2 minute read

Novella ta’ Joe Camilleri

Next Article
Il Poeżiji

Il Poeżiji

F’DIS-SIEGĦA SEWDA... Novella ta’ Joe Camilleri

F’dis-siegħa sewda, kemm iżjed mis-soltu jinħass sieket dal-post sepulklari sielem! Sensiela ta’ fosos imfassla bl-istess qies. Imħarsa minn sriebet ta’ slaleb. Imsieħba minn siġriet skuri sentinelli fis-sirda kiesħa. Għassiesa biex ebda pass ma jdarras nifs issliem. Lanqas tpespisa t’għasfur ma tikser dis-sikta. Waħedna hawnhekk f’dis-siegħa sewda! F’dal-post tal-mistrieħ, jien u int, u tlieta min-nies oħra li donnhom fuq ix-xwiek, bla sabar jistennew li jwettqu xogħolhom ħa jdabbru rashom. Kemm hi silenzjuża din is-solitudni! Mismutin ukoll konna f’jum ieħor iswed, żmien twil twil ilu. Jien u int. Il-qassis mifxul kien qisu kellu llabar. Jibża’ jiftaħ ħalqu x-xhud ħabibek li ġibt miegħek. U x-xhud tiegħi, is-sagristan nofs ras li qabbadnieh f’dak il-waqt stess għax ħadd minn niesi ma ried li jkun preżenti. Minħabba l-mistħija jew inkella bi protesta talli jien kont webbist rasi u ridt li għal dejjem inkun is-sieħba tiegħek. Kemm skura u mudlama kienet dakinhar issagristija! Kemm simetriċi dehru l-kaxxarizzi! Panewijiet rettangolari mqiegħda b’ordni fuq xulxin, bil-pilastri spazjati bejniethom, dritti dritti. U jien u int maġenb xulxin inwieġbu taħt l-ilsien is-signor si. Kien kessaħna s-skiet tal-iskumdità. U kebbitna aktar fis-silġ l-imġiba bierda tal-qassis xwejjaħ li għaġġel redden il-kliem ritwali taċ-ċerimonja. U mbagħad dabbar rasu ’l hemm bla lanqas kellu l-ħila li jsellmilna, jifirħilna jew jixtiqilna d-dawl tal-hena. U qalbna kienet bkiet f’dik l-għodwa kiebja għax konna bqajna mwarrba u minsija minn dawk li minn ċkunitna konna trabbejna magħhom u ħabbejna. Emarġinawna u iżolawna. L-isbaħ jum ta’ ħajjitna kienu għamluhulna ġrajja ta’ regħxa, ta’ mistħija. Bilkemm mhux ta’ kundanna. Għax dak iż-żmien, ismek, maħbub, - u tiegħi miegħek - kien imċappas mal-klikka li qanqlet l-ilma qiegħed u heżżet it-tradizzjoni rriġimentata minn snin ta’ jdejn felħana u minn irjus baxxuta. Int dhert tisfida s-setgħa u taqbeż il-limiti tan-normi ċirkulari stabbiliti. U jiena miegħek għax imħabbti dejjem ġarret lil moħħi u ’l qalbi fid-dell tiegħek. Jien dejjem rajt id-dehwa tilma f’għajnejk sbieħ. U għalhekk ħassejt ukoll bis-sħiħ dak kollu li emmint

Advertisement

int. Imma dawk in-nies ta’ ilu riedu lil kulħadd b’moħħ ta’ imħara, jew inkella li kulħadd ixidd kappestru wieħed. Kien żmien ta’ firda. Siegħa ta’ dalma meta ħafna Maltin refgħu salib xulxin. Mhux biex bħal Ċirinew iħaffu l-piż tat-toqol tat-tbatija, imma biex ikiddu u jsammru lil xulxin. Kien hemm min ħaqqaq li kliemu kellu l-kmand u d-dawl dommatiku. Li kulħadd kellu jitqassas minn pezza waħda b’tifsila unita li timxi f’linja dritta bla tgħarbil ġdid, bla kompromessi. U int, maħbub, kont dejjem taqra u tixtarr għerf ilkotba tal-filosofiji u tax-xjenzi l-ġodda. Segwejt lilwien iperpru tal-avangwardja. Għammxek id-dawl tad-dinja l-ġdida. Forsi għalhekk fl-għeluq ta’ din ilgżira rawk perikoluż. Għax ma fehmukx. Ħsibijietek perriċthom f’kitbietek. U l-abjad fuq l-iswed tiegħek kien sfida ċara u sfaċċata. Forsi għalhekk ippersegwitawk minn wara dahrek u fid-dieher għax qatt ma ġerrħu dak li ħammem moħħok. F’dik is-siegħa skura ta’ fehmiet opposti, flok ftaħna l-bieb għad-djalogu, għad-diskussjoni u għat-tberrin taħt il-qoxra tal-wiċċ, barrejnieh u tbaqnieh sewwa. Dejjem hekk konna; flok niftħu t-twieqi biex jgħaddi r-riħ u jitlef saħħtu, insakkruhom sew u ninħbew għar-rdoss u l-kumdità tal-kenn. U meta r-riħ

This article is from: