5 minute read
Rapport f’paġni 6 u
TLIET TEMI LI JIMXU ID F’ID FAVUR TKABBIR U ĠID GĦALL-UMANITÀ
Ġnus Magħquda fi New York din il-ġimgħa
Advertisement
jiet favur aktar ugwaljanza fost persuni LGBTIQ+ sar riżultat ta’ ħidma u sħubija bejn ilGvern u s-soċjetà ċivili,” spjega l-Prim Ministru meta spjega kif pajjiżna għamel qabżiet kbar u llum onorat li jservi ta’ mudell għal oħrajn. F’kuntest dinji, hu saħaq li fadal x’naqdfu biex persuni LGBTIQ+ madwar id-dinja jgawdu minn drittijiet ċivili u l-ħtieġa li dawn ikollhom id-dinjità u d-drittijiet fundamentali tagħhom imħarsa.
Dr Abela saħaq li, fl-aspett ta’ dawn id-drittijiet, Malta hi storja ta’ suċċess, għax semgħet ukoll il-vuċijiet ta’ kulħadd.
Laqgħa oħra importanti indirizzata mill-Prim Ministru kien is-summit dwar l-edukazzjoni, fejn il-mexxejja ta’ diversi pajjiżi tkellmu dwar l-impenn tagħhom biex jittrasformaw l-edukazzjoni sal-2030.
“Il-Gvern Malti hu kommess li jkompli jilħaq il-miri tiegħu fl-edukazzjoni u li jsegwi l-implimentazzjoni tagħhom bilgħan li jħallu aktar riżultati pożittivi sa tmien snin oħra. L-edukazzjoni f’pajjiżna hi waħda inklużiva minn kull aspett, għax tiffoka fuq li nipprovdu aċċess ugwali lil kulħadd. Kull wieħed minna għandu jpoġġi l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità bħala prijorità,” qal Abela.
Hu rrefera għall-politika nazzjonali tal-inklużjoni li qed tiġi implimentata f’pajjiżna favur aktar miżuri. “Investejna wkoll fl-infrastruttura diġitali biex nassiguraw li l-istudenti jkollhom aċċess għal edukazzjoni diġitali ta’ kwalità. L-impenn tagħna se jibqa’ li nkomplu ninvestu fil-pjattaformi diġitali u noffru l-aqwa riżorsi edukattivi,” saħaq il-Prim Ministru. “Bħala membru elett talKunsill tas-Sigurtà (tal-ĠM), Malta se tpoġġi bħala prijorità l-litteriżmu filwaqt li se tkompli taħdem biex tħares id-dritt għall-edukazzjoni.”
Fi New York il-Prim Ministru kellu wkoll għadd ta’ laqgħat bilaterali ma’ kapijiet tal-istat u tal-gvern bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet ma’ Malta. Fost dawn, hu ltaqa’ mal-President tar-Repubblika tal-Jemen, Rashad Mohamed Ali Al-Alimi, bid-diskussjoni tiffoka fuq ir-rwol ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà s-sena d-dieħla. IlPrim Ministru Malti qal li pajjiżna jappoġġja l-isforzi ta’ paċi mmexxija mill-ĠM fil-Jemen, u enfasizza l-ħtieġa li l-partijiet kollha, inklużi ċ-ċittadini talpajjiż, jidħlu fi proċess inklużiv lejn il-paċi u l-istabbiltà.
F’laqgħa mal-President tar-Repubblika tal-Ekwador, Guillermo Lasso Mendoza, ilPrim Ministru tenna li ż-żewġ pajjiżi għandhom jaħdmu flimkien bħala membri eletti tal-Kunsill tas-Sigurtà bejn l-2023 u l-2024.
Mal-President tal-Ghana, Nana Addo Dankwa Akufo-Addo, ġew enfasizzati r-rabtiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment f’oqsma bħall-kummerċ u t-turiżmu, tant li ġiet indirizzata wkoll il-possibbiltà li jkun hemm titjiriet diretti bejniethom.
Il-Prim Ministru wkoll iffirma ftehim mal-Prim Ministru tal-Antigua u Barbuda, Gaston Browne, li għandu jwassal biex l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma ta’ pajjiżna tassisti lill-pajjiż fil-Karibew biex iżid il-kapaċità tiegħu fl-immaniġġjar aħjar tar-riżorsi skarsi tal-ilma.
Dan il-ftehim jimplimenta dikjarazzjoni li l-Prim Ministru kien għamel waqt il-COP26 fi Glasgow fl-inizjattiva Maltija, “Island for Islands”, biex tgħin gżejjer żgħar li għadhom qed jiżviluppaw ħalli jegħlbu sfidi relatati mat-tibdil fil-klima.
Id-delegazzjoni, li akkumpanjat lill-Prim Ministru, kienet ukoll involuta f’għadd ta’ laqgħat.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mexxa laqgħa dwar ir-reżistenza tal-antimikrobji (AMR) fejn qal li “hu inkoraġġanti l-fatt li qed niddiskutu dan is-suġġett fuq livell globali, u li qed intellgħuh b’mod konsistenti fuq l-aġenda ta’ diversi laqgħat prominenti, madankollu dan l-entużjazmu għandu jiġi rifless fl-urġenza u l-impenn li bihom nattakkaw din l-isfida.”
L-AMR, li fl-2016 ġiet uffiċjalment rikonoxxuta bħala theddida globali b’dikjarazzjoni politika tal-Assemblea Ġenerali tal-ĠM, tikkontribwixxi għal madwar ħames miljun mewta fis-sena, u tolqot l-aktar lillpajjiżi bi dħul baxx u medju. Fil-fatt, il-mexxejja esprimew it-tħassib tagħhom, li jekk ma tittiħidx azzjoni preventiva serja u konġunta b’mod imminenti, jaf naslu f’punt fejn il-mediċini ma jkunux jistgħu jikkuraw l-infezzjonijiet fil-bnedmin, annimali u pjanti.
Fl-intervent li għamel il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt il-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, hu qal li “bħala pajjiż nemmnu bis-sħiħ fil-prinċipji tal-ĠM u aktar minn hekk bħala membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tagħha kommessi li nkomplu nimbuttaw ’il quddiem il-valuri tal-paċi u tas-sigurtà.”
Fl-2023 Malta u Franza, li hi membru permanenti, se jkunu l-uniċi vuċijiet mill-UE fuq il-Kunsill tas-Sigurtà.
Il-Ministru Borg qal li Malta tinsab impenjata b’ħidma li se tara li tkompli tingħata l-għajnuna kollha umanitarja meħtieġa biex id-drittijiet ta’ tfal affettwati minn konflitti armati jkomplu jkunu protetti u mħarsa. Huwa qal li Malta se tibqa’ tisħaq favur il-paċi u favur l-għajnuna umanitarja.
B’messaġġ pożittiv favur l-għaqda u l-paċi, il-Ministru Borg sostna li l-komunità internazzjonali ma tistax tonqos milli tipproteġi lit-tfal f’żoni ta’ konflitt madwar id-dinja, inklużi tfal b’diżabilità, tfal li jeħtieġu kura medika urġenti kif ukoll tfal li jiġu sforzati jitilqu minn djarhom u dawk refuġjati.
Sadanittant, Malta kellha diversi laqgħat bilaterali fil-mar ġni tas-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali, bi preparament għas-siġġu li se tkun qed tokkupa fil-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll biex jiġu esplorati modi kif tissaħħaħ il-koperazzjoni bilaterali kemm fuq livell politiku kif ukoll ekonomiku.
Il-Ministru Borg qal li l-vantaġġ ta’ fora ta’ dan it-tip hu li tkun tista’ tiltaqa’, tiddiskuti u tibni relazzjonijiet importanti ma’ pajjiżi differenti li għandhom interess f’Malta. Hu qal li kien pożittiv ferm jisma’ l-ħsibijiet pożittivi u l-entużjażmu li bih numru ta’ kollegi jħarsu lejn pajjiżna u l-kontribut li jista’ joffri waqt it-terminu tiegħu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà.
Hu ltaqa’ f’laqgħat bilaterali mal-Ministri tal-Affarjiet Barranin tal-Qatar, tal-Ġappun, tal-Indja, taċ-Ċina, tal-Eġittu, tal-Libja, tal-Marrokk, tal-Alġerija, tas-Serbja, tal-Etjopja, tal-Ġordan, tal-Palestina u ta’ Kiribati, waqt li kellu taħditiet ukoll mal-Ambaxxatriċi Amerikana għall-ĠM, mas-Segretarji Ġenerali tal-Lega talIstati Għarab u tal-Kunsill tal-Koperazzjoni tal-Gulf kif ukoll mas-Segretarju tal-Istat Żvizzeru.
Kienet impenjata wkoll mart il-Prim Ministru, Lydia Abela li, fil-binja ta’ Microsoft, tkellmet dwar l-importanza tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma tas-suġġetti xjentifiċi, imsejħa STEM. Fuq stedina tal-Aspire Artemis Foundation, is-Sinjura Abela qalet li jeħtieġ li nkomplu nsibu modi biex navvanzaw b’mod tajjeb l-opportunitajiet ugwali fost l-istudenti li jagħżlu li jkomplu jistudjaw dawn is-suġġetti, partikolarment il-bniet u t-tfajliet.
“Irridu nagħmlu dan biex inħaffu l-innovazzjoni madwar id-dinja,” stqarret Dr Abela, filwaqt li semmiet għadd ta’ eżempji fejn is-suġġetti STEM kontinwament qed jgħinu biex jindirizzaw sfidi globali kontemporanji. Hi qalet ukoll li “rridu naraw iżjed nisa f’dawn l-oqsma li jkunu determinati u kapaċi jindirizzaw kwistjonijiet globali bħat-tibdil fil-klima, l-inugwaljanza tar-riżorsi, l-isfidi ekonomiċi u l-prevenzjoni tal-mard, fost oħrajn. Dan nistgħu nagħmluh billi nħajru iżjed tfajliet jagħżlu din il-karriera li twassalhom jiżviluppaw soluzzjonijiet effettivi.”
Fi tmiem id-diskors tagħha, hi għamlet referenza għal kisbiet li qed jagħmel pajjiżna f’dan il-qasam, partikolarment bir-rikonoxximent ta’ diversi studenti f’livell Primarju li dan l-aħħar ikklassifikaw fl-ewwel post f’kompetizzjonijiet globali f’suġġetti xjentifiċi.
Il-Prim Ministru u martu wkoll iltaqgħu mal-President Amerikan Joe Biden, waqt li lbieraħ Dr Abela kellu laqgħa mas-Segretarju Ġenerali talĠM António Guterres li awgura lil Malta għas-sentejn li ġejjin fil-Kunsill tas-Sigurtà.
BRENDAN ZERAFA,
analist politiku
Il-gwerra fl-Ukrajna, m’affarijiet oħrajn, wasslet għal sfreġju sħiħ fl-ekonomija globali, u xi kultant l-aktar ħaġa faċli tkun li wieħed iċedi bl-effetti negattivi li jħoss. Għaldaqstant importanti li l-Prim Ministru tenna li Malta hi favur iċ-ċittadini Ukreni, li huma innoċenti, u kontra kull tattika millaggressuri biex jeskalaw il-kunflitt. Jawgura tajjeb ukoll li ħabbar li, fil-Kunsill tas-Sigurtà, Malta se terġa’ timbotta fuq it-theddida tat-tibdil fil-klima.
INGRAM BONDIN,
President, Assoċjazzjoni tar-Ramblers
Min-naħa tagħna nilqgħu l-enfasi li l-Prim Ministru Robert Abela għamel dwar it-tibdil fil-klima waqt id-diskors tiegħu. B’mod partikolari l-fatt li qal li se juża l-influwenza ta’ pajjiżna fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda biex, f’din il-kwistjoni globali, tinżamm il-mira ffissata tal-għoli tat-temperatura għal taħt il-1.5ºC u biex jitħarsu l-oċeani tad-dinja.