6 minute read

Tkompli f’paġna

L-ISKEMA NTUŻAT L-AKTAR FL-2017

Tkompli minn paġna 1 Ir-riċerka tiegħu, li kienet imfaħħra mill-istess istituzzjoni edukattiva tant li spiċċa biex jiggradwa bl-aqwa unuri, uriet ukoll li, fl-ewwel sena tal-iskema, madwar 500 persuna bbenefikaw minn dan l-inċentiv, waqt li l-għadd kompla jikber fis-snin ta’ wara sakemm laħaq l-ogħla livell fl-2017, b’2,600 persuna.

Advertisement

Punt interessanti li ħareġ mir-riċerka kien li l-iskema għenet mhux biss nies li forsi ma kellhomx ħiliet biżżejjed biex jegħlbu l-ostakli biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, iżda wkoll nies tekniċi u professjonali li, għalkemm b’edukazzjoni tajba, ma kellhomx il-ħiliet fit-teknoloġija diġitali li titlob id-dinja tax-xogħol illum il-ġurnata.

Anke persuni li kienu jaħdmu għal rashom preċedentement kienu qed isibuha diffiċli biex jintqatgħu mill-benefiċċji u jsibu impjieg, iżda din l-iskema għenithom b’mod qawwi biex jerġgħu jsibu xogħol u jibqgħu fih.

L-iskema tat-tapering kienet waħda mill-miżuri ewlenin fil-pakkett varat fl-2014 biex aktar persuni jinfatmu mid-dipendenza fuq l-għajnuna soċjali u kienet tfasslet speċifikament biex persuni, li għal numru ta’ snin kienu jistrieħu fuq il-benefiċċji, jiġu inkoraġġuti jsibu impjieg.

Minflok jitilfu mill-ewwel il-benefiċċji intitolati għalihom, kif kien jiġri sal-2013, l-iskema ppermettiet li dawn jitnaqqsulhom b’mod gradwali fuq medda ta’ tliet snin. B’hekk tali individwi kienu xorta jibqgħu jgawdu minn 65% tal-benefiċċju (€557) fl-ewwel sena, 45% (€471) fit-tieni sena u 25% (€386) fit-tielet sena, waqt li fl-istess tliet snin, min ikun qed iħaddimhom ukoll jiġi inċentivat b’25% tal-benefiċċju.

L-ekonomista tal-Bank Ċentrali qatta’ ħames xhur minn din is-sena jirriċerka r-riżultati miksubin mill-iskema u fil-preżentazzjoni tal-istudju tiegħu jiddikjara li, mingħajr dubju, l-iskema kienet waħda ta’ suċċess. Hu jgħid li dan mhux biss għax il-benefiċjarji tbiegħdu mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali, iżda anke għax fil-maġġoranza tagħhom baqgħu fid-dinja tax-xogħol wara li għaddew it-tliet snin tal-iskema.

Jispjega li fattur ewlieni ta’ dan is-suċċess kien il-mod kif tfasslet l-iskema, li ffokat l-aktar fuq dik il-faxxa ta’ persuni li għal żmien twil kienu jiddependu fuq il-benefiċċji. Hu kompla jgħid li, għalkemm it-tkabbir ekonomiku flimkien mal-introduzzjoni tal-iskema taċ-childcare b’xejn u inċentivi fiskali oħrajn għenu wkoll biex tingħata spinta f’dan ir-rigward, l-iskema kif imfassla xorta waħda kienet se tħalli effett pożittiv, anke mingħajr dawn il-fatturi anċillari.

L-istudju jikkonkludi wkoll li, anke meta wieħed jifli r-riżultati miksubin fi skemi simili f’pajjiżi oħrajn, dik f’pajjiżna tat ferm aktar frott fit-tisħiħ tas-soċjetà.

Skont Sant, l-iskema tat-tapering ħalliet l-akbar effett fost ġenituri waħedhom mhux miżżewġin, fejn instab li l-probabbiltà li jsibu impjieg kienet aktar mid-doppju. Fl-istess waqt benefiċjarji Għawdxin kienu fost l-aktar li rnexxielhom isibu opportunitajiet ta’ xogħol.

Ġie rrapportat ukoll kif l-iskema kellha inqas effett fost benefiċjarji fuq l-assistenza soċjali l-aktar għall-fatt li fosthom hemm persuni li, minkejja l-inċentivi li toffri, xorta waħda mhux faċli għalihom li jidħu fid-dinja tax-xogħol minħabba kundizzjonijiet ta’ mard jew diffikultajiet oħrajn varji.

Bħala parti mill-istess studju tiegħu wkoll, Sant għamel diversi osservazzjonijiet kif l-is kema tista’ tibqa’ tiġi aġġornata ħalli tattira benefiċjarji ġodda u, fost oħrajn, isemmi l-fatt li hemm persentaġġ minn ġenituri singli li jispiċċaw jieqfu mix-xogħol wara li jintemm it-terminu tal-iskema.

Fl-isfond ta’ dan, hu ssuġġerixxa li għal din il-faxxa ta’ benefiċjarji t-terminu tal-iskema jitwal b’sena oħra bħala inċentiv biex ikun jaqblilhom jibqgħu jaħdmu.

L-iskema tat-tapering ħalliet l-akbar effett fuq single parents u residenti Għawdxin li kellhom l-akbar ċansijiet li jsibu xogħol

TLIET TEMI LI JIMXU ID F’ID FAVUR  TKABBIR U ĠID GĦALL-UMANITÀ

Il-Prim Ministru Robert Abela jindirizza lill-Assemblea Ġenerali tal-ĠM fi New York b’mudell ta’ paċi, ambjent aħjar u anke ugwaljanza għal kulħadd fuq wiċċ id-dinja

Il-paċi, l-ugwaljanza u l-prosperità, tliet temi li madwarhom bena d-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela waqt l-intervent tiegħu li kellu fis-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda (ĠM) fi New York, fl-Istati Uniti tal-Amerka. Dan kien l-ewwel wieħed tiegħu b’mod fiżiku fl-Assemblea Ġenerali.

Ftit xhur qabel pajjiżna jieħu postu fl-ogħla organu tal-ĠM, il-Kunsill tas-Sigurtà, il-Prim Ministru Malti wassal messaġġ b’saħħtu b’appell favur il-paċi u l-ġustizzja soċjali, li semma li huma marbutin flimkien u jimxu id f’id.

Waqt li fakkar kif Malta dejjem kienet strument ta’ paċi, hu qal li “mingħajr il-paċi, mingħajr is-sigurtà u mingħajr l-istabilità, qatt mhu se nkunu nistgħu niffukaw fuq sfidi aktar importanti li niffaċċjaw: biex niksbu tkabbir, ugwaljanza u prosperità. Dan hu dak li Malta u niesha jirrappreżentaw.”

Bit-tema “A watershed moment: transformative solutions to interlocking challenges”, l-Assemblea Ġenerali ltaqgħet biex tiffoka l-aktar fuq ir-realtajiet li ġabu magħhom il-konflitt fl-Ukrajna, il-pandemija u t-tibdil fil-klima. L-isfidi umanitarji, l-edukazzjoni, id-drittijiet tal-minoritajiet u l-ekonomija globali f’dawn iċ-ċirkostanzi kienu wkoll temi fis-diskussjoni.

B’referenza għall-isfidi li ġabet il-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, inkluż l-inflazzjoni fl-ikel u ż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija, Robert Abela rriaferma l-pożizzjoni tal-Gvern Malti li jkun ta’ spalla għan-nies, bħalma kien waqt il-pandemija u, b’dikjarazzjonijiet ċari, saħaq li ma nistgħux inħallu n-nies waħedhom jerfgħu l-piżijiet.

B’referenza għall-paċi, ilPrim Ministru qal li din tibni, tirrestawra u ssaħħaħ. Kien hawnhekk li semma wħud missitwazzjonijiet, l-aktar notevoli fosthom meta fl-1989 Malta kellha rwol importanti fit-tmiem tal-Gwerra Bierda billi ospitat is-summit bejn il-Presidenti George Bush u Mikhail Gorbachev, u qal li pajjiżna jibqa’ impenjat aktar minn qatt qabel biex jikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi, l-ordni u s-sigurtà dinjija.

Dwar il-Libja, hu awgura stabbiltà lil dan il-pajjiż ġar biex, permezz tagħha, il-poplu Libjan jgħix fil-paċi mingħajr indħil barrani, għall-ġid tiegħu stess u tar-reġjun tal-Mediterran.

F’laqgħa bilaterali li kellu nhar il-Ġimgħa mal-President tal-Kunsill Libjan, Mohamed Menfi, il-Prim Ministru reġa’ sostna l-importanza li l-futur tal-poplu Libjan u s-soluzzjonijiet meħtieġa għandu jsibhom il-poplu Libjan innifsu, mingħajr ebda influwenza barranija.

Matul din il-laqgħa bilaterali ġew diskussi wkoll setturi ta’ kollaborazzjoni bħall-enerġija, l-edukazzjoni, u s-saħħa.

Il-President Libjan Menfi esprima l-apprezzament tiegħu għad-dikjarazzjonijiet li l-Prim Ministru Malti għamel fid-diskors tiegħu fl-Assemblea Ġenerali u talab li Malta tibqa’ sservi ta’ pont fir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea.

Il-prosperità wkoll ingħatat l-importanza fid-diskors talPrim Ministru fl-Assemblea Ġenerali tal-ĠM fejn tkellem dwar prijoritajiet ambjentali u diġitali, li permezz tagħhom ikun hemm futur sostenibbli lin-nies tal-lum u t’għada. Irrefera wkoll għall-kwistjoni tat-tibdil fil-klima u hawnhekk enfasizza li pajjiżna se jimbotta iżjed din il-kwistjoni fuq l-aġenda b’mod speċjali meta s-sena d-dieħla Malta se tkun fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-ĠM.

Dwar l-isfidi prevalenti, ilPrim Ministru għadda messaġġ ċar: “Ejjew ilkoll indawru l-isfidi li niffaċċjaw f’opportunitajiet. Nittrasformaw l-ekonomiji tagħna u nagħmluhom lesti għall-futur. Hu tant importanti li f’dan iż-żmien ta’ prova, nevitaw it-tentazzjoni li nagħtu l-ġenb lill-kwistjoni tal-klima. Il-futur hu l-ambjent, il-futur hu diġitali.”

Il-Prim Ministru Malti saħaq li bil-koperazzjoni u bid-djalogu nimxu ’l quddiem, waqt li għalaq id-diskors tiegħu fi New York b’messaġġ li għaddietlu bintu, Georgia Mae, dwar dak li l-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada jixtiequ, dik li nħallu dinja isbaħ u aħjar. Waqt dan id-diskors mirqum, bint il-Prim Ministru kienet qed tisimgħu kelma b’kelma b’attenzjoni tant li ġibdet is-simpatija tad-delegazzjonijiet multinazzjonali li kienu preżenti.

Dan id-diskors kien il-qofol taż-żjara li l-Prim Ministru u d-delegazzjoni mmexxija minnu għamlet matul din il-ġimgħa fl-Istati Uniti.

Minbarra hekk, iżda, hu kellu diversi laqgħat bilaterali u indirizza laqgħat anċillari li saru, fosthom fil-LGBTI Core Group, grupp reġjonali tal-ĠM. Hawnhekk il-Prim Ministru saħaq li Malta qed tħares ’il quddiem biex tilqa’ l-EuroPride li se tkun organizzata bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru ta’ sena oħra u spjega kif f’din se jkun hemm għadd ta’ attivitajiet fosthom konferenzi u laqgħat ta’ appoġġ għall-komunità LGBTIQ+.

Meta indirizza din id-diskussjoni bit-tema ‘The Right to Be Me’, marbuta mas-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali, Abela spjega li, fl-2013, Malta kienet fit-18-il post tal-indiċi ILGA-Europe b’punteġġ ta’ 35%, imma llum tinsab fl-ewwel post b’punteġġ ta’ 92%.

“Iċ-ċaqliq fil-politika u l-liġi-

ALEX SCEBERRAS TRIGONA,

Ministru għall-Affarjiet Barranin mal-Prim Ministri Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici

Diskors f’waqtu li semma l-Prim Ministru fi New York iffokat fuq il-paċi jew in-nuqqas tagħha llum, mhux biss fl-Ukrajna, iżda wkoll fil-Libja, fost oħrajn. Għamel sew li fakkar fid-dmir ta’ Malta newtrali, li tirsisti attivament għall-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali li tant ħdimna biex ankrajniehom fil-Kostituzzjoni fl-1987, li ġie rikonoxxut globalment bil-laqgħa f’Malta bejn Bush u Gorbachev li difnet il-Gwerra Bierda fl-ibħra Maltin. L-indirizz tal-Prim Ministru Malti lill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York din il-ġimgħa

Ejjew ilkoll indawru l-isfidi li niffaċċjaw f’opportunitajiet u nittrasformaw l-ekonomiji tagħna u nagħmluhom lesti għall-futur … il-futur huwa l-ambjent, il-futur hu diġitali

This article is from: