National Cyber Security Informative Booklet

Page 1


GĦALIEX DIN L-ISTRATEĠIJA? 4 It-TEKNOLOĠIJA hi sabiħa u utli! 4 Ngħixu f’dinja fejn it-teknoloġija saret parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. 4 Verament, it-teknoloġija saret ħolqa bejn individwi, organizzazzjonijiet u ġnus. 4 Sfortunatament, mhux kulħadd juża t-teknoloġija bi skop ġenwin u tajjeb! 4 Ir-realtá hi li kull forma ta’ teknoloġija hi suxxettibbli għallĦSARAT intenzjonati jew b’ negliġenza fuq il-kunfidenzjalitá, integritá u disponibilitá tal-informazzjoni li ġġorr magħha. 4 MALTA diġá bdiet tieħu azzjoni f’oqsma diversi tas-sigurtá diġitali – jeħtieġ issa l-pass li jmiss: li naħdmu iktar id f’id, li nsaħħu l-pedamenti u nibnu fejn hemm bżonn. 4 Għalhekk jeħtieġ il-bżonn ta’ STRATEĠIJA NAZZJONALI li biha l-oqsma kollha tal-ekonomija u tas-soċjetá f’pajjiżna jingħaqdu flimkien b’għan wieħed: It-tisħiħ tal-UŻU GĦAQLI U SIGUR TAT-TEK­NO­ LOĠIJA minn kulħadd - kemm għalissa kif ukoll għaż-żmien li ġej. 4 Il-Green Paper, li qiegħda tiġi ppreżentata, hi l-qafas għal konsultazzjoni wiesa’ li se twassal għall-ewwel STRATEĠIJA NAZZ­JO­ NA­LI DWAR SIGURTÁ DIĠITALI f’Malta.

“Inżommu f’moħħna li s-saħħa f’katina tiddependi biss mis-saħħa ta’ kull ħolqa li għandha”. 2

MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER


X’QED JIFFAĊĊJAW FID-DINJA TEKNOLOĠIKA (EŻEMPJI) Iċ-Ċittadini 4 Telefonata personali li tgħid li ġejja minn organizzazzjoni eżistenti u li titlob informazzjoni personali bl-iskop li tisraq informazzjoni diġitali mill-individwu minn fuq it-teknoloġija li qiegħda tintuża. Din l-informazzjoni tista’ mbagħad tintuża ghal skopijiet kriminali, bħal frodi. 4Rikatti għall-flus permezz ta’ ritratti jew diskors ma’ persuni mhux magħrufa li jistiednu kunfidenzjalitá żejda permezz ta’ ritratti kompromettenti tagħhom infushom fil-midja soċjali. 4Xi perċezzjonijiet żbaljati:

o installazzjoni ta’ software antivirus jew patches neċessarji ta’ software jew backups regolari huma ħela ta’ ħin u flus;

o fil-midja soċjali jintesa l-ħsieb:

4li wieħed jew waħda mhumiex waħedhom;

4dak li jingħad u/jew jintwera jibqa’ u li jaf ikun ta’ detriment għalihom.

“Inżommu f’moħħna li, f’bosta drabi, l-attakki diġitali jkunu ilhom ippjanati u magħmulin bil-ħsieb fin – psikoloġiku apparti milli teknoloġiku”. MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER

3


X’QED JIFFAĊĊJAW FID-DINJA TEKNOLOĠIKA (EŻEMPJI) Organizzazzjonijiet 4 Twaqqif għal kollox ta’ servizzi diġitali pprovduti. 4 Iġġamjar diġitali ta’ teknoloġiji u theddid ta’ ħsara fuq l-integritá tal-informazzjoni li tista’ tkun sensittiva, bħala rikatti għal flus. 4 Imejls li jitolbu informazzjoni sensittiva li mad-daqqa t’għajn ikunu jidhru ġejjin minn impjegati fl-organizzazzjoni nnifisha. 4 Żbalji li jistgħu jkunu ġenwini imma riżultat ta’ negliġenza fl-orga­ nizzazzjoni bħal ngħidu aħna informazzjoni sensittiva li tiġi trażmessa lil bosta individwi permezz ta’ imejl indirizzata ‘To’ iktar milli permezz ta’ ‘Bcc’. 4 Xi perċezzjonijiet żbaljati:

o speċjalment f’azjendi żgħar li jaħsbu li għax huma żgħar, ħadd ma jaf bihom u għalhekk ma jiġux attakkati;

o installazzjoni ta’ software antivirus jew patches neċessarji ta’ software - huma ħela ta’ ħin u flus;

o li m’hemmx ħin u flus biex wieħed jinnota xi riskji u jieħu ħsieb għalihom b’mod proporzjonat;

o jekk kienx hemm xi attivitá irregolari li setgħet ġiet innotata fl-użu u/jew fl-operat tat-teknoloġija.

“Tajjeb li nkunu nafu li ġieli jiġri li serq ta’ informazzjoni diġitali – li taf issarraf, bosta drabi, fi flejjes kbar - ikun ilu għaddej qabel ma tintebaħ il-vittma”. 4

MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER


XI PUNTI LI QEGĦDIN JIĠU PROPOSTI GĦALL-ISTRATEĠIJA Il-governanza fis-sigurtá diġitali 4 It-tisħiħ tal-qafas organizzattiv, inklużi proċessi, irwoli, responsibbiltajiet u regolamenti li jħarsu lis-servizzi u informazzjoni essenzjali u sensittiva tal-pajjiz f’każ ta’ attakki diġitali. 4Il-bżonn li titkattar kultura ta’ evalwazzjoni u mmaniġġjar ta’ riskji relatati ma’ sigurtá diġitali f’kull organizzazzjoni li għandu jwassal għal investiment meqjus u għaqli f’qasam daqstant kruċjali. 4Il-bżonn ta’ qafas għal qsim ta’ informazzjoni utli bejn organizzazjonijiet u setturi bħala mezz li jwassal għal azzjoni f’waqtha f’każ ta’ attentati jew attakki diġitali.

L-edukazzjoni u l-għarfien 4Jeħtieġ il-bini ta’ ħiliet minn etá żgħira fil-qasam ta’ sigurtá diġitali kif ukoll l-għarfien għaqli tal-użu ta’ kull forma ta’ teknoġija li tintuża. 4Kampanja nazzjonali, kontinwa, li tolqot lil kull min juża kull forma ta’ teknoloġija.

“Inżommu f’moħħna l-qawl Malti – ‘Bniedem avżat hu nofsu armat’ – dan jgħodd ħafna fid-dinja diġitali!” MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER

5


XI PUNTI LI QEGĦDIN JIĠU PROPOSTI GĦALL-ISTRATEĠIJA Il-ġlieda kontra l-kriminalitá fil-qasam diġitali (cyber crime) 4 It-tisħiħ fil-ġlieda kontra l-kriminalitá fil-qasam diġitali - kemm fil-qasam ta’ ħiliet neċessarji, kif ukoll fi preparamenti organizzattivi u legali fuq bażi nazzjonali. Hawnhekk jidħol il-bżonn ukoll ta’ iktar għarfien miċ-ċittadin u minn organizzazzjonijiet ta’ x’inhuma l-perikli diġitali u x’għandu jsir f’każi relatati. Tfassil u tisħiħ ta’ liġijiet u regolamenti kif ukoll inizjattivi 4 Tajjeb li l-liġijiet jirriflettu din l-isfida li dejjem tiġġedded u li magħhom jissaħħaħ il-qasam tal-inforzar u l-aspett ġuridiku wkoll. 4 Setturi fil-qasam tal-ekonomija wkoll jistgħu jgħinu fit-tisħiħ ta’ regolamenti fl-ambitu tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ sigurtá diġitali. 4 Tajjeb ukoll iżda li jsiru sforzi oħrajn, eżempju skemi jew inċentivi li jwasslu għal tisħiħ fis-sigurtá diġitali, b’mod speċjali f’dawk l-azjendi li ma jaqgħux taħt obbligi speċifiċi ta’ regolamenti relatati.

“Inżommu f’moħħna li s-sigurtá diġitali titlob koperazzjoni sħiħa biex tkun suċċess. Ħadd ma jista’ jiġġilidha waħdu”. 6

MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER


XI PUNTI LI QEGĦDIN JIĠU PROPOSTI GĦALL-ISTRATEĠIJA Koperazzjoni u kordinazzjoni 4 Hi mitluba koperazzjoni nazzjonali bejn id-diversi setturi ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż 4Inkomplu nsaħħu l-kordinazzjoni mal-Unjoni Ewropea kif ukoll ma’ entitajiet u pajjiżi oħrajn li lkoll qegħdin jiffaċċjaw l-istess sfidi u li għandhom l-istess għan.

“Inżommu f’moħħna li Malta mhijiex gżira fl-isfidi ta’ sigurtá diġitali li qiegħda tiffaċċja fil-qasam teknoloġiku”. IL-PASS LI JMISS L-Istrateġija Nazzjonali għal Sigurtá Diġitali li se tiġi mnedija hi: 4Il-Bidu: jeħtieġ li tiġi mħaddma fi spirtu ta’ koperazzjoni u kordinazzjoni biex tkun tista’ tagħti l-frott mixtieq. 4Dinamika: jeħtieġ li tevolvi ruħha minn żmien għal żmien biex tirrifletti l-isfidi dejjem jinbidlu fis-sigurtá tat-teknoloġija.

MALTA | NATIONAL CYBER SECURITY STRATEGY GREEN PAPER

7



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.