2 minute read
Editorjal
Sa issa ċertament kien staġun eċitanti għall‑klabb maħbub tagħna! Bil‑wasla ta’ Erik Ten Hag bħala maniġer, rajna enerġija mġedda u għaqda fit‑tim. L‑Olandiż merkurjali kellu impatt li inħass kemm fuq il‑piċċ u lil hinn minnu, u għolla l‑livell u l‑istandard tal‑klabb. Waħda mill‑bidliet l‑aktar sinjifikanti kienet l‑introduzzjoni ta’ koppja stabbli fid‑difiża ċentrali b’ Raphael Varane u Lisandro Martinez. Dan ġab stabbiltà fuq wara u kien strumentali għas‑suċċess riċenti.
Il‑brillantezza tattika ta’ Ten Hag kienet evi denti bl‑abbilt à li jagħmel il‑bidliet fl‑aħjar mumenti u jkun ta’ motivazzjoni għall‑plejers. Rajna dan fis‑sħiħ fir‑rebħa riċenti fit‑Tazza Carabao kontra Newcastle United. Kienet rebħa tant mistennija u l‑ewwel tazza li rbaħna mill‑UEFA Europa League fl‑2017. Il‑logħba kienet fantastika u l‑plejers urew kalma kbira sabiex jakkwistaw il‑vittorja. Din ir‑rebħa mliet lis‑segwaċi tat‑tim b’ kunfidenza u tat spinta tant meħtieġa lit‑tim.
Ma nistg ħux ma nsemmux ir‑rebħa epika riċenti kontra Barċellona fir‑Rawnd ta’ 32 fl‑Europa League. Ħadd ma emmen li għandna ċans meta ttellgħu il‑poloz, iżda t‑tim lagħab logħba bril lanti fit‑tieni nofs tal‑partita, u l‑atmosfera f’ Old Trafford kien inkomparabbli. Gowls minn Fred u Antony ssiġillaw ir‑rebħa, u kienet kisba tremenda għat‑tim. Li ngħaddu għar‑rawnd li jmiss kienet ta’ gost kbir, u turi li t‑tim tagħna kapaċi jikkompeti fl‑ogħla livell. Ir‑rebħa kontra Barċellona kienet mument sinjifikanti fl‑istaġun, u timliena b’ kunfidenza għall‑aħħar xhur kruċjali tal‑kampanja.
Fattur kritiku ieħor fis‑suċċess ta’ dan l‑istaġun kienet il forma tal‑midfielder ġdid Casemiro. Il‑Brażiljan kien bla l‑iċken dubju assolutament brillanti, fejn għamel tiegħu il‑pożizzjoni ta’ holding midfielder u ddetta l‑logħob. Huwa dak li kellna bżonn, u taħt il‑gwida ta’ Ten Hag, bla dubju jista’ jilħaq il‑potenzjal massimu tiegħu.
Ma nistg ħux ma nsemmux ukoll il‑qawmien taż‑żagħżugħ prekoċi Alejandro Garnacho. Il‑gowl mill‑isbaħ kontra West Ham fl‑FA Cup, flimkien mal‑gowl rebbieħ fl‑aħħar minuta kon tra Fulham, urew kif dan it‑tifel għandu potenzjal straordinarju. Serjament jista’ jkun il‑Cristiano Ronado il‑ġdid. Il‑forma tiegħu għandha tkun kruċjali fl‑aħħar ftit xhur tal‑istaġun.
Sakemm l‑affarijiet jidhru sejrin ferm tajjeb fuq il‑piċċ, ma nistgħux ninjoraw il‑perjodu turbolenti li qed nesperjenzaw barra l‑piċċ. Il‑bejgħ potenzjali tal‑klabb qed jikkawża inċertezza, imma irrispettivament minn min jixtri lill‑klabb (jew jekk jibqgħux is‑sidien preżenti), investiment massiċċ fl‑infrastruttura huwa ferm meħtieġ. Jekk ma jitwaqqax, Old Trafford ċertament għandu bżonn rinnovazzjoni maġġuri, u l‑klabb għandu bżonn itejjeb il‑faċilitajiet tat‑taħriġ, kif ukoll investiment kontinwu fl‑iskwadra. Nisperaw li s‑sidien il‑ġodda jkollhom kommunikazzjoni aħjar mas‑segwaċi.
Stadju ġdid kien suġġett ta’ diskussjoni għal ħafna snin, u nemmen li wasal iż‑żmien li l‑klabb jieħu azzjoni. Old Trafford kien id‑dar tagħna għal aktar minn 100 sena, imma issa qed juri iż‑żmien li għadda minn fuqu. L‑istadju għandu bżonn rinnovazzjoni sinjifikanti, u mhux fattibbli li nibqgħu inraqqgħu fih. Stadju ġdid jiprovdilna faċilitajiet state‑of‑the‑art, u fl‑a ħħar inkunu nistgħu inlaħħqu ma’ klabbs oħra Ewropej. Il‑klabb kien nieqes mill‑investiment fl‑aħħar snin u stadju ġdid ikun dikjarazzjoni b’ saħħitha ta’ intenzjoni fejn il‑klabb sejjer fil‑futur.
Finalment, hekk kif il‑klabb g ħ amel akkwisti sinjifikanti fl‑aħħar snin, għad fadal xogħol xi jsir. It‑tmexxija għandha tassigura li jkollna skwadra ta’ klassi mondjali, kapaċi li tikkom peti għat‑trofej kollha li nipparteċipaw fihom. Ten Hag għamel biċċa xogħol brillanti s’ issa, imma għandu bżonn is‑sostenn finanzjarju sabiex nikkompetu fl‑ogħla livelli tal‑futbol Ewropew. Wasal iż‑żmien li l‑klabb jerġa’ jieħu postu mal‑aqwa timijiet fil‑kontinent.
Biex nikkonkludu, il‑futur jidher sabi ħ għas‑segwaċi ta’ Manchester United. Finalment nistgħu naqblu li f’ Ten Hag, il‑klabb għandu maniġer li ġab enerġija ġdida u brillantezza tattika f’ tim imfixkel: tim li issa qed juri poten zjal kbir, u segwaċi passjonat jistennew bil‑ħerqa is‑suċċess. Għamilna pass ‘il quddiem bir‑rebħa riċenti tat‑Tazza Carabao, imma fadal triq twila. Il‑bejgħ tal‑klabb qed joħloq inċertezza, imma nisperaw li ikun min ikun is‑sid tal‑klabb, isir investiment sinjifikanti fl‑infrastruttura, u ak tar importanti minn hekk, f’ relazzjoni aktar mill‑qrib mas‑segwaċi.
Nixtiequ nirringrazzjaw lill‑qarrejja ta’ din ir‑rivista g ħas‑sapport kontinwu lil Manchester United. Bħala tim editorjali, ninsabu kunfidenti li b’ Ten Hag fit‑tmun, u bl‑investiment meħtieġ fl‑infrastruttura u fl‑iskwadra, iż‑żmien ta’ glorja għall‑klabb maħbub tagħna huwa fil‑qrib!
2,000,000