22 minute read
Tkompli f’paġna
31.10.2021
03 “MHUX NIXĦTU PIŻIJIET FUQ IN-NIES”
Advertisement
Tkompli minn paġna 1 Abela spjega wkoll li Malta issa marret għal enerġija iżjed nadifa meta hemm min għadu juża l-faħam. Minħabba li pajjiżna hu differenti minn oħrajn, speċjalment għax għandu biss kumpanija waħda li tipprovdi l-enerġija, ilPrim Ministru qal li l-Gvern irnexxielu jikkonvinċi lill-pajjiżi l-oħrajn biex filkonklużjonijiet tal-Kunsill ikun hemm referenza kontinwa għal dawn ir-realtajiet. “Mhux se naċċetta li l-pressjoni internazzjonali ta’ żieda fil-prezzijiet naqbdu u nixħtuha fuq il-konsumatur qisu xejn mhu xejn, kif kien isir,” qal ilPrim Ministru b’referenza għall-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti li kienu jgħidu li rridu nidraw kontijiet għoljin u li qatt ma kienu se jerġgħu jorħsu.
Robert Abela tenna l-fiduċja li teżisti f’pajjiżna li qed twassal biex jinħolqu aktar impjiegi, aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema Maltin. “Qed nibqgħu nattiraw investiment wara ieħor. U bilfors tkun sodisfatt meta tmur f’postijiet bħal dawn u jgħidulek li f’pandemija għaddejja madwar iddinja u l-ikbar sfida li jsemmulek hi li għandhom bżonn iktar ħaddiema.”
Il-Prim Ministru qal ukoll kif bħala pajjiż saru miri ambizzjużi biex insiru carbon neutral u jitkattar l-investiment b’mod sostenibbli. “Sabiħ li tara dan l-aptit li n-negozji jirkbu fuq il-ħtieġa ta’ bidla anke mil-lat ta’ sostenibbiltà.”
Huwa sostna wkoll kif dan il-messaġġ irid jasal ukoll fl-arena internazzjonali. “Fil-jiem li ġejjin se nattendi l-COP26 u hemm se nwasslu l-messaġġ tagħna bħala pajjiż żgħir li lesti nagħmlu l-parti tagħna, iżda li nifhmu wkoll kif kulħadd irid jagħmel il-partit tiegħu għax dak li ma jagħmilx ħaddieħor ikollu impatt fuqna wkoll.”
Il-prinċipju marbut mal-emerġenza klimatika jitlob lill-istati membri kollha biex flimkien jikkontribwixxu għallproċess ta’ dekarbonizzazzjoni, ibiddlu r-rotta tal-pajjiżi rispettivi tagħhom ħalli jevitaw it-tisħin globali u l-estinzjoni tal-ħajja fuq il-pjaneta tagħna.
“It-trasformazzjoni tal-mudell ekonomiku tagħna f’wieħed iktar newtrali klimatikament, iwassalna biex inkunu minn ta’ quddiem bħala nazzjon li jmexxi stati żgħar oħrajn bħal tagħna, billi naqsmu l-esperjenzi, niddiskutu l-għażliet li għandna quddiemna, intejbu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna biex nibqgħu kompetittivi u reżiljenti.”
Il-Prim Ministru waqt l-intervista lbieraħ filgħodu
“Intenni l-istess appell … il-bżonn li nieħdu t-tilqima”
B’rabta mal-pandemija, hu appella lil dik il-minoranza f’pajjiżna li għadha ma ħaditx it-tilqima, għax jekk minn xhur ilu ’l hawn bħala pajjiż konna kapaċi li nnaqqsu bil-mod irrestrizzjonijiet, dan kien biss għax kellna u għandna l-vaċċin.
“Allura bl-istess mod nappella lil kulħadd biex la jibda jirċievi l-appuntament talbooster imur jieħu wkoll din it-tilqima. Il-pandemija kienet tema oħra li qamet malmejda tal-Kunsill Ewropew. Tagħtik sodisfazzjon meta tkun tista’ tgħid kemm konna kompetenti bħala pajjiż biex ksibna l-vaċċin, iżda wkoll kemm ikkopera l-pubbliku. Però fit-triq għannormalità, fejn irrilaxxajna l-miżuri ftit ftit – u s’issa qatt ma kellna għal xiex immorru lura minn dan – m’għandniex nieqfu milli nkunu responsabbli u nieħdu ħsieb xulxin,” kompla Dr Abela.
“Pjan ta’ tim magħqud iffukat fuq il-ġid li rridu noħolqu”
Waqt li tkellem dwar il-Baġit, li għadu kemm ġie ppreżentat, il-Prim Ministru qal li dan kien l-ikbar Baġit b’miżuri soċjali. “L-anzjani fuq quddiem biż-żidiet filpensjonijiet u benefiċċji oħra … erġajna naqqasna l-piż tattaxxi. Dan kien il-Baġit bl-iktar miżuri ambjentali … il-Baġit li ħaseb ukoll fil-futur billi ħoloq l-inċentivi għall-kumpaniji ħalli jkun hemm iktar investiment.” Hu qal kif dan kollu jikkuntrasta man-narrattiva tal-Partit Nazzjonalista. “Li hu żgur hu li meta tara dak li qalet
l-Oppożizzjoni tasal għal konklużjoni sempliċi: Li kieku kienet fil-Gvern, flok kienet tkun hemm tinvesti fin-nies, kienet terġa’ tadotta l-awsterità.” Hu fakkar kif l-Oppożizzjoni għamlet ġimgħat u xhur tipprova toħloq inċertezza fil-pajjiż, għax ma tiflaħx tara n-negozju qed jirkupra. “Oppożizzjoni li ħsiebha biss biex tbeżża’. Tbeżża’ bil-pandemija … imbagħad bl-FATF … imbagħad bl-elezzjoni. U dan dejjem b’tir wieħed, li jxejnu l-magna ekonomika li bnejna u li tant ħolqot progress soċjali fl-aħħar snin. Magna ekonomika li permezz tagħha eluf ta’ nisa kisbu Sabiħ tara dan l-aptit li n-negozji l-indipendenza. Eluf ta’ persuni fuq benefiċċji soċjali bdew jaħdmu. Eluf ta’ żgħażagħ li setgħu jibdew negozju ġdid,” jirkbu fuq il-ħtieġa kompla l-Prim Ministru. ta’ bidla anke mil-lat ta’ “Lil dawn kollha nagħtihom il-kelma tiegħi – magħna taf fejn qiegħed. Għandkom is-serħan il-moħħ ta’ Gvern sostenibbiltà sod li għandu l-istess interessi tagħkom. Aħna m’aħniex ħsiebna fis-siġġu talpoter jew fl-intriċċi politiċi. Aħna ħsiebna fl-interess nazzjonali. F’dak li jaqbel għall-Għawdxin u l-Maltin kollha,” temm jgħid Dr Abela.
Fit-tielet kwart tal-2021, ilkundizzjonijiet tan-negozju komplew jitjiebu tant li 65% tan-negozji rrappurtaw żieda fl-attività tagħhom, skont tagħrif li nġabar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bejn Lulju u Settembru li għadda.
L-istatistika mill-istħarriġ tal-Bank Ċentrali fost sidien ta’ negozji u rrapportata fit-tielet edizzjoni tal-“Business Dialogue” maħruġ għal din is-sena, tixhed kif l-andament pożittiv u rkupru mill-pandemija għadu għaddej.
Ir-rapport hu dettaljat u jagħti ħarsa lejn l-andament ekonomiku għat-tielet kwart ta’ din is-sena, waqt li jagħmel ukoll tqabbil mat-tieni kwart tas-sena. Tali stħarriġ ingħata iżjed importanza, speċjalment mindu faqqgħet il-pandemija. Permezz tiegħu wieħed jara kif qed jirrapportaw l-attività tagħhom in-negozji, issa li dejjem qegħdin ikomplu jonqsu l-miżuri preventivi meħudin bħala prevenzjoni għat-tixrid tal-pandemija.
L-istħarrġ jagħti riżultati sodisfaċenti ħafna, b’rapporti ta’ titjib fuq is-setturi kollha. Anke fejn jidħlu pjani ta’ investiment, jidher li n-negozji ħarġu sew minn dik l-inċertezza li ġabet magħha l-COVID-19 u l-pjani qed jissuktaw.
Jekk tieħu l-istħarriġ b’mod ġenerali tara li minn dak li qalu s-sidien tan-negozji nfushom, il-kundizzjonijiet ġenerali tan-negozju komplew jitjiebu filwaqt li l-aspettattivi dwar l-attività kummerċjali għallaħħar kwart, jiġifieri għat-tliet xhur ta’ Ottubru, Novembru u Diċembru, tjiebu wkoll.
Dwar l-investiment jintqal li l-pjani għal dan baqgħu filbiċċa l-kbira kif skedat u n-negozji qed jippjanaw li jkabbru n-numru ta’ ħaddiema fl-azjendi tagħhom. Kien hemm negozji li esprimew tħassib dwar in-nuqqas ta’ ħaddiema. Dan jirrifletti wkoll il-persentaġġ żgħir ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin li huma bla xogħol u li bħalissa jlaħħqu l-1,257.
F’rapport ta’ 10 paġni, ilBank Ċentrali jibda wkoll jagħti aktar dettalji dwar dawn il-kisbiet tan-negozji.
Fost l-oħrajn, fit-tielet kwart tal-2021, il-qagħda tan-negozji baqgħet titjieb. Waqt li 65% tan-negozji, li kienu kkuntattjati, irrappurtaw żieda fl-attività, kienu biss 16% li qalu li kellhom tnaqqis. Dan tal-aħħar ukoll hu aktar baxx minn dak li ġie rrappurtat fit-tieni kwart tas-sena, għax niżel għal 16% minn 21%.
Għalhekk, persentaġġ nett ta’ 49% ta’ dawk li wieġbu, rrappurtaw żieda fl-attività matul it-tliet xhur ta’ qabel l-intervista, żieda sinifikanti meta wieħed jara li din telgħet minn 28% fit-tieni kwart tas-sena. Setturi li rrappurtaw titjib kienu dawk tas-servizzi, tal-manifattura u tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut. Dawk fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-propjetà qalu li stabbilizzaw irwieħhom.
Is-settur tas-servizzi waħdu rrapporta titjib konsiderevoli. Persentaġġ qawwi ta’ 77% ta’ azjendi u ditti li jaħdmu f’dan is-settur iddikjaraw li l-kundizzjonijiet ekonomiċi fit-tielet kwart tas-sena tjiebu sostanzjalment. Perċentwal li diġà kien tajjeb fit-tliet xhur ta’ qabel.
Il-kundizzjonijiet tan-negozju tjiebu sew ukoll fis-settur tal-manifattura. In-numru ta’ dawk li rrappurtaw titjib fl-attività f’dan is-settur kważi rdoppja, minn 35% fit-tieni kwart għal 63% fit-tielet kwart tas-sena. Fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, 44% nett ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li qed imorru tajjeb fin-negozju tagħhom, żieda mill-persentaġġ ta’ 30% fit-tieni kwart.
Interessanti wkoll hu li l-persentaġġ ta’ dawk in-negozji li qalu li ma raw ebda tibdil fl-andament tan-negozju tagħhom ukoll tjieb. Fil-fatt dak li fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien ta’ 30% issa naqas għal 19% f’dawn l-aħħar tliet xhur.
Bl-andament kif irrappurtat, dawk intervistati qed iħarsu b’ottimiżmu ’l quddiem, tant li kważi nofs in-negozji intervistati rrappurtaw li huma jistennew li l-attività kummerċjali se tiżdied fit-tliet xhur li ġejjin. Kienu 48% ta’ dawk li rrispondew li qalu li qed jistennew li l-attività kummerċjali tagħhom se tiżdied fit-tliet xhur li ġejjin, persentaġġ li hu 9% ogħla minn dak li kienu
L-irkupru ekonomiku mill-pandemija tal-COVID-19 qed jinħass ukoll fost dawk l-agħar milqutin mill-effetti tagħha flaħħar sena u nofs li għaddew. Fil-fatt minn tagħrif, li għandha l-KullĦadd, jirriżulta li attwalment hemm l-inqas għadd ta’ negozji quddiem id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) fejn qed jitolbu trattament speċjali ta’ eżenzjoni mil-liġi li tobbligahom josservaw il-kundizzjonijiet rispettivi nazzjonali jew dawk fi ftehim kollettiv.
Il-Kapitlu 452 tal-liġijiet ta’ Malta jgħid, f’Artiklu 42, li, f’każi eċċezzjonali, min iħaddem jista’, bi qbil mal-ħaddiem/a jew rappreżentanti trejdunjonistiċi, jipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol differenti minn dawk speċifikati filLiġi sakemm din tkun miżura temporanja biex jiġu evitati sensji. Dan ukoll irid ikun approvat mid-Direttur tax-Xogħol u jiġi rivedut kull erba’ ġimgħat.
Bħal fil-każ tal-pandemija, li laqtet diversi setturi, partikolarment dawk relatati matturiżmu, dan il-provediment fil-liġi jippermetti li, bi ftehim mal-impjegati tagħhom, employers jitolbu permess speċjali ħalli jnaqqsu mill-kundizzjonijiet u allura spejjeż relatati mas-salarji. Dan jista’ jsir b’diversi modi, inkluż li ma jħaddmux il-minimu ta’ 40 siegħa xogħol jew jissospendu ċerti benefiċċji dovuti, fost oħrajn.
Waqt li f’Lulju tas-sena li għaddiet kien hemm total massimu ta’ 292 negozju li talbu dan it-trattament speċjali, illum jirriżulta li dawn niżlu għal 46 biss.
Kienet tkun storja totalment differenti li kieku l-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, ma investiex ukoll miljuni kbar fil-ħaddiema u n-negozji bil-għan li jimmitiga l-effetti tal-pandemija fis-setturi l-iżjed milqutin.
Dan sar permezz ta’ ruxxmata ta’ miżuri indirizzati speċifikament għal dan il-għan, l-iżjed waħda importanti tkun il-Covid Wage Supplement li allokat xejn inqas minn €800 fix-xahar lil kull ħaddiem li l-post tax-xogħol tiegħu ġie affettwat l-agħar.
Sentejn wara l-kriżi internazzjonali finanzjarja tal-2008, li kienet 10 darbiet iżgħar mill-pandemija, kien għad hemm 61 employer li ngħataw permess mid-DIER biex inaqqsu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tagħhom. F’ċirkostanzi suppost normali fl-2012 is-sitwazzjoni kienet tali li 53 employer naqqsu wkoll il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tagħhom.
Dak iż-żmien, Gvern Nazzjonalista kien aġixxa kompletament differenti u minbarra li m’offra l-ebda għajnuna speċifika, għażel it-triq tal-awsterità, waqt li wkoll spiċċa jgħabbi piżijiet esaġerati fuq il-ħaddiema, il-familji u n-negozji inġenerali.
Mitlub jikkummenta dwar is-sitwazzjoni tal-lum u l-ħidma tad-DIER, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela stqarr li “grazzi għall-ħidma ta’ dan il-Gvern, salvajna l-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Kienet ħidma kollettiva u tat riżultati li jimlewna b’kuraġġ għall-preżent u anke għall-futur. Flimkien mad-Dipartiment ħdimna ħalli mhux biss nifhmu s-sitwazzjonijiet differenti li żviluppaw fil-postijiet tax-xogħol, imma sibna metodi kif flimkien naslu għal soluzzjoni li minnha jirbaħ kulħadd. Huwa kkalkulat li aktar minn 25,000 impjieg ġew salvati bil-flessibbiltà biss li ġiet adottata. Dan
Bħal setturi oħrajn lokali, fil-manifattura persentaġġ ogħla ta’ negozji se jżidu l-ħaddiema mqabbel ma’ tliet xhur qabel
wieġbu l-istess fit-tieni kwart tas-sena.
Kienu biss 11% li qalu li kienu qed jistennew tnaqqis. Minbarra hekk, il-proporzjon ta’ dawk li kienu inċerti mill-prospetti tan-negozju kompla jonqos, minn 18% fit-tieni kwart tas-sena għal 11% fit-tielet kwart.
Għalhekk, anke hawn ġie rrappurtat titjib, l-aktar fis-setturi tal-manifattura, bi ftit inqas fis-settur tas-servizzi.
F’dan il-perjodu wkoll, 73% ta’ dawk li wieġbu qalu li komplew bil-pjani tagħhom ta’ investiment kif skedat, filwaqt li 14% rrappurtaw posponiment. B’din iż-żieda fl-attività, 41% nett tan-negozji qed jippjanaw li jżidu l-ħaddiema.
Matul l-istadji inizjali talpandemija, għadd sostanzjali ta’ ditti kienu waqqfu l-pjani tagħhom ta’ investiment. Dan kien ir-riżultat tal-inċertezza madwar id-dinja minħabba l-imxija tal-pandemija.
Madankollu, l-istħarriġ juri li kien hemm żieda fil-persentaġġ ta’ kumpaniji li komplew bil-pjani tagħhom ta’ investiment f’dawn l-aħħar xhur. Fil-fatt mat-tliet kwarti tan-negozji, li wieġbu għall-istħarriġ, irrappurtaw li l-pjani tagħhom ta’ investiment baqgħu fit-triq it-tajba, meta mqabblin ma’ 69% fit-tliet xhur ta’ qabel.
L-għadd ta’ kumpaniji li qalu li pposponew jew waqqfu l-pjani tagħhom ta’ investiment u għadhom qed jaraw kif se jiżviluppa l-andament ekonomiku huma biss ta’ 14%, l-istess bħalma kien fit-tliet xhur ta’ qabel. Min-naħa l-oħra, imbagħad, 3% ħassru n-nefqa kapitali tagħhom. Dawn joperaw fil-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut u fis-settur tas-servizzi.
Ħarsa lejn is-setturi fejn jidħlu pjani ta’ investiment, 81% tal-kumpaniji tal-manifattura rrapportaw li komplew bil-pjani tagħhom, filwaqt li dan kien għoli wkoll fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, 78%.
Aktar investiment iġib miegħu wkoll aktar impjiegi. Mistoqsija dwar pjani ta’ impjieg, it-tweġibiet miġburin jiżvelaw żieda f’dawk l-azjendi u d-ditti li qed jippjanaw li jżidu l-ħaddiema, b’41% ta’ dawk kollha intervistati li qed jippjanaw li jżidu l-impjiegi. Dan kien kemxejn ogħla mit-39% fit-tieni kwart, iżda b’mod sinifikanti aktar minn dak li kien irreġistrat fl-ewwel kwart.
Persentaġġ ogħla ta’ ditti li qed jippjanaw li jżidu l-impjiegi ġie rreġistrat fl-oqsma kollha, minbarra tas-servizzi. B’mod partikolari, persentaġġ nett ta’ 57% ta’ dawk intervistati u li ġejjin mis-settur tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà qed jippjanaw li jżidu l-ħaddiema, persenaġġ li tela’ sew minn dak ta’ 10% fit-trimestru preċedenti. Ma’ dan, il-persentaġġ ta’ dawk fil-manifattura, li wieġbu li qed jippjanaw li jżidu l-ħaddiema, kien ta’ 31%, żieda fuq id-29% fittliet xhur ta’ qabel, waqt li dak fil-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut żdied minn 30% għal 33%.
Ħafna minn dawk intervistati jinsistu li n-nuqqas ta’ ħaddiema huwa ta’ tħassib kbir u li qed isibuha dejjem aktar diffiċli li jsibu impjegati ġodda. Dan is-sentiment intwera minn ditti fis-setturi kollha, imma kien aktar fost dawk li joperaw fl-industrija tas-servizzi.
73% tan-negozji wieġbu li komplew bil-pjani ta’ investiment kif skedat … 41% qed jippjanaw li jżidu l-ħaddiema
F’LONDRA GĦAL LAQGĦA MAL-IMO
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ilbieraħ kien f’laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) Kitack Lim f’Londra, l-Ingilterra, fid-dawl li pajjiżna wkoll se jkun qed jagħmel il-pass importanti li jwaqqaf l-Awtorità Maltija tal-Marittimu.
Dan ikompli juri kif pajjiżna jemmen li dan is-settur hu wieħed essenzjali għall-ekonomija lokali u b’hekk hemm bżonn li jkun hemm ħidma ffukata biex anke l-pożizzjoni ta’ pajjiżna fuq l-isfond internazzjonali tkompli tisaħħaħ u tittejjeb.
Fost oħrajn, il-Ministru Borg tkellem mas-Segretarju Ġenerali Lim dwar l-aspirazzjoni li għandu pajjiżna biex għal darb’oħra jiġi elett fil-Kunsill tal-IMO ħalli jressaq ’il quddiem proposti u miżuri li jagħmlu dan is-settur tant importanti madwar id-dinja wieħed aktar sostenibbli.
Fid-diskussjonijiet f’Londra, Malta tkellmet ukoll dwar l-impatt li s-settur marittimu qed ikollu fuq it-tibdil fil-klima kawża tat-tniġġis, xi ħaġa li wkoll tirrifletti fuq l-għaqal amministrattiv tal-Gvern Malti li fassal miri ambizzjużi f’dan ir-rigward.
Waqt li insista li Malta se tibqa’ tkun minn ta’ quddiem li tappoġġja l-istrateġija tal-IMO għall-gender mainstreaming, il-Ministru Malti tenna li “rridu nibqgħu nħarsu wkoll id-drittijiet tal-baħħara tagħna u allura rridu naraw li l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 ikunu minimi kemm jista’ jkun, anke permezz ta’ assistenzi mill-gvernijiet internazzjonali ħalli naraw li dan is-settur ma jikkrollax u jibqa’ jkun wieħed mill-aktar essenzjali fil-qasam tat-trasport.”
kien strumentali ħalli, kif ir-restrizzjonijiet jonqsu u l-attività ekonomika lokali u dik minn barra tiżdied, issib lill-komunità kummerċjali lokali lesta ħalli tkompli bil-ħidma tagħha.”
Il-Ministru Abela kompla jgħidilna li dan kollu wassal biex illum f’pajjiżna għandna l-inqas numru ta’ nies ifittxu x-xogħol, konferma oħra kemm il-politika tal-Gvern Laburista ħadmet u kemm kien għaqli li, flok miżuri ta’ awsterità, mar għal miżuri ta’ investiment, partikolarment fin-nies.
L-għaqal tal-Gvern kien ukoll fil-fatt li daħal fil-pandemija globali minn pożizzjoni ta’ baġit surplus fejn allura seta’ jinvesti l-miljuni biex isalva l-impjiegi u n-negozji, tenna Abela.
Il-pensjoni tal-irtirar u ċ-children’s allowance kienu fost il-benefiċċji li komplew jissaħħu fl-aħħar snin
IŻJED INVESTIMENTI FIS-SERVIZZI SOĊJALI, B’INQAS DIPENDENTI
L-NSO jikkonferma li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kien hemm inqas persuni fuq assistenza soċjali – 11% inqas mill-2019! … fl-istess ħin tjiebu u twessgħu l-parametri ta’ iżjed għajnuniet
Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ikkonfermat li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kompliet tonqos id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali.
Fil-fatt, kienu 4,334 persuna biss li kellhom jirrikorru għal din l-għajnuna, jew 3% inqas minn dawk li kellhom bżonn din l-istess għajnuna fl-ewwel disa’ xhur tas-sena l-oħra. Imqabbel mal-istess perjodu fl-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija, issa wkoll kien hemm tnaqqis konsiderevoli. Bejn Jannar u Settembru ta’ sentejn ilu kien hemm 4,880 persuna dipendenti fuq din l-għajnuna.
Ifisser li, minkejja l-pandemija, kien hemm tnaqqis ta’ 546 persuna, jew 11%, dipendenti fuq l-assistenza soċjali fuq medda ta’ sentejn.
It-tnaqqis ukoll jistona bilkbir ma’ dak li kien seħħ wara l-kriżi ekonomika tal-2008, meta kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali. Dan filwaqt li fl-2013 kien hemm id-doppju tal-ammont preżenti jiddependu mill-għajnuna.
Fl-ewwel disa’ xhur tal2021 kompliet tonqos ukoll id-dipendenza fuq l-allowance supplimentari, bl-ammont li jirrikorru għalih jonqos b’501 persuna meta mqabbel mal2020 u b’1,213 meta mqabbel mal-2019.
Ta’ min jinnota li minkejja t-tnaqqis fid-dipendenza fuq dan il-benefiċċju, l-ispiża talGvern xorta żdiedet minn €6.5 miljun fl-2019 għal €8.9 miljun fl-2021. Dan għax il-Gvern tejjeb ħafna r-rati ta’ dan il-benefiċċju.
L-istess seħħ fejn jidħol l-In-Work Benefit fejn hemm kważi 5,100 persuna li qed igawdu minn dan il-benefiċċju mogħti lil dawk li jaħdmu, imma li għandhom dħul baxx. Imqabbel ma’ sena ilu, l-ammont mogħti tela’ b’aktar minn €500,000, jew bi 13%. Dan seħħ wara titjib fir-rati, fl-eliġibilità u d-dħul ta’ suppliment għal dawk bi tfal.
Grazzi għal miżuri ta’ baġits preċedenti, żdied ukoll l-ammont direzzjonat lejn dawk b’diżabilità, li issa tela’ għal kważi €23 miljun, ikkomparat ma’ inqas minn €19-il miljun qabel bdiet il-pandemija. L-istess ġara fir-rigward taċ-Childrens’ Allowance, fejn l-allokazzjoni telgħet bi kważi €3 miljun, grazzi għad-dħul ta’ suppliment.
Ta’ min ifakkar li, fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, ilGvern Nazzjonalista dakinhar kien naqqas din l-assistenza lill-familji b’aktar minn €2 miljun.
L-anzjani b’differenza għal żminijiet oħrajn ukoll ma tħallewx waħedhom f’dan ilmument ta’ sfida ekonomika. Fil-fatt, l-ammont mogħti lir-romol tela’ għall-ewwel darba għal aktar minn €118il miljun fl-ewwel disa’ xhur tas-sena. Dan ifisser żieda ta’ €9 miljun, jew bi kważi 8% mqabbel ma’ qabel il-pandemija.
Fejn jidħol l-ammont li qed jingħata lill-pensjonanti dan ukoll laħaq figura rekord, dik ta’ kważi €500 miljun fl-ewwel disa’ xhur tas-sena. Dan ifisser tkabbir ta’ €66 miljun, jew 15% mqabbel mal-2019. Jekk wieħed iħares biss lejn l-inqas pensjonijiet – dawk minimi – isib li l-allokazzjoni żdiedet bi €11-il miljun, jew bi kważi n-nofs.
Dan juri kif il-Gvern iffoka l-għajnuna lil dawk l-aktar filbżonn.
Wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq l-assistenza soċjali, waqt li fl-2013 kien hemm saħansitra d-doppju tal-ammont preżenti jiddependu minn din l-għajnuna
31.10.2021
07 IL-QASMA DIĠITALI ŻBALJATA TAL-PN
Fl-aħħar jiem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista sostniet, permezz tal-kelliem tagħha Clyde Puli, li hu allarmanti kif, skont riżultat minn stħarriġ li sar dan l-aħħar f’pajjiżna, jidher li hawn madwar 5,000 tifel u tifla li m’għandhomx laptop, tablet jew gadget simili. Peress li dan huwa survey li bħalu ma jidhirx li qatt saru oħrajn fil-passat, ma nistgħux inqabblu biex naraw jekk is-sitwazzjoni marritx ’il quddiem jew lura f’dan ir-rigward fl-aħħar snin.
Ċertament li l-qasma diġitali hi sfida u wieħed mill-mezzi biex tindirizzaha, minbarra bl-edukazzjoni, hu wkoll billi tgħolli l-livell tal-għajxien tan-nies għax wara kollox li xi ħadd ikollu laptop jew tablet tiddependi fost oħrajn fuq jekk persuna taffordjahx jew le.
Allura ħsibna li probabbilment il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-5,000 tifel u tifla ġejjin minn familji li huma mċaħħdin materjalment b’mod sever. Għaldaqstant, ħarisna lejn l-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u sibna li fl-2013, kien hawn kważi 13% tat-tfal Maltin u Għawdxin f’deprivazzjoni materjali severa. Jiġifieri wieħed minn kull kważi tmint itfal f’Malta u Għawdex tmien snin ilu kienu mċaħħdin mill-aktar affarijiet bażiċi u essenzjali.
Din ir-rata sal-2020 niżlet għal 3.9%, tliet darbiet inqas, u li jfisser li s-sena li għaddiet kien hemm wieħed minn kull 25 tifel u tifla f’Malta u Għawdex li kienu f’deprivazzjoni materjali severa. Dan ifisser li illum hawn terz tattfal f’ċaħda materjali severa milli kien hawn meta l-Oppożizzjoni tal-lum kienet fil-Gvern. Tnejn minn kull tlett itfal li kien hawn f’ċaħda materjali severa sal-2013 illum m’għadhomx f’din is-sitwazzjoni.
Issa wieħed jista’ biss jispekula kemm kien hawn tfal bla laptop jew tablet fl-2013 għax tali statistika ma teżistix u dak li sar issa kien biss survey. Iżda jekk illum tfal f’ċaħda materjali severa hawn biss terz ta’ dak li kien hawn fl-2013, jekk japplika dan l-istess proporzjon wieħed jista’ jikkalkula li probabbli fl-2013 kien hawn mal-15,000 tifel u tifla li ma kellhomx laptop jew tablet.
Mitlub jikkummenta, il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon saħaq li l-Gvern għaddej b’ħidma kbira mhux biss fil-qasam edukattiv ħalli t-tfal jingħataw l-aqwa edukazzjoni ħolistika possibbli, iżda anke fil-qasam ekonomiku u soċjali fejn il-politika tal-Gvern preżenti fl-aħħar snin wasslet għal rata rekord ta’ impjiegi, l-inqas rata qatt irreġistrata ta’ qgħad u l-inqas rata ta’ dipendenza soċjali. Hu sostna li, grazzi għal dawn ir-riżultati eċċellenti, il-kwalità tal-ħajja tat-tfal Maltin u Għawdxin flimkien ma’ dawk tal-familji tagħhom tjiebet sostanzjalment fl-aħħar tmien snin.
Il-Ministru Falzon temm jgħid li dan jimliena bil-kuraġġ biex inkomplu nagħmlu aktar ħalli nilħqu lil dawk li għad għandhom bżonn l-għajnuna, inkluż f’dik li hi qasma diġitali. Fil-fatt, filġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed ivara inizjattiva sostanzjali li se tkun qed tgħin mhux ftit biex tiġi indirizzata l-qasma diġitali fost il-familji vulnerabbli f’pajjiżna.
Ir-rata ta’ tfal f’ċaħda materjali severa llum hi tliet darbiet inqas minn dik li kienet tmien snin ilu
MIŻURI T’GĦAXAR SNIN LI SE JKUNU GĦENU LIL AKTAR NISA JAĦDMU
● Ingħata bidu għal tnaqqis gradwali u mifrux fuq tliet snin fl-ogħla rata tat-taxxa taddħul. Ir-rata ta’ taxxa personali ta’ 35% applikabbli għal dawk li jaqilgħu inqas minn €60,000 tnaqqset bi 3% għal 32% għal kull komputazzjoni: singli, miżżewġin u ġenituri. ● Tneħħiet it-taxxa fuq il-Paga Minima. B’hekk persuni li t-taxxa tagħhom kienet tinħadem fuq rata ‘single’ u jirċievu biss il-paga minima u l-bonus statutorju, ma baqgħux jiġu intaxxati. ● Żdied b’ġimagħtejn għal 18-il ġimgħa il-leave talmaternità. ● Tnaqqset it-taxxa fuq min jaħdem bħala part-time. Illimitu (fuq l-ammont suġġett għar-rata preferenzjali ta’ 15%) żdied minn €7,000 għal €10,000 fil-każ ta’ impjieg parttime u €12,000 fil-każ ta’ part-timers li jaħdmu għal rashom. ● Mill-ġdid imsaħħaħ il-prinċipju li min jaqla’ l-paga minima ma jiġix intaxxat u għalhekk żdied il-limitu biex jittieħed kont tal-Cost Of Living Adjustment (COLA). Fl-istess waqt din il-miżura ġiet estiża wkoll għall-pensjonanti li d-dħul tagħhom ikun biss il-pensjoni u din ma taqbiżx l-ammont tal-paga minima. ● Biex familji jkunu f’qagħda aħjar li jisfruttaw il-potenzjal ta’ kull membru tal-familja u jsibu l-bilanċ bejn id-dmirijiet familjari u dawk tax-xogħol ingħata bidu għas-servizz ta’ childcare b’xejn. Il-benefiċċju medju ta’ dan is-servizz għal kull tifel jew tifla jiswa €4,000 kull sena. ● Għal ġenituri li jibagħtu lil uliedhom f’childcare centres bi ħlas kien hemm tnaqqis ieħor fit-taxxa. Ittnaqqis se jiżdied minn €1,300 għal € 2,000. ● Għal dawk il-familji li jsibu diffikultà biex ilaħħqu u jwasslu lit-tfal tagħhom l-iskola u jaslu fil-ħin għax-xogħol tnieda servizz ġdid fejn il-ġenituri jistgħu jwasslu lil uliedhom siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u t-tfal jingħataw kolazzjon nutrittiv fl-iskola. ● Bħala parti mill-politika li tiżdied ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nies fis-suq tax-xogħol, nisa miżżewġin ’il fuq minn 40 sena u li kienu ilhom aktar minn ħames snin barra mix-xogħol, u daħlu lura f’impjieg ingħataw il-possibbiltà li, sakemm id-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-paga minima, żwieġhom ikomplu jħallsu t-taxxa bil-komputazzjoni tal-miżżewġin u d-dħul tal-mara ma jkunx ikkunsidrat. B’hekk raġel b’paga medja seta’ jiffranka madwar €800 f’taxxa kull sena minħabba li kellu l-opportunità li jżomm l-istess komputazzjoni. ● Biex jinċentiva lil min iħaddem joffri work placements kif ukoll skemi ta’ apprentistat, il-Gvern nieda sistema ta’ tnaqqis tat-taxxa fejn min iħaddem igawdi minn €600 għal kull work placement u €1,200 għal kull apprentistat. ● Iddaħħlet skema speċifika ta’ taħriġ għall-Għawdxin li qed ifittxu impjieg. Fl-istess waqt, Għawdex ingħata prijorità fil-qasam tax-xogħol permezz tat-tiġdid tal-Employment Aid Programme b’investiment minn fondi Ewropej. ● Ingħata bidu għal skema li għandha l-għan li tinċentiva t-taħriġ u l-impjieg ta’ persuni qiegħda fl-età ta’ bejn il-45 u l-65 sena. Kumpaniji li jimpjegaw dawn il-ħaddiema gawdew minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul ta’ €5,800 għall-ewwel sentejn, li kienet tfisser iffrankar ta’ €2,030 fis-sena għal kull persuna li tittieħed mir-reġistru tal-qgħad. Minbarra hekk dawn il-kumpaniji bbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul ta’ 50% tal-ispiża fuq it-taħriġ tal-istess ħaddiema, sa massimu ta’ €400. ● Ġiet fis-seħħ l-inizjattiva tat-tapering tal-benefiċċji bil-għan li nies jirreġistraw għax-xogħol jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Permezz ta’ din l-iskema, minflok ma jinqatgħu mill-ewwel il-benefiċċji kollha malli li jibdew jaħdmu, dawn jitnaqqsu fuq medda ta’ żmien biex it-tranżizzjoni mir-reġistru talqgħad għad-dinja tax-xogħol tkun waħda bla skossi. L-iskema hija mifruxa fuq tliet snin. Fl-ewwel sena l-benefiċjarji jgawdu minn 65% tal-benefiċċju, fit-tieni sena minn 45% u fit-tielet minn 25%. Min iħaddem ukoll ingħata sa 25% tal-benefiċċju kull sena għal tliet snin. Id-differenza marret f’fond għat-taħriġ. ● Single parents fuq l-assistenza soċjali wkoll ingħataw l-inċentiv biex itejbu l-prospetti għall-impjieg tagħhom. Huma ngħataw kreditu ta’ bejn €200 u €1,000 meta jidħlu għal taħriġ vokazzjonali intensiv jew jidħlu fis-sistema edukattiva full-time biex itejbu l-ħiliet tagħhom. ● Kompla t-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul. Ir-rata ta’ taxxa personali ta’ 29% applikabbli għal dawk li jaqilgħu inqas minn €60,000 tnaqqset għal 25%. Bis-saħħa ta’ din il-miżura €19-il miljun baqgħu fil-bwiet tal-familji Maltin. Aktar minn 40,000 persuna ggwadanjaw minn dan it-tnaqqis tat-taxxa fuq firxa ta’ tliet snin. ● Il-limitu għal komputazzjoni tat-taxxa żdied biex jieħu kont taż-żieda fil-COLA ħalli min jaqla’ l-paga minima ma jiġix intaxxat. Dan il-ħelsien mit-taxxa applika wkoll għall-pensjonanti li l-pensjoni tagħhom ma taqbiżx l-ammont tal-paga minima. ● Introdott il-benefiċċju ġdid tal-In-work Benefit biex ikompli jissaħħaħ il-kunċett li bix-xogħol jaqbillek. Il-benefiċċju japplika għall-familji bi dħul baxx u li għandhom tfal sa 23 sena. Kemm familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu t-tnejn jew ġenitur li jrabbi lil uliedu waħdu jew waħedha huma intitolati sa massimu ta’ €1,200 fis-sena, mingħajr ma jkun hemm tnaqqis f’benefiċċji oħrajn, mhux l-inqas dak taċ-Children’s Allowance. ● Bil-għan li jintlaħqu aktar żgħażagħ li qed jirreġistraw għax-xogħol ġew iffinanzjati 700 traineeships u 200 work trials taħt l-iskema tal-Youth Guarantee. Bħala sinjal li l-bżulija tippremja, dawk iżżgħażagħ li rrifjutaw li jmorru għat-taħriġ offrut tilfu
2 0 1 3 d-dritt tal-benefiċċju tal-qgħad. Ġenituri li jrabbu lil uliedhom waħedhom ukoll ġew imħeġġa jidħlu filprogramm tal-Youth Guarantee. ● Fl-istess waqt, ġenituri, li jrabbu lil uliedhom waħedhom u jirċievu l-għajnuna soċjali, ingħataw l-opportunità li jibdew jaħdmu u jkomplu jgawdu mill-benefiċċji billi jidħlu fl-iskema tat-tapering tal-benefiċċji. ● Single parent, li tirċievi l-għajnuna soċjali u tiżżewweġ jew tidħol f’unjoni ċivili ma’ persuna li tkun impjegata, ingħatat id-dritt li ma titlifx l-għajnuna soċjali mill-ewwel, imma tonqsilha b’mod gradwali fuq medda ta’ tliet snin. ● Min iħaddem gawda minn sussidji jekk jimpjega persuni żvantaġġati jew iħarreġ il-ħaddiema tiegħu. Is-sussidju jitla’ sa massimu ta’ €5,000. Fil-każ ta’ single parent is-sussidju li jieħu jkun id-doppju. ● Ir-rata tal-benefiċċju tal-leave tal-maternità għoliet għan-nisa li jaħdmu ma’ ħaddieħor jew jaħdmu għal rashom. Il-benefiċċju żdied b’rata ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali, żieda ta’ aktar minn €6 fil-ġimgħa. ● Bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali fl-MCESD, tnieda l-fond speċjali għal-leave tal-maternità. Minn dan il-fond beda jitħallas il-benefiċċju tal-14-il ġimgħa leave tal-maternità bi ħlas mill-kumpaniji privati. Biex il-piż jinqasam bejn kulħadd il-kumpaniji privati kollha bdew iħallsu kontribuzzjoni żgħira għal kull impjegat li jħaddmu. ● Nisa li jaħdmu għal rashom wkoll bdew jieħdu l-benefiċċju tal-maternità b’rata ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali. Dan kien ifisser żieda ta’ akar minn €73 fil-ġimgħa b’benefiċċju tal-maternità għal 14-il ġimgħa għal dawn in-nisa. ● B’riħet il-ħolqien tax-xogħol f’Għawdex saret skema biex tinkoraġġixxi ż-żieda u ż-żamma ta’ impjiegi full-time fl-industrija tat-turiżmu. Kull operatur li jagħmel dan igawdi minn rifużjoni parzjali fil-ħlas tal-bolla. Din ir-rifużjoni tammonta għas-somma ta’ €1,000 għal kull impjegat addizzjonali full-time.