajjeb fid-Dar Ċentrali u għandna nifhmu li r-riżultat tal-bieraħ bil-wisq aktar. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Azzopardi qal fuq Facebook li m’għandux kliem wara r-riżultat ta’ 68% tal-voti favurih, b’maġġoranza minn kull partit. Minkejja dan, l-imrar għall-PN ilbie­ raħ ma waqafx mal-elezzjoni fir-Reġjuni t’Għawdex biss. Fil-fatt ir-riżultat fir-Reġjun tat-Tramuntana wkoll rah għall-ewwel darba jitlef il-Presidenza wara li l-kandidat tiegħu Anthony Mifsud kiseb 30 vot, kontra l-41 vot tal-kandidat Laburista Clifford Galea Vella, li issa se jkun il-President. Fil-lista ġenerali għal erba’ membri fi ħdan l-AKL, ġew eletti t-tliet kandidati Laburisti – Steven Axisa, Stephen Sultana u Max Zammit. Magħhom ġie elett kandidat wieħed minn tnejn għall-PN – Charles Bonello. L-Eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea, li tiġi t-tifla tal-Eks Depu­tat Nazzjonalista Ċensu Galea, ma ġietx eletta biex b’hekk, għall-ewwel darba wkoll, il-PL kiseb maġġoranza fost il-membri fl-Assoċjazzjoni.

Il-Kummissjoni Elettorali kienet irċe­ viet 15-il nomina għal dawn l-elezzjonijiet tal-AKL, tmienja għall-PL, ħamsa għall-PN u l-unika waħda indipendenti, li kienet dik ta’ Azzopardi. Fil-lista tan-nomini hemm ukoll dik tal-President attwali tal-AKL, Mario Fava, li ma ġiex ikkontestat. Mill-bqija kellhom jinħatru erba’ membri fil-lista ġenerali u President għal kull reġjun (Tramuntana, Lvant, Punent, Port, Nofsinhar u Għawdex). Minkejja dan, l-uniċi kontestazzjoni­ jiet hawn kienu fir-Reġjuni t’Għawdex u tat-Tramuntana. Ta’ min jinnota, iżda, li fir-Reġjun tal-Lvant is-Sindku Nazzjonalista ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop, li ma kienx ikkontestat, ħa t-tmexxija mingħand l-Eks Sindku Nazzjonalista ta’ Birkirkara Michael Fenech Adami. Fl-elezzjoni interna mill-PN f’Awwissu li għadda dan tal-aħħar kien tilef b’marġni kbira, tant li dakinhar Chircop kien għaddih bid-doppju tal-voti. Fl-elezzjonijiet li saru lbieraħ setgħu jiv­vu­taw il-kun­sillieri kollha li jinsabu fil-kariga u, kif inhi l-prassi, il-votazzjoni ssir bis-sistema proporzjonali blużu tal-vot wieħed trasferibbli, skont il-preferenzi.


04

10.10.2021

NOFS IT-TKABBIR FLL-Uffiċċju tas-Segretarju Perma­ nen­­ti Ewlieni din il-ġimgħa ppubblika rapport komprensiv bid-dettalji dwar kif ġew implimentati 79% tal-mi­żuri tal-Baġit fl-ewwel tliet kwarti tas-sena. It-twettiq ta’ 364 miżura, li jinkludu mi­żuri mill-Baġit 2021 u 159 miżura oħra li eventwalment ġew konklużi fl-2021, fisser żieda ta’ 7% fuq il-medja miksuba f’dawn l-aħħar tmien snin.

Minbarra hekk ir-rapport jinkludi wkoll stima tal-impatt ekonomiku tal-miżuri ta’ appoġġ li introduċa l-Gvern minħabba l-pandemija. Ir-rapport jixhed kif id-diversi pak­ketti ta’ assistenza taw spinta sostanzjali ta’ 5% lill-Prodott Gross Domestiku (PGD). F’termini assoluti fl-2020 dawn il-miżuri taw spinta ta’ madwar €635 miljun. Il-Wage Supplement salva mad-

IL-PJAN MALTI GĦALL-2022 GĦADA FIL-PARLAMENT Għada l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana se jressaq ilBaġit għas-sena d-dieħla. Baġit ta’ pajjiż li qed iħares ’il qud­ diem, wara li mal-kumplament tad-dinja ffaċċja l-agħar ta’ pandemija fuq żewġ fronti, dak mediku u dak ekonomiku. Waqt li l-pandemija għadha ma spiċċatx u l-effetti tagħ­­ha f’bosta oqsma għadhom jinħassu sew, Malta tista’ tħares lejn is-sena li ġejja b’ottimiżmu kbir wara li l-miżuri li ħa l-Gvern fl-aħħar sena u nofs salvaw l-impjiegi u poġġewna fit-triq biex nerġgħu nirkupraw. It-tali rkupru hu kkonfermat minn riżultati ta’ aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn rinomati li għażlu li jpoġġu lil Malta f’pożizzjoni soda.

Min-naħa tiegħu l-Gvern ma straħx fuq dak miskub s’issa u fl-aħħar xhur kien attiv jaġġorna l-istrateġiji ekonomiċi u tax-xogħol tiegħu, filwaqt li nieda wkoll strateġija għal wara l-COVID-19. Fiċ-ċentru ta’ din il-ħidma koll­ha dejjem kien hemm in-nies, bil-Gvern saħansitra jagħżel li minn żmien għal żmien ilaqqa’ wkoll il-Kabinett fil-lokalitajiet biex ikun viċin iċ-ċittadini. Anke fit-tfassil għall-Baġit li se jiġi ppreżentat għada kien hemm proċess ta’ konsultazzjoni qawwija bilPrim Ministru nnifsu jmexxi numru kbir ta’ laqgħat mal-imsieħba soċjali u anke ħa sehem f’laqgħat fil-komunità. Bħala bażi ta’ din id-diskussjoni kien ippubblikat dokument

WARA R-RIĊESSJONI TAL-2008 Moody’s, S&P Global – żewg downgrades wara xulxin, l-agħar f’10 snin

WARA L-PANDEMIJA TAL-2020 Moody’s, DBRS, Fitch u S&P Global – konferma tar-rating, l-aqwa f’10 snin

Qgħad rekord – l-ogħla (kważi 8,000)

Qgħad rekord – l-inqas (taħt 1,500)

Piż tad-dejn nazzjonali: kważi 70%

Piż tad-dejn nazzjonali: taħt is-60%

Żieda fil-prezz tad-dawl: +7ċ kull unit (+72%) Nies b’ċaħda materjali severa: + 20,000 ta’ qabel il-Baġit bit-tema ta’ “X’Pajjiż Tixtieq Tħalli lil Uliedek?” bil-Ministru Caruana jikkummenta li “l-Baġit għas-sena 2022 se jkompli jibni fuq dak li ksibna u nwittu t-triq mill-ġdid biex nerġgħu nsaħħu

Żieda fil-prezz tad-dawl: 0ċ kull unit (0%) Nies b’ċaħda materjali severa: - 1,000

l-finanzi tal-pajjiż... biex il-pajjiż kif kien b’saħħtu qabel il-pandemija, jerġa’ jkun f’pożizzjoni li jista’ jilqa’ u jiflaħ għall-isfida li jmiss. Dan mingħajr ma nżidu ebda taxxa żejda u bi prijorita­ jiet li jirriflettu l-aspettattivi

tan-nies.” Filwaqt li kien hemm impenn li ma jiżdidux it-taxxi, il-Prim Ministru diġà ddikjara wkoll li s-sena d-dieħla l-Gvern se jerġa’ jżid il-pensjonijiet, fost oħrajn.


05

10.10.2021

2021 GRAZZI GĦAS-SOSTENN TAL-GVERN war 93,000 impjieg direttament, imma miżuri oħrajn wasslu biex 6,000 impjieg ieħor ġew salvagwardjati. Dan is-sostenn, b’mod par­tikolari l-iskema tal-vouchers, ukoll sostna mad-900 impjieg ieħor indirettament. Minflok ma neħħa s-sostenn fl-2021 kif għamlu diversi gvernijiet oħrajn fid-dinja, il-Gvern Malti kompla jsostni n-negozji u l-familji Fil-laqgħat fost iċ-ċittadini, il-Ministru għall-Finanzi wkoll spjega x’qed iwassal biex madwar id-dinja qed ikun hemm inflazzjoni u kif hemm bżonn mek­kaniżmu ġdid li jgħin lil dawk il-familji bi dħul baxx biex jiffaċċjaw dan il-piż. Fl-aħħar ġimgħat il-Prim Mi­nistru tkellem ukoll dwar kif il-bżonni­jiet u l-aspettattivi tan-nies dwar il-Baġit imorru lil hinn minn biss taxxi u dħul, iżda jinkludu dak li għandu x’jaqsam mal-kwalità tal-ħajja u ambjent aħjar. Sadanittant, dawn l-aħħar xhur urew id-differenza fil-mod kif il-Gvern tal-lum kapaċi jiffaċċja l-kriżijiet, bil-maqlub li kien seħħ wara r-riċessjoni tal2008. Dakinhar, għalkemm ilkriżi kienet 10 darbiet iżgħar mill-pandemija tal-COVID-19, ilGvern Nazzjonalista kien tefa’ l-agħar piżijiet fuq il-ħaddiema. Kawża t’hekk kien hemm effetti devastanti anke fuq l-ekonomija lokali, xi ħaġa li llum ma seħħitx b’riżultati tal-politika progressiva tal-Gvern Laburista fejn il-pajjiż għandu saħansitra l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja.

anke din is-sena. Fil-fatt il-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku implimentati fl-2021 huma stmati li taw spinta lill-PGD ta’ 2.5% oħra. Dan bażikament ifisser li nofs it-tkabbir ekonomiku li hu pproġettat li jseħħ din is-sena hu direttament dovut għas-sostenn tal-Gvern. F’termini assoluti qegħdin nitkellmu dwar spinta 'l fuq ta’ madwar €335 miljun. Dan jimplika

impatt indirett fuq l-impjiegi ta’ madwar 475 persuna. Flimkien, il-miżuri implimentati fl-2020 u fl-2021 se jkunu taw spinta lill-produzzjoni nazzjonali b’madwar €1 biljun. Issa li l-bażi għall-irkupru ekonomiku ta’ Malta hi stabbilita sew, il-politika ekonomika se tibda tiffoka fuq il-ġenerazzjoni tat-tkabbir futur tal-pajjiż. Hawnhekk l-ispinta

hi ċara għall-miżuri li jixprunaw it-trasformazzjoni diġitali u ambjentali ta’ pajjiżna. Il-Baġit 2022 bla dubju se jkollu għadd ta’ miżuri f’dan ir-rigward, li se jsostnu l-għadd kbir ta’ proġetti inklużi fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ Malta, li diġà ġie deskritt bħala wieħed mill-aqwa mill-President tal-Kummissjoni Ew­ropea Ursula von der Leyen.


06

10.10.2021

JAPPOĠĠJAW IL-POLITIKA TAX-XOGĦOL

MINKEJJA L-PANDEMIJA TKOMPLI RANKATURA FL-IMPJIEGI F’GĦAWDEX Fl-2020 in-numru ta’ nies jaħdmu tħabbar il-pjan għar-riġenerazzjoni kibru għal €101 miljun. f’Għawdex laħaq rekord ta’ 14,313, li jfis- ekonomika ta’ €900 miljun fil-bidu ta’ Mill-2012 ’l hawn l-ammont ta’ ser żieda ta’ 530 persuna fuq is-sena Ġunju sal-aħħar tas-sena, l-ammont ta’ Għawdxin jaħdmu f’Għawdex stess ta’ qabel meta konna għadna mingħajr residenti Għawdxin jaħdmu full-time żdied bi kważi 4,500 persuna, jew pandemija. Minn dawn 434, jew tmienja baqa’ jiżdied. b’46%. Dawk jaħdmu full-time mas-setminn kull għaxar persuni, sabu xogħol Ir-riżultati ekonomiċi pożittivi tur privat żdiedu b’aktar minn 3,600, full-time mas-settur privat f’Għawdex. f’Għaw­dex huma konferma ta’ kemm jew b’75%. Kull ġimgħa mill-bidla flDan kien ukoll erba’ darbiet aktar il-miżuri li ħa l-Gvern, speċjalment il- amminis­trazzjoni kien hemm żieda mill-aħħar sena taħt amministrazz- Wage Supplement kif ukoll il-vouch- ta’ 11-il Għawdxi jaħdem f’Għawdex joni Nazzjonalista, jiġifieri li, minkejja ers, kellhom impatt qawwi fil-ġżira stess. Min-naħa l-oħra, qabel l-2013, l-pandemija, is-settur privat Għawdxi Għawdxija. kull ġimgħa kien hemm żieda ta’ inqas kien f’qagħda li joħloq erba’ impminn żewġ impjiegi. jiegi full-time għal kull impjieg li Din hi l-aqwa konferma li l-Gvern ħoloq fl-2012. qed iwettaq il-wegħda ta’ xogħol Jirriżulta li waqt li fl-2013 l-Għaw­ f’Għawdex għall-Għawdxin. d­xin li jaħdmu full-time mas-settur Il-viżjoni tal-Gvern hi li jattira pubbliku kienu 37% tal-ħaddiema dejjem lejn Għawdex aktar setIr-reżiljenza tal-ekonomija kollha fil-gżira, fl-2020 dan il-proturi diġitali, li għandhom ukoll ilporzjon naqas għal 27% biss. Dan vantaġġ li ma jniġġsux. Għawdex Għawd­xija hi dovuta għalljindika kemm l-Oppożizzjoni tipjista’ jkun attraenti ħafna għal bidla fundamentali li seħħet prova tqarraq meta tgħid li l-impdawn is-setturi għax wieħed minn jiegi f’Għawdex qed ikunu biss mill-2013 ’il quddiem … b’hekk kull għaxar ċittadini Maltin li bħafis-settur pubbliku. qed jieħdu edukazzjoni terċerti servizzi rdoppjaw is-sehem lissa Fost l-aktar setturi li żiedu l-impzjarja huma Għawdxin. Dan hu tagħhom fl-ekonomija tal-gżira kważi d-doppju tal-persentaġġ jiegi f’Għawdex fl-2020 kien hemm dak tas-servizzi professjonali u tal-popolazzjoni f’pajjiżna li hu resamministrattivi (bi tkabbir ta’ 249 ident Għawdxi. impjieg), tas-servizzi ta’ rikreazzjoni (bi Ir-reżiljenza tal-ekonomija Għawd­ Minbarra hekk wieħed minn tkabbir ta’ 33 impjieg), il-kostruzzjoni xija hi dovuta għall-bidla fundamen- kull erba’ Għawdxin li bħalissa qed (bi tkabbir ta’ 35 impjieg) u tal-infor- tali li seħħet mill-2013 ’il quddiem li jistudjaw fil-livell terzjarju qed jagħmel mazzjoni u komunikazzjoni (bi tkabbir permezz tagħha setturi bħal dak tas- kors fil-matematika, inġinerija jew ta’ 28 impjieg). servizzi professjonali, informazzjoni u informatika. Skont iċ-ċifri tal-Jobsplus, in-num- komunikazzjoni, kif ukoll dak finanzjarSpeċjalment fid-dawl tal-introduzzru ta’ ħaddiema full-time f’Għawdex ju kabbru l-proporzjon tagħhom minn joni tat-tieni fibre optic cable bejn iżnaqas biss b’mod marġinali fix-xahar 10% għal 20% tal-ekonomija Għawdxija. żewġ ġżejjer, il-fliegu m’għadux ostakta’ April. Jirriżulta li fil-ġżira Għawdxija Fl-2012 dawn is-setturi kienu jiġġe­ lu qawwi biex tikber il-ħidma diġitali l-miżuri li ttieħdu mill-Gvern kellhom neraw biss €28 miljun f’Għawdex, men- fil-gżira b’opportunitajiet akbar ma’ impatt pożittiv ħafna, tant li mindu tri sas-sena qabel il-pandemija kienu operaturi fis-setturi tradizzjonali.

Kemm il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll il-General Wor­kers’ Union (GWU) laq­ għu t-tnedija tal-politika nazzjonali tassuq tax-xogħol għas-snin 2021-2030 mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana din il-ġimgħa. Din il-politika, ibbażata fuq il-premessa li x-xogħol jagħti mhux biss dinjità, iżda wkoll sodisfazzjon, hi mmirata li toħloq livelli ta’ għajxien ogħla, kwalità ta’ ħajja aħjar bi dħul ogħla, u pagi aħjar, filwaqt li tgħammar lill-ħaddiema bl-għodda u l-ħiliet meħtieġa għall-futur. Iż-żewġ għaqdiet stqarrew li l-politika tinkorpora numru ta’ rakkomandaz­ zjonijiet li għamlu huma fl-aħħar xhur u lesti jassistu lill-Gvern fl-implimentazzjoni tagħha. “Malta tinsab f’punt ta’ bidla. Dan id-dokument ta’ politika jintroduċi bidla kemm fil-mod kif inħarsu lejn ix-xogħol kif ukoll fil-produttività f’Malta. Diġà ksibna ħafna matul dawn l-aħħar snin fir-rigward tax-xogħol f’pajjiżna, hekk kif iċ-ċifri lokali juru livell baxx ta’ qgħad, iżda wasal iż-żmien li ngħollu l-livell u ngħollu l-valur ta’ dak li nipproduċu. Mhux kompitu faċli. L-innovazzjoni titlob li nkomplu ntejbu u nbiddlu n-negozji u l-ħaddiema tagħna. Jekk nonqsu li nagħmlu dan, ikun hemm konsegwenzi. Hekk kif irbaħna sfidi diffiċli fil-passat, irridu nkomplu nagħmlu hekk illum u għada.” Fit-tfassil tal-politika l-ġdi­da dwar ix-xogħol, pass fundamentali kien li jiġi mifhum il-kuntest fundamentali ekonomiku tal-gżira u l-iżvilupp tiegħu matul l-aħħar ftit snin. Sar eżerċizzju ta’ konsultazzjoni wiesa’ ma’ numru ta’ stakeholders ewlenin. B’mod ġenerali, saru 30 focus group f’diversi setturi tal-industrija, b’268 persuna fin-negozju. Biex titkejjel il-perċezzjoni ta’ ħaddiema individwali, sar ukoll studju rappreżentattiv ta’ 4,000 individwu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Konxju mill-isfidi u l-opportunitajiet li qed jiffaċċja s-suq tax-xogħol ta’ Malta, il-Gvern qed jippreżenta 40 rakkomandazzjoni bbażati fuq tliet prinċipji gwida, li huma taħriġ ta’ individwi biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa u mitluba mill-industrija għad-dinja ta’ għada, opportunità lil min iħaddem biex ikompli jinvesti fit-tkabbir tan-negozju u l-impjiegi, u tfassil ta’ istituzzjonijiet ta’ xogħlijiet li jirrispondu u li jġibu l-istess kundizzjonijiet għall-ħaddiema kollha biex jaħdmu b’dinjità. Il-Gvern jemmen li din il-politika se tkun il-futur tax-xogħol u se tiftaħ il-potenzjal għal mobbiltà soċjali reali għall-familji biex igawdu impjieg ta’ kwalità aħjar u livell ta’ għajxien ogħla. Il-Ministru Caruana semma kif din il-viżjoni se tkompli tissaħħaħ b’miżuri fil-Baġit li se jiġi ppreżentat għada. Għal-lista sħiħa ta’ rakkomandazzjo­ nijiet u aċċess għas-sejbiet tar-riċerka, il-politika nazzjonali hi disponibbli biex titniżżel u tinqara online fuq is-sit uffiċjali tal-Ministeru (finanzi.gov.mt).


07

10.10.2021

SERVIZZI TA’ KURA MENTALI FIL-KOMUNITÀ F’GĦAWDEX Waqt ċerimonja li saret ilbieraħ fl-Għarb, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, iċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca u l-President tal-Mental Health Association Pauline Camilleri fetħu Dar “Il-Kantuniera” fil-qalba tal-lokal wara li ġie ffirmat ftehim għal servizzi ġodda fil-komunità, inkluż l-akkomodazzjoni għal persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali. Il-Ministru Camilleri stqarr li “l-qasam soċjali hu dejjem prijorità fil-ħidma tal-Gvern u permezz ta’ din id-Dar, għall-ewwel darba se nkunu qed noffru servizzi ġodda fil-qasam tas-saħħa mentali li se jingħataw fil-komunità stess. Konna kommessi li nwettqu dan il-proġett għax irridu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-persuni u nemmnu bis-sħiħ li l-kura fil-komunità hi ta’ ħafna aktar ġid għall-individwu. Din id-Dar hi fil-fatt l-ewwel waħda tax-xorta

tagħha f’Għawdex.” Il-Ministeru għal Għawdex se jieħu ħsieb il-ħlas tal-kiri ta’ Dar il-Kantuniera biex tiġi użata għal dan il-proġett, kif ukoll il-manutenzjoni tal-post u t-tindif. Minbarra hekk, il-Ministeru se jkun qed

jgħaddi lill-Malta Trust Foundation is-somma ta’ €606,000 fuq medda ta’ tliet snin biex jitħallsu l-ħaddiema li hemm bżonn biex titmexxa d-dar. Min-naħa tagħha, il-Malta Trust Foundation f’kollaborazzjoni mal-Mental

Health Association Gozo se jkunu qegħdin jieħdu ħsieb it-tmexxija tad-dar, il-programm terapewtiku u se jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż rikurrenti għall-ħtiġijiet tar-residenti. Il-Ministru Camilleri spje-

ga kif permezz ta’ din id-dar se tkun qed titqajjem kuxjenza biex tinbidel il-perċezzjoni tan-nies u nippromwovu mġiba li tiffavorixxi saħħa mentali tajba. Il-President Emeritus Coleiro Preca qalet li “l-komunità hi komponent importanti ħafna fl-appoġġ li jkollhom bżonn diversi persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali. Dar ‘Il-Kantuniera’ f’Għawdex se tkun qed tilħaq l-għan li tgħin fit-tħejjija ta’ persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali biex jerġgħu lura fil-komunità tagħhom. Konvinta li dan l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu f’Għawdex se jgħin bis-sħiħ biex kemm jista’ jkun persuni bi sfidi ta’ saħħa mentali ma jiġux istituzzjonalizzati fl-isptar, iżda jgħixu fl-ambjent tagħhom, bl-appoġġ dinjituż li jixirqilhom.” Id-Dar se sservi wkoll ta’ pjattaforma għal tagħlim lil studenti u professjonisti, kif ukoll għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom issuġġett tas-saħħa mentali.

IR-RIŻULTATI PROGRESSIVI TAD-DWANA Dan l-aħħar smajna ħafna fuq id-Dipartiment tad-Dwana minħabba diversi qabdiet rekord ta’ drogi illeċiti, flus u oġġetti mhux iddikjarati. Meta l-Kap tad-Dwana Joseph Chetcuti ġie mistoqsi dwar dawn ir-rekords ta’ qbid qal li l-iktar qabda notevoli tad-dipartiment din is-sena hi mingħajr dubju s-740 kilogramma ta’ kokaina interċettati f’Ġunju fil-Malta Freeport. Minħabba l-purità għolja tas-sustanza, il-valur tagħha fit-triq hu stmat li jilħaq il-€100 miljun. Din il-ġimgħa wkoll kienet karatterizzata b’iżjed qabdiet u konfiski. Fost oħrajn, bl-għajnuna tal-Korp tal-Pulizija u l-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet Kanadiżi, ġew interċettati vetturi misruqin f’kontejners destinati lejn l-Emirati Għarab Magħquda. Jekk inħarsu lura mill-2015 sal-ġurnata tal-lum, kien hemm każijiet fejn id-Dwana ta’ Malta ħatfet ukoll mad-19-il tunnellata (18,910 kg) ta’ drogi, li jiswew €350 miljun; 225 miljun pillola alluċinanti destinati għal żoni tal-gwerra, li jiswew madwar €1.2 biljun; miljuni ta’ oġġetti ffalsifikati, b’valur ta’ aktar minn €300 miljun; 200 miljun

sigarett u 7,000 kg ta’ tabakk, li jiswew aktar minn €50 miljun; erba’ kontejners li jġorru vetturi misruqin; ħames kontejners li jġorru logħob tan-nar, b’valur stmat ta’ €1.7 miljun; żewġ kontejners li jġorru €926 miljun fi flus kontanti; u 23 kontejner li jġorru dgħajjes, maħsuba għattraffikar tal-bnedmin. Waħda mir-raġunijiet li tana Chetcuti fuq iż-żieda reċenti ta’ flus kontanti, alkoħol u drogi mhux iddikjarati hija “minħabba bidla fl-istrateġija, fejn id-Dwana għaddiet għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Dan l-approċċ irriżulta produttiv għat-timijiet tad-Dwana, b’kontroll aktar preċiż fl-oqsma kollha tax-xogħol tagħhom, inkluż it-taqsima ta’ kontra l-ħasil tal-flus”. ​​ Dan it-tim partikolari ġie introdott tliet snin ilu u bħalissa qed iżid rekluti biex ikompli jaħdem mill-qrib mat-taqsimiet tal-klieb u tal-infurzar u s-servizzi fi ħdan id-Dwana stess. Chetcuti kkonferma wkoll li t-taqsima żiedet il-koperazzjoni tagħha ma’ taqsimiet simili fil-Korp tal-Pulizija u fl-FIAU. Dan jinkludi sistema ġdida li permezz tagħha l-in-

formazzjoni tinqasam b’mod elettroniku u f’ħin reali mal-FIAU u l-Korp tal-Pulizija biex tipprovdi ċifri ewlenin u xejriet dwar individwi ta’ riskju għoli, pajjiżi jew ġurisdizzjonijiet sorveljati. Dan jikkumplimenta wkoll il-ftehim li d-Dipartiment daħal mas-Servizzi tas-Sigurtà Maltin, l-Asset Recovery Bureau, il-Bord tas-Moniteraġġ tas-Sanzjonijiet, id-Dipartiment tal-Kummerċ, il-Bank Ċentrali u Transport Malta. Dwar is-“suq” attwali ta’ oġġetti ta’ kuntrabandu, anke fil-kuntest ta’ pandemija, ilKap tad-Dwana l-ewwel irrimarka kwistjonijiet relatati mal-prinċipju bażiku tal-provvista u d-domanda. “Ma jimpurtax kemm l-awtoritajiet iħarsu u kemm ikunu introdotti miżuri ta’ deterrent, dejjem ikun hemm dawk li jagħmlu ħilithom biex isibu modi kif jiksru l-liġi. Qed nitkellmu dwar komoditajiet li jattiraw gruppi ta’ kriminalità internazzjonali, li huma organizzati tajjeb u li joħorġu b’modus operandi differenti. Dan ifisser li tagħna hija ġlieda kontinwa, li għaliha rridu nagħmlu reazzjoni soda u soda”. Hu spjega wkoll kif il-pan-

demija tal-COVID-19 wasslet lid-Dipartiment kollu biex jifforma mill-ġdid l-istrutturi tiegħu, jallinja l-operat tiegħu u jsaħħaħ ir-riżorsi biex itaffi riskji ġodda. F’każijiet oħra, il-pandemija illimitat l-attivitajiet illeċiti ta’ netwerks kriminali organizzati. Il-gruppi użaw il-kriżi globali biex ifornu lis-swieq b’servizzi u prodotti illeċiti fid-domanda għolja, li jinkludu wkoll maskri tal-wiċċ standard, falsifikati, diżinfettanti u mediċini kollha assoċjati mal-Coronavirus. Id-Dipartiment tad-Dwana introduċa wkoll il-proposti maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea f’Marzu tal-2020, billi applika ċerta flessibilità fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-proċeduri u l-formalitajiet imħaddma. Minbarra hekk, minħabba r-regolamenti tal-Kummissjoni, li jagħmlu l-esportazzjoni tal-vaċċin tal-COVID-19 kif ukoll sustanzi attivi soġġetta

għall-produzzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni, l-amministrazzjoni tad-Dwana lokali ħolqot il-profili tar-riskju neċessarji fis-sistema tagħha. Fiż-żmien li ġej, id-Dwana ta’ Malta se jkollha wkoll timpenja ruħha għal proġetti ambizzjużi ta’ teknoloġija diġitali ġdida bħall-AI, Big Data u Blockchain. Skont Chetcuti, dan ukoll hu ta’ sfida li lesti jaffrontaw, speċjalment minħabba l-ispejjeż kbar bil-quddiem assoċjati mal-iżvilupp u l-infrastrutturi tal-IT u l-kumplessità tagħhom.


06

10.10.2021

It-terminal ta’ Bormla kif propost mill-esperti internazzjonali ta’ Arup, fost 25 stazzjon mifruxin fuq tliet linji fil-Lvant u n-Nofsinhar tal-pajjiż

TRASPORT TAL-MASSA VIJABBLI FILL-għażla proposta tal-istazzjonijiet imsemmijin fir-rapport għall-proġett possibbli tal-metro f’pajjiżna, skont l-esperti tal-kumpanija rinomata internazzjonali Arup, saret fuq il-bażi tal-aktar postijiet aċċessibbli fiċ-ċentri urbani lokali, bl-akbar talba għat-tras­port. Skont Peter Paul Barbara, il-maniġer tal-proġett, kull stazzjon kellu jkun ġustifikat minħab­ba l-ammont kbir ta’ spejjeż, kemm biex jinbena u jinżamm l-istess stazzjon kif ukoll biex minnu tgħaddi l-linja tal-metro. Minkejja dan, f’din il-fażi li għadha kemm tnediet biex il-proposta issa tinsab għall-iskrutinju tal-poplu Malti, xejn mhu sagrosant u jista’ jkun hemm tibdil ’il quddiem, kemm-il darba l-Istat ikompli bil-pjani li tali proġett bla preċedent jitwettaq. F’ħarġa speċjali tar-rivista T-21 ippubblikata minn Transport Malta (TM), Barbara jisħaq “li tpoġġi stazzjon tal-metro f’kull belt u raħal fil-pajjiż sempliċement ma jreġix mal-ispejjeż, u għal din ir-raġuni network dinamiku ġdid ta’ karozzi tal-linja b’vetturi iżgħar u aktar frekwenti

Dehra iżjed aċċessibbli ta’ Triq Sant’Anna bit-tnaqqis tal-vetturi

jkun irid jikkumplimenta sistema futura tal-metro, b’dak li qed jiġi propost minn Arup.” Waqt li jfakkar li proġett simili jirrivoluzzjona l-mod kif nivvjaġġaw u ngħixu, Barbara jkompli jgħid li sistema eventwali ġdida tas-servizz ta’ tal-linja tirrikjedi studju ieħor li TM se tkun qed taħdem fuqu fix-xhur li ġejjin hekk kif tavvanza għat-tieni fażi tal-istudju oriġinali tal-metro. Wara iżjed minn erba’ snin ta’ studji, ir-rapport tal-esperti barranin jibbaża fuq tliet linji tal-metro prinċipalment fuq in-naħa tal-Lvant u n-Nofsinhar tal-pajjiż, waqt li jisħaq li l-lokalitajiet magħżulin huma dawk li għandhom talba sostanzjali għat-trasport, inkluż fix-xhur meqju­ sin turistiċi meta l-popolazzjoni fil-pajjiż tiżdied drastikament. Fil-fatt, ir-rapport ta’ Arup jisħaq li l-lokalitajiet, li għandu jkollhom stazzjon fejn tieqaf il-metro, huma Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, Raħal Ġdid, l-Ajruport, il-Marsa, il-Ħamrun, l-Imsida u l-Isptar Mater Dei/l-Università, il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, Marsa Park & Ride, l-Imrieħel u Birkir-

kara, Tas-Sliema, il-Gżira, il-Balluta, San Ġiljan, Pembroke, l-Isptar Mater Dei/l-Università, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard, Ta’ Qali, il-Mosta, in-Naxxar u Buġibba. L-istazzjonijiet ta’ Birkirkara, il-Marsa u l-Isptar Mater Dei għandhom iservu bħala intersections bejn it-tliet linji, waqt li dawk f’Tas-Sliema, il-Belt Valletta, Bormla, l-Ajruport, Buġibba u Pembroke għandhom iservu bħala terminals. Skont l-esperti ta’ Arup, l-istazzjonijiet se jir­ rispettaw l-ambjent urban u postijiet storiċi li jid­dominaw fl-irħula u fl-ibliet. Il-mini, li t-tħaffir għalihom mistenni jipproduċi mal-10 mil­jun tunnellata ta’ materjal, se jkunu kkumplimen­tati bi stazzjonijiet b’disinji differenti, li fihom ikunu inkorporati wkoll servizzi u ħwienet għall-be­ nefiċċju tal-vjaġġaturi. Id-disinji varji, li fil-każ jiġu assenjati lil-lokalitajiet fi żmien ’il quddiem, ġew suġġeriti fuq tliet prinċipali bażiċi – l-effiċjenza, l-ispiża u l-esper­ jenza tal-passiġġieri. Min­barra hekk, l-esperti barranin ħadu inkonsiderazzjoni wkoll ħtiġijiet


07

10.10.2021

RISPONS POŻITTIV GĦAR-RIFORMA KURAĠĠUŻA FL-UŻU TAL-KANNABIS

ĠEJJIENI neċessarji bħall-aċċess, il-pjattaformi fejn jistennew il-passiġġieri, ħruġ ta’ emerġenza u venti­ lazzjoni taħt l-art, fost oħrajn. Fit-tnedija tad-diskussjoni dwar possibbiltà ta’ proġett simili bħall-bie­raħ ġim­għa, il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li l-Gvern kontin­wament qed jistaqsi x’pajjiż irridu nħallu lil uliedna u kif din il-viżjoni hi wkoll f’din id-direzzjoni. Waqt li qal li l-bżonn li pajjiżna jmur għal proġett kbir tal-massa ilu jissemma, Dr Abela tenna li l-Gvern fetaħ il-bieb kompletament għall-ideat u kif l-istudju li sar issa se jservi ta’ bażi solida ta’ x’jista’ u ma jistax jagħmel sens għal pajjiżna. Hu tenna li d-diskussjoni dwar dan il-proġett għandha ssir lil hinn mill-partiġjaniżmu. Is-sistema għandha tirrivoluzzjona l-mod kif nivvjaġġaw min-naħa għall-oħra, waqt li fost l-aktar żoni fgati bil-vetturi jingħataw lura liċ-ċittadini fi spazji miftuħin u aktar siguri. Il-Perit u Disinjatur rinomat Malti Jonathan Mizzi stqarr li l-kredibilità li għandhom l-inġinieri tal-kumpanija Arup fil-qasam jagħmlu l-proposta tal-Metro f’Malta ideali biex din toffri pjattaforma b’saħħitha ħalli fuqha ssir diskussjoni pub­b­lika dwar sistema ta’ trasport tal-massa f’pajjiżna. Mizzi, li għandu uffiċċju f’Londra, innota kif din tista’ tkun opportunità tajba biex jitnaqqsu l-karozzi f’pajjiżna u b’hekk l-artijiet li bħalissa jintużaw għall-parkeġġi jinbidlu fi spazji miftuħa. “Hemm daqstant opportunitajiet kbar. Għandna 400,000 karozza fuq din il-gżira. Din hi opportunità ideali biex issa nieħdu lura t-toroq tagħna u nħaddruhom, nibdlu l-parkeġġi mas-siġar,” tenna Mizzi. Il-proġett, li mistenni jieħu bejn 15 u 20 sena biex jitlesta kompletament, jista’ jara l-ewwel linja tiegħu topera wara biss ħamsa jew tmien snin. Jekk il-pajjiż jiddeċiedi li jmur għall-proġett tal-metro, l-ewwel fażi tara l-bini tal-linja l-ħamra li minn Buġibba tmur Pembroke u wara Tas-Sliema f’madwar 17-il minuta kollox.

L-20 punt ta’ riforma għall-qafas legali ġdid fejn jidħol l-użu responsabbli tal-kannabis, li tnedew din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Inno­vazzjoni Dr Owen Bonnici, intlaq­għu tajjeb ħafna minn firxa wiesgħa ta’ persuni. Ħafna osservaturi qalu lil din ilgazzetta li din ir-riforma saħansitra tegħleb dak li kienu qed jistennew li jsir persuni li ħadmu ħafna fl-aħħar snin biex l-affarijiet jinbidlu. Ir-riforma hi wkoll prova ċara tal-kredenzjali b’saħħithom talPrim Ministru Robert Abela u l-Kabinett kollu fejn ħarġet fiċ-ċar id-determinazzjoni tal-Gvern li jieħu deċiżjonijiet b’saħħithom u kuraġġużi f’settur importanti. Wara li din il-ġimgħa tressaq l-ewwel qari u ġie ppubblikat l-abbozz ta’ liġi, imiss li jibda t-tieni qari fil-proċess Parlamentari wara d-diskussjonijiet relatati mal-Baġit li se jinqara għada. Wara dak il-proċess ikun imiss analiżi fi stadju ta’ Kumitat Parlamentari tal-abbozz klawsola klawsola sakemm imbagħad l-abbozz jinqara għat-tielet darba u jiġi ffirmat mill-President tar-Repubblika biex isir liġi. Dan l-abbozz jipprovdi li jkun jista’ jidħol fis-seħħ f’diversi fażijiet biex tkun tista’ tibda topera l-Awto­ rità l-ġdida li se tirregola s-settur. Ir-riforma nnifisha Il-proposti mressqa huma eżercizzju b’saħħtu ta’ tnaqqis tal-ħsara (harm reduction). Dawn jagħtu iktar libertà lill-individwu fl-użu personali tal-kannabis, filwaqt li jnaqqsu l-istigma soċjali u t-tbatija ta’ persuni li għaddew minn proċeduri ġudizzjarji fuq pussess ta’ ammonti żgħar. Il-proposti jħarsu s-saħħa u l-ordni pubblika, u jnaqqsu d-dipendenza ta’ min juża l-kannabis fuq il-kriminalità organizzata. Waqt li pussess ta’ kannabis f’ammont sa 7 grammi għall-użu personali minn persuna ta’ 18-il sena ’l fuq mhux se jkun reat u ma jagħtix lok għall-ebda konfiska, arrest, proċedura jew multa, pus­ sess f’ammonti bejn 7 u 28 gram­ ma jagħti lok għall-konfiska, pro­ ċeduri quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja u penali bejn €50 u €100 u għall-konfiska tal-kannabis. Konsum ta’ kannabis fil-pubbliku (ħlief għal skopijiet mediċi) jagħti lok għal proċeduri quddiem ilKummissarju għall-Ġustizzja u penali ta’ €235, waqt li l-konsum quddiem minorenni jgħolli l-penali għal bejn €300 u €500. Pussess ta’ kwalunkwe ammont ta’ kannabis taħt it-28 gramma minn persuna taħt it-18-il sena jwassal biex din tidher quddiem ilKummissarju għall-Ġustizzja biex jiġi rakkomandat lilha pjan ta’ kura.

Studju ppubblikat mill-ġurnal Science Advances jgħid li l-Lvant Imbiegħed aktarx hu l-post minn fejn oriġinat ilpjanta tal-kannabis, waqt li l-varjazzjonijiet kollha eżistenti għandhom il-“ġenetika” fil-pjanti li jinsabu fis-selvaġġ u f’kultivazzjonijiet Ċiniżi llum. L-awturi tal-istudju, li analizzaw 82 kampjun tal-pjanta jew iż-żerriegħa tagħha minn madwar id-dinja, qalu li nstab li din kienet tintuża mat-12,000 sena ilu fil-bidu tal-perjodu Neolitiku, primarjament bħala sors ta’ ikel u anke mediċinali. Ix-xjenzati qalu li l-konkluż­jo­ni tagħhom hi appoġġjata minn sejbiet arkeoloġiċi li nstabu fiċ-Ċina, fil-Ġappun u fit-Tajwan tal-lum. Il-Professur tal-Bijoloġija fl-Università ta’ New York Michael Purugganan, li qara l-istudju, tenna li hu ma jemminx li l-pjanta kienet tintuża 12,000 sena ilu għal skopijiet rikreazzjonali, ladarba l-evidenza turi li l-użu konsistenti jew il-preżenza tal-kannabis għal dawk l-iskopijiet bdew madwar 7,500 sena ilu. Dan kollu japplika fejn il-Pulizija ma jkollhomx suspett raġonevoli ta’ traffikar tad-droga. F’każ ta’ kultivazzjoni fir-resi­ den­za din se tkun permessa sa mas­simu ta’ erba’ pjanti, irris­pet­ tivament min-numru ta’ residenti, għalkemm il-pjanti ma jkunux jid­ hru minn postijiet oħrajn. Min­b­ arra l-pjanti, ikun per­mes­s il-pus­ sess massimu ta’ 50 gram­ma ta’ kannabis imnixxfa fl-istess resi­ denza. Se jkun permess li jitwaqqfu assoċjazzjonijiet li jikkultivaw ilkannabis biex iqassmuha fost ilmembri tagħhom. Minbarra li ma jistgħux jaħdmu għall-profitt, kull organizzazzjoni se jkollha limitu ta’ 500 membru, li kollha jridu jkunu ’l fuq minn 18-il sena. L-ammont ta’ kannabis li jista’ jitqassam lil kull membru hu ta’ mhux aktar minn 7 grammi kuljum, b’massimu ta’ 50 gramma kull xahar. Jistgħu jitqassmu wkoll

sa 20 żerriegħa tal-pjanta kannabis lil kull membru kull xahar. Fis-sede tagħha, organizzazzjoni ma jistax ikollha iżjed minn 500 gramma ta’ kannabis imnixxfa u l-ebda post ma jista’ jkun f’inqas minn 250 metru bogħod minn skola, klabb jew ċentru taż-żgħa­ żagħ. L-ebda post ma jista’ jkollu xi riklamar relatat mal-kannabis jew jikkaġuna fastidju fil-lokalità fejn ikun. Regolazzjoni u kontroll Il-Gvern se jwaqqaf Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, li se tkun ir-regolatur tas-settur, waqt li l-organizzazzjonijiet iridu jkunu rreġistrati u liċenzjati magħha. L-Awtorità se jkollha wkoll is-setgħa li twettaq kontrolli dwar il-kwantità u l-kwalità ta’ kannabis imqassma, waqt li tniedi programmi u strateġiji relatati ma’ prevenzjoni.


10

10.10.2021

STRATEĠIJA NAZZJONALI GĦALL-ISKART TAL-KOSTRUZZJONI Strateġija, li tfasslet mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, biex tindirizza l-influss ta’ skart mill-kostruzzjoni, se tara qafas regolatorju aħjar u anke r-riċiklar tal-materja prima, fost oħrajn, biex pajjiżna jkompli miexi lejn ekonomija aktar ċirkolari. Wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, il-Ministru Aaron Farrugia u d-Deputat Direttur tal-ERA Kevin Mercieca lbieraħ ħabbru li l-Istrateġija tal-Iskart tal-Kostruzzjoni u t-Twaqqigħ għal Malta (2021-2030) qed tiġi adottata mill-Gvern. L-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ (C&D) hu l-akbar sors ta’ skart fl-Unjoni Ewropea kollha u jirrappreżenta madwar terz tal-iskart kollu ġġenerat. Minħabba dan, l-UE rrikonoxxiet il-ħtieġa għal titjib fil-kwalità tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta’ dan l-influss

ta’ skart u żiedet id-domanda għall-materja prima u sekondarja. “L-istrateġija għandha l-għan li tindirizza b’mod ħolistiku l-kwistjonijiet attwali fi ħdan is-settur kif ukoll tenfasizza l-miżuri fl-immedjat kif ukoll dawk fit-tul li jistgħu jiġu adottati biex nitbiegħdu mill-prattika tal-irdim u nimxu lejn l-użu tarriċiklaġġ. Din l-istrateġija se tmexxina lejn bidla fil-kultura u fl-imġiba fix-xogħol ta’ tħaffir, twaqqigħ u kostruzzjoni. B’kuntrast għal gvernijiet preċedenti, li mhux biss abbużaw, iżda fallew milli jirregolaw settur importanti, dan il-Gvern qed jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi u jagħti r-riżultati li l-poplu jistenna,” qal il-Ministru Farrugia. L-istrateġija tidentifika erba’ oqsma li huma kruċjali għall-immaniġġjar tal-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ: 1. Ippjanar u disinn: Mira lejn l-industri-

ja tal-kostruzzjoni b’miżuri speċifiċi li għandhom l-għan li jindirizzaw il-problema fissors permezz ta’ twaqqigħ u bini sostenibbli; 2. Immaniġġjar taliskart: Jelenka miżuri speċifiċi biex itejbu il-loġistika taliskart kemm fis-sit tal-iżvilupp kif ukoll barra mis-sit; 3. Immaniġġjar tal-Kwalità: Tiffoka fuq miżuri

biex tiżdied il-fiduċja fil-prattiċi tal-immaniġġjar taliskart tas-C&D kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-materjali riċiklati tas-C&D; 4. Qafas politiku u regolatorju: Jittratta t-titjib fil-politika u l-kundizzjonijiet biex tinkiser ir-rabta bejn l-iżvilupp u l-ġenerazzjoni taliskart. L-istrateġija se tikkonsisti

f’numru ta’ miżuri ewlenin li se jitwettqu matul is-snin. Dawn jinkludu standards għall-industrija tal-kostruzzjoni, qafas regolatorju ġdid li jindirizza l-immaniġġjar ta’ skart simili, titjib fil-klassifikazzjoni u s-separazzjoni taliskart mis-sors, esplorazzjoni dwar it-twaqqif ta’ depożiti ta’ rkupru u ħażna ta’ riżorsi biex tippromwovi infrastruttura ta’ riċiklaġġ u mekkaniżmi biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes l-aktar iħallas, miri ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ u infurzar ta’ rkupru permezz tar-restawr ta’ spazji vojta. “Bħala Gvern qed nappellaw lill-awtoritajiet kompetenti u lill-partijiet interessati u rilevanti fl-industrija biex jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Il-parteċipazzjoni tagħkom hi essenzjali għall-viżjoni lejn tranżizzjoni ekoloġika u ekonomija ċirkolari,” qal il-Ministru Farrugia.

€345M FI 17-IL PROĠETT U 30 RIFORMA IL-PJAN MALTI GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA JINGĦATA L-AĦĦAR APPROVAZZJONI MILL-ECOFIN Il-Pjan ta’ Malta għall-Irkupru u r-Reżiljenza din il-ġimgħa għadda mill-aħħar approvazzjoni tiegħu wara li ġie approvat b’mod unanimu mill-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). Wara din l-approvazzjoni, li għaliha kien preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, issa mistennija ssir il-firma tad-dokumenti li permezz tagħhom Malta tibda tirċievi l-għotjiet finanzjarji konnessi mal-investimenti u r-riformi rispettivi. B’dan il-pjan, b’nefqa ta’ €345 miljun, Malta se twettaq firxa wiesgħa ta’ riformi u investimenti mmirati lejn l-isfidi identifikati, fost l-oħrajn, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal pajjiżna magħrufa bħala l-Country Specific Recommendations. L-għan hu li jintlaħqu miri tat-tkabbir u tar-reżiljenza soċjali istituzzjonali kif ukoll dawk ambjentali. Il-pjan ta’ Malta jinkludi 30 riforma u 17-il proġett ta’ investiment mifruxin fuq sitt oqsma. L-ewwel żewġ oqsma jind-

irizzaw it-tibdil fil-klima billi l-pajjiż isir aktar effiċjenti flużu tal-enerġija u li l-enerġija tkun waħda aktar nadifa, titħaddem ekonomija ċirkulari u jkollu sistema ta’ trasport aktar sostenibbli. Se tkun żviluppata strateġija fit-tul biex sas-sena 2050 il-bini f’Malta jkun ġie rinnovat filwaqt li l-pajjiż jirriorganizza s-sistema tal-ġbir tal-iskart tiegħu f’waħda aktar effiċjenti. Il-pjan jimmira wkoll li jikber l-użu tat-trasport pubbliku u jippromwovi aktar ir-remote working. Dan jista’ jwassal għal arja aktar nadifa permezz tat-tnaqqis tal-vetturi mit-toroq, speċjalment fir-rigward tal-ivvjaġġar minn u lejn il-postijiet tax-xogħol. B’kollox, 54% tal-infiq huwa mmirat għal miżuri kontra t-tibdil fil-klima, tant li l-pjan ġie mfaħħar mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen waqt li kienet f’pajjiżna x-xahar li għadda. Element importanti ieħor tal-pjan hu dak immirat lejn id-diġitalizzazzjoni fejn l-investiment se jlaħħaq is-26% tal-fondi allokati. Se tkom-

Zrinzo Azzopardi (lemin) fil-laqgħa tal-ECOFIN fejn ġie approvat il-pjan imfaħħar Malti pli tikber id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, fosthom fis-saħħa u l-qasam tal-ġustizzja filwaqt li kumpaniji ta’ daqs żgħir jew medju se jkunu megħjuna biex huma wkoll isaħħu id-diġitalizzazzjoni tagħhom. Din il-parti talpjan tindirizza wkoll l-isfidi li għandha Malta fil-qasam tar-Riċerka u l-Innovazzjoni l-aktar billi jitkattru r-rabtiet tal-oqsma tan-negozju mal-is-

tituzzjonijiet edukattivi. Is-Segretarju Parlamentari Zrin­zo Azzopardi stqarr li l-pandemija tal-COVID-19 kompliet turi kemm hi importanti r-reżiljenza fis-sistemi tassaħħa tagħna. Għaldaqstant, permezz ta’ dawn il-fondi se jissaħħaħ l-immaniġġjar tar-riżorsi umani u l-prevenzjoni tal-mard u jitwaqqaf Blood, Tissue & Cell Centre ġdid li se jnaqqas id-dipendenza ta’

Malta fuq pajjiżi barranin għal terapiji speċjalizzati. Il-pjan ta’ Malta se jindirizza l-isfida taż-żgħażagħ li jitilqu kmieni mis-sistema edukattiva u ta’ dawk li għandhom bżonn isaħħu l-ħiliet tagħhom. Il-pjan se jara, fost oħrajn, ittwaqqif ta’ Ċentru għall-Edukazzjoni Vokazzjonali li jinkludi l-bini tal-kampus ġdid għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS.


11

10.10.2021

FLOTTA TA’ VETTURI ELETTRIĊI

Il-Gvern se jmexxi bl-eżempju fil-qalba favur l-ambjent Kriterji ġodda ħodor fl-akkwist pubbliku tal-Gvern se jwasslu biex il-karozzi ġodda kollha taċ-Ċivil ikunu elettriċi mis-sena d-dieħla. Din hi miżura fost ħafna oħrajn fit-tieni pjan ta’ azzjoni tal-Green Public Procurement (GPP), imniedi mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. Il-Ministru spjega li l-GPP se jkun qed japplika għall-ministeri, l-aġenziji u l-entitajiet governattivi kollha u jippromwovi iktar prodotti u servizzi li jagħmlu l-inqas ħsara ambjentali, waqt li jgħinu biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tibdil fil-klima. Dan it-tieni pjan idaħħal miri ambizzjużi għal 17-il grupp ta’ prodotti u servizzi, li 14 minnhom huma mandatorji. Dan ifisser li kull tender li joħroġ se jkun qed josserva l-kriterji l-ġodda li jilħqu l-iskop maħsub biex iniġġsu inqas l-ambjent, kif stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea, waqt li jieħdu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi lokali. In-nefqa tal-Gvern fuq dawn il-prodotti u servizzi se titla’ għal 90%. Eżempju ieħor, fejn il-GPP

hija għodda li tgħin lill-Gvern jilħaq l-għanijiet ambjentali tiegħu, huwa x-xiri u l-kiri ta’ vetturi. Meta l-Gvern jew entità tiegħu jkunu jridu jixtru jew jikru karozzi general use, it-tender se jispeċifika li l-karozzi jridu jkunu jniġġsu inqas minn 50g CO2 kull km (jiġifieri jkunu elettriċi). Din il-miżura se ssir mandatorja mis-sena d-dieħla ’l quddiem. Dan il-pjan jindirizza l-akkwist pubbliku minn aspett ħolistiku biex dawn il-prodotti u s-servizzi li jħallu impatt inqas fuq l-ambjent ikunu aktar komuni fis-suq. Għalhekk, numru ta’ inizjattivi ġew maħsuba biex jiffaċilitaw il-proċess. “Permezz ta’ dawn il-miżuri, il-Gvern mhux biss se jkun ta’ eżempju għall-privat u għall-konsumatur, iżda se jkun qed jimbotta s-suq lejn prodotti u servizzi li jagħmlu inqas ħsara lill-ambjent, għall-gwadann tal-ambjent tagħna, u għas-saħħa u għall-kwalità ta’ ħajja tal-familji tagħna. B’miżuri ambizzjużi bħal dawn, pajjiżna se jkompli miexi lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u lejn n-newtralità mill-karbonju,” tenna l-Ministru.

VIĊI PRESIDENT TAL-YES Matul il-Kungress taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES), li kien orga­nizzat għall-ewwel darba f’Malta, il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja (ritratt) reġa’ ġie elett Viċi President talYES għall-mandat sal-2023. Il-Kungress, li kellu t-tema Together for a Fair & Green Recovery, ittella’ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u matulu tressqu għadd ta’ riżoluzzjonijiet għaddiskussjo­ni minn organizzazzjonijiet taż-żgħa­żagħ Ewropej, marbuta mat-tema ta’ rkupru b’saħħtu, id-dritti­jiet ċivili, l-ambjent, is-saħħa u l-eko­nomija.


12

10.10.2021

RIFORMA TA’ KURAĠĠ

OWEN BONNICI Ministru

Jekk hemm ħaġa li tgħallimt fis-snin kemm ili nimmilita fil-politika hi li l-eħfef ħaġa ħafna drabi hi li meta jkollok sfida, tagħżel li titfa’ kollox taħt it-tapit u ma tagħmel xejn. Biss, mill-ewwel tintebaħ li meta tagħmel hekk ma tkunx għamilt l-għażla t-tajba, imma tkun għamilt l-għażla l-ħażina. Kull kap ta’ familja jaf jew taf li biex dik il-familja timxi ’l quddiem trid tieħu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tat-

tfal u l-membri kollha tal-istess familja u kif jgħid il-Malti taqbad il-barri minn qrunu. Li tipposponi mhix soluzzjoni. Fejn jidħol il-qasam talużu responsabbli tal-kannabis ma stajniex ma nagħmlu xejn. Konna qed nisimgħu kontinwament b’każijiet ta’ nies tal-affari tagħhom li għax ikollhom ammonti żgħar ta’ kannabis fil-pussess tagħhom jiġu arrestati daqslikieku kriminali. Konna qed naraw kif is-suq hu kompletament iddominat mill-black market u l-kriminalità assoċjata miegħu. Konna qed naraw nies jikkunsmaw kwalità inferjuri u ħażina miksuba fuq l-idejn ta’ sustanza li tagħmlilhom ħsara kbira. Dan kollu jrid jinbidel u jinbidel bis-serjetà. Ma niddejqux li nkunu minn ta’ quddiem nett fl-Ewropa fil-bidla li rridu nwettqu. Hu għalhekk li din il-ġimgħa varajna riforma ta’ kuraġġ xprunata mill-fatt li aħna nifhmu u rridu nindirizzaw ir-realtajiet. Riforma ta’ 20 punt ta’ bidla li sseg-

wi white paper u proċess ta’ konsultazzjoni fejn smajna lil kulħadd. Riforma wiesgħa u bla preċedent li tolqot kwistjonijiet ta’ pussess, kultivazzjoni, regolamentazzjoni u iktar importanti minn hekk il-provvediment ta’ sors regolarizzat minn fejn wieħed jista’ jkollu aċċess għall-kannabis u ż-żrieragħ tagħha f’ambjenti ta’ kontrolli u serjetà. Dan kollu qed isir mhux għaliex aħna rridu nippromwovu l-kannabis jew il-kultura tagħha imma bħala miżura effettiva ta’ harm reduction li nemmnu ħafna fiha. Se

nagħtu wkoll opportunità importanti ħafna li r-reati li issa ġew dekriminalizzati jitneħħew mill-kondotta bi proċedura mill-iktar sempliċi. Rajna wkoll li prodotti varji li għandhom fihom estratti tat-tip CBD u li għandhom inqas minn 0.2% THC ma jibqgħux jiġu meqjusa b’mod illegali, anke fid-dawl ta’ pronunzjamenti tal-Qorti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward. Din il-ġimgħa tajna bidu għallproċess leġiżlattiv kif konna tajna l-kelma li se nagħmlu u spjegajna fid-dettall ir-riforma li se nkunu qed inwettqu hekk kif l-abbozz li ġie appro-

Dan kollu jrid jinbidel u jinbidel bis-serjetà. Ma niddejqux li nkunu minn ta’ quddiem nett fl-Ewropa fil-bidla li rridu nwettqu

vat fil-Kabinett isir liġi. Nawgura li dan il-qafas leġiżlattiv jiġi diskuss b’maturità fil-Kamra tad-Deputati biex lill-poplu nagħtuh l-aqwa liġi possibbli. Fl-istess waqt aħna se nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna biex inħeġġu lin-nies, partikolarment żgħażagħ, li jżommu ’l bogħod mid-droga. Ftit taljiem ilu sieħbi l-Ministru Michael Falzon nieda kampanja ta’ informazzjoni msemmija “No B, Just Facts” u fil-jiem li ġejjin se nniedu żewġ proġetti oħra fl-istess linja u li għandhom l-għan li jedukaw u jinformaw lill-pubbliku b’mod tajjeb u effettiv. Il-poplu għandu fiduċja filPrim Ministru Dr Robert Abela u fil-Gvern Laburista għax moħħu mistrieħ li dan hu Gvern li jaffaċċja l-isfidi b’impenn, jiddiskuti, jisma’, jipproponi soluzzjonijiet u fuq kollox jaġixxi. Aħna hekk beħsiebna nkomplu mexjin ’il quddiem, għal Malta aħjar, Malta li tkun fuq quddiem nett fil-bidliet li hemm bżonn isiru.

ID-DEPUTAT TAL-ISKALIN

JEAN CLAUDE MICALLEF Membru Parlamentari

bosta deċiżjonijiet impattawh fin-negattiv. Il-prijorità fil-mixja politika tiegħi hi għal min hu l-iktar vulnerabbli. Wied il-Għajn hu l-iktar vulnerabbli mill-erba’ lokalitajiet li nirrappreżenta u b’hekk jeħtieġ aktar attenzjoni f’ħidmieti. Naċċetta b’unur illaqam ‘id-Deputat tal-Iskalin’. Irriflettejt x’għandu jkollu MP biex jieħu t-titlu ta’ Deputat tal-Iskalin: Integrità

Hekk sejħuli riċentement wara li bl-aktar mod ċar ħriġt għonqi u kont vuċi għar-residenti ta’ Marsaskala. Għalija hu dover mistenni minn kull deputat li jisma’ lin-nies li eliġġewh u jaġixxi fl-interess tagħhom qabel kull interess ieħor. Fis-sentejn li ili Membru Parlamentari hekk rajt li nagħmel bla distinzjoni bejn Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, iż-Żejtun u Marsaskala. Huwa fatt li tkellimt l-aktar għal Marsaskala fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna għaliex hi lokalità bi sfidi li sfortunatament għal tul ta’ żmien kienu injorati. Aktar minn hekk Wied il-Għajn għandu potenzjal kbir li iżda minħabba nuqqas ta’ ħsieb, inkompetenza u anke raġunijiet egoistiċi,

Fuq kollox irid iġib rispett, jifhem l-interessi varji u jkun ċar dwar il-pożizzjoni tiegħu f’dak li jemmen hu ta’ ġid għall-kostitwenti tiegħu. Il-prinċipji li nemmen fihom ma jinbidlux skont l-ambjent li nkun. Hekk hu mitlub minn persuna integra li akkost pressjoni, tentazzjonijiet jew anke telf ta’ voti, dak li bi prinċipju tara hu ta’ ġid titkellem dwaru, tissielet għalih u tara li jitwettaq. Irrelevanti minn ħars ikrah, tgħajjir jew kull forma ta’ rikatt. Vuċi soda Toqgħodx gallarija. Il-politika mimlija b’individwi li jaħsbu li jafu ħafna għax ma jgħidu xejn. Il-poplu mxebba’ b’nies li

jridu jkunu vuċi tiegħek fis-silenzju. Fis-silenzju tirrifletti ħsibijiet biex tifforma opinjoni. Persuna privata għandha dritt tibqa’ siekta imma Deputat Parlamentari għandu d-dmir li jkun vuċi għal min tah il-fiduċja jitkellem f’ismu. Nemmen li anke jekk tkun vuċi fid-deżert, xorta l-mod kif twassal il-messaġġ irid ikun assertiv u li jqanqal. Min mhux kapaċi jistenna reazzjoni allura postu mhux fil-bankijiet parlamentari. Konsistenza Tiġi mlaqqam Deputat tal-Iskalin għaliex għal bosta drabi tkun esprimejt pożizzjoni li dejjem ġibt l-interessi tar-residenti ta’ Wied il-Għajn. Fuq perjodu dejjem rajt li l-isfidi varji li hemm fix-Xlokk ta’ pajjiżna jkunu msemmija fl-ogħla istituzzjoni. F’mumenti nistenna lil min hu responsabbli jaġixxi u f’waqtiet kelli mmur oltre minn dak li hu mistenni minn backbencher u nara li mhux biss issir pressjoni imma azzjoni bil-fatti. Apparti l-interventi tiegħi fuq mijiet ta’ każijiet individwali fejn jidħlu impjiegi, każijiet soċjali, kwistjonijiet familjari u appoġġ f’mumenti relatati ma’ saħħa jispikkaw pożizzjoni-

jiet jew kampanji li gwadanjaw minnhom l-Iskalin u kull min għandu għal qalbu Wied il-Għajn. Mill-mument li waqaft lill-bullies li kkapparraw ilBajja ta’ San Tumas illegalment għal pożizzjoni ċara biex il-bajja ta’ Marsaskala tibqa’ bajja mingħajr restrizzjonijiet għal min jagħmel użu minnha. B’mod konsistenti dejjem tkellimt biex Marsaskala ssir ċentru sportiv. Ma ddejjaqtx nieħu pożizzjoni biex nissalvagwardja lil Marsaskala Aquatic u onorat li kemm il-kumitat u l-ġenituri jafu dejjem li se jsibu spalla biex nara lill-ġenerazzjonijiet li tilgħin ikunu suċċess. Kontinwament sħaqt biex proġetti staġnati jissuktaw b’rispett lejn residenti li għal sentejn jew aktar ħassewhom minsija. Ma nħbejt qatt wara skużi imma b’onestà tkellimt il-fatti waqt li s-suġġerejt soluzzjonijiet. Wasalna ma’ diversi entitajiet waqt li m’oħrajn jeħtieġ jittieħdu deċiżjonijiet drastiċi. Ma nieqaf qatt, qabel ma nara lil Wied il-Għajn isir millġdid żona turistika b’rispett kulturali u soċjali għall-komunità fi ħdanu.

hekk kif ħabbart il-kandidatura tiegħi lura fl-2017 fejn elenkajt il-viżjoni tiegħi għal riġenerazzjoni ta’ Marsaskala. Fil-limitazzjonijiet tiegħi rajt li nimxu f’dik id-direzzjoni minkejja kull xkiel u intopp, il-pandemija inkluża. Irrid nara bajja li timxi fuq mudell ta’ Portofino mhux tal-Imsida. Fejn in-negozji jattiraw klijentela li toħloq ekonomija marittima b’mod sostenibbli. Ambjent fejn il-kultura ma tittappanx imma tistagħna b’avvenimenti li jmorru oltre mill-festa tarraħal u l-karnival tas-sajf. Viżjoni lejn lokalità li l-isport tagħtih prijorità b’avvenimenti sportivi li jattiraw il-massa waqt li jqanqlu attività u ħajja sportiva. Irrid nara Marsaskala li jkollha parkeġġi msaqqfa b’ġonna waqt li l-postijiet storiċi jkunu apprezzati u utilizzati b’mod għaqli. L-iżvilupp li jqis lil kulħadd u ma jinsa lil ħadd ma jġibx rigress imma progress. Marsaskala għandha bżonn kura u indukrar waqt li kull stakeholder iqis sew dmirijietu biex bi dritt ingawdu dan ir-raħal aktar. B’responsabilità u b’enerġija nara li nkompli nkun id-DepViżjoni utat tal-Iskalin sa ma nara lil Marsaskala suċċess ambjentaKien proprju d-diskors tiegħi li, soċjali u ekonomiku.


13

10.10.2021

ID-DRITT TAL-ONE LI JXANDAR

RAMONA ATTARD President, Partit Laburista

Dak li seħħ fl-aħħar jiem filkawża li Chris Peregin fetaħ kontra l-istazzjonijiet politiċi, il-ONE u n-NET, juri li l-uniku partit li qed jipproteġi l-libertà tal-espressjoni tal-istazzjonijiet politiċi huwa l-Partit Laburista. Nhar it-Tnejn li għadda, kompliet tinstema’ l-kawża li fetaħ Chris Peregin innifsu kontra l-istazzjonijiet ONE u NET, u li fiha qed jgħid li dawn l-istazzjonijiet m’għandhomx dritt ixandru l-messaġġ politiku tagħhom. Din kienet l-ewwel dehra minn mindu Chris Peregin telaq il-Lovin Malta u sar Kap tal-Istrateġija tal-Partit Nazzjonalista, li kompliet tinstema’ l-kawża quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Kon-

tra dak li għall-ewwel kulħadd fehem, jiġifieri li issa b’mod awtomatiku ma kienx ser ikompli bl-interess tiegħu filkawża, Peregin mhux biss kien preżenti fl-awla iżda beħsiebu jkompli għaddej b’din il-kawża kontra l-istazzjonijiet politiċi. Mhux hekk biss, iżda l-Ħamis li għadda, il-MaltaToday irrapportat li Peregin qed jagħmel din il-kawża bl-inċensar u bl-approvazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Ir-ridikolaġni li waqa’ fiha l-PN hija bla ebda limitu u preċedent, meta jmiss qiegħ, ikompli jinżel ’l isfel u jsib qiegħ ieħor. Li l-Kap tal-Istrateġija tal-PN jiftaħ kawża u jkompli għaddej b’din il-kawża biex ma jħallix lill-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista jxandar kontenut politiku, hija inspjegabbli. Dan ifisser żewġ affarijiet, jew li effettivament Bernard Grech ukoll irid li l-istazzjon tan-Net jagħlaq għax qed jarah bħala piż u ma jimpurtah xejn mill-ħaddiema li jaħdmu fih, jew inkella m’għandux biżżejjed attribwiti bħala kap ta’ partit politiku li jista’ jieqaf lill-Kap tal-Istrateġija tal-PN li ħatar hu stess u li għad għandu l-ishma fil-Lovin Malta, midja oħra li tikkompeti lin-NET u lill-ONE. Għax wara kollox wara din

il-kawża, hemm ukoll kompetizzjoni għar-reklamar, għax jekk jagħlqu l-istazzjonijiet politiċi, ir-reklamar li hu parti sostanzjali mill-finanzjament ta’ partit politiku, li s-soltu jmur fuq dawn l-istazzjonijiet politiċi jitqassam fuq midja oħra, inkluż il-Lovin Malta li kif nafu l-Kap tal-Istrateġija tal-PN għad għandu l-ishma fiha. Kif il-Partit Nazzjonalista jista’ jqis dan aċċettabbli, ma jinftehimx. Kif Bernard Grech qed jinċensa dan kollu, hija tal-mistħija. Il-Ħadd li għadda, Bernard Grech qal li hu bniedem kwiet iżda li meta xi ħadd joqorsu jsir iljun. Kont nistennieh li meta jara azzjoni ta’ xi ħadd li qed jipprova jagħlaq in-Net, azzjoni bħal din tkun ekwivalenti ta’ qarsa u għalhekk kien ser jipproteġi lin-NET, b’kuraġġ ta’ ljun. Iżda quddiem din l-isfida, Bernard Grech sar nagħġa u għal darb’oħra mindu tpoġġa leader mill-establishment tal-PN wera li miegħu ma tistax tkun taf fejn qiegħed u li m’għandux l-istoffa biex imexxi. X’differenza mill-Prim Ministru Robert Abela li pubblikament u mingħajr l-ebda tidwir qal li ser jiddefendi d-dritt tal-istazzjonijiet politiċi. Ma nistax nifhem kif jista’

jkollok għal qalbek il-partit politiku tiegħek u għalhekk ukoll il-partitarji tiegħek u taqbel ma’ min jipprova jagħlqilhom l-istazzjon politiku. Il-ONE huwa l-aktar stazzjon privat b’saħħtu grazzi għall-għaraq ta’ ħafna nies, donazzjonijiet u xogħol volontarju ta’ ħafna partitarji li emmnu fl-istazzjon. Jien bħala eks ġurnalista, produttriċi u preżentatriċi wkoll tajt il-kontribut tiegħi għal dan l-istazzjon daqstant għal qalbi, li hu ftit fejn il-kontribut li taw ħafna nies li ġew qabli u warajja. Però naf il-bidu tiegħi fil-politka, grazzi għal dan l-istazzjon. Meta kont ġurnalista u anke issa meta nkun mistiedna għal xi programm fil-kariga li llum għandi fil-Partit, in-nies iwaqqfuni u jgħidlu x’jaħsbu fuq dak li nkun għedt, għax permezz tal-ONE li jaraw ta’ kuljum, tkun sirt parti mill-familja tagħhom. Bla dubju, minkejja li n-NET jarawh ħafna inqas nies milli jaraw il-ONE, żgur li n-Nazzjonalisti għandhom l-istess emozzjonijiet għall-istazzjon tagħhom u bir-raġun. L-istazzjonijiet politiċi huma parti mit-tessut tas-soċjetà tagħna. Jekk ma tifhimx dan il-fatt bażiku, bħala Kap tal-Istrateġija tal-PN u Kap tal-Partit Nazzjonalista, ma tkun fhimt

xejn. Ifisser li lanqas qed tifhem lin-nies tiegħek stess aħseb u ara kemm tista’ tifhem il-prijoritajiet tal-bqija tal-poplu Malti u Għawdxi. Min qed jipprova jagħlaq l-istazzjon tal-partit politiku tiegħu stess, ma jistax iħobb il-partit politiku u l-partitarji li jifformawh, ma jifhimx kemm xogħol, kemm volontarjat, kemm sagrifiċċju hemm ta’ ħafna biex partit politiku jxandar ta’ kuljum. Ma jifhimx kemm pressjoni, kemm enerġija jinvolvi bulettin tal-aħbarijiet li jrid ikun puntwali fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija kuljum. Jien dan nifhmu u dan ix-xogħol kollu li sar beħsiebni nkompli nipproteġih. Nemmen li ser naslu, għax aħna f’din il-kawża magħqudin flimkien, wara l-Prim Ministru Robert Abela. L-għan tagħna huwa sempliċi u magħruf minn kulħadd u mhux talli ma rridux nagħlqu l-ONE, iżda qed inkomplu nsaħħuh sa minn din l-iskeda stess ta’ din is-sena importanti. Kull min ħadem għal dan l-istazzjon, kull min qed jaħdem fih bħalissa u l-ġenerazzjonijiet tal-futur, jistgħu jserrħu rashom li l-Partit Laburista ser jibqa’ l-uniku partit politiku li ser jiddefendi d-dritt tal-ONE li jxandar.

NINVESTU FIS-SETTUR TAS-SAJD

ALICIA BUGEJA SAID Kandidata

Is-settur tas-sajd qed jaffaċċja diversi sfidi, u għandu bżonn attenzjoni partikolari sabiex dawn l-isfidi mhux biss insibulhom soluzzjoni, iżda ndawruhom f’opportunitajiet għall-ġejjieni tas-settur. Id-€29 miljun f’fondi Ewropej li ngħataw lil Malta għas-snin 2021-2028 huma proprju l-għodda li se tgħinna nsawru opportunitajiet għat-tiġdid tas-settur u l-komunitajiet li jiffurmaw parti minnu. Il-prominenza tas-settur tmur lil hinn

mis-sajd innifsu u tinkludi wkoll il-katina ekonomika li tiddependi mis-sajd inkluż il-bejgħ tal-ħut, ir-restaurants, u t-turiżmu – li fil-milja tagħhom isarrfu f’diversi impjiegi, u għaldaqstant jeħtieġ li nagħtuhom is-sostenn li għandhom bżonn. Dan jirrikjedi li l-pajjiż ikollu viżjoni sabiex il-komunitajiet tas-sajd jibqgħu jirriġeneraw ruħhom, permezz ta’ tisħiħ f’diversi aspetti. Filwaqt li nagħtu s-sostenn lis-sajjieda u lil uliedhom biex is-sengħa timxi minn ġenerazzjoni għal oħra u jkollna promozzjoni tal-prodott lokali, hemm bżonn li ninvestu f’aktar innovazzjoni u trasformazzjoni, permezz ta’ viżjoni għall-10 snin li ġejjin. Il-viżjoni għandha tkun ibbażata fuq strateġiji ta’ tkabbir ekonomiku b’bilanċ soċjali u ambjentali. Hu kruċjali li l-ambjent li dan is-settur jiddependi fuqu jkun imħares, sabiex l-istess settur ikun jista’ jopera. Fl-istess waqt irridu naraw li l-istrateġiji jkollhom fiċ-ċentru tagħhom l-element soċjali, bi

prinċipji ta’ aċċess ġust, ġustizzja soċjali u ekwa fejn jidħlu l-opportunitajiet tas-sajd. Li nagħtu attenzjoni lejn il-fatt li s-settur mhux jattira l-ġenerazzjoni żagħżugħa hu l-punt tat-tluq. Irridu noħolqu opportunitajiet li jagħmluha kemm possibbli kif ukoll faċli li wieħed jibda intrapriża full-time jew part-time fis-settur. Fost dan hemm l-aċċess għas-sajd tattonn, kemm għaż-żgħażagħ sabiex jinvestu, kif ukoll għal dawk ikbar minn 40 sena ħalli huma wkoll ikollhom l-opportunità jipparteċipaw f’settur li tant hu profittabbli. Ma’ dan irridu nfasslu qafas ta’ sajd sostenibbli li hu bbażat fuq mudell soċjo-ekonomiku li jagħmel lis-settur iktar vijabbli. Il-fatt li numru ta’ ħut, speċjalment tal-qiegħ, qed jonqos hu sfida li tinħass mal-Mediterran, però l-fatt jibqa’ li Malta hi pjuttost insinifikanti fejn pajjiżi oħra fejn tidħol il-konservazzjoni tal-ibħra tagħna. Fil-fatt, il-flotta ta’ Malta taqbad 0.2% tal-ħut fil-Mediterran. Dan if-

isser li s-sostenibbiltà tal-ħut tiddependi ħafna iktar mill-attività ta’ pajjiżi oħra. Aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna billi naraw li s-settur Malti hu konformi mar-regoli, imma fl-istess waqt irridu nibqgħu naħdmu sabiex ikun hemm aktar sforzi konġunti reġjonali. F’Malta jeħtieġ li nagħtu spinta lis-sajd artiġjanali ta’ skala żgħira sabiex dan ma jintilifx, u dan possibbli jekk nagħmlu pjanar tas-sajd. Is-sostenibbiltà tal-ħut hi kruċjali u għaldaqstant irridu nfasslu management plans li jilħqu bilanċ bejn is-sajd u l-popolazzjoni talħut. Sajd eċċessiv iwassal għal problemi ta’ sostenibbiltà u fuq dan irridu naħdmu biex nimplimentaw miżuri għall-prosperità tas-settur bħalma huma staġuni, u kumpens xieraq għal meta jingħalqu ċerti staġuni. F’dan l-ambitu tajjeb ukoll li nsaħħu l-konsum ta’ ħut li mhux popolari, inżidulu d-domanda permezz ta’ marketing u proċessar li jipprovdu prodott distint lill-konsumatur,

kemm fi swieq lokali u dawk barranin. L-innovazzjoni tista’ anke tinħoloq fi tkabbir relatat mad-diversifikazzjoni tas-setturi differenti, li jixprunaw opportunitajiet fiċ-ċentru tas-settur. Dan jista’ jseħħ permezz ta’ agrituriżmu, sinerġija bejn is-sajd u t-turiżmu fejn jiġi offrut prodott turistiku ġdid li jinkludi esperjenzi tas-sajd u attivitajiet kulinari. Din il-viżjoni tista’ tiġi implimentata permezz tal-fondi Ewropej għas-snin li ġejjin, speċifikament fil-qafas tażżewġ pilastri prinċipali li jinkludu ‘Sostenibbiltà tas-settur tas-Sajd’ u ‘Investiment fl-ipproċessar u swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura. Jien inħares ’il quddiem biex flimkien mal-komunitajiet tas-sajjieda naħdmu fuq viżjoni konġunta biex verament lis-settur tas-sajd nagħtuh l-importanza li jistħoqqlu u narawh jiġġedded b’deċiżjonijiet għaqlin u studjati. Hekk biss nistgħu nassiguraw il-futur tas-settur tas-sajd.


14

10.10.2021

F’LIVELL OGĦLA TA’ K QABEL

JIĠI INAWGURAT IL-KUMPLESS RUŻAR BRIFFA F’SAN VINĊENZ DE PAUL B’investiment ta’ aktar minn €6 miljun fl-ewwel fażi u aktar minn €9 miljun fuq it-tieni fażi, il-kumpless Rużar Briffa f’San Vinċenz de Paul ġie inawgurat din il-ġimgħa wara rinnovazzjoni estensiva ta’ binja li kienet tħalliet għal riħha u fi stat dilapidat. Dan hu proġett ieħor fis-sensiela li twettqu f’San Vinċenz u li permezz tagħhom mhux biss qed tissaħħaħ l-infrastruttura eżistenti, iżda qed jgħollu l-livell ta’ servizzi offruti lill-anzjani. Il-binja mifruxa fuq 15,000 metru kwadru kienet teħtieġ xogħlijiet kbar, inkluż ir-restawr tal-faċċati, it-tneħħija ta’ materjal tal-asbestos, sistemi ġodda tal-utilitajiet, soqfa ġodda, sistemi tal-ossiġnu, sistemi u bibien f’każi ta’ nirien, sistemi tal-IT u kull tip ta’ għamara u apparat ieħor. Minbarra xogħlijiet li saru minn kuntratturi, il-ħaddiema fit-taqsima tal-inġinerija ta’ San Vinċenz kellhom sehem importanti f’installazzjonijiet mekkaniċi u elettriċi, sistemi tal-ilma, għamara, tqassim tas-sodod u aperturi, fost oħrajn. Waqt li x-xogħlijiet irrispettaw il-valur storiku tal-bini, żdiedet anke l-kapaċità tal-ispazju għas-sodod. Il-kumpless, li kien inbena speċifikament għal-lebrużi fil-bidu tas-Seklu 20, issa qed jingħata l-isem għat-Tabib ewlieni Malti li ħadem ma’ dawn it-tip ta’ pazjenti. Illum, din il-binja ngħatat ħajja mill-ġdid permezz ta’ teknoloġija mill-aqwa u servizzi li se jkunu qed jaqdu kemm lir-residenti f’San Vinċenz kif ukoll lil dawk li jgħixu fil-komunità. Minbarra hekk, il-professjonisti se jkollhom ċentru minn fejn se jagħmlu r-riċerka tagħhom. Waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett it-Tnejn filgħaxija, il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li matul is-snin il-


10.10.2021

KURA GĦALL-ANZJANI

L WARA RINNOVAR ESTENSIV LI SAR B’INVESTIMENT TA’ €15-IL MILJUN Gvern wera impenn kbir fis-settur tal-anzjani. “Kellna l-opportunità mhux biss li mmexxu ’l quddiem is-settur tal-anzjani, imma wkoll li ndaħħlu riformi, fosthom tal-pensjonijiet fejn rajna l-anzjani jgawdu minn numru ta’ benefiċċji. Dan bir-riżultat li rajna tnaqqis fil-persuni anzjani li jgħixu fir-riskju ta’ faqar,” qal il-Ministru. “Minbarra hekk, waħda mill-ambizzjonijiet li kellna fl-2014 kienet li nkomplu ntejbu l-faċilità San Vinċenz De Paul li qabel l-2014 kienet binja b’nuqqas ta’ viżjoni, nuqqas ta’ investimenti, nuqqas ta’ servizzi u nuqqas ta’ ħaddiema,” kompla l-Ministru. Hu fakkar li l-baġit allokat għal San Vinċenz żdied minn €30 miljun għal €100 miljun u spjega li n-nefqa fi proġetti infrastrutturali ammontat għal kważi €60 miljun, filwaqt li l-ħaddiema żdiedu minn 1,000 fl-2013 għal 2,200 illum il-ġurnata. “L-investimenti huma kolha mmirati biex intejbu l-kwalità ta’ kura fis-settur tal-anzjani, b’mod speċjali f’San Vinċenz de Paul, fejn jiġu kkurati l-aktar anzjani vulnerabbli tas-soċjetà u l-aktar li għandhom bżonn kura speċjalizzata. Il-viżjoni li jmiss hi li naqsmu l-esperjenzi, il-ħiliet u l-investiment li sar bl-iskop li dawn isibu servizzi ta’ kura minn hawn stess ħalli jibqgħu jgħixu kemm jista’ jkun fil-komunità,” iddikjara l-Ministru. Fil-ġranet li għaddew f’San Vinċenz de Paul ġie inawgurat ukoll l-ewwel apparat diġitali tal-X-Ray, waqt li fil-ġimgħat li ġejjin se toħroġ sejħa għall-offerti għal CT Scan. Sal-aħħar ta’ din is-sena se jiġu inawgurati Day Hospital u Outpatient Department fl-istess faċilità u se jkun hemm ukoll Hydrotherapy Unit u Occupational Therapy Unit, fost diversi servizzi oħrajn.

15


16

10.10.2021

IL-ĠIMGĦA EWROPEA TAR-REĠJUNI U L-BLIET

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsillier PL

Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet hi l-akbar avveniment annwali bbażat fi Brussell u ddedikat għall-politika reġjonali. L-avveniment kiber u sar pjattaforma unika ta’ komunikazzjoni u networking, li tlaqqa’ flimkien reġjuni u bliet mill-Ewropa kollha, inklużi r-rappreżentanti politiċi, l-uffiċjali, l-esperti u l-akkademiċi tagħhom. Din is-sena l-ġimgħa ddedikata għar-reġ­ juni u l-bliet se tibda proprju minn għada, li jaħbat ukoll mas-Sessjoni Plenerja tal-Kumitat tar-Reġjuni. Sessjoni li matulha se jiġu diskussi diversi opinjonijiet miġbura mill-kummissjonijiet diversi li jaħdmu fi ħdan l-istess Kumitat. Matul dawn l-aħħar 17-il sena, twettqet ħafna ħidma biex din il-ġimgħa tippromwovi l-mod kif ir-reġjuni u l-bliet jużaw il-fondi tal-UE biex itejbu l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. Fil-bidu ta’ Ottubru, aktar minn 9,000 parteċipant, inklużi aktar minn 1,000 kelliem mill-Ewropa kollha u lil hinn minnha, jiltaqgħu fi Brussell biex jieħdu sehem fi programm ta’ aktar minn 300 sessjoni ta’ ħidma, wirja u avveniment ta’ networking dwar l-iżvilupp reġjonali u lokali. Il-programm jiġi adattat kull sena skont il-kuntest speċifiku tal-aġenda tal-UE. Il-parteċipazzjoni fl-avveniment hija b’xejn. Ir-reġjuni u l-bliet huma involuti fit-tfassil tal-biċċa l-kbira tal-politiki tal-UE. L-awto­ ritajiet pubbliċi sottonazzjonali fl-UE huma responsabbli għal terz tal-infiq pubbliku (€2,100 biljun fis-sena) u żewġ terzi tal-investiment pubbliku (madwar €200 biljun), fejn dan tal-aħħar ta’ spiss irid jintuża b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-UE. Fl-2003, il-Kumitat Ewropew tar-Reġju­ni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali, stieden rappreżentanzi reġ-

Fil-bidu ta’ Ottubru aktar minn 9,000 parteċipanti minn reġjuni u bliet Ewropej jiltaqgħu fi Brussell biex jieħdu sehem fi programm ta’ ħidma, wirja u avveniment ta’ networking dwar l-iżvilupp reġjonali u lokali

jonali u lokali għall-Unjoni Ewropea bbażati fi Brussell biex jiftħu l-bibien tagħhom fl-istess żmien, bħala parti minn kunċett komuni ta’ “Jiem għall-Pubbliku”. Matul is-snin, l-inizjattiva żviluppat f’avveniment annwali ewlieni li jinvolvi l-Kummissjoni Ewropea u partijiet interessati oħra. Fl-2016, ingħata l-isem ġdid “Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet”, u ma baqgħetx tintuża r-referenza għal “Jiem għall-Pubbliku”. Dan sar biex tiġi evitata konfużjo­ni mal-avvenimenti annwali ta’ “Bibien mif­ tuħa”/“Jum għall-Pubbliku” organizzati kull sena fi Brussell f’Mejju mill-istituzzjoni­ jiet kollha tal-UE b’rabta ma’ Jum l-Ewropa, kif ukoll ma’ avvenimenti simili organizzati mir-Rappreżentanti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri fl-istess okkażjoni. Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet hi organizzata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) flimkien mad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ REGIO). Kmieni fis-sena, ġeneralment f’Jannar, titnieda sejħa għall-imsieħba. Wara s-sejħa, jintgħażlu ’l fuq minn 500 imsieħeb mill-Ewropa kollha: reġju­ni u bliet l-iżjed imqassmin f’konsorzji b’temi kon­diviżi (sħubijiet reġjonali), kum­paniji, istituzzjonijiet finanzjarji, assoċjazz­jonijiet internazzjonali jew għaqdiet ak­ka­demiċi. L-imsieħba huma mitlubin jorga­­nizzaw seminars dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni, ħafna drabi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fondi Struttura­li u ta’ Investiment Ewropej u programmi oħrajn tal-UE. Il-programm jitfassal fuq slogan ewlieni u għadd ta’ temi sekondarji. Is-sessjonijiet ta’ ħidma jew id-dibattiti jiġu organizzati minn tliet kategoriji ta’ msieħba: 1/ Sħubi­jiet reġjonali komposti minn reġjuni jew bliet Ewropej; 2/ imsieħba istituzzjonali tal-UE; u 3/kumpaniji, istituzzjonijiet finanzjarji u assoċjazzjonijiet lokali u Ewropej. Il-parteċipanti u l-kelliema jiċċirkolaw bejn il-postijiet differenti fi Brussell: il-post(ijiet) tal-konferenza, il-postijiet tal-imsieħba reġjonali, ir-rappreżentazzjonijiet tal-Istati Membri u binjiet possibbli oħrajn. L-udjenza hi interessata b’mod speċifiku fil-politika reġjonali u urbana, u għalhekk tkun magħmula l-iżjed minn uffiċjali f’livell lo­kali, reġjonali, nazzjonali u dak tal-UE. Il-parteċipant tipiku hu minn amministraz­ zjoni reġjonali jew lokali, jieħu sehem fl-avveniment għall-ewwel darba u jivvjaġġa lejn Brussell speċifikament għall-avveniment. L-impatt tal-avveniment ġie evalwat b’mod sistematiku mill-bidu nett. Il-parteċipanti enfasizzaw b’mod partikolari s-siwi tal-informazzjoni miksuba mill-istituzzjonijiet tal-UE b’rabta mal-ġestjoni professjonali tagħhom tal-fondi tal-UE, u n-networking ma’ kollegi minn pajjiżi oħrajn. L-importanza ta’ dan l-avveniment toħroġ ukoll mill-fatt li għandu impatt sostanzjali fil-midja. Għal numru ta’ snin issa, ’il fuq minn 300 ġurnalist mill-Ewropa kollha, involuti fil-qasam tal-mezzi tax-xandir stampati, ir-radju, it-televixin u l-midja online jiġu Brussell biex ikopru dan l-avveniment. Kull min ikun interessat jista’ jirreġistra mas-sit tal-KtR, li sa minn ġimgħat qabel ikun nieda r-reġistrazzjoni għal dan l-avveniment.

Sur Editur, Lil Melda tiegħi qed ngħajtilha Toni. Għax madoffi tal-ħniena saret taqlagħli qalbi biex iġġibli dik il-kikkra te waranofsinhar. Daqskemm qalgħalna qalbna dak il-mażżra m’għonq ilKap tagħhom ta’ Toni Bezzina biex jgħidilna min kienu l-periti wara s-suppost proposta tal-partit tagħhom tal-metro. Imma kif, ġieżu ġież, ma jistħux minn Alla li ħalaqhom, jibqgħu sejrin hekk dawn l-imniefaħ. Kulma jipproponi l-Gvern tagħna, jgħidu jew li qed nikkuppjawhom, jew li kienu pproponuh huma! Ħasbuna David tal-partit tagħhom dawn, hux dak li kien jikkopja, Sur Editur? Ħa ngħidlek jien mela, Sur Editur. Toni Balluta Bezzina, kien id-dell tal-Gvern biex jiskrutinja l-infiq fuq proġetti pubbliċi. Lejn l-aħħar ta’ Mejju li għadda, il-Kap tagħhom neħħielu baxx baxx din il-parti tal-portafoll. Għaliex? Għax kien wara proposta ta’ nefqa ta’ kważi nofs miljun biex jirranġa t-taraġ tal-Balluta. Qaħbeċ ta’ nofs miljun ta! Issa dan Bezzina jmexxi l-kumpanija tiegħu ta’ periti. U dil-kumpanija tiegħu riedet tirranġa b’nofs miljun it-taraġ tal-Balluta. Dik il-proposta ta’ wieħed minn tagħhom, Sur Editur. Qegħdin sew hux? Daqs is-Sur Gawdenz! Sekonda waħda ... “Ton, dik il-kikkra te ġejja jewn?” Għax għadha ma ġabithiex. Qalgħetli qalbi għal belgħa te. Inkun irridha daqs ma nafx xiex jien. Kif Toni Balluta Bezzina għadu jaqlgħalna qalbna biex jgħidilna s-suppost proposta tal-metro tagħhom, min kellhom warajha. U żgur li ma jgħidilniex, x’kull waħda! Għax ma kien hemm ħadd. Basta jibqgħu jgħidu l-banalitajiet li qed jgħidu, li kellhom proposta tal-metro. Kellhom żikk. Dan l-istess Toni Balluta Bezzina li kien għajjat li ġie ffrejmjat. Frame-up qal li kien ġie mistoqsi mill-pulizija dwar xogħol li sar fil-każin tan-Nazzjonalisti minn ħaddiema talgvern. Ajma jaħasra! Kif iġibuni ilma dawn il-madre ta’ Nazzjonalisti. Issa ħalliha li Bezzina ma nstabux provi, Alla jbierek, kontrih fuq din tal-każin. Kultant inħokk rasi fuq hekk jien, jekk qed tifhem x’jiena ngħid, Sur Editur. “Iva dik il-belgħa te ġejja, Ton?!!”, ’qq għall-ostrejaka dinja biċ-ċajt ġejja Melda tiegħi llum. Kif żgur qed jiċċajtaw bl-ikrah in-Nazzjonalisti meta qed jgħidu li qed nikkuppjawhom. Nikkuppjawhom sabiħ! Kieku qed nikkuppjawhom, kieku l-qgħad minflok xi ftit fuq l-erbatax-il mija, kieku qiegħed mat-tmint elef, kif kien fi żmiehom, Sur Editur! Taf x’mhux taċ-ċajt? Kif qed ipattuha lil xulxin dawn l-imniefaħ! Aħseb u ara kif mhux se jiddejqu jpattuha lilna l-Laburisti. Staqsu lill-Kandidat Nazzjonalista Alex Borg ta’ Għawdex! Mela dan il-miskin ikkritika lil dawk li jippetenduha tas-Civil Society Network, li jkunu fl-attivitajiet tal-oħrajn. Dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika. X’għamlulu? Ħarġulu lil Claudette Sellili Buttigieg fuq it-tlettax-il distrett! Attentat biex ikissru lil dan Borg, li bl-għeruq tiegħu mannies ta’ Giovanna Debono qed isir theddida anki għall-kontroll li kellu Chris Said fuq Għawdex. X’għanqbuta dik hux! U kollox ġej mill-forzi tal-establishment li hemm mgħaqqda fil-partit tagħhom u li jiddettaw dak li għandu jagħmel is-suppost Kap Bernard Grech. Miskin ieħor! Bħall-għanqbuta l-oħra mħabbla tort tal-Pellegin dak li kien tal-Hatin’Malta. Mela dan huwa l-Prim strateġist talPeNe. U minkejja li issa qiegħed spalla ma’ spalla ma’ tanNET, ried ikompli l-kawża kontra l-istazzjonijiet politiċi, fosthom tan-NET hux.


17

10.10.2021

Għadu kif ġie fi tmiemu l-iktar xahar b’saħħtu għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) minn meta faqqgħet il-pande­ mija ’l hawn, hekk kif total ta’ 418,473 passiġġier għaddew mill-ajruport f’Settembru. Għal­kemm, f’ċirkostanzi nor­­mali, l-istaġun tal-vaganzi fis-sajf jil­ħaq il-quċċata f’Awwissu, in-numru tal-movimenti tal-passiġġieri rreġistrati mill-Ajruport fix-xahar ta’ Set­ tembru kien ogħla minn dak miksub matul ix-xahar ta’ qabel għall-ewwel darba mill-1999 ’l hawn. Minkejja ż-żieda fl-attivi­tà fl-Ajruport, it-traffiku tal-pas­ siġ­ġieri kważi naqas bin-nofs f’Settembru meta mqabbel mal-volumi rreġistrati qabel il-pandemija. Fil-fatt, l-MIA irrapporta tnaq­qis ta’ 45.1% fl-ammont ta’ movimenti tal-passiġġieri għal Settembru bejn l-2019 u l-2021. Il-persentaġġ ta’ postijiet voj­ ta fuq it-titjiriet naqas ukoll fl-istess tul ta’ żmien, hekk kif il-kumpaniji tal-ajru li jtiru minn u lejn l-Ajruport operaw b’seat load factor ta’ ftit iktar minn 70%. F’Awwissu li għadda, l-Ajruport laqa’ 252,022 passiġġier, tnaqqis ta’ 69.4% fil-movimenti meta mqabbel mal-istess xahar fl-2019. Mill-ftuħ mill-ġdid fl-1 ta’ Lulju li għadda tal-Ajruport għat-titjiriet kummerċjali, l-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu kienu l-iżjed impenjattivi fiċ-ċirkostanzi. L-MIA kienet qalet li, b’kollox, fuq it-titjiriet minn u lejn l-Ajruport kien hemm 459,440 post disponibbli matul Awwissu, u l-persentaġġ ta’ postijiet okkupati, jew is-seat load factor (SLF) kif inhu magħruf, kien ta’ 54.9%. Dan ifisser li f’Settembru s-seat load factor tjieb b’iżjed minn 15% fuq ix-xahar ta’ qabel. Sal-aħħar ta’ Awwissu kienu ġew irreġistrati wkoll 99,204 movi­menti ta’ passiġġieri aktar mix-xahar ta’ Lulju.

SETTEMBRU AĦJAR MINN AWWISSU GĦALL-IVVJAĠĠAR MAL-420,000 PASSIĠĠIER GĦADDEW MILL-AJRUPORT MALTI X-XAHAR L-IEĦOR Is-swieq ewlenin tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għax-xahar li għadda kienu l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Polonja, li flimkien sarrfu f’169,804 movimenti tal-passiġġieri mit-traffiku totali ta’ Awwissu. Matul Settembru, ir-Renju Unit żamm postu bħala l-aktar suq li jiġġene­ra traffiku talpassiġġieri għall-MIA, b’aktar minn 108,000 passiġġier li was-

lu minn jew ivvjaġġaw lejn din id-destinazzjoni f’Settembru. Dan is-suq mistenni jkom­ p­li jirkupra fix-xhur li ġejjin, meta jibda jinħass l-impatt tad-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż li jerħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivv­ jaġġar. Wara r-Renju Unit, l-iktar swieq li kellhom prestazzjoni tajba kienu l-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja. Sadanittant l-Ajruport Malti

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

għadu kemm ippubbli­ka wkoll l-iskeda tat-titjiriet għall-ista­ ġun li ġej u li hi disponibbli fuq is-sit uffiċjali tiegħu (maltairport.com). Din l-iskeda tax-xitwa tin­ troduċi konnessjonijiet ġod­da għal destinazzjonijiet mhux moqdija, fosthom il-Kroazja, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Emirati Għarab Magħquda, kif ukoll għadd ta’ estensjonijiet ta’ rotot mis-sajf għax-xitwa.

Fost 33 pajjiż u 83 destinazzjoni li qed jiġu servuti mill-Ajruport Malti, l-iskeda l-ġdida tara lill-Italja li tgawdi l-akbar għażla, b’20 ajruport differenti li huma konnessi bl-ajru minn pajjiżna. Il-lista tal-aktar pajjiżi b’għadd ta’ des­tinazzjonijiet fl-iskeda l-ġdida mbagħad tissokta bir-Renju Unit li għandha disa’ għażliet u Franza bi tmienja.


18

10.10.2021

LI TKUN KUNSILLIER WAĦDEK HIJA SFIDA NITKELLMU MA’ DR OLIVER DE GAETANO Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Dan l-aħħar ktibt ftit dwar il-ħidma tal-Kunsilli Lokali. Tgħiduli dan kif ? Nammetti li l-10 snin li għamilt bħala kunsillier (Minority Leader) fil-Kunsill Lokali tan-Naxxar jibqgħu mmarkati sew f’qalbi. Kien żmien sabiħ li ffurmali aktar il-karattru tiegħi. Il-Kunsilli Lokali fihom sfida kbira. Hemm il-ħidma u s-sagrifiċċji. Hemm l-intoppi u x-xogħol li jrid isir. Hemm ukoll mumenti meta l-pubbliku ma jifhimx dejjem li kultant ma tkunx tista’ twettaq ċerti affarijiet minħabba diversi raġunijiet. Kellimt lil Dr Oliver de Gaetano li huwa l-uniku Kunsillier tal-Partit Laburista f’Ħal Balzan. Xi jfisser għalik li tkun l-uniku Kunsillier tal-Partit Laburista ġo Ħal Balzan? Naturalment, bħal kollox, din hija sfida, speċjalment meta wieħed iqis il-fatt li l-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza assoluta tal-Kunsilli Lokali f’pajjiżna. Biss, jien l-isfidi ma jdejqunix u sa mill-bidu nett kont lest li naħdem ma’ kulħadd. Nista’ ngħid li dejjem irnexxieli nikkollabora b’mod pożittiv mal-kollegi tiegħi, il-Kunsilliera l-oħrajn u li ta’ kuljum nistinka sabiex nara li r-residenti Balzanin ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Barra minn hekk, nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Gvern Ċentrali li minn dejjem emmen f’Ħal Balzan u li ta l-appoġġ tiegħu kif seta’, partikolarment lil Infrastructure Malta li għamlet numru ta’ toroq mill-ġdid f’Ħal Balzan, wara li dawn kienu ilhom snin fi stat dilapidat. Fuq kollox, il-kariga ta’ Kunsillier u Minority Leader għallmitni niżviluppa s-sens ta’ umanità tiegħi, għax ix-xogħol ta’ Kunsillier mhuwiex biss xi lampa tat-triq maqtugħa jew xi tappiera sfrundata, iżda anke li tagħti ħinek lil dawk l-anz-

jani jew residenti fil-bżonn, billi tagħmlilhom ix-xirjiet fi żmien ta’ pandemija jew imqar billi tismagħhom.

il-qtates tat-triq ikunu msewwija. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ fondi tal-Unjoni Ewropea, kull meta jkun hemm l-op-

portunità li napplikaw għal xi fondi, nara li dawn ma jintilfux mill-Kunsill. Barra minn hekk, dejjem nattendi s-ses-

sjonijiet ta’ taħriġ li jingħataw lilna l-Kunsilliera f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fondi Ewropej, sabiex niffamiljariz-

X’inhuma d-dekasteri tiegħek bħala Minority Leader fi ħdan il-lokalità? Id-dekasteri fdati lili huma l-Ħarsien tal-Annimali, il-Fondi Ewropej u fl-aħħar u mhux l-inqas l-Innovazzjoni. Jien għandi għal qalbi ħafna l-annimali u f’din l-aħħar sena rnexxielna bħala Kunsill inġibu minn tal-inqas €5,000 b’fondi sabiex inkunu nistgħu nipprovdu ikel lill-cat feeders kif ukoll inkopru spejjeż relatati ma’ servizzi tal-veterinarji u spejjeż oħrajn sabiex

Nista’ ngħid li dejjem irnexxieli nikkollabora b’mod pożittiv mal-kollegi tiegħi, il-Kunsilliera l-oħrajn u li ta’ kuljum nistinka sabiex nara li r-residenti Balzanin ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar


19

10.10.2021

Jien nemmen li Gvern Laburista ta lezzjoni lill-bqija tad-dinja fuq kif għandu jiġi mmaniġġjat pajjiż waqt pandemija. Fejn pajjiżi oħrajn ir-rati tal-infezzjonijiet u l-imwiet kienu rampanti, aħna rnexxielna nżommu kollox taħt kontroll grazzi għat-tmexxija soda li għandu l-pajjiż

za ruħi iżjed mal-qasam. Taħseb illi l-ħidma tal-Kunsilli Lokali hija apprezzata biżżejjed? Din mhux mistoqsija li tista’ titwieġeb b’sempliċi iva jew le. Hemm min tkun qdejtu u lanqas biss iċempel biex jgħid grazzi, imbagħad hemm individwi li huma rikonoxxenti ħafna għall-ħidma tal-Kunsill. Jien nemmen li din trid tiġi minn fuq, billi jiżdiedu l-poteri tal-Kunsilli Lokali permezz ta’ by-laws, sabiex dak li jkun ma jkollux għalfejn joqgħod imur għand awtoritajiet ulterjuri u jkun jista’ jinqeda f’inqas ħin direttament mill-Kunsill. Taħseb li l-Kunsilli Lokali jistgħu verament itejbu jew ibiddlu l-ħajja tar-residenti?

fil-Kunsilli Lokali tagħna, li jkunu ddedikati f’xogħolhom sabiex tabilħaqq joħolqu differenza għall-aħjar fil-ħajjiet tar-residenti. X’taħseb li huma l-akbar sfidi għal pajjiżna preżentament? Hemm bosta sfidi bħal ngħidu aħna li nedukaw iżjed lill-poplu sabiex japprezza iżjed u fuq kollox jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwaru. Hemm sfidi oħrajn bħal ngħidu aħna li nikkonvinċu lin-nies jieħdu ħsieb iżjed saħħithom billi jieklu ikel iżjed tajjeb għassaħħa sabiex jevitaw problemi bħalma huma l-obeżità u z-zokkor.

Temmen li l-kuntatt man-nies jibqa’ dejjem importanti fil-politika f ’pajjiżna, anke biex Li kieku l-Kunsilli Lokali jonq- il-pubbliku jifhem aħjar su milli jtejbu l-ħajja tar-res- il-ħsibijiet tal-politiċi? identi għall-aħjar, dan ikun ifisser li l-Kunsilli tilfu l-iskop Il-kuntatt man-nies m’għantagħhom. Il-ħidma tal-Kun- dux ikun biss fl-aħħar ftit silli Lokali tmur lil hinn minn xhur ta’ qabel l-elezzjoni. Jien xi bozza tat-triq maqugħa jew nemmen li l-mument li movxi bankina b’diżlivell. Xi kul- iment politiku jieqaf iħoss tant ir-residenti jkunu qegħ- il-polz tan-nies, hemmhekk din ifittxu solliev fil-Kunsilli jibda t-triq ’l isfel. Importantagħna, bħal ngħidu aħna ti li widnejn il-partit li jkun billi jkun hemm ħarġiet hemm fil-gvern, ikollu widgħall-anzjani u kunsilliera nejh fuq il-polz tal-poplu saddedikati b’tali mod li les- biex jara x’verament jeħtieġu ti jagħtu ħinhom għar-resi- n-nies f’dak il-mument u bażi denti tagħna, partikolarment tar-rispons li jirċievi, ikun jisdawk li ma jistgħux joħorġu. ta’ jieħu deċiżjonijiet fit-tul, L-aqwa ħaġa li wieħed jista’ liema deċiżjonijiet għandjagħti lil ħaddieħor hu ħinu, hom ikunu intiżi sabiex itejgħax il-ħin ladarba tkun ta- bu l-kwalità tal-ħajja ta’ kull jtu, qatt ma jerġa’ jiġi lura u wieħed u waħda miċ-ċittagħalhekk hija ħaġa impor- dini Maltin u Għawdxin. Fuq tanti ferm li jkollna kunsil- kollox, biex il-politika ta’ parliera kif ukoll nies oħrajn tit fil-gvern tkun suċċess, irid

ifiehem u jispjega lill-poplu li jed sensittivi għall-ambjent hu jinsab fuq l-istess paġna ta’ madwarna u billi naraw li l-kunċett ta’ ‘streetscape’ tiegħu. ikun irrispettat. Hija ħasra li jkollok żona bi djar b’żewġ X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar kif pajjiżna mmaniġġja sulari u dak li jkun iwaqqa’ xi dar minnhom u jtellagħlek din il-pandemija? blokka appartamenti ta’ xi Jien nemmen li Gvern La- ħames sulari li tkun tabilħaqq burista ta lezzjoni lill-bqi- tistona mad-dekor ta’ dik itja tad-dinja fuq kif għandu triq partikolari. Dan biex ma jiġi mmaniġġjat pajjiż waqt nsemmix problemi oħra li pandemija. Fejn pajjiżi oħra- tali żvilupp iġib miegħu bħal jn ir-rati tal-infezzjonijiet nuqqas ta’ parkeġġ. Kif ngħiu l-imwiet kienu rampanti, du, għall-magħmul m’hemmx aħna rnexxielna nżommu kunsill, biss qatt mhu tard kollox taħt kontroll grazzi wisq u tajjeb li nedukaw lil għat-tmexxija soda li għandu uliedna minn età bikrija fuq l-pajjiż kif ukoll għas-servizz l-importanza li nirrispettaw tas-saħħa affidabbli li għand- l-ambjent ta’ madwarna. na. Kif jgħid il-Malti, wieħed irid jerfa’ u jsorr għal meta X’tikkummenta dwar jiġi bżonn u hu proprju dan il-kultura u l-identità li għamel Gvern Laburista. Maltija? Grazzi għat-tmexxija għaqlija għandna kulu l-finanzi fis-sod li kellna tul F’pajjiżna dawn l-aħħar snin, il-Gvern tura unika li l-barranin ma kellux għalfejn jadotta tant għandhom għatx samiżuri ta’ awsterità sabiex biex jiskopru iżjed dwarha. jibbilanċja l-kontijiet a skapi- Biżżejjed insemmi l-lingwa tu tal-poplu. Għall-kuntrarju, Maltija – pajjiż tant żgħir li tajjeb li ngħidu li se jkollna għandu l-lingwa tiegħu. Barbaġit ieħor bla taxxi li kulma ra minn hekk, f’dak li għandu jmur qed jinċentiva l-inves- x’jaqsam mal-identità, din timent fuq livell lokali, tant għandha titqies bħala xi ħaġa li llum ir-rata ta’ investiment sagrosanta u għandi dispqabżet bl-20% dik li kienet fl- jaċir bla qies għall-mod kif 2019, jiġifieri qabel ma tfaċċat ċerti Membri Parlamentari Ewropej mill-kamp politiku l-imxija tal-COVID-19. oppost jippruvaw iżebilħu u jħammġu l-identità ta’ pajjiżX’tixtieq li tara li jinbidel na sabiex jieħdu vantaġġ f ’pajjiżna? Għaliex? politiku b’mod inġust. Nemmen li b’mod ġenerali l-pajjiż miexi sew, anzi sew Messaġġ mingħandek ħafna. Biss, fil-ħajja wieħed lill-pubbliku qarrej tagħna. ma jridx ikun kompjaċenti u għaldaqstant għandu dejjem L-appell tiegħi hu sabiex jibqa’ jimmira li jkun aħjar. nemmnu dejjem fis-sewwa Jekk hemm ħaġa li tabilħaqq u li ma niddejqux nikkumnixtieq nara hi li nkunu iż- battu għal dak li nemmnu

fih jekk tabilħaqq nemmnu li l-prinċipji li nemmnu fihom huma tassew ġusti. Jekk ħaddieħor jagħżel li jagħmel il-ħażin jew li jkun korrott, m’għandniex inqisu dil-ħaġa bħala ġustifikazzjoni għallħażen. Messaġġ qawwi li nixtieq ukoll inwassal lill-qarrejja hu sabiex nagħtu ċans lill-kandidati l-ġodda sabiex ikunu jistgħu jsarrfu l-potenzjal li għandhom f’ħidma għal pajjiżhom. Fejn hemm iż-żgħażagħ hemm l-idealiżmu u fuq kollox ideat friski u validi. Il-Partit Laburista għandu ħafna żgħażagħ b’talenti u b’ħiliet varji li għandhom ħafna x’joffru lil Malta u Għawdex. X’messaġġ tixtieq tagħti lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jidħlu fil-politika? Il-politika hija strument li permezz tagħha wieħed jista’ jagħmel ħafna ġid. L-appell tiegħi hu li ma jħallux lil min jaqtgħalhom qalbhom. Hu minnu li l-bidu iebes ħafna, speċjalment meta tkun qed tikkompeti ma’ kandidati li huma diġà stabbiliti u li jitqiesu bħala żwiemel fid-distrett tagħhom. Biss, anke dawn il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, xi darba kienu ġodda wkoll u telgħu l-iskaluni tal-karriera sakemm laħqu fejn waslu llum. Tagħtux kas min jgħidilkom li l-politika hija maħmuġa, għax il-politika tkun nadifa kemm tħalliha int u maħmuġa kemm tħammiġha int. L-importanti hu li wieħed qatt ma jħalli lil min iwaqqgħu fil-ħażin u li jibqa’ jżomm il-prinċipji tiegħu.


20

10.10.2021

L-IMPORTANZA TAL-ĦJATA TUL IS-SEKLI Dari, il-bniet Maltin u Għawdxin kollha kienu jħitu ħwejjiġhom u dawk tal-familja. Mas-snin, il-ħjata kisbet l-importanza tagħha billi bdiet tkun mgħallma anki fl-iskejjel. Biex tkellimni aktar fuq dan is-suġġett, intervistajt lil Dr Lorraine Portelli, Lettur fil-Fashion and Textiles fl-Università ta’ Malta. Hi tikkoordina bosta taqsimiet fejn jidħol is-suġġett tagħha u tgħallem fil-Fakultà tal-Edukazzjoni fid-Dipartiment tas-Saħħa, Edukazzjoni Fiżika u Studji tal-Konsumatur. Minn CHARLES B. SPITERI Dr Portelli, sa fejn twasslu lill-istudenti tagħkom illum? Aħna ma noffrux grad fil-Fashion and Textiles, iżda speċjalizzazzjoni. Il-grad hu BSc Home Economics, imbagħad, wara l-ewwel sena, l-istudenti jistgħu jagħżlu l-ispeċjalizzazzjoni minn Textiles, Fashion and Interior Studies. Minn hemm l-istudenti tiegħi jsibu n-niċċa tagħhom f ’interior design, fashion design, textiles u oqsma oħrajn ta’ kreattività. Kif jiggradwaw mill-BSc Home Economics u f ’din l-ispeċjalizzazzjoni, jistgħu jew ikomplu f ’dan il-qasam, jew f ’oqsma oħra. S’issa, l-maġġoranza tal-istudenti jkomplu jistudjaw għal Masters in Teaching and Learning u jsiru għalliema. Din is-sena se jiggradwaw ħamsa. Kif beda t-tagħlim tat-tessuti fl-iskejjel? Mill-istudji tiegħi sibt li aħna, peress li konna waħda mill-kolonji tal-Ingliżi, is-sistema edukattiva tagħna dejjem imxiet fuq il-mudell Ingliż. Għalhekk, dak kollu li kienu jgħallmu l-Ingilterra kien ikun replikat fil-kolonji kollha. Issa l-importanza tal-ħjata fil-bniet kienet diġà teżisti fi żmien l-Ingliżi, għax il-ħjata kienet titqies bħala “the mother of the domestic arts”. B’hekk, fl-Ingilterra kien parti integrali mill-kurrikulu tal-iskola. Hawn Malta kien l-ewwel mis-suġġetti domestiċi li kienu jiġu mgħallmin lill-bniet. Wara daħlu suġġetti oħrajn, bħall-iġjene bażika, l-ewwel għajnuna, in-nutrizzjoni u l-immaniġġjar tad-dar. Allura meta nsibu l-ewwel indikazzjoni li l-bniet Maltin bdew jitgħallmu xi tip ta’ ħjata fl-iskola? L-ewwel indikazzjoni tal-bni-

Grupp ta’ studenti li lejn tmiem is-snin 60 u l-bidu tas-70 kienu jattendu l-lezzjonjijiet tal-ħjata fl-iskola Marija Assumpta. Huma qed jimmudellaw bil-ħwejjeġ li fasslu u ħietu huma stess

et Maltin jistudjaw il-ħjata, insibuha f ’dokumenti antiki. Kienu jattendu l-iskola Normal School Society li twaqqfet fl-1819 għal tfal tal-familiji fqar. Imbagħad fl1836, l-istudenti ma baqgħux biss bniet, iżda bdew jieħdu t-tagħlim is-subien ukoll. Il-bniet kienu jitgħallmu jaqraw, jiktbu, jirrakkmaw, iħitu u kif jagħmlu l-fjuri artifiċjali. Sewwasew fl1839 fetħet fergħa għat-tfal żgħar ta’ bejn it-tlieta u s-seba’ snin, li kienu jitgħallmu l-ħjata, waqt li dawk ikbar kienu jitgħallmu jsewwu u jraqqgħu, jirrakkmaw u jaħdmu l-bizzilla. Xogħlijiet fancy u ornamentali kienu tħallew barra, għax min imexxi kien tal-fehma li dawn setgħu jitgħallmuhom mill-ħbieb meta jiltaqgħu l-iskola. Irrid insemmi li f ’dak iż-żmien l-edukazzjoni tal-popolazzjoni kienet għadha fqira u illitterata, tant li fl-1840 meta twaqqaf id-Dipartiment Governattiv għall-Iskejjel Primarji, instab li minħabba l-livell baxx tal-għajxien, il-ġenituri ħassewhom skuraġġi-

ti li jibagħtu lil uliedhom l-iskola. Lis-subien kienu jibagħtuhom jaħdmu minn età bikrija, biex jiksbu xi ħaġa żejda għall-familja u din il-ħaġa kompliet sejra għall-agħar meta għoliet ilħajja. Il-qagħda għall-bniet kienet xi ħaġa agħar, għax kienu jinżammu d-dar, jgħinu fil-faċendi jew fl-għelieqi u l-irżiezet. Dan għax dak iż-żmien kienu jemmnu li jekk tifla tiżżewweġ, kellha tkun hi li tieħu ħsieb id-dar u l-familja, f ’dik li hi indafa, tmexxija fid-dar, tieħu ħsieb lill-ulied u tara li jkollhom ħwejjeġ x’jilbsu u li jkunu ndaf. Jiġifieri r-rakkmu ma kienx jiġi mgħallem?

importanza kbira fl-iskejjel tal-primarja tal-Gvern. Kienet tingħata enfasi speċjali fuq is-snajja’ għan-nisa. Fil-fatt, oġġetti magħmulin u maħdumin mill-istudenti Maltin, kienu ntbagħtu għal esebizzjoni li kienet organizzata f ’Londra fl-1854. Ħallew xi marka speċjali l-ħidmiet tal-bniet Maltin dak iż-żmien? Fl-1858, insibu wieħed mill-ewwel rekords li juru l-importanza tal-needlecraft fil-kurrikulu tal-iskola sekondarja tal-bniet fil-Belt Valletta. Matul is-snin ta’ wara, f ’ċerti skejjel tal-bniet, il-livell għoli tat-tagħlim tal-ħjata u l-bizzilla kien imfaħħar minn diversi Kummissarji li ġew Malta, fosthom Sir Patrick Keenan, fl-1879. F’dokumenti oħrajn sibt riferenzi minn barranin li kienu jfaħħru kemm ittagħlim li kien qed isir fostna għal dak li jirrigwarda l-ħjata u l-bizzilla fl-iskejjel.

Wara nfetħu skejjel oħrajn u permezz t’hekk, ħafna drabi, il-ħjata u r-rakkmu kienu jkunu fil-kurrikulu tal-istudenti bniet. Pereżempju, fil-Belt Valletta, fl-1825 kien hemm skola għall-bniet biss, li nofs il-kurrikulu kien iddedikat għall-ħjata. Sa mill-1854 insibu xhieda li l-ħjata kienet tingħata Dawn l-istess tfal kienu

jitgħallmu jħitu fl-iskola? Le. Insibu li mis-sena 1871, ħafna bniet kienu jitgħallmu jħitu u jagħmlu xogħol tal-idejn mill-ommijiet jew familjari oħrajn. Min kien jista’ jħallas, kien jibgħat lil uliedu bniet, jitgħallmu tip ta’ needlecraft. F’dawn l-iskejjel, ġeneralment privati, kienu jmorru tfal mill-klassi medja u jitgħallmu jagħmlu xogħol tal-labra, fancy u ornamentali. Dawn kienu jistgħu jipprattikaw li jkunu tgħallmu fil-ħin liberu tagħhom. Fil-qasam ornamentali kienu jaħdmu r-rakkmu biex iżejnu affarijiet bħal investi, doilies u ħwejjeġ oħrajn li jistgħu jintużaw fid-dar u jitqiesu bħala ‘lussu’ u mhux bħala ‘essenzjali’. Illum ukoll jagħmlu l-investi bil-‘his’ u l-‘hers’. Tassew, iżda li tara llum huma rakkmu bil-magna. Fiż-żmien l-ewwel tip ta’ rakkmu, kien isir kollu bl-idejn, għax ma kontx issib magni tar-rakkmu.


21

10.10.2021 Kienu klassijiet popolari ħafna. Mijiet ta’ studenti kienu japplikaw u ħafna minnhom kienu jkunu rifjutati għax l-għalliema u l-ispazju kienu limitati. Jekk il-klassijiet ta’ filgħaxija kienu hekk popolari, ma żiduhomx fin-numru? Sat-tieni nofs tas-seklu 20 (fil-ħamsinijiet) kien hemm 63 klassi għat-tagħlim tal-ħjata. Dawn kienu importanti għax kienu jservu ta’ estensjoni ta’ dak li kien isir fl-iskola jew għal dawk li kienu temmew l-iskola. Kemm kien meħtieġ dan is-suġġett tal-ħjata għax-xbejbiet u n-nisa fid-dinja tax-xogħol? Fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet kien hawn boom fl-industrija f ’Malta partikularment tat-tessuti u numru sew ta’ tfajliet daħlu jaħdmu f ’dawn il-fabbriki. Imbagħad fis-snin 70 u sewwasew fl-1973 infetħu l-Iskejjel tas-Snajja’ iżda ngħalqu fil-bidu tas-snin disgħin. Uħud mill-iskejjel li għalihom attendew numru sew ta’ studenti kienu jgħallmu kemm lill-bniet kif ukoll lis-subien. Fihom kienu jitgħallmu diversi suġġetti relatati mal-ħjata u s-snajja’ fejn jidħol xogħol tal-idejn. Dawn is-suġġetti kienu jkunu mgħallmin lill-bniet. Set-up reċenti ta’ studio tal-Fashion and Textiles fi skola sekondarja

U t-tfal tal-ħaddiema bi dħul baxx ma kienu jitgħallmu ebda tip ta’ ħjata? Fl-1891 nafu, li dak magħruf bħala plain needlecraft, li hu l-oppost tal-fancy u l-ornamentali, kien bażiku u kienu jitgħallmuh bniet meqjusin bħala tal-klassi tal-ħaddiema. Ħafna drabi, fl-iskejjel tal-bniet, it-tiswija u t-traqqigħ kienu jkunu inklużi fil-kurrikulu. L-għalliema kienu jħeġġu lill-istudenti jieħdu l-ħwejjeġ mid-dar tagħhom stess, biex jipprattikaw fuqhom waqt li jagħmlu t-tiswija u t-traqqigħ fl-iskola. Dan kien isir biex joħolqu rabta bejn l-iskola u l-ħajja tad-dar. Illum il-ġurnata din ir-rabta nbidlet. M’għadhiex rabta bejn l-iskola u d-dar iżda saret bejn l-iskola u l-post tax-xogħol. Saret rabta ngħidulha ‘vokazzjonali’. Għaliex plain needlework?

jagħmlu r-rakkmu, jew jekk kien isir, kien sempliċi. F’xi żmien kienet twaqqfet l-Iskola tal-Ħjata tal-Gvern. Meta kien dan? L-Iskola tal-Ħjata twaqqfet fit-tletinijiet, u kienet popolari immens matul is-snin. Hi kienet tipprovdi kors ta’ tliet snin u fl-iskola setgħu jattendu studenti ta’ bejn it-13 u s-17-il sena. Meta jtemmu t-tagħlim, l-istudenti setgħu jagħmlu l-eżamijiet tal-ħjata, magħrufin bħala tas-City and Guilds ta’ Londra. Dak iż-żmien, is-sengħa tal-ħjata kienet importanti ħafna. Numru kbir ta’ studenti sabu impjieg jistenniehom, jew bħala apprendisti, inkella bdew jaħdmu minn darhom stess. Bil-popolarità ta’ dan it-tagħlim, beda jsir xi taħriġ fl-iskejjel ta’ filgħaxija?

Ukoll. L-evening classes Għax l-ilbies li kienu jagħmlu bdew lejn tmiem is-snin kienu meqjusin bħala ħwejj- 30 u bdiet tkun mgħallma eġ ta’ kuljum u ma kinux l-ħjata għad-dressmaking.

jmorru fil-Grammar School. Fl-istess żmien, u dan sibtu waqt riċerki li għamilt, kien hawn skejjel tal-Gvern u wkoll skejjel tal-Knisja li jgħallmu l-ħjata, u kien hemm min jgħallimha anki liż-żgħar, fl-iskejjel tal-primarja tal-Gvern. Kif kien jitqabbel in-needlework ma’ suġġetti oħrajn? Fl-iskola ta’ Marija Assumpta, in-needlework kien it-tieni suġġett l-iżjed popolari wara s-shorthand u t-typing. Jista’ jkun li kien daqshekk popolari minħabba li fil-primarja, l-istudenti kienu diġà qed jagħmlu xi ftit tan-needlework. Jista’ jkun ukoll li l-ħjata kienet popolari mal-bniet mid-dar stess. Il-ġenituri kif ukoll l-istudenti kienu japprezzaw kemm kien utli, għax bih tiffranka l-flus billi tħit il-ħwejjeġ tiegħek, u ħafna drabi tal-familja wkoll. Kien hemm min beda jaħdem ma’ ħajjatin u wara fetaħ għal rasu. F’dak iżżmien kienet użanza li kull familja jkollha magna tal-ħjata u mill-inqas persuna f ’kull familja kienet tkun taf tħit. Min kien jgħallem il-ħjata, kien mgħallem hu stess, jew beda jgħallem għax kien ilu jħit?

It-taħriġ tal-għalliema fil-needlework beda fis-snin Bħala tagħlim 60 u l-ewwel taħriġ formali tan-Needlework fl-iskejjel, kien isir f ’Mater Admirabilis meta qabad l-aktar ritmu? Training College for Women Teachers f ’Tal-Virtù, ir-RaWara t-Tieni Gwerra Dinjija, bat. is-suġġett tan-Needlework kiber ħafna, speċjalment Ngħid sew li l-industrija meta twaqqfu l-iskejjel se- tal-ħjata tant kienet kondarji fil-bliet u fl-irħula. qabdet, li f ’Malta bdew Ħafna minn dawn l-iskejjel ikunu impurtati rivisti kellhom klassijiet speċjal- bħall-Burda li joffru izzati li kienu armati sew. l-mudelli tal-ħwejjeġ Id-Dipartiment tal-Eduka- fir-ritratti skont il-qies zzjoni investa ħafna flus fis- tal-individwu? Kemm suġġett u nġiebu fondi mill- għen dan kollu għal nisa li FAO u l-UNICEF. ma kinux studjaw il-ħjata? Is-suġġett laħaq il-qofol tiegħu fl-1959, meta twaqqfet Kien hemm rivisti oħrajn li l-Iskola Teknika għall-Bni- kienu jkunu impurtati. Ma et, li wara ftit kienet tis- kinux kollha bil-patterns fuq sejjaħ Maria Assumpta folji tal-karti. Kien hemm Girls’ Secondary Technical oħrajn fejn stajt toħloq patSchool, fil-Ħamrun. Din l-is- tern għall-qies tiegħek. Qakola kienet tippromwovi bel dawn il-mudelli kums-suġġetti prattiċi u fil-ftuħ merċjali bdew deħlin hawn tagħha kienu nġiebu għal- Malta, l-istudenti kienu jitliema Ingliżi mħarrġin. għallmu jħitu bl-iskwerra Tant laqtet l-immaġinazz- (jew bl-inches). Dawn b’hekk, joni u l-ħajra tax-xbejbiet, li kienu jħitu ħwejjeġ made-torriżultali li min kien għadda measure. b’marki tajbin biex jattendi Waqt l-intervista semmel-Iskola Teknika, għal bos- jtlek xi ħaġa fuq fejn kienu ta raġunijiet għażel li jibda jmorru jitgħallmu n-nisa jattendi l-Iskola Teknika. u l-bniet matul il-ġurnata Sibt min, li tant sema’ minn jew fl-evening classes. Illum bniet oħrajn jirrakkuntaw hemm ħafna korsijiet simili x’kienu qed jagħmlu fl-Iskola fil-Lifelong Learning Centres Teknika, bħal iħitu u jsajru, li mifruxin madwar Malta u għall-ebda raġuni ma riedu Għawdex.

Kif tara li mxiet il-ħjata tul is-snin? Tħoss li bl-importazzjoni tal-ħwejjeġ lesti, anki l-industrija tal-ħjata qed tnin, tant li lanqas għadek issib wisq ħwienet ibigħu minċotti, tixlil, buttuni, eċċ? U tara li l-aqwa ħjata llum baqgħet għall-ħwejjeġ talokkażjoni u tal-purtieri? Illum il-fast fashion ġabet bidla kbira fil-mentalità u fil-mod kif in-nies jixtru. Ħafna nies jixtru online. Hemm il-kumdità. Apparti minn hekk, il-ħila naqset jew inkella ftit għad hawn nies li għadhom interessati jħitu, għalkemm dan l-aħħar, bil-lockdown minħabba l-Covid, in-nies reġgħu bdew juru xi ftit interess fil-ħjata. Ħafna nies imorru għand fashion designers jew ħajjatin meta jkollhom bżonn xi libsa għall-okkażjoni. Għalkemm dan l-aħħar rajna trend li jixtru lbiesi lesti u jmorru għand il-ħajjata għal alterazzjonijiet. Għall-purtieri u s-soft furnishings hemm negozju wkoll. Hawn nies li qed jitgħallmu jħitu l-purtieri tagħhom. Fil-fatt, jixtru magna tal-ħjata għax iridu jiddekoraw id-dar tagħhom billi jħitu l-purtieri u l-cushions. Dawn jattendu wkoll il-korsijiet biex jitgħallmu. X’tara bħala d-differenza bejn l-istudenti ta’ dari u dawk tal-lum? Hi kbira ferm u dan jirriżulta mill-ammont ta’ ħin li jistgħu jiddedikaw għall-ħjata. Illum żero, għax illum għandek il-laptop u l-mobile u minħabba fihom ftit ħin ikun għad fadal għal passatemp kreattiv bħall-ħjata. Fil-passat, fil-ħin liberu tagħna, aħna l-bniet konna naqraw u nħitu, inkella taqbad xi passatemp ieħor, ħafna drabi relatat mal-isfond tal-familja li tkun fiha. Ngħid għalija kienet tinfluwenzani ħabiba ta’ ommi, li kienet ħajjata tajba ħafna u li hi kienet tgħallmet mingħand xi ħadd ieħor. Kienet tiftaħ id-drapp u tpinġi fuqha permezz tal-inches. Tant kont ispirajt ruħi minnha, li ta’ 12-il sena mhux biss kont naf inħit l-uniformi tiegħi, iżda wkoll tat-tfal tal-ħbieb t’ommi. Kont inħit il-ħin kollu, u kif jgħidu, il-prattika twassal għall-perfezzjoni. Illum nara li n-nuqqas ta’ prattika li hawn qed iżżomm lin-nies lura milli javvanzaw. Illum il-ġurnata, studenti fi skola sekondarja jistgħu jagħżlu l-Fashion and Textiles bħala suġġett vokazzjonali u t-tagħlim m’għandux x’jaqsam ma’ dak fl-antik.


22

10.10.2021

ALESSANDRO D’AMATO

IL-MUŻIKA HIJA L-MOD KIF JGĦIX U JESPRIMI RUĦU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Ix-xena tal-mużika hija dejjem bla waqfien. Nisimgħu b’ħafna diski u kanzunetti ġodda, uħud tal-widna u oħrajn mhux daqstant. Kollha fihom il-melodija oriġinali tagħhom u jolqtu diversi gosti ta’ persuni. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li għalih il-mużika hija l-mod kif jgħix u jesprimi ruħu ma’ dawk li jsewguh. Qed nirreferi għal Alessandro D’Amato. Għandu 22 sena, joqgħod l-Imsida u jaħdem bħala I.T System Administrator. Bħala passatempi jħobb jisma’ u jipproduċi l-mużika tiegħu, isegwi l-isports u jilgħab xi logħba jew tnejn fuq il-kompjuter. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna ambizzjuż. Kontinwament jipprova jisfida lilu nnifsu biex jilħaq l-għanijiet tiegħu u li jkollu dejjem xi ħaġa li tmexxih ’il quddiem. Ma jħossux tajjeb billi jissetilja, imma dejjem jibqa’ jfittex opportunitajiet biex itejjeb lilu nnifsu. Alessandro magħruf aħjar bħala Atleha huwa DJ u Producer u ħajtu ddur mal-mużika. Mistoqsi kemm ilu dilettant u kif beda din in-namra tiegħu lejn il-mużika, weġibni: “Kelli biss 12-il sena meta bdejt ninteressa ruħi fil-mużika u kif tinħadem. Kont naffaxxina ruħi kif kienu jinħadmu d-diski u kif ukoll meta nisma’ xi deejay live.” Kompla jgħidli li l-aktar ġeneru li jinteressah u li jiffoka fuqu hu l-ġeneru tal-progressive trance/house. Il-mużika għalih mhux biss passatemp, imma l-mod kif jgħix u jesprimi ruħu ma’ dawk li jsegwuh. Is-sodifazzjon li jkollu meta jara persuni jieħdu gost bil-mużika li jagħmel huwa stess fi kliemu stess huwa imprezzabbli. Mistoqsi minn fejn ġie l-istage name li juża l-isem Atleha, Alessandro stqarr

miegħi li ħafna nies jistaqsuh din il-mistoqsija. “L-isem Atleha u t-tifsira tiegħu jiddeskrivu lili perfettament to thrive and be successful”. Jikkollabora ma’ deejays lokali Ta’ min jgħid li mhux l-ewwel darba li ħadem ma’ Tenishia u Ruby u daqq Londra wkoll. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar fid-dettall dwar dan. “Daqqejt Londra l-ewwel darba ftit xhur qabel bdiet il-pandemija tal-COVID-19. Din l-aħħar sena wkoll bdejt naħdem ma’ wħud millaqwa talenti Maltin fosthom Tenishia u DJ Ruby li huma rispettati ħafna fix-xena tagħhom, fejn qed nikkollaboraw flimkien fuq diski li għandhom jinħarġu fix-xhur li ġejjin”. Barra minn hekk, hawn Malta fetaħ lil Cosmic Gate u lil Emma Hewitt. “Dawn iż-żewġ events saru fis-sena 2019 ġewwa l-Gianpula main room fejn hemmhekk daqqejt warm up set għal Cosmic Gate flimkien ma’ JES U Christian Burns, kif ukoll avveniment ieħor fejn din id-darba daqqejt ukoll warm up set għal Emma Hewitt flimkien ma’ ħabib tiegħi Jonathan-George Grima (Nexus) għal fuq minn 700 persuna,” żvela miegħi. Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li l-mużika tiegħu ġiet issapportjata minn deejays kbar bħal Markus Schulz, Andy Moor, Anjunabeats u Toolroom fost oħrajn. B’hekk ridt inkun naf xi jfisser dan għalih. “Naturalment meta nirċievi sapport mill-aqwa deejays u record labels fid-dinja huwa ta’ sodisfazzjon kbir mhux biss għax il-mużika tiegħi tkun laħqet livell għoli ta’ produzzjoni, imma dawn in-nies u brands iwasslulek il-mużika tiegħek mal-followers tagħhom mad-

war id-dinja u tkompli tik- aka Atleha għamel ukoll reber”. mixes għal Christian Burns u anke għal Miss Monique. Jaħdem remixes ta’ Interessajt ruħi nkun naf kanzunetti prominenti x’tip ta’ xogħol jinvolvi eżattament meta jaħdem fuq Sirt naf ukoll li Alessandro remix. “Meta taħdem fuq

remix inti taqbad il-produzzjoni oriġinali u tagħtiha s-sounds tiegħek li tirrifletti t-tip ta’ ġeneru li jien nipproduċi. Żewġ remixes li kienu ta’ sfida kbira għalija għax li tagħmel produzzjoni għal

Din l-aħħar sena wkoll bdejt naħdem ma’ wħud mill-aqwa talenti Maltin fosthom Tenishia u DJ Ruby li huma rispettati ħafna fix-xena tagħhom, fejn qed nikkollaboraw flimkien fuq diski li għandhom jinħarġu fix-xhur li ġejjin


08.11.2020 10.10.2021

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30

12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:50 16:00

ONE News Ħabrikt Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview

16:15 17:00 22:30 23:30

Better Living Budget 2022 Mqades l-Istorja ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 18:30 19:15

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’taf x’qed jgħidu? The Big Step Country Jamboree ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

ERBGĦA 19:30 ONE News 13-10 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:15 Ondroad 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:00 17:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Filler Żona Sport Mhux kemm taf

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:20 17:30 18:30 19:15

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Filler Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:05 The Local Traveller 10:50 Dak Li Jgħodd

11:30 11:58 12:30 12:35 13:00 14:00 15:18 15:30 15:30

What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Mhux Kemm Taf

16:30 17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:35 23:30

Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:58

12:30 12:35 13:05 13:30 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00 19:20

ONE News Telebejgħ Ondroad Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument One Sport & Temp

19:30 ONE News 17-10 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso

TLIETA 12-10

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita

ĦAMIS 14-10

uħud mill-aqwa kantanti u producers fix-xena mhux faċli. Ir-remixes intlaqgħu sew mill-pubbliku u ġew issapportjati minn deejays u brands kbar. Ir-remixes kienu għal Christian Burns bis-single tiegħu “Alive” li ħarġet fuq Blackhole Recordings u diska oħra ta’ Max Freegrant u Miss Monique “Stranger Things” li ħarġet fuq il-label Freegrant Music,” spjegali tajjeb. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, riċentement ħadem ukoll xi live events irrekordjati ma’ DJ Ruby. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Kienet xi ħaġa kompletament ġdida u sfida fl-istess ħin li ddoqq u tipprepara set mingħajr udjenza quddiemek ħlief kamera.

Ħafna jaħsbuha xi ħaġa faċli, imma nistqarr li kienet sfida biex inżomm is-semmiegħa li kienu live jieħdu gost bil-mużika u minn hawnhekk nirringrazzja lil Ruby Grima talli stedinni”. Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedintu jħalli messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq nirringrazzja lil kull min b’xi mod tani s-sapport tiegħu f ’dawn l-aħħar snin u lis-semmiegħa tiegħi kollha. Mhux triq faċli, imma determinat li nibqa’ għaddej. Grazzi kbira wkoll tmur għall-ħbieb kbar tiegħi Holger Camilleri, Joven Grech u Ruby Grima li dejjem rajt sapport kbir min-naħa tagħhom għax kieku ma ninsabx fejn ninsab llum,” temm jgħidli.

TNEJN 11-10

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita

SIBT 16-10

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Mill-Chcina ta’ Dari

ĠIMGĦA 15-10

ĦADD


24

10.10.2021

reċensjoni tal-ktieb

FRAMMENTI Immaġinak tqum filgħodu, jum bħall-oħrajn (mingħalik), u ssib li d-dinja ta’ madwarek ma baqgħetx hemm. Kulħadd telaq … karozzi, nies, annimali. Toroq vojta, uffiċċji vojta, djar vojta. Baħħ. Inti biss. X’tagħmel kieku? Din hi l-premessa eċitanti tar-rumanz il-ġdid ta’ Tyrone Grima, Frammenti. Ir-rumanz isegwi lill-protagonist li stenbaħ biex imur għax-xogħol kif dejjem kien jagħmel, imma din id-darba malli ħareġ minn daru, sab baħħ. Sa ma sab lil Sophie – forsi l-unika persuna li kien għad fadal. Frammenti huwa rumanz intriganti immens: parti misteru, parti storja ta’ relazzjoni intensa, parti vjaġġ għas-sejbien mhux biss tal-bqija tal-umanità imma wkoll tar-ruħ li hemm f’kull wieħed u waħda minna. Frammenti jinqara f’nifs wieħed, fejn kull mixja tal-protagonisti minn belt għal oħra tiftaħ iżjed bibien – bibien ta’ djar li jsibu abbandunati u jidħlu fihom għall-kenn u għall-ikel, imma wkoll bibien għal ġol-misteri l-aktar profondi ta’ ħajjithom. Diżappunti, traġedji imma anki mħabbiet. B’dan ir-rumanz, Grima qed iżid kontribut ieħor validu għall-ġeneru – relattivament ċkejken għal-letteratura Maltija – tal-letteratura LGBTQ, jew queer literature. Ikun wisq simplistiku li ngħidu li Frammenti huwa rumanz queer, għax fil-verità l-orjentazzjoni sesswali tal-protagonist hija biss inċidentali għall-istorja. Imma fl-istess ħin l-awtur jesplora l-imħabba u t-telfien u s-solitudni tramite r-relazzjoni tal-protagonist li, se niskopru, torbot mhux ftit ma’ dak li qed jiġri fid-dinja madwaru … Grima huwa l-awtur ta’ diversi rumanzi, imma Frammenti huwa l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu mal-Merlin Publishers. Il-ktieb se jkun disponibbli wkoll waqt il-Festival tal-Ktieb ix-xahar id-dieħel. Frammenti jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online b’pustaġġ lokali b’xejn mis-sit merlinpublishers.com

Mistoqsija: Għal liema ġeneru qed jikkontribwixxi l-awtur b’dan ir-rumanz? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb FRAMMENTI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ID-DJARJU L-ISWED hija:

C. DIACONO - FGURA

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 F’liema kariga reġa’ ġie elett Georvin Bugeja?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

10.10.2021

IL-VAMPIR TA’ SACRAMENTO Richard Chase kien jiekol partijiet mill-vittmi tiegħu u kien anke jixrobilhom demmhom Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

CHASE WAQT IL-ĠURI

Richard Trenton Chase kien qattiel tal-massa Amerikan. Chase kien ukoll stupratur, kannibalu u nekrofili li b’kollox qatel sitt persuni fi żmien xahar f’Sacramento f’Kalifornja fl-Istati Uniti. Hu ġie mlaqqam bħala ‘l-Vampir ta’ Sacramento’ minħabba l-fatt li kien jixrob id-demm tal-vittmi tiegħu u kien jiekol ukoll partijiet minnhom. Min kien Richard Chase? Richard Chase twieled fit-23 ta’ Mejju tal-1950 f’Sacramento f’Kalifornja. Ma tantx hemm dettalji dwar it-trobbija tiegħu ħlief li ta’ 10 snin beda juri xejriet psikopatiċi. Hekk kif kiber, Chase beda jabbuża mid-droga. Hu kien jgħid u jagħmel affarijiet strambi, fosthom li qalbu kienet tieqaf tħabbat, li xi ħadd seraqlu l-arterja pulmonari u saħanstira kien jagħmel il-larinġ fuq rasu għax kien mingħalih li rasu kienet qed tassorbi l-vitamina Ċ. Apparti dan kollu, Chase kien jemmen li l-għadam tal-iskutella ta’ rasu kien jiċċaqlaq u b’hekk qaxxar xagħru biex ikun jista’ jara ċ-ċaqliq ta’ għadmu.

Chase telaq mid-dar ta’ ommu għax kien konvint li din bdiet tħallat il-valenu malikel biex tipprova toqtlu. Hu mar jgħix f’appartament ma’ sħabu iżda dawn bdew igergru minħabba l-imġiba tiegħu. Chase kien ta’ spiss ikun fissakra, taħt l-effett tad-droga u kien jiġri fl-appartament għarwien quddiem il-mistednin li kien ikollhom sħabu. Kien għalhekk li talbuh jitlaq minn hemm u jmur jgħix xi mkien ieħor. Minkejja din it-talba, Chase ma telaqx u minflok spiċċaw biex telqu sħabu mill-appartament. Hekk kif Chase sab ruħu waħdu fl-appartament, hu beda joqtol l-annimali u jneħħilhom l-organi biex jikolhom nejjin. Ġieli kien jagħsar l-organi u jixrobhom għax kien jemmen li qalbu ma kinitx se tiċkienlu permezz tagħhom. Fl-1973, Chase qatta’ ftit żmien fi sptar tal-moħħ u wara tliet snin reġa’ ddaħħal fi sptar tal-moħħ ieħor wara li injetta demm ta’ fenek fil-vini tiegħu. Il-ħaddiema tal-isptar bdew isejħulu ‘Dracula’ minħabba l-fatt li kien iffissat fuq iddemm. Sakemm kien l-isptar,

Chase qatel żewġ għasafar u xorbilhom demmhom filwaqt li kien jieħu d-demm tal-klieb tat-terapija permezz ta’ labar misruq. Wara li sarulu t-testijiet, sar magħruf li Chase kien ibati minn skiżofrenija paranojka. Chase ngħata għadd ta’ trattamenti li kienu jinvolvu mediċina psikotropika biex ifiq minn din il-marda. Kif tlestew it-trattamenti, l-isptar iddikjara li Chase ma kienx ta’ periklu għas-soċjetà u b’hekk ġie rilaxxat lejn l-aħħar tal-1976. Chase reġa’ mar jgħix għand ommu u din għenitu biex jerġa’ jiġi fuq saqajh. Ommu sabitlu appartament fejn jgħix iżda ftit wara beda jġib nies oħrajn jgħixu miegħu. Bħalma ġara qabel, Chase ma damx wisq biex reġa’ spiċċa jgħix waħdu. Il-vittmi Fid-29 ta’ Diċembru tal-1977, Chase qatel l-ewwel vittma tiegħu, Ambrose Griffin ta’ 51 sena. Chase qatlu billi sparalu minn ġol-karozza tiegħu. Ħmistax wara, Chase prova jidħol f’dar ta’ waħda mara iżda telaq

’l hemm xħin sab il-bibien imsakkrin. Chase kien jemmen li bieb imsakkar juri li ma kienx milqugħ fid-dar filwaqt li bieb mhux imsakkar kien stedina biex tidħol ġewwa. Fil-fatt, fit-23 ta’ Jannar tal1978, Chase daħal fid-dar ta’ Teresa Wallin, li kellha tliet xhur tqala. Hu sparalha tliet darbiet u wara kellu x’jaqsam mal-katavru tagħha. Wara dan l-att makabru, Chase neħħielha diversi organi u xorob mid-demm tagħha. Erbat ijiem wara, Chase daħal fid-dar ta’ Evelyn Miroth, li kella 38 sena. Malli daħal, hu sab lillħabib ta’ Miroth, Danny Meredith fid-dar. Chase sparalu u ħadlu l-kartiera u ċ-ċwievet tal-karozza. Wara, Chase spara lil Miroth, lit-tifel tagħha Jason ta’ sitt snin u lin-neputi tagħha ta’ sentejn u għaxar xhur, David Ferreira. Wara li qatilhom, Chase kellu x’jaqsam mal-katavru ta’ Miroth u kiel partijiet minnha. Ħin minnhom sema’ lil xi ħadd iħabbat fuq il-bieb ta’ barra u telaq jiġri ’l barra. Chase ħarab minn fuq il-post bil-karozza ta’ Meredith u miegħu ħa l-katavru ta’ Ferrei-

ra. Il-ġirien ċemplu lill-pulizija u hekk kif dawn tal-aħħar waslu fuq il-post, huma sabu marki tas-swaba’ u passi ta-saqajn ċari bid-demm ta’ Miroth. Chase ġie arrestat ftit wara u meta l-pulizija fittxewlu fl-appartament tiegħu, huma sabu xena mill-ikreh. Il-pulizija sabu l-art, il-ħitan, is-saqaf u l-friġġ miksijin kollha bid-demm. L-arrest Fl-1979, Chase tressaq il-qorti mixli b’sitt omiċidji. Id-difiża pruvat teħilsu mill-piena kapitali billi qalet li Chase ma kienx pjana l-omiċidji u li kellu problemi bis-saħħa mentali tiegħu li setgħu wassluh għall-atti makabri li wettaq. Minkejja dan, fit-8 ta’ Mejju tal-istess sena, Chase nstab ħati b’sitt omiċidji tal-ewwel grad u weħel il-piena tal-mewt permezz tal-kamra tal-gass. Is-sentenza ma laħqitx seħħet hekk kif Chase nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu fis-26 ta’ Diċembru tal-1980. Chase neħħa ruħu b’idejh hekk kif żamm il-pilloli tad-dipressjoni ta’ ġimgħat sħaħ u belagħhom f’daqqa.

MIX-XELLUG GĦAL-LEMIN: TERESA WALLIN, EVELYN MIROTH, JASON MIROTH U DAVID FERREIRA


26

10.10.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

10.10.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 402

M. CALAFATO - QORMI

MIMDUDIN: 9. 1. Kompli l-qawl: Frar fawwar kull 10. ........ bin-nwar (5) 12. 4. Bħal tal-pulizija (4) 16. 7,5. Tista’ tfisser mhu 18. tajjeb xejn (5) 19. Bi 3 NUMRI 900 071 945 137 205 B’4 NUMRI 284 0973 459 1081 632 2371 697 2773 716 3135 751 3291 781 3475 787 3624 813 3929

4190 4259 4801 5044 5761 6522 7245 7299 7651 8084 8201 8609 9047

9544 9558 9726 9895 B’5 NUMRI 09514 10019 13764 17996 18304 23984 25972

28560 31449 35288 37054 37166 44113 56920 60210 61066 61261 64650 65943 68055

76458 76602 81009 82016 82053 89681

727982 796571 839473 B’7 NUMRI 0084562 2564967 7507349 9427392

B’6 NUMRI 042190 270027 416085 Bi 8 NUMRI 588946 20129007 688411 51209695

WEQFIN: 1. Annimal (6) 2,22. Fixkel (6) 3,16. Jgħin fil-Quddies (6) 5. Ara 7

Dominic Attard Lagana (1,1,1) Nobbli (6) Ħanżir (6) Ara 3 Żewġ vokali (1,1,) Ilmaħ (3)

20. 21. 23. 24.

6,11. Tal-ewwel (5) 14. 8. Reċta fuq ir-radju (9) 15. 11. Ara 6 17. 12,17. Jilbisha l-isqof (5)21. 13,21W. Iżomm! (6) 22.

Il-peduna tilfet sieqha (5) Lissen (3) Organizzazzjoni tal-futbol mondjali (4) Iħaddem magna (5) Indikazzjoni ta’ mibegħda (6) Ksuħat (6) Ara 12 wieqfa Ara 13 Ara 2

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Jimla, 4.Qala, 7.La, 9,21M. Sirjan, 10.Lsieni, 12.Savona, 16,21 wieqfa. Qlajja, 18,19.Iċħad, 20.Atjaħ, 24.Iridu

WEQFIN: 1.Jisraq, 2,12W. Marsa, 3,23. Allarma, 5,11.Arena, 6.Ali, 8.Assoċjati, 13.Vit, 14.Aħħari, 15.Idduru,17.Lia, 22.Nom


28

10.10.2021

IL-ĦAJJA TKOMPLI … Editorjal

Mhux ta’ b’xejn li llum, anke wara l-agħar pandemija tal-aħħar 80 sena, għadna nitkellmu fuq żieda fil-benefiċċji, fl-inċentivi u fl-għajnuniet li jgħollu l-livell t’għajxien … pajjiżi oħrajn jistgħu biss jixxennqu jew joħolmu li jkollhom trattament simili

Din l-espressjoni globalizzata, li tintuża wara xi forma ta’ saram li kapaċi toffri l-eżistenza, fiha nnifisha hi parti millimbottatu­ra meħtieġa biex persuna, soċjetà jew saħansitra l-umanità kollha kemm hi, tħares ’il quddiem għal iżjed affarijiet sbieħ. Fiċ-ċirkostanzi, li qed tgħix id-dinja llum, wara l-agħar kriżi mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, għandna bżonnha tassew. Bħala Maltin u Għawdxin, flaħħar sena u nofs l-es­per­jenza tal-COVID-19 żgur ġabitna iżjed konxji b’iżjed minn mod wieħed dwar kemm jagħmel sens għerf missirijietna ta’ “erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn”. Għednieha diġà u nibqgħu ngħi­duha: ma nistgħux nimma­ ġinaw il-kobor tal-kon­seg­wenzi serji li kieku dan il-misħut virus sabna kif konna sa ftit ta’ snin ilu – żarmati minn riżorsi finanzjarji; neqsin minn inves­ timenti meħtieġa, mhux l-inqas fil-qasam mediku; u xotti mill-enerġija u r-reżiljenza meħ­tieġa ta’ poplu, ħaddiema, familji, negozjanti u industriji

sħaħ. Jgħid x’jgħid ħaddieħor, għandna l-ak­bar xorti fid-dinja li, f’inqas minn għaxar snin, il-ħajja f’artna għamlet qabżiet sinifikanti. Il-progress u l-prosperità li kellna f’dan il-perjodu għad iridu jiġu mkejla kif jixraq. Wiċċ pajjiżna u ġensna nbidel kompletament għall-aħjar u dan grazzi biss għall-gwida ta’ amministrazzjoni Laburista. Din kienet rivoluzzjoni fil-veru sens tal-kelma, li ħaddieħor għandu kull raġun, forsi, li jipprova jidfinha l-ħin kollu, għax din iċċekknu u tirredikolah f’għajnejn il-maġġoranza. Illum li ninsabu fuq l-għatba ta’ eżerċizzju importanti ann­ wa­li, dak tal-preżentazzjoni tal-baġit nazzjonali għas-sena li ġejja, mhux ta’ b’xejn għadna nitkellmu fuq żieda fil-benefiċċji, inċentivi u għajnuniet oħrajn li jkomplu jgħollu ’l fuq il-faxex t’isfel kollha fis-soċjetà. Flok is-soluzzjoni faċli tal-introduzzjoni ta’ piżijiet esaġerati fuq kull ċittadin u l-awsterità li Gvernijiet Nazzjonalisti kienu jafu jaddattaw wara kriżi għa­

xar darbiet iżgħar fl-2008, il-Gvern Laburista, immexxi minn Dr Robert Abela, wieżen lil kulħadd bl-akbar appoġġ possibbli biex ikun jista’ jfendi f’sitwazzjoni bla preċedent. Il-Prim Ministru diġà anti­ ċipa u wiegħed li, fid-diskors tiegħu tal-Baġit nhar it-Tnejn li ġej, il-Ministru għall-Finanzi se jkompli eżatt fuq din il-linja. Kif rajna f’dawn l-aħħar 19-il xahar, m’aħniex nitkellmu biss fuq sempliċi flus ippompjati biex isoddu l-problemi, kif issuġġerixxa sa ċertu punt il-Kap tal-Oppożizzjoni li ddeskriva r-rispons tal-Gvern għall-perjodu tal-pandemija bħala “tberbiq ta’ miljuni” minn fondi pubbliċi. Minflok huma pjani mfasslin bl-akbar għaqal bi skop li anke d-diffikultajiet jinbidlu f’oppor­ tunitajiet u jrendu iżjed, kif seħħ diġà fl-għadd ta’ impjiegi, fil-ġid tal-familji u fl-irkupru ta’ setturi partikolari u l-ekonomija inġenerali. L-istess hu maħsub fil-ħemel ta’ strateġiji nazzjonali mħabbrin riċentement, inkluż fis-suq tax-xogħol, it-

tit­jib fil-ħiliet li għandna llum u dawk li għandu jkollna għażżmien li ġej. Sfortunatament pajjiżi u ġnus oħrajn jistgħu biss jixxennqu jew joħolmu li kellhom jew ikollhom l-istess trattament ilbieraħ, illum jew għada. F’pajjiżna stess hawn min mhux kuntent li jisma’ b’dan, għax ifisser li, minkejja l-miljun tentattiv tiegħu biex jostakola din il-mixja u meħud kont ta’ dak li għaddejna minnu, ilħajja qed tkompli tajjeb għallmaġġoranza assoluta tal-poplu. Ifisser ukoll għal dawn ittalin li reġgħu fallew miżerjament biex jikkonvinċu lill-poplu u saħansitra lil uħud minn ħdanhom stess. Bit-tisbit, l-għajjat u t-theżżiż tas-snien ħadd mhu jeħodhom bis-serjetà. Aktar u aktar meta jħambqu li jridu jeħduna lura (flok ’il quddiem!) b’xi 40 sena jew jipprovaw ibeżżgħu lil xi ħadd b’teatrini meta jgħidu li kapaċi jinbidlu f’iljuni. Fortunatament għal Malta, il-Maltin u l-Għawdxin, dawn mhumiex fil-Gvern.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.