6 minute read
Ara wkoll paġni 8 u
GĦAXAR SNIN LI SE JKUNU GĦENU LIL AKTAR NISA JAĦDMU
● Wara li bejn l-2013 u l-2015 tnaqqset it-taxxa tad-dħul minn rata ta’ 35% għal 25% fuq dħul ta’ inqas minn €60,000, fl-2016 sar tnaqqis ieħor fit-taxxa tad-dħul. B’dawn il-miżuri, li minnhom gawdew mal-160,000 persuna, persuna b’dikjarazzjoni singla li taqla’ sa €9,100, koppja b’dikjarazzjoni konġuta li jaqilgħu sa €12,700 u persuna bid-dikjarazzjoni ta’ ġenitur li taqla’ sa €10,500, inħelsu mill-ħlas tat-taxxa. Koppji u persuni oħrajn iffrankaw €90 u €210 f’taxxa, skont id-dħul tagħhom. ● Biex jitkattar l-imprenditorjat fost in-nisa ttieħdet miżura fejn self-employed nisa u negozji li fihom hemm maġġoranza ta’ ekwità kkontrollata min-nisa, jingħata massimu ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ €50,000 flok €30,000. ● Il-benefiċċju tal-In-Work Benefit ġie estiż għall-familji magħmulin minn koppji fejn persuna waħda biss tkun fl-impjieg bi dħul ta’ bejn €6,600 u €12,700 u fejn hemm ulied dipendenti li għandhom inqas minn 23 sena. ● Għal darb’oħra, permezz ta’ fondi għat-taħriġ millFond Soċjali Ewropew, tnieda programm biex jiġu inkoraġġiti aktar persuni jieħdu t-taħriġ li għandhom bżonn. ● Min-naħa tagħha, JobsPlus bdiet toffri 500 work exposure u traineeship fis-sena għal seba’ snin biex tgħin ikompli nieżel il-qgħad fil-pajjiż. ● Bħala inċentiv biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat f’Għawdex billi għal kull impjegat offrut kuntratt ta’ tliet snin jew iżjed, kumpaniji bdew jingħataw rifużjoni ta’ 20% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €5,000. ● Żdiedu u tjiebu l-benefiċċji tal-iskema tal-In-Work Benefit. Minbarra reviżjoni fis-ceilings rispettivi, għolew ir-rati għal kull wild taħt it-23 sena. Għal koppja fejn jaħdmu ż-żewġ ġenituri, dan kien ifisser żieda ta’ €200 fis-sena skont id-dħul u b’hekk il-benefiċċju tela’ minn €1,000 għal €1,200. Għas-single parents li jaħdmu, ir-rati għolew b’€50 fis-sena għal €1,250, filwaqt li għall-koppji fejn wieħed biss jaħdem, ir-rati għolew minn €150 sa massimu ta’ €350 fis-sena skont iddħul. ● Twettqet riforma importanti fl-Għajnuna Supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin bi dħul, inkluż bil-Paga Minima, imma li m’għandhomx tfal taħt is-16-il sena u ma jiħdux Children’s Allowance. B’din ir-riforma żdied is-ceiling għal dik is-sena għall-miżżewġin minn €11,089 għal €13,000. Mill-bidla gawdew ukoll persuni single li jgħixu għal rashom, jaħdmu u għandhom dħul nett ta’ inqas minn €9,012 għal dik is-sena, kif ukoll persuni single oħrajn, li jaħdmu b’Paga Minima u ma kellhomx dħul nett li jaqbeż id-€9,012, li bdew igawdu minn żieda ta’ €126.36 fis-sena. Minn din ir-riforma gawdew mal11,000 koppja u 5,000 persuna single li jaħdmu għal total ta’ 27,000 persuna. ● Bil-għan li jkompli jinżel il-qgħad fost iż-żgħażagħ, b’kollaborazzjoni mas-settur privat, issoktat il-Work Programme Initiative biex tingħata għajnuna lil individwi ta’ 25 sena li ilhom ifittxu xogħol għal 12-il xahar jew aktar. Fl-istess waqt, kompliet il-Garanzija għażŻgħażagħ biex persuni jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jtejbu l-opportunitajiet għax-xogħol. ● Kif imwiegħed, bdiet tiġi implimentata l-miżura li kull ħaddiem jieħu lura ġurnata leave għall-festi pubbliċi li jinzertaw fi tmiem il-ġimgħa, b’żieda tal-ewwel ġurnata leave. ● Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem. Dan japplika għal kull ħaddiem li jaqla’ inqas minn €60,000. Għall-ewwel darba bbenefikaw ukoll dawk il-ħaddiema li ma jħallsux taxxa. Dawk bl-inqas dħul ingħataw il-massimu ta’ din l-għotja. Il-ħlasijiet li ngħataw ivarjaw bejn €40 u €68, skont id-dħul gross li jkun daħħal ħaddiem fis-sena ta’ qabel. ● Titjib fl-iskema tal-In-Work Benefit b’żidiet mogħtija għal kull wild ta’ koppji fejn wieħed mill-ġenituri biss jaħdem. ● Titjib fl-iskema tat-tapering, billi l-perjodu ta’ stennija biex wieħed ikun jista’ jgawdi mill-benefiċċju tat-tapering tnaqqas minn sentejn għal sena li jkun ilu jgħix fuq il-benefiċċji soċjali għal sena biss. ● Aktar inċentivi biex jinħolqu impjiegi ġodda mas-settur privat f’Għawdex billi għal kull impjegat offrut kuntratt ta’ tliet snin jew aktar, tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €6,000. ● Żieda ta’ ġurnata oħra ta’ leave biex tagħmel tajjeb għal dawk il-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. ● Aġġustament għall-impjegati li jitħallsu l-paga minima skont il-ftehim milħuq mal-imsieħba soċjali. Dawk il-ħaddiema li kienu fuq il-paga minima fl-2017, fl-2018 ħadu żieda ta’ €3 fil-ġimgħa u fl-2019 ħadu €3 oħra fil-ġimgħa. ● Aktar tnaqqis ta’ taxxi għal kull min jaħdem permezz ta’ refunds li jvarjaw minn €40 sa €68. ● Ħaddiema rreġistrati bħala singli għall-fini ta’ taxxa u li d-dħul tagħhom hu minn xogħol part-time li jaqbżu s-ceiling ta’ €9,100, iżda ma jeċċedux il-paga minima, ma baqgħux jiġu intaxxati. ● Aktar għajnuna finanzjarja għall-impjegati Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern u jridu jivvjaġġaw bejn iżżewġ gżejjer u jorganizzaw trasport kollettiv. ● Il-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta, kemm dawk li jaħdmu mal-Gvern u dawk li jaħdmu mal-privat, saru intitolati għall-Gozitan Works Subsidy, li tikkonsisti fir-rifużjoni tal-biljett tal-vapur.
Advertisement
● Żieda ta’ ġurnata oħra leave bi tpattija għall-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem ilġimgħa. ● Rifużjoni oħra tat-taxxa lil kull min jaħdem bi spiża ta’ €11.5-il miljun. ● Tonqos ir-rata tat-taxxa fuq dħul minn overtime. L-ewwel 100 siegħa ta’ overtime f’sena ta’ ħaddiema, li l-paga tagħhom ma taqbiżx l-€20,000, bdew jiġu intaxxati bil-15%. ● Biex jonqos ix-xogħol ta’ prekarjat saret miżura ħalli ħaddiema tal-kuntratturi, li jkolhom kuntratti ma’ entitajiet partikolari fis-settur privat, jirċievu l-paga bażika għall-istess xogħol f’dik l-entità partikolari. ● Romol fid-dinja tax-xogħol, li għandhom tfal taħt it-18-il sena, bdew jieħdu żieda ta’ €5.46 fil-ġimgħa fil-benefiċċju li jitqassam għal kull wild. L-allowance issa laħaq l-€10 fil-ġimgħa. ● Ġranet tal-leave reġgħu żdiedu b’ġurnata oħra bi tpattija għal dawk il-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. ● Mill-ġdid jingħata tax refund għal min jaqla’ inqas minn €60,000. Ir-rifużjoni se tiżdied għal bejn €45 u €95, bl-ogħla ħlas jingħata lil min għandu l-aktar dħul baxx. Ibbenefikaw ’il fuq minn 218,000 persuna. ● It-thresholds tal-In-Work Benefit ġew estiżi għal darb’oħra fil-pjan ta’ rkupru ekonomiku mħabbar f’Ġunju, bir-rata tal-benefiċċju tiżdied fit-tliet kategoriji involuti. It-thresholds il-ġodda huma ta’ €35,000 għall-koppji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu; €23,000 għas-single parents u €26,000 għall-koppji fejn ġenitur wieħed biss jaħdem. ● Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku bdew igawdu minn politika ġdida ta’ remote working, li tagħtihom fakultà li jaħdmu ’l bogħod mill-uffiċċju. 2 0 1 6 ● Se jkun qed jiġi estiż isservizz ta’ childcare b’xejn għal dawk li jaħdmu ħinijiet atipiċi, bħal filgħaxija, fi tmiem ilġimgħa u bix-xiftijiet. ● Se tiżdied ir-rifużjoni tat-taxxa li ngħatat fl-aħħar snin għal bejn €60 u €140, bl-ogħla waħda tingħata lil min għandu l-aktar dħul baxx. ● Ir-rata tat-taxxa fuq id-dħul mill-overtime se tkompli tonqos biex min ma jaqbiżx paga bażika ta’ €20,000 fis-sena u m’għandux pożizzjoni maniġerjali se jibda jiġi intaxxat bil-15% fl-ewwel €10,000 dħul mis-sahra. ● Tnaqqis tat-taxxa minn 15% għal 10% fuq id-dħul talpart-timers. ● Titjib tal-In-Work Benefit għall-ġenituri li għandhom tfal taħt it-23 sena. Għall-koppji fejn it-tnejn jaħdmu, il-limitu tad-dħul se jiġi estiż minn €35,000 għal €50,000 fis-sena, għal koppji fejn ġenitur wieħed jaħdem, il-limitu tad-dħul se jitla’ minn €26,000 għal €35,000 fis-sena, u għal single parents il-limitu se jitla’ minn €23,000 għal €35,000 fis-sena. Minbarra hekk, ir-rati minimi żdiedu għal €200 fis-sena, waqt li se jiżdiedu r-rati kollha eżistenti b’€100 fis-sena. ● Se jingħataw ukoll €150 f’In-Work Benefit fis-sena lil ħaddiema b’paga bażika sa €20,000 u li jaħdmu mal-privat f’ħinijiet atipiċi ta’ filgħaxijiet, fi tmiem ilġimgħa u bix-xiftijiet fis-setturi tal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel, is-servizzi amministrattivi u ta’ sapport, il-manifattura, it-trasport u l-ħażna, u l-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut. ● Il-Gvern se jibda jħallas id-doppju għas-sigħat ta’ xogħol fil-Ħdud lill-ħaddiema tal-kuntratturi fis-Settur Pubbliku. ● L-istipendju lill-istudenti eliġibbli se jibqa’ jingħata 2 0 1 7 anke jekk jaħdmu sa massimu ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. ● Pjan biex jibdew diskussjonijiet fuq livell tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) biex pajjiżna jkun f’pożizzjoni li jimplimenta direttiva talUE dwar parental leave u work-life balance.